<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-928/19 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CC0928</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:38">EU:C:2021:38</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>29</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>29</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Pikamäe – Kawża C‑928/19 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">EPSU vs Il‑Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Pikamäe</HT></P><P>ippreżentati fl‑<DATE ISO="20210120">20 ta’ Jannar 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE><HT TYPE="SUP">(</HT><NOTE TYPE="ENDNOTE" NUMBERING="roman" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Il-punt 18 ta’ dan it-test saritlu modifika, wara l-ewwel darba li tqiegħed online<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</P></NOTE><HT TYPE="SUP">)</HT></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑928/19 P</HT></P><P>European Federation of Public Service Unions (EPSU)</P><P>vs</P><P>Il-Kummissjoni Ewropea</P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Dritt istituzzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Politika soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 154 u 155 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Djalogu soċjali bejn l-imsieħba soċjali fil-livell tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Informazzjoni u konsultazzjoni tal-imsieħba soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim konkluż mill-imsieħba soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Informazzjoni u konsultazzjoni tal-uffiċjali u tal-impjegati tal-amministrazzjonijiet tal-gvernijiet ċentrali tal-Istati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut tal-Kummissjoni li tissottometti lill-Kunsill proposta għal deċiżjoni li timplimenta l-ftehim</KEYWORD><KEYWORD>Klassifikazzjoni tal-atti li jirriżultaw mill-proċedura ta’ implimentazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni</KEYWORD><KEYWORD>Grad ta’ stħarriġ ġudizzjarju</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni ta’ rifjut</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, il-European Federation of Public Service Unions (EPSU) (il-Federazzjoni Ewropea tas-Sindakati tas-Servizzi Pubbliċi) titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal‑<DATE ISO="20191024">24 ta’ Ottubru 2019</DATE>, EPSU u Goudriaan vs Il‑Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>T‑310/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:757">EU:T:2019:757</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat mir-rikorrenti fl-ewwel istanza (EPSU u Jan Goudriaan) kontra d-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni Ewropea fl-ittra tagħha tal‑<DATE ISO="20180305">5 ta’ Marzu 2018</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), li permezz tagħha l-Kummissjoni rrifjutat li tippreżenta lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea proposta għal deċiżjoni li timplimenta ftehim konkluż bejn l-imsieħba soċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ftehim konkluż fil‑<DATE ISO="20151221">21 ta’ Diċembru 2015</DATE>, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Qafas ġenerali għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-uffiċjali u [tal-]impjegati tal-amministrazzjonijiet tal-gvernijiet ċentrali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, u ffirmat mid-Delegazzjoni tas-Sindakati Nazzjonali u l-Amministrazzjoni Ewropea (TUNED) u mill-Persuni li Jimpjegaw tal-Amministrazzjoni Pubblika Ewropea (EAPE).</P></NOTE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>ftehim inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>L-imsieħba soċjali għaddew għan-negozjar tal-ftehim wara konsultazzjoni mmexxija mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 154(2) TFUE.