<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-227/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0227</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:247">EU:C:2018:247</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20180412">12.4.2018</DATE> – Kawża C-227/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Medtronic</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20180412">12 ta’ April 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KEE) Nru 2658/87</KEYWORD><KEYWORD>Unjoni doganali u tariffa doganali komuni</KEYWORD><KEYWORD>Klassifikazzjoni tariffarja</KEYWORD><KEYWORD>Nomenklatura Magħquda</KEYWORD><KEYWORD>Subintestaturi 9021 10 10, 9021 10 90 u 9021 90 90</KEYWORD><KEYWORD>Sistema ta’ ffissar tal-kolonna vertebrali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1214/2014</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-227/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20170419">19 ta’ April 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20170428">28 ta’ April 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Medtronic GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Finanzamt Neuss,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn E. Levits, President tal-Awla, A. Borg Barthet (Relatur) u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Medtronic GmbH, minn J. Meyer-Burow, Rechtsanwalt, u N. Looks, Steuerberaterin,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Wasmeier u A. Caeiros, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda, essenzjalment, l-interpretazzjoni tas-subintestaturi 9021 10 10, 9021 10 90 u 9021 90 90 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE> dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1754 tas-<DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="285" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 285, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>NM<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn Medtronic GmbH u l-Finanzamt Neuss (l-Uffiċċju tat-Taxxa ta’ Neuss, il-Ġermanja) (iktar’ il quddiem l- <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Uffiċċju tat-Taxxa<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar ir-rati ta’ taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ applikabbli għall-kunsinna ta’ sistemi tal-iffissar tal-kolonna vertebrali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Konvenzjoni dwar is-SA</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u għall-kodifikazzjoni ta’ merkanzija (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>SA<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) tfasslet mill-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana (ODD) u ġiet stabbilita bil-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti, konkluża fi Brussell fl-<DATE ISO="19830614">14 ta’ Ġunju 1983</DATE> u approvata, flimkien mal-Protokoll li jemendaha tal-<DATE ISO="19860624">24 ta’ Ġunju 1986</DATE>, f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE, tas-<DATE ISO="19870407">7 ta’ April 1987</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 288).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1)(a) tal-Konvenzjoni dwar is-SA, kull parti kontraenti timpenja ruħha sabiex in-nomenklaturi tariffarji u statistiċi jkunu konformi mas-SA, li tuża l-intestaturi u s-subintestaturi kollha tagħha, mingħajr żidiet jew modifiki, flimkien mal-kodiċijiet numeriċi relatati magħha, u li ssegwi s-segwenza numerika tas-SA. L-istess dispożizzjoni timponi wkoll fuq il-partijiet kontraenti l-obbligu li japplikaw ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tas-SA u n-noti kollha tat-taqsimiet, tal-kapitoli u tas-subintestaturi tas-SA u li ma jbiddlux il-portata tat-taqsimiet, tal-kapitoli, tal-intestaturi u tas-subintestaturi tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-ODD għandha tapprova, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni dwar is-SA, in-noti ta’ spjega u l-opinjonijiet ta’ klassifikazzjoni adottati mill-Kumitat tas-SA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-punt I tan-Noti ta’ Spjega tas-SA dwar l-intestatura 9021 ta’ din is-sistema, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Apparat ortopediku<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jinkludi fih it-test li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>L-apparat ortopediku […] għandu jservi:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-prevenzjoni jew għall-korrezzjoni ta’ diformitajiet tal-ġisem;</P></ITEM><ITEM><P>jew għall-irfid jew iż-żamma ta’ partijiet tal-ġisem wara marda, operazzjoni jew korriment.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-punt II ta’ dawn in-noti ta’ spjega, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Qassaba u apparati oħra għall-ksur<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Il-qassaba u apparati oħrja għall-ksur iservu biex jiġu mmobilizzati l-partijiet tal-ġisem affettwati (għall-finijiet ta’ estensjoni jew ta’ protezzjoni) jew biex inaqqsu l-fratturi. Dawn huma wkoll użati fl-ipproċessar ta’ żlugar u korrimenti oħra tal-ġogi.</P><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><P>Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tan-nota 1(f) ta’ dan il-kapitolu, li jaqgħu wkoll taħt din l-intestatura l-pjanċi, pinnijiet, eċċ, introdotti fil-ġisem mill-kirurgi biex iżommu mpoġġija maġenb xulxin iż-żewġ partijiet ta’ għadma miksura jew għat-trattament simili tal-fratturi.