18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/110


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 119/2008

tas-7 ta' Novembru 2008

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 104/2008 tas-26 ta' Settembru 2008 (1).

(2)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 287/2008 tat-28 ta' Marzu 2008 dwar l-estensjoni tal-perijodu ta' validità msemmi fl-Artikolu 2ċ(3) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftheim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 66p (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“66pa.

32008 R 0287: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 287/2008 tat-28 ta' Marzu 2008 dwar l-estensjoni tal-perijodu ta' validità msemmi fl-Artikolu 2ċ(3) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 (ĠU L 87, 29.3.2008, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 287/2008 fil-lingwi Islandiċi u Norveġiżi, li jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-8 ta' Novembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)   ĠU L 309, 20.11.2008, p. 30.

(2)   ĠU L 87, 29.3.2008, p. 3.

(*1)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.