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 155(2) TFUE. Għalkemm din ma hijiex l-ewwel darba li l-Kummissjoni opponiet għal ftehim innegozjat mill-imsieħba soċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Fis‑<DATE ISO="20120426">26 ta’ April 2012</DATE>, il-Kummissjoni kienet opponiet għal ftehim qafas Ewropew dwar il-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema fil-ħwienet tax-xagħar iffirmat minn Coiffure EU u UNI Europa Hair &amp; Beauty. F’dak il-każ ma kien ġie ppreżentat l-ebda rikors u kienet ġiet proposta verżjoni ġdida tal-ftehim mill-imsieħba soċjali. Għal analiżi kritika, ara, Dorssemont, F., Lörcher, K., Schmitt, M., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>On the Duty to Implement European Framework Agreements: Lessons to be Learned from the Hairdressers Case<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, <HT TYPE="ITALIC">Industrial Law Journal</HT>, Vol. 48, Nru 4, Diċembru 2019, pp. 571 sa 603.</P></NOTE>, min-naħa l-oħra din hija l-ewwel darba li l-Qorti<?PAGE NO="2"?> tal-Ġustizzja ġiet adita b’tali oppożizzjoni u li hija għandha tiddeċiedi dwar is-setgħat u l-obbligi tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura ta’ implimentazzjoni tal-ftehimiet konklużi mill-imsieħba soċjali skont din id-dispożizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara Schmitt, M., Moizard, N. u Frapard, M., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Droit social européen<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, <HT TYPE="ITALIC">J.D.E</HT>., 2020/6, Nru 270, p. 297.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddetermina jekk il-Kummissjoni tistax, minbarra li tistħarreġ il-legalità tal-ftehim innegozjat mill-imsieħba soċjali u r-rappreżentattività tagħhom, teżerċita stħarriġ fir-rigward tal-opportunità tal-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 152 TFUE jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>L-Unjoni Ewropea tirrikonoxxi u tippromwovi r-rwol ta’ l-imsieħba soċjali fil-livell tagħha, filwaqt li tqis id-diversità tas-sistemi nazzjonali. Għandha tiffaċilita d-djalogu bejn is-sħab soċjali, waqt li tirrispetta l-awtonomija tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 153(1) TFUE jipprevedi li, bl-għan li jinkisbu l-għanijiet tal-Artikolu 151, l-Unjoni għandha ssostni u tikkompleta l-attivitajiet tal-Istati Membri f’diversi oqsma, fosthom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 154 TFUE jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="154.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kummissjoni għandha jkollha d-dmir li tippromwovi l-konsultazzjoni ta’ min imexxi u tal-ħaddiema [tal-imsieħba soċjali] fil-livell ta’ l-Unjoni u għandha tieħu l-miżuri rilevanti sabiex tiffaċilita id-djalogu ta’ bejniethom billi tassigura sostenn bilanċjat għal dawn il-partijiet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="154.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>B’dan il-għan, qabel ma tippreżenta proposti fil-qasam tal-politika soċjali, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-min imexxi u lill-ħaddiema dwar id-direzzjoni possibli ta’ l-azzjoni mill-Unjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="154.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk, wara din il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni tikkonsidra li azzjoni mill-Unjoni tkun ta’ min jirrakomandaha, hi għandha tikkonsulta lill-min imexxi u l-ħaddiema dwar il-kontenut tal-proposta maħsuba. Min imexxi u l-ħaddiema għandhom iwasslu lill-Kummissjoni opinjoni jew, fejn jixraq, rakkomandazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="154.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Fl-okkażjoni ta’ konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, min imexxi u l-ħaddiema jistgħu jinformaw lill-Kummissjoni bix-xewqa tagħhom li jibdew il-proċess previst fl-Artikolu 155. It-tul ta’ żmien ta’ dan il-proċess m’għandux jeċċedi disa’ xhur, sakemm min imexxi u l-ħaddiema kkonċernati u l-Kummissjoni, flimkien jiddeċiedu li jestenduh.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 155 TFUE:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="155.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk min imexxi u l-ħaddiema [l-imsieħba soċjali] hekk jixtiequ, id-djalogu bejniethom fil-livell ta’ l-Unjoni jista’ jwassal għal relazzjonijiet kontrattwali, inkluż ftehim.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="155.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Ftehim [Il-ftehimiet] konklużi fil-livell ta’ l-Unjoni għandhom jkunu implementati skond il-proċeduri u prattiċi speċifiċi għal min imexxi u l-ħaddiema u l-Istati Membri, jew, f’materji li<?PAGE NO="3"?> huma koperti mill-Artikolu 153, fuq talba konġunta mill-partijiet firmatarji, b’deċiżjoni tal-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi informat.