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont il-punt V tal-imsemmija noti ta’ spjega, jappartjenu għall-grupp <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>apparat ieħor li jinżamm fl-id, li jintlibes jew jinġarr, jew jitqiegħed fil-ġisem biex jagħmel tajjeb għal difett jew diżabbiltà<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, b’mod partikolari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1)</NO.P><TXT>L-apparat intiż sabiex jiffaċilita l-pronunzja tal-persuni li tilfu l-użu tal-kordi vokali wara korriment jew intervent kirurġiku. […]</TXT></NP><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-apparat tat-tip <HT TYPE="ITALIC">pacemaker</HT>, pereżempju dawk intiżi sabiex jistimulaw il-muskoli tal-qalb, fil-każ ta’ difett fiha. Dan l-apparat […] huwa impjantat taħt il-ġilda tal-pazjent. […] <HT TYPE="ITALIC">Pacemakers</HT> oħra huma użati sabiex jistimulaw organi oħra (pulmun, rektum, bużżieqa tal-awrina, eċċ.).</TXT></NP><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-apparat li jippermetti lill-għomja sabiex jiggwidaw lilhom infushom. […]</TXT></NP><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>L-apparat li jiġi impjantat fil-ġisem sabiex isostni jew jissostitwixxi l-funzjoni kimika ta’ ċerti organi (pereżempju, tnixxija ta’ insulina).<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">In-NM</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-klassifikazzjoni doganali tal-merkanzija importata fl-Unjoni Ewropea hija rregolata min-NM, li hija bbażata fuq is-SA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>In-NM tirriproduċi l-intestaturi u s-subintestaturi b’sitt ċifri tas-SA, u huma biss is-seba’ u t-tmien ċifra li joħolqu subdiviżjonijiet li huma speċifiċi għaliha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Ewwel Parti tan-NM tinkludi ġabra ta’ dispożizzjonijiet preliminari. F’din il-parti, taħt it-Taqsima I, li tikkonċerna r-regoli ġenerali, is-Sezzjoni A, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-[NM]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-[NM] għandha tkun irregolata mill-prinċipji li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-titoli tat-taqsimiet, kapitoli u subkapitoli huma maħsubin għall-ħeffa ta’ referenza biss; għal għanijiet legali, il-klassifikazzjoni għandha tkun deċiża skond it-termini ta’ l-intestaturi u n-noti ta’ kwalunkwe taqsima jew kapitolu relattiv u, sakemm dawn l-intestaturi jew in-noti ma jkunux jeħtieġu mod ieħor, skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Meta permezz ta’ l-applikazzjoni tar-regola 2(b) jew kwalunkwe raġuni oħra, l-oġġetti jkunu klassifikati <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> f’intestatura waħda jew iżjed, il-klassifikazzjoni għandha ssir kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-intestatura li tagħti l-iżjed deskrizzjoni speċifika għandha tkun preferuta għal intestaturi li jagħtu deskrizzjoni iżjed ġenerali. […]</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><?PAGE NO="4"?><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Għal għanijiet legali, il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fis-subintestaturi ta’ intestatura għandha tkun deċiża skond it-termini ta’ dawk is-subintestaturi u kwalunkwe noti ta’ subintestaturi relatati u, <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> skond ir-regoli ta’ hawn fuq, skond il-kondizzjoni li subintestaturi fl-istess livell biss huma komparabbli. Għall-għanijiet ta’ din ir-regola t-taqsima relattiva u n-noti tal-kapitlu japplikaw ukoll, sakemm il-kuntest ma jitlobx mod ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>It-Tieni Parti tan-NM hija maqsuma f’21 taqsima. It-Taqsima XVIII, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Strumenti u apparat ottiċi, fotografiċi, ċinematografiċi, ta’ kejl, ta’ verifika, ta’ preċiżjoni, mediċi jew kirurġiċi; arloġġi u arloġġi tal-idejn; strumenti mużikali; bċejjeċ u aċċessorji tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, tinkludi l-Kapitoli 90, 91 u 92 tan-NM. Il-Kapitolu 90, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Strumenti u apparat ottiċi, fotografiċi, ċinematografiċi, ta’ kejl, ta’ verifika, ta’ preċiżjoni, mediċi jew kirurġiċi; bċejjeċ u aċċessorji tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jirrigwarda l-intestaturi 9001 sa 9033 tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-intestatura 9021 hija strutturata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><TBL NO.SEQ="0001" COLS="2" CLASS="GEN"><CORPUS><ROW><CELL COL="1"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>9021</CELL><CELL COL="2">Apparat ortopediku, inklużi krozzi, ċinturini u rfid kirurġiċi; qassab u apparat ieħor għall-ksur; partijiet artifiċjali tal-ġisem; apparat akustiku (hearing aids) u tagħmir ieħor li jintlibes jew jinġarr, jew jiddaħħal fil-ġisem, biex jagħmel tajjeb għal difett jew diżabilità:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">9021 10</CELL><CELL COL="2">– Oġġetti u tagħmir tal-ortopedija jew għall-fratturi:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">9021 10 10</CELL><CELL COL="2">– – Oġġetti u tagħmir ta’ l-ortopedija</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">9021 10 90</CELL><CELL COL="2">– – Qassab u tagħmir ieħor għal