</ALINEA><ALINEA>Il-Kunsill għandu jaġixxi b’mod unanimu meta l-ftehim in kwistjoni jkun fih dispożizzjoni waħda jew aktar konnessi ma’ wieħed mill-oqsma li għalihom hija meħtieġa l-unanimità skond l-Artikolu 153(2).<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża ġew spjegati mill-Qorti Ġenerali fil-punti 1 sa 6 tas-sentenza appellata u jistgħu, għall-finijiet ta’ din il-proċedura, jitqassru bil-mod segwenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Permezz ta’ dokument ta’ konsultazzjoni tal‑<DATE ISO="20150410">10 ta’ April 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>C(2015) 2303 final.</P></NOTE>, il-Kummissjoni stiednet lill-imsieħba soċjali, fuq il-bażi tal-Artikolu 154(2) TFUE, sabiex jiddeċiedu dwar l-orjentazzjoni possibbli ta’ azzjoni tal-Unjoni Ewropea li tikkonċerna l-konsolidazzjoni tad-direttivi dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema. Din il-konsultazzjoni kienet tirrigwarda b’mod partikolari l-eventwali estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-direttivi għall-uffiċjali u għall-impjegati tal-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20150602">2 ta’ Ġunju 2015</DATE>, l-imsieħba soċjali fi ħdan il-kumitat ta’ djalogu soċjali għall-amministrazzjonijiet tal-gvernijiet ċentrali, jiġifieri, minn naħa, it-TUNED u, min-naħa l-oħra, l-EAPE, abbażi tal-Artikolu 154(4) TFUE, informaw lill-Kummissjoni dwar ir-rieda tagħhom li jinnegozjaw u jikkonkludu ftehim fuq il-bażi tal-Artikolu 155(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20151221">21 ta’ Diċembru 2015</DATE>, it-TUNED u l-EAPE ffirmaw ftehim intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Qafas ġenerali għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-uffiċjali u [tal-]impjegati tal-amministrazzjonijiet tal-gvernijiet ċentrali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20160201">1 ta’ Frar 2016</DATE>, it-TUNED u l-EAPE talbu b’mod konġunt lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta proposta għall-implimentazzjoni tal-ftehim inkwistjoni fil-livell tal-Unjoni b’deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adottata abbażi tal-Artikolu 155(2) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20180305">5 ta’ Marzu 2018</DATE>, il-Kummissjoni informat lit-TUNED u lill-EAPE li hija kienet iddeċidiet li tirrifjuta li tippreżenta proposta għal deċiżjoni lill-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-ftehim inkwistjoni fil-livell tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni indikat, essenzjalment, qabel kollox, li l-amministrazzjonijiet tal-gvernijiet ċentrali kienu suġġetti għall-awtorità tal-gvernijiet tal-Istati Membri, li huma kienu jeżerċitaw prerogattivi ta’ awtorità pubblika u li l-istruttura, l-organizzazzjoni u l-funzjonament tagħhom kienu jaqgħu kompletament fil-kompetenza tal-Istati Membri. Sussegwentement, il-Kummissjoni rrilevat li dispożizzjonijiet li jiżguraw ċertu grad ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-uffiċjali u tal-impjegati ta’ dawn l-amministrazzjonijiet kienu diġà jeżistu f’diversi Stati Membri. Finalment, il-Kummissjoni kkonstatat li d-daqs tal-imsemmija amministrazzjonijiet kien jiddependi mill-grad ta’ ċentralizzazzjoni jew ta’ deċentralizzazzjoni tal-Istati Membri, b’tali mod li, fil-każ ta’<?PAGE NO="4"?> implimentazzjoni tal-ftehim inkwistjoni permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill, il-livell ta’ protezzjoni tal-uffiċjali u tal-impjegati tal-amministrazzjonijiet pubbliċi jkun ivarja b’mod kunsiderevoli skont l-Istati Membri.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil‑<DATE ISO="20180515">15 ta’ Mejju 2018</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentaw rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Insostenn ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti invokaw, essenzjalment, żewġ motivi bbażati, rispettivament, fuq żball ta’ liġi fir-rigward tal-portata tas-setgħat tal-Kummissjoni u fuq in-natura insuffiċjenti u manifestament żbaljata tal-motivi tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni Ewropea talbet iċ-ċaħda tar-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors kollu kemm hu u kkundannat lil kull parti jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Wara li, fil-punti 19 sa 36 tas-sentenza appellata, eżaminat in-natura li tista’ tiġi kkontestata, fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE, tad-deċiżjoni kontenzjuża u qieset li r-rikors kontra din id-deċiżjoni kien ammissibbli f’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali rrilevat, fil-punti 37 sa 40 ta’ din is-sentenza, li parti waħda mir-rikorrenti kellha <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT>, b’tali mod li ma kienx hemm lok li tiġi eżaminata l-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> għar-rikorrent l-ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-eżami tal-mertu ta’ dan ir-rikors, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-ewwel motiv tar-rikorrenti, billi tat b’mod partikolari, fil-punti 49 sa 90 tas-sentenza appellata, interpretazzjoni letterali, kuntestwali u teleoloġika tal-Artikolu 155(2) TFUE u billi eżaminat, fil-punti 91 sa 102 ta’ din is-sentenza, ir-regoli, il-prinċipji u l-għanijiet tal-Unjoni invokati mir-rikorrenti insostenn tal-interpretazzjoni tagħhom ta’ din id-dispożizzjoni. Hija kkonkludiet, fil-punt 104 tal-imsemmija sentenza, li, bir-rifjut li tippreżenta lill-Kunsill proposta għal deċiżjoni li timplimenta l-ftehim inkwistjoni, il-Kummissjoni ma wettqitx żball ta’ liġi fir-rigward tal-portata tas-setgħat tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni motiv tar-rikors, il-Qorti Ġenerali eżaminat, fil-punti 108 sa 140 tas-sentenza appellata, l-osservazzjoni mill-Kummissjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 296 TFUE fid-deċiżjoni kontenzjuża u l-fondatezza tal-motivazzjoni li tinsab f’din id-deċiżjoni. Wara li stabbilixxiet li d-deċiżjoni kontenzjuża kellha tkun is-suġġett ta’ stħarriġ ristrett, il-Qorti Ġenerali qieset li d-deċiżjoni kontenzjuża kienet tissodisfa l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 296 TFUE, sa fejn dan kien jikkonċerna s-suffiċjenza tal-motivi kif ukoll il-fondatezza tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Permezz ta’ att tat‑<DATE ISO="20200302">2 ta’ Marzu 2020</DATE>, J. Goudriaan innotifika lill-Qorti tal-Ġustizzja li huwa ma kienx parti għall-appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, EPSU titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kontenzjuża; u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>iċ-ċaħda tal-appell; u</P></ITEM><ITEM><P>il-kundanna ta’ EPSU għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>EPSU u l-Kummissjoni għamlu s-sottomissjonijiet orali tagħhom fis-seduta tas‑<DATE ISO="20201026">26 ta’ Ottubru 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi ġuridika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Dan l-appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja huwa maqsum f’erba’ aggravji distinti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, EPSU ssostni li d-direttivi adottati permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 155(2) TFUE huma ta’ natura leġiżlattiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>F’dan ir-rigward, EPSU tikkontesta l-punti 69, 73, 96 u 100 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>. Permezz tat-tieni aggravju tagħha, EPSU ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta interpretat l-Artikoli 154 u 155 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>B’mod partikolari, dan l-aggravju jikkonċerna l-punti 34, 54 sa 63, 64 sa 82, 93 u 94 sa 98 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>. It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-grad tal-istħarriġ ġudizzjarju eżerċitat mill-Qorti Ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Dan l-aggravju jikkonċerna l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali li tinsab fil-punti 31 sa 33, 78, 79, 109 sa 112, 122 u 133 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>. Permezz tar-raba’ aggravju tagħha, EPSU ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonfermat il-legalità tal-espożizzjoni tal-motivi li jinsabu fid-deċiżjoni kontenzjuża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Il-kritiki tagħha jikkonċernaw b’mod partikolari l-punti 116 sa 140 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Nipproponi, fl-ewwel lok, li jiġu analizzati flimkien l-ewwel u t-tieni aggravju, li huma intrinsikament marbuta u jirrigwardaw, essenzjalment, l-interpretazzjoni allegatament żbaljata tal-Artikoli 154 u 155 TFUE. Fit-tieni lok, għandhom jiġu eżaminati t-tielet u r-raba’ aggravju fl-ordni li ġew ippreżentati fih.