ksur</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2"><P>– Snien u tagħmir dentali artifiċjali:</P><P>[…]</P></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2"><P>– Oġġetti u tagħmir ieħor artifiċjali:</P><P>[…]</P></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">9021 40 00</CELL><CELL COL="2">– Apparat akustiku (<HT TYPE="ITALIC">hearing aids</HT>), ħlief partijiet u aċċessorji</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">9021 50 00</CELL><CELL COL="2">– <HT TYPE="ITALIC">Pacemakers</HT> biex jistimulaw il-muskoli tal-qalb, ħlief partijiet u aċċessorji</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">9021 90</CELL><CELL COL="2">– Oħrajn:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">9021 90 10</CELL><CELL COL="2">– – Partijiet u aċċessorji għal apparat akustiku (<HT TYPE="ITALIC">hearing aids</HT>)</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">9021 90 90</CELL><CELL COL="2">– – Oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></CELL></ROW></CORPUS></TBL></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>In-nota 2 tal-Kapitolu 90 tan-NM tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Suġġett għal nota 1 hawn fuq, partijiet u aċċessorji għal magni, apparat, strumenti jew oġġetti ta’ dan il-kapitlu għandhom ikunu kklassifikati skond dawn ir-regoli:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Bċejjeċ u aċċessorji li huma oġġetti nklużi f’xi wieħed mit-titli ta’ dan il-kapitlu jew ta’ Kapitlu 84, 85 jew 91 (ħlief titlu 8487, 8548 jew 9033) għandhom fil-każi kollha ikunu kklassifikati fit-titli rispettivi tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Partijiet u aċċessorji oħrajn, jekk tajbin għal użu biss jew prinċipalment ma’ tip partikulari ta’ magna, strument jew apparat, jew ma’ għadd ta’ magni, strumenti jew apparat ta’ l-istess titlu (inkluż magna, strument jew apparat ta’ titlu 9010, 9013 jew 9031) għandhom ikunu kklassifikati mal-magni, strumenti jew apparat ta’ dak it-tip.</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="5"?><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont in-nota 3 tal-Kapitolu 90 tan-NM:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Id-dispożizzjonijiet ta’ noti 3 u 4 għal Taqsima XVI japplikaw ukoll għal dan il-kapitlu.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>In-nota 6 ta’ dan il-kapitolu tipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Għall-għanijiet ta’ titlu 9021, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>tagħmir ortopediku<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> tfisser tagħmir għal:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>prevenzjoni jew korrezzjoni ta’ diformitajiet tal-ġisem; jew</P></ITEM><ITEM><P>rfid jew żamma ta’ partijiet tal-ġisem wara marda, operazzjoni jew korriment.</P></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>In-nota 3 tat-Taqsima XVI tan-NM hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Sakemm il-kuntest ma jesiġix mod ieħor, magni komposti magħmulin minn żewġ magni jew aktar mwaħħlin flimkien biex jagħmlu waħda u magni oħrajn maħsubin bil-għan li jagħmlu żewġ funzjonijiet kumplimentari jew alternattivi jew aktar għandhom jiġu kklassifikati daqslikieku magħmulin biss minn dak il-komponent jew huma dik il-magna li tagħmel il-funzjoni prinċipali.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>In-Noti ta’ Spjega għan-NM, fil-verżjoni tagħhom applikabbli fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="137" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, C 137, p. 1</REF.DOC.OJ>), dwar l-intestatura 9021 tan-NM, jipprevedu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Għall-għanijiet ta’ dan it-titlu, l-espressjoni <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>biex jagħmel tajjeb għal difett jew diżabbiltà<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/> tfisser biss apparat li attwalment jagħmel jew jissostitwixxi l-funzjoni tal-parti difettuża jew diżabbli tal-ġisem.</P><P>Dan it-titlu ma jinkludix apparat, li sempliċiment itaffi l-effetti tad-difett jew diżabbiltà.</P><P>Huma wkoll esklużi minn din l-intestatura apparat għall-użu ta’ l-osteotomija (subtitlu 3006 91 00).<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1214/2014</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1214/2014 tal-<DATE ISO="20141111">11 ta’ Novembru 2014</DATE> dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="329" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 329, p. 8</REF.DOC.OJ>), jinkludi, fl-anness tiegħu, tabella bi tliet kolonni fejn l-ewwel waħda tiddeskrivi kull merkanzija kkonċernata, it-tieni waħda tindika l-klassifikazzjoni fin-NM li ġiet attribwita lill-merkanzija u t-tielet waħda tipprovdi r-raġunijiet għal din il-klassifikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Minn dan l-anness jirriżulta li taqa’ taħt il-kodiċi 9021 10 90 tan-NM il-merkanzija li tikkorrispondi mad-deskrizzjoni li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Prodott solidu, ċilindriku, bil-kamin (l-hekk imsejjaħ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>pangea dual core screw<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/>) magħmul minn liga tat-titanju iebsa ħafna, b’tul bejn 20 sa 45 mm.</P><P>[Ix-xikel huwa kollu] bil-kamin u kamin <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>dual core<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/> li fih żona ta’ tranżizzjoni għal bidla fil-qalba tad-dijametru. Għandu dijametru ta’ barra kostanti ta’ 4,0 mm, bi profil self-tapping u ponta bil-kamin li ma taqtax.</P><P>Il-prodott għandu ras ta’ forma poliaxjali (mobbli), forma ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>U<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="2019" ID="QE0025"/> u bil-kamin intern li toffri angolu ta’ 25° madwar l-assi tiegħu li jippermetti l-aġġustament tagħha.</P><?PAGE NO="6"?><P>Il-prodott għandu sarġ speċjalizzat fl-għatu tal-qfil għall-iffissar ta’ virga (ippreżentata separatament) f’rasu.</P><P>Il-prodott jikkorrispondi mal-istandards ISO/TC 150 għal viti għat-trapjanti u huwa ppreżentat għal użu fil-kirurġija tat-trawmi bħala parti minn sistema għall-istabbilizzazzjoni ta’ wara tax-xewka tad-dahar. Huwa installat bl-użu ta’ għodda speċifiċi.</P><P>Waqt l-importazzjoni, mhuwiex ippreżentat f’ippakkjar sterilizzat. Il-prodott jiġi mmarkat b’numru u huwa għalhekk traċċabbli tul il-produzzjoni u d-distribuzzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-kolonna relatata mar-raġunijiet tal-klassifikazzjoni magħżula, hemm indikat, b’mod partikolari, li din tal-aħħar <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-[NM], in-Nota [2(b)] tal-Kapitolu 90 kif ukoll bil-kliem tal-kodiċijiet NM 9021, 9021 10 u 9021 10 90<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tal-Umsatzsteuergesetz (il-Liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul mill-Bejgħ), fil-verżjoni applikabbli għall-fatti tal-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>UStG<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Ir-rata applikabbli għal tranżazzjonijiet taxxabbli tammonta għal 19 % tal-bażi ta’ stima […].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Ir-rata hija mnaqqsa għal 7 % għat-tranżazzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>il-kunsinna, l-importazzjoni jew l-akkwist intra-Komunitarju ta’ oġġetti msemmija fl-Anness 2, bl-eċċezzjoni ta’ prodotti msemmija fin-Nru 49(f), u fin-Nri 53 u 54; […]<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-punt 52 tal-Anness 2 tal-UStG huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><TBL NO.SEQ="0002" COLS="2" CLASS="GEN"><CORPUS><ROW><CELL COL="1"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Proteżi, apparat ortopediku u apparat ieħor biex jagħmel tajjeb għal difett jew diżabbiltà, għall-użu mill-bniedem, bħal</CELL><CELL COL="2"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">a) ġogi artifiċjali, ħlief partijiet u aċċessorji</CELL><CELL COL="2">subintestatura 9021 31 00</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">b) apparat ortopediku, inklużi l-krozzi, ċ-ċinturini tal-kirurġija, ħlief partijiet u aċċessorji</CELL><CELL COL="2">subintestatura 9021 10</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">a) proteżijiet, ħlief partijiet u aċċessorji</CELL><CELL COL="2">subintestaturi 9021 21, 9021 29 00 u 9021 39</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">d) apparat intiż sabiex jiffaċilita s-smigħ tal-persuni torox, pacemakers kardijaċi u apparati oħra maħsuba biex jikkumpensaw għal difett jew diżabbiltà, li jinżamm fl-id, li jintlibes fuq il-persuna jew li jiġi impjantat fl-organiżmu, ħlief partijiet u aċċessorji</CELL><CELL COL="2">subintestaturi 9021 40 00, 9021 50 00 u subintestatura 9021 90<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></CELL></ROW></CORPUS></TBL></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Medtronic għandha bħala attività, b’mod partikolari, il-provvista lill-isptarijiet u lit-tobba liberali ta’ sistemi ta’ ffissar tal-kolonna vertebrali tat-trade mark CD Horizon SOLERA, ikkostitwiti, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, minn:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Viti mono-axial tat-titanju u viti multi-axial tat-titanju jew tal-kromju-kobalt/titanju, rispettivament, b’varjetà ta’ dijametri u tul, ikkodifikati bil-kulur, bi ħjut self-cutting, ilkoll, f’kull każ, b’viti tal-għeluq tat-titanju korrispondenti,</P></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><P>vireg ċilindriċi f’materjali differenti (liga tat-titanju jew kromju-kobalt), mgħawġa jew dritti, b’dijametru ta’ 4.75 mm, b’tul differenti (bejn 30 mm u 500 mm),</P></ITEM><ITEM><P>pjanċi Crosslink CD Horizon X10 tat-titanju, b’tul differenti (fissi jew aġġustabbli), inkluż vit tal-għeluq,</P></ITEM><ITEM><P>ganċijiet kkodifikati bil-kulur b’erba’ qisien u mudelli differenti, magħmulin minn lega tat-titanju, u</P></ITEM><ITEM><P>konnetturi tal-ġenb tal-liga tat-titanju b’dijametru ta’ 4.75 mm.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont l-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju, dawn is-sistemi ta’ ffissar tal-kolonna vertebrali huma b’mod permanenti impjantati fil-ġisem tal-pazjent li għalih dawn huma speċifikament mibnija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Jirriżulta wkoll mir-rinviju għal deċiżjoni preliminari li tali sistemi huma maħsuba għat-trattament ta’ mard deġenerattiv tad-diski intervertebrali, stenożi u diżlokazzjonijiet tal-kolonna vertebrali jew fużjonijiet vertebrali preċedenti li fallew, tumuri, skoljosi jew ksur tal-għadam.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fuq il-bażi ta’ informazzjoni tariffarja mhux vinkolanti li kienet ngħatatilha fid-<DATE ISO="20130619">19 ta’ Ġunju 2013</DATE> u li skontha s-sistemi ta’ ffissar tal-kolonna vertebrali li hija tipprovdi jaqgħu taħt is-subintestatura 9021 90 90 tan-NM, Medtronic applikat, fir-rigward tat-tassazzjoni fuq id-dħul mill-bejgħ tat-tranżazzjonijiet tagħha ta’ konsenja, ir-rata mnaqqsa prevista fil-punt 1 tal-Artikolu 12(2) tal-UStG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Wara żewġ kontrolli fuq il-post, l-Uffiċċju tat-Taxxa qies li l-imsemmija sistemi kellhom jiġu kklassifikati taħt is-subintestatura 9021 10 90 tan-NM. Medtronic qablet ma’ din l-evalwazzjoni u, fid-dikjarazzjoni preliminari tagħha għax-xahar ta’ Mejju 2016, applikat għat-tranżazzjonijet tagħha ta’ konsenja r-rata ta’ tassazzjoni prevista fl-Artikolu 12(1) tal-UStG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Madankollu Medtronic ippreżentat quddiem il-Finanzgericht Düsseldorf (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja) azzjoni kontra din id-dikjarazzjoni preliminari, fejn hija ssostni li l-iskemi inkwistjoni jaqgħu taħt is-subintestatura 9021 90 90 tan-NM u li l-kunsinna tagħhom għandha għaldaqstant tkun suġġetta għar-rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni, skont il-punt 1 tal-Artikolu 12(2) tal-UStG. Fil-fehma tagħha, dawn is-sistemi huma ddisinjati sabiex jibqgħu b’mod permanenti fil-ġisem tal-pazjent, filwaqt li l-oġġetti u l-apparat għall-ksur, imsemmija fis-subintestatura 9021 10 90 tan-NM, jibqgħu fil-ġisem biss għal żmien temporanju. Medtronic issostni wkoll li, billi s-sistemi ta’ ffissar tal-kolonna vertebrali ma humiex użati biss għat-trattament ta’ ksur, il-klassifikazzjoni tagħhom taħt is-subintestatura 9021 90 90 tan-NM hija iktar xierqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>B’mod kuntrarju, l-Uffiċċju tat-Taxxa jsostni li l-kunsinni ta’ sistemi ta’ ffissar tal-kolonna vertebrali għandhom ikunu suġġetti għar-rata tat-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ prevista fl-Artikolu 12(1) tal-UStG. Fil-fatt, mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1214/2014 jirriżulta li tali sistemi jaqgħu taħt is-subintestatura 9021 10 90 tan-NM sa fejn il-viti multi-axial li jikkomponuhom huma komparabbli mal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>pangea dual core screw<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> li dan ir-regolament jikklassifika taħt din is-subintestatura skont in-nota 2(b) tal-Kapitolu 90 tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Peress li kellha dubji fir-rigward tal-klassifikazzjoni tas-sistemi ta’ ffissar tal-kolonna vertebrali inkwistjoni fil-kawża prinċipali taħt is-subintestatura xierqa tan-NM, il-Finanzgericht Düsseldorf (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Düsseldorf) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>In-[NM] għandha tiġi interpretata fis-sens li s-sistemi ta’ ffissar tas-sinsla tad-dahar tat-tip deskritt f’iktar dettall fid-deċiżjoni għandhom jiġu kklassifikati taħt is-subintestatura 9021 90 90?<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk sistema ta’ ffissar tal-kolonna vertebrali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mibnija speċifikament għall-pazjent li fil-ġisem tiegħu din hija impjantata u intiża għat-trattament ta’ mard deġenerattiv tad-diski intervertebrali, stenożi u diżlokazzjonijiet tal-kolonna vertebrali jew fużjonijiet vertebrali preċedenti li fallew, tumuri, skoljosi jew ukoll ksur tal-għadam, taqax taħt is-subintestatura 9021 90 90 tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, meta l-Qorti tal-Ġustizzja tiġi adita b’rinviju għal deċiżjoni preliminari fil-qasam tal-klassifikazzjoni tariffarja, il-funzjoni tagħha hija li tiggwida lill-qorti nazzjonali fir-rigward tal-kriterji li permezz tagħhom din tal-aħħar tkun tista’ tikklassifika b’mod korrett il-prodotti inkwistjoni taħt in-NM iktar milli tagħmel hija stess din il-klassifikazzjoni, u dan iktar u iktar minħabba li hija ma jkollhiex neċessarjament għad-dispożizzjoni tagħha l-elementi indispensabbli kollha f’dan ir-rigward. Minħabba f’hekk, il-qorti tar-rinviju tinsab, fi kwalunkwe każ, f’pożizzjoni aħjar sabiex tagħmel il-klassifikazzjoni inkwistjoni (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170209">9 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Madaus</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑441/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:103">EU:C:2017:103</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex tiġi ggarantita ċ-ċertezza legali u l-faċilità tal-verifika, il-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija għandu, b’mod ġenerali, jitfittex fil-karatteristiċi u fil-proprjetajiet oġġettivi tagħha, kif iddefiniti mill-kliem tal-intestatura tan-NM u tan-noti tat-taqsimiet jew tal-kapitolu tagħha (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Invamed Group <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑198/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:362">EU:C:2016:362</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Konformement mar-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-NM, il-klassifikazzjoni tal-merkanzija taħt is-subintestaturi tal-istess intestatura hija legalment iddeterminata skont it-termini ta’ dawn is-subintestaturi u tan-noti tas-subintestaturi, tat-taqsimiet jew tal-kapitoli, il-formulazzjoni tat-titoli tat-taqsimiet, tal-kapitoli jew tas-subkapitoli meqjusa li għandhom biss valur indikattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Konformement mal-ġurisprudenza stabbilita wkoll tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-użu intiż tal-prodott jista’ jikkostitwixxi kriterju oġġettiv għall-klassifikazzjoni sakemm dan ikun inerenti għall-imsemmi prodott, liema inerenza għandha tkun tali li tkun tista’ tiġi evalwata fid-dawl tal-karatteristiċi u tal-proprjetajiet oġġettivi tiegħu (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Invamed Group <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-198/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:362">EU:C:2016:362</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li n-Noti ta’ Spjega tas-SA, minkejja li ma għandhomx saħħa vinkolanti, jikkostitwixxu strumenti importanti sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tat-tariffa doganali komuni u jipprovdu, bħala tali, elementi validi għall-interpretazzjoni tagħha. L-istess japplika għan-Noti ta’ Spjega tan-NM (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Lukoyl Neftohim Burgas</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-330/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1757">EU:C:2014:1757</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Konformement mal-kliem tal-intestatura 9021 tan-NM, din tinkludi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>[a]pparat ortopediku […] qassab u apparat ieħor għall-ksur; partijiet artifiċjali tal-ġisem; apparat akustiku (<HT TYPE="ITALIC">hearing aids</HT>) u tagħmir ieħor li jintlibes jew jinġarr, jew jiddaħħal fil-ġisem, biex jagħmel tajjeb għal difett jew diżabilità<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-kliem tal-imsemmija intestatura, il-funzjoni tal-oġġett jew l-apparat ikkonċernat hija determinanti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tiegħu taħt waħda mis-subintestaturi tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tirrileva li s-sistemi ta’ ffissar tal-kolonna vertebrali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kif deskritti fil-punt 24 ta’ din is-sentenza, jissodisfaw diversi funzjonijiet. Fil-fatt, dawn huma użati għat-trattament ta’ ksur tal-għadam kif ukoll ta’ mard deġenerattiv tad-diski intervertebrali, stenożi u diżlokazzjonijiet tal-kolonna vertebrali jew fużjonijiet vertebrali preċedenti li fallew, tumuri jew skoljosi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>L-imsemmija qorti tiddeduċi li, skont id-diversi funzjonijiet li huma jiżguraw, dawn is-sistemi jistgħu <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> jaqgħu taħt is-subintestatura 9021 90 90 tan-NM bħala apparat ieħor li jinżamm fl-id, li jintlibes fuq il-persuna jew li jiġi impjantat fl-organiżmu, biex jagħmel tajjeb għal xi defiċjenza jew diżabbiltà, jew taħt is-subintestatura 9021 10 90 tan-NM, bħala qassab u tagħmir ieħor għal ksur, jew ukoll taħt is-subintestatura 9021 10 10 tan-NM, bħala apparat ortopediku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tas-subintestatura 9021 10 10 tan-NM, il-qorti tar-rinviju tqis li ma huwiex neċessarju li jiġi eżaminat jekk is-sistemi ta’ ffissar tal-kolonna vertebrali inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistgħux jiġu kklassifikati bħala apparat ortopediku fis-sens ta’ din tal-aħħar, sa fejn dawn jikkorrispondu, skont kull probabbiltà, għat-tip ta’ apparati deskritti taħt is-subintestatura 9021 90 90 tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu madankollu jitfakkar li, kif jirriżulta mill-istruttura tal-intestatura 9021 u mill-formulazzjoni tas-subintestatura 9021 90 90 tan-NM, din tal-aħħar hija ta’ natura residwa meta mqabbla ma’ subintestaturi oħrajn tal-istess livell, sa fejn hija tirrigwarda l-oġġetti u l-apparati li ma jaqgħu taħt l-ebda waħda mis-subintestaturi l-oħra tal-intestatura 9021.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>B’kekk, klassifikazzjoni taħtha tista’ tkun prevista biss jekk is-sistemi inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jkunu jaqgħu taħt ebda waħda mis-subintestaturi l-oħra tal-intestatura 9021 tan-NM (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060713">13 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Uroplasty</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-514/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:464">EU:C:2006:464</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 33 ta’ din is-sentenza, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa, qabelxejn, jekk is-sistemi inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistgħux jiġu kklassifikati, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, bħala oġġetti jew apparati tal-ortopedija, fis-sens tas-subintestatura 9021 10 10 tan-NM. Għal dan il-għan, l-imsemmija qorti għandha tieħu inkunsiderazzjoni n-nota 6 tal-Kapitolu 90 tan-NM, li tipprovdi li l-oġġetti u l-apparati ortopediċi għandhom iservu jew sabiex jipprevjenu jew jikkoreġu diformitajiet tal-ġisem, jew sabiex isostnu jew iżommu partijiet tal-ġisem wara marda, operazzjoni jew korriment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-oġġetti u l-apparati intiżi għat-trattament ta’ mard deġenerattiv tad-diski intervertebrali, stenożi, diżlokazzjonijiet tal-kolonna vertebrali u fużjonijiet vertebrali preċedenti li fallew, tumuri jew skoljosi jistgħu jaqgħu taħt is-subintestatura 9021 10 10 tan-NM, bla ħsara madankollu għall-verifika mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi speċifikat li ma jirriżultax la min-NM, la min-Noti ta’ Spjega tan-NM u lanqas min-Noti ta’ Spjega tas-SA li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jeskludi minn din is-subintestatura l-oġġetti jew l-apparati intiżi li jiġu impjantati fil-ġisem uman.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tas-subintestatura 9021 10 90 tan-NM, għandu jitfakkar li n-Noti ta’ Spjega tas-SA relatati mal-intestatura 9021 jistipulaw li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>oġġetti u tagħmir għall-fratturi jservu biex jiġu mmobilizzati l-partijiet tal-ġisem affettwati (għall-finijiet ta’ estensjoni jew ta’ protezzjoni) jew biex inaqqsu l-fratturi<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, u jispeċifikaw li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>[dawn l-oġġetti u apparati] huma wkoll użati fl-ipproċessar ta’ żlugar u korrimenti oħra tal-ġogi<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu qabelxejn jiġi miċħud l-argument ta’ Medtronic li s-sistemi ta’ ffissar tal-kolonna vertebrali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jistgħux jaqgħu taħt din is-subintestatura sa fejn, kuntrarjament għall-oġġetti u għall-apparati għall-ksur koperti minnha, dawn huma ddisinjati sabiex jibqgħu b’mod permanenti fil-ġisem tal-pazjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi kkonstatat li ma jirriżultax la mill-kliem tal-imsemmija subintestatura u lanqas min-Noti ta’ Spjega tan-NM dwar l-intestatura 9021 li huma biss l-oġġetti u l-apparati għall-ksur iddisinjati sabiex jibqgħu b’mod temporanju fil-ġisem tal-pazjent li huma koperti minnha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li oġġett jew apparat għall-ksur ma jistax jiġi eskluż mis-subintestatura 9021 10 90 tan-NM għar-raġuni biss li huwa ġie ddisinjat sabiex jibqa’ b’mod permanenti fil-ġisem tal-bniedem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tirrileva li t-trattament ta’ ksur huwa biss wieħed minn diversi użi tas-sistemi ta’ ffissar tal-kolonna vertebrali inkwistjoni fil-kawża prinċipali u li għaldaqstant ma jistax jitqies li huwa l-funzjoni prinċipali, b’tali mod li ma hemmx lok li dawn jiġu kklassifikati fis-subintestatura 9021 10 90 tan-NM b’applikazzjoni, b’analoġija, tan-nota 3 tat-Taqsima XVI tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Konformement ma’ din in-nota, applikabbli għall-Kapitolu 90 tan-NM skont in-nota 3 ta’ dan il-kapitolu, hemm lok, sa fejn dawn l-imsemmija sistemi jistgħu jaqgħu taħt diversi subintestaturi tan-NM minħabba din il-pluralità ta’ funzjonijiet, li dawn is-sistemi jiġu klassifikati <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>skont il-funzjoni prinċipali li tikkaratterizza t-totalità<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Minn dan isegwi, kif il-qorti tar-rinviju ġustament ikkonstatat, li s-sistemi ta’ ffissar tal-kolonna vertebrali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jistgħux ikunu suġġetti għal klassifikazzjoni fis-subintestatura 9021 10 90 tan-NM fil-każ fejn ikun stabbilit li dawn ma humiex prinċipalment intiżi għat-trattament ta’ ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk il-klassifikazzjoni taħt is-subintestatura 9021 10 10 tan-NM issir bħala riżultat tal-verifika magħmula mill-qorti tar-rinviju skont il-punt 46 ta’ din is-sentenza, ikun hemm lok li jiġi ddeterminat jekk l-imsemmija sistemi humiex prinċipalment intiżi għal użu ortopediku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi madankollu jekk is-sistemi ta’ ffissar tal-kolonna vertebrali inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandhomx jiġu kklassifikati fis-subintestatura 9021 10 90 tan-NM għar-raġuni li dawn is-sistemi huma parzjalment magħmula minn viti multi-axial li, skont l-Uffiċċju tat-Taxxa, huma komparabbli mal-pangae dual core screws previsti fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1214/2014 u li dan jikklassifika taħt din is-subintestatura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, ċertament, in-nota 2(b) tal-Kapitolu 90 tan-NM tipprevedi li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>[b]ċejjeċ u aċċessorji oħrajn, jekk tajbin għal użu biss jew prinċipalment ma’ tip partikulari ta’ magna, strument jew apparat, jew ma’ għadd ta’ magni, strumenti jew apparat ta’ l-istess titlu (inkluż magna, strument jew apparat ta’ titlu 9010, 9013 jew 9031) għandhom ikunu kklassifikati mal-magni, strumenti jew apparat ta’ dak it-tip.<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Madankollu, anki jekk jitqies li ċerti elementi tas-sistemi ta’ ffissar tal-kolonna vertebrali inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkorrispondu għad-deskrizzjoni tal-apparat previst fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1214/2014, xorta jibqa’ l-fatt li l-imsemmija sistemi huma intiżi prinċipalment għall-użu fil-qasam tal-kirurġija tat-trawma, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, jekk l-applikazzjoni b’analoġija ta’ regolament ta’ klassifikazzjoni għall-prodotti analogi għal dawk koperti minn dan ir-regolament tiffavorixxi interpretazzjoni koerenti tan-NM kif ukoll l-ugwaljanza fit-trattament tal-operaturi, tali applikazzjoni b’analoġija ma hijiex neċessarja u lanqas possibbli peress li l-Qorti tal-Ġustizzja, permezz tar-risposta tagħha għal domanda preliminari, ipprovdiet lill-qorti tar-rinviju l-elementi kollha neċessarji għall-klassifikazzjoni ta’ prodott taħt l-intestatura xierqa tan-NM (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Stryker EMEA Supply Chain Services</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-51/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:298">EU:C:2017:298</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, jekk il-qorti tar-rinviju kellha tasal għall-konklużjoni li s-sistemi ta’ ffissar tal-kolonna vertebrali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fid-dawl tal-karatteristiċi tagħhom u l-proprjetajiet oġġettivi tagħhom, kif ukoll meta jitqies l-użu li għalih huma intiżi u dak li fil-fatt sar minnhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150304">4 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Oliver Medical</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-547/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:139">EU:C:2015:139</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160225">25 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>G. E. Security</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-143/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:115">EU:C:2016:115</NO.ECLI>,<?PAGE NO="11"?> punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), ma għandhomx bħala funzjoni prinċipali t-trattament ta’ ksur, ma jkunx hemmx lok li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1214/2014 jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex dawn jiġu kklassifikati taħt is-subintestatura xierqa tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jitfakkar li, fil-każ li l-qorti tar-rinviju tasal għall-konklużjoni li s-sistemi ta’ ffissar tal-kolonna vertebrali inkwistjoni fil-kawża prinċipali la jaqgħu taħt is-subintestatura 9021 10 10 u lanqas taħt is-subintestatura 9021 10 90, il-klassifikazzjoni ta’ dawn is-sistemi taħt is-subintestatura 9021 90 90 tan-NM tippreżupponi li dawn huma intiżi mhux biss sabiex jiġu impjantati fl-organiżmu iżda wkoll sabiex jikkumpensaw għal defiċjenza jew diżabbiltà, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika fid-dawl tan-Noti ta’ Spjega tan-NM u tas-SA relatati mal-intestatura 9021.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Skont in-Noti ta’ Spjega tan-NM dwar l-intestatura 9021, huma biss l-apparati li fil-fatt jassumu jew jissostitwixxu l-funzjoni tal-parti defiċjenti jew diżabbli tal-ġisem li jistgħu jitqiesu bħala intiżi sabiex jikkumpensaw għal difett jew diżabbiltà, filwaqt li l-apparati li sempliċement iservu sabiex itaffu l-effetti tad-defiċjenza jew diżabbiltà huma fihom infushom esklużi minn din id-definizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li, bħala eżempji ta’ apparati intiżi sabiex jikkumpensaw għal defiċjenza jew diżabbiltà, in-Noti ta’ Spjega tas-SA dwar l-intestatura 9021 jinkludu l-apparat intiż sabiex jiffaċilita l-pronunzja tal-persuni li tilfu l-użu tal-kordi vokali, l-apparat tat-tip pacemaker, bħal dak intiż sabiex jistimula l-muskolu tal-qalb fil-każ ta’ defiċjenza, l-apparat li jippermetti lill-għomja jiggwidaw lilhom infushom, jew ukoll dak maħsub sabiex isostni jew jissostitwixxi l-funzjoni kimika ta’ ċerti organi, bħas-sekrezzjoni tal-insulina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ sistemi ta’ fissar tal-kolonna vertebrali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jekk ikun meħtieġ, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tidentifika l-parti tal-ġisem defiċjenti jew diżabbli u l-funzjoni li dawn is-sistemi huma intiżi li jissostitwixxu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, għad-domanda preliminari għandha tingħata r-risposta li n-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li l-klassifikazzjoni ta’ sistemi ta’ ffissar tal-kolonna vertebrali bħal dawn inkwistjoni fil-kawża prinċipali taħt is-subintestatura 9021 90 90 tan-NM hija eskluża ladarba dawn is-sistemi jistgħu jiġu kklassifikati taħt subintestatura oħra tal-intestatura 9021 tan-NM. L-eventwali klassifikazzjoni ta’ dawn is-sistemi taħt is-subintestatura 9021 10 10 jew taħt is-subintestatura 9021 10 90 tan-NM tiddependi mill-funzjoni prinċipali li tikkaratterrizzahom, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina billi tqis l-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi ta’ dawn is-sistemi kif ukoll l-użu li għalihom huma mfassla u l-użu li fil-fatt isir minnhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE> dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif emendata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1754 tas-<DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE> għandha tiġi interpretata fis-sens li l-klassifikazzjoni ta’ sistemi ta’ ffissar tal-kolonna vertebrali bħal dawn inkwistjoni fil-kawża prinċipali taħt is-subintestatura 9021 90 90 tan-Nomenklatura Magħquda hija eskluża ladarba dawn is-sistemi jistgħu jiġu kklassifikati taħt subintestatura oħra tal-intestatura 9021 tan-NM. L-eventwali<?PAGE NO="12"?> klassifikazzjoni ta’ dawn is-sistemi taħt is-subintestatura 9021 10 10 jew taħt is-subintestatura 9021 10 90 tagħha tiddependi mill-funzjoni prinċipali li tikkaratterrizzahom, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina billi tqis l-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi ta’ dawn is-sistemi kif ukoll l-użu li għalihom huma mfassla u l-użu li fil-fatt isir minnhom.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>