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ewwel u t-tieni aggravju, ibbażati fuq l-interpretazzjoni żbaljata tal-Artikoli 154 u 155 TFUE</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, EPSU tikkritika lill-Qorti Ġenerali li ċaħdet indebitament l-ewwel motiv tagħha, sa fejn hija qieset b’mod żbaljat li d-direttivi adottati permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 155(2) TFUE huma ta’ natura mhux leġiżlattiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>EPSU tikkritika l-punti 69, 73, 89, 96 u 100 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, qabel kollox, EPSU ssostni li l-konsegwenzi tad-direttivi adottati permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 155(2) TFUE ma humiex differenti minn dawk tad-direttivi adottati skont l-Artikolu 153 TFUE. Sussegwentement, il-Qorti Ġenerali allegatament, b’mod żbaljat, ibbażat fuq l-aspetti proċedurali u fuq il-klassifikazzjoni tal-att adottat skont l-Artikolu 155(2) TFUE, minflok ma ffokat fuq l-effetti sostanzjali tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>EPSU tikkritika l-punti 69 u 89 tas-sentenza appellata. Barra minn hekk, il-konklużjoni li tinsab fil-punt 96 ta’ din is-sentenza jkun inkompatibbli, minn naħa, mal-miżuri adottati skont din id-dispożizzjoni, li tkun ta’ natura leġiżlattiva, u, min-naħa l-oħra, mal-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110908">8 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Hennings u Mai</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑297/10 u C‑298/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:560">EU:C:2011:560</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Finalment, EPSU ssostni li l-proċedura prevista f’din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi proċedura leġiżlattiva speċjali fis-sens tal-Artikolu 289(2) TFUE. F’dan ir-rigward, ir-riferiment għas-sentenza tas‑<DATE ISO="20170906">6 ta’ Settembru 2017</DATE>, Is‑Slovakkja u L‑Ungerija vs Il‑Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑643/15 u C‑647/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:631">EU:C:2017:631</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> ma jistax ikun rilevanti u ma jistax ineħħi n-natura essenzjalment leġiżlattiva tal-miżuri adottati bl-applikazzjoni tal-Artikolu 155(2) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, EPSU ssostni li l-interpretazzjoni tal-Artikoli 154 u 155 TFUE mogħtija mill-Qorti Ġenerali hija żbaljata fil-liġi fir-rigward, b’mod partikolari, tas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni fil-proċedura relatata mal-implimentazzjoni tal-ftehimiet konklużi bejn l-imsieħba soċjali fil-livell tal-Unjoni bl-applikazzjoni ta-Artikolu 155(2) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Minn naħa, fir-rigward tal-interpretazzjoni letterali, EPSU ssostni li t-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>intervient<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, fil-verżjoni Franċiża, u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>shall be implemented<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, fil-verżjoni Ingliża, li jinsabu fl-Artikolu 155(2) TFUE, huma imperattivi, u ma jħallu l-ebda setgħa diskrezzjonali lill-Kummissjoni dwar l-għażla li tipproponi lill-Kunsill il-ftehim imsemmi f’din id-dispożizzjoni. Minn dan jirriżulta li l-Qorti Ġenerali allegatament wettqet żball fl-interpretazzjoni tagħha tan-natura tal-kompetenzi tal-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Il-kritika tirrigwarda l-punt 62 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>. Skont EPSU, hija l-Kummissjoni li, fi tmiem stħarriġiet tal-legalità tal-ftehim u tar-rappreżentattività tal-imsieħba soċjali li nnegozjaw dan il-ftehim, għandha tipproponih lill-Kunsill.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-interpretazzjoni kuntestwali u teleoloġika tal-Artikoli 154 u 155 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>EPSU tikkontesta l-approċċ segwit mill-Qorti Ġenerali, fil-punti 62, 63, 69 sa 82, 87, 89, 99, 100 u 109 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>, meta l-Kummissjoni tiġi adita b’talba konġunta sabiex timplimenta ftehim skont l-Artikolu 155(2) TFUE, tkun ir-responsabbiltà tagħha li tippreżenta proposta lill-Kunsill u tkun ir-responsabbiltà ta’ dan tal-aħħar li jiddeċiedi jekk għandux jiġi adottat il-ftehim inkwistjoni. Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali allegatament wessgħet ir-rwol tal-Kummissjoni għad-detriment tar-rwol tal-imsieħba soċjali u ta’ dak tal-Kunsill. B’dan il-mod, hija allegatament wettqet applikazzjoni ħażina tas-sentenza tal‑<DATE ISO="20150414">14 ta’ April 2015</DATE>, Il‑Kunsill vs Il‑Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑409/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:217">EU:C:2015:217</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, li minnha jirriżulta li jeżistu każijiet fejn il-Kummissjoni hija marbuta, skont id-dritt tal-Unjoni, tippreżenta proposta ta’ att leġiżlattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>EPSU hija tal-opinjoni li l-Qorti Ġenerali wettqet ukoll żball ta’ liġi meta ħadet inkunsiderazzjoni l-Artikolu 17(1) u (2) TUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>EPSU tirreferi għall-punti 34, 63 sa 81 u 93 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>. Din id-dispożizzjoni ma tistax issaħħaħ is-setgħat tal-Kummissjoni meta t-Trattat UE jew it-Trattat FUE jillimitawhom b’mod speċifiku, u dan ikun il-każ b’mod partikolari tal-Artikoli 154 u 155 TFUE. B’mod sussidjarju, EPSU ssostni li, kieku kellu jitqies li l-atti adottati skont l-Artikolu 155(2) TFUE ma humiex atti leġiżlattivi, l-Artikolu 17(2) TUE ma jkunx applikabbli, b’tali mod li l-Qorti Ġenerali wettqet żball<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Fil-punti 34 u 74 tas-sentenza appellata.</P></NOTE> meta kkonkludiet li t-tieni fażi ta’ din id-dispożizzjoni kienet issaħħaħ is-setgħat tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali allegatament iddeskriviet b’mod żbaljat ukoll il-funzjonament tal-proċeduri msemmija fl-Artikoli 154 u 155 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>EPSU tikkritika l-punti 74 sa 77, 87 u 96 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>. F’dan ir-rigward, EPSU tirrileva, qabel kollox, li l-proċedura ta’ konsultazzjoni hija mibdija mill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tad-dritt tagħha ta’ inizjattiva. Sussegwentement, għall-kuntrarju ta’ dak li tindika s-sentenza appellata, din l-istituzzjoni ma tirkuprax il-kontroll tal-proċedura sabiex tivverifika l-fondatezza tal-ftehim innegozjat mill-imsieħba soċjali. Finalment, il-Qorti Ġenerali allegatament naqset milli tenfasizza li t-tul tal-proċess huwa limitat għal disa’ xhur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, EPSU tikkritika lill-Qorti Ġenerali li wettqet applikazzjoni ħażina tas-sentenza tas‑<DATE ISO="19980617">17 ta’ Ġunju 1998</DATE>, UEAPME vs Il‑Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>T‑135/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:128">EU:T:1998:128</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0084">84</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, li minnha jirriżulta li s-setgħat tal-Kummissjoni huma limitati għall-istħarriġ tar-rappreżentattività jew tal-legalità, peress li l-istħarriġ tal-opportunità ma huwiex imsemmi f’din is-sentenza. Minn dan jirriżulta li l-Kummissjoni ma għandha l-ebda setgħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>politika<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> diskrezzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>EPSU tikkritika l-punti 82 u 94 sa 98 tas-sentenza appellata. Is-setgħa politika <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>diskrezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> allegatament kellha l-effett li ċċaħħad lill-Kunsill mill-possibbiltà li jeżerċita s-setgħa tiegħu li jadotta jew le d-deċiżjoni skont l-Artikolu 155(2) TFUE, li tnaqqas l-awtonomija tal-imsieħba għax-xejn u li tagħti lill-Kummissjoni post madwar il-mejda tan-negozjati flimkien mal-imsieħba soċjali. L-approċċ adottat mill-Qorti Ġenerali dwar l-istħarriġ tal-opportunità tal-Kummissjoni jippreġudika l-awtonomija tal-imsieħba soċjali u jikser id-drittijiet fundamentali tagħhom, peress li dan l-istħarriġ huwa limitat għall-ftehimiet konklużi lil hinn mill-proċess ta’ konsultazzjoni previst mit-Trattat.</P></NOTE>. Il-Qorti Ġenerali allegatament, fil-punt 76 tas-sentenza appellata, żnaturat l-argument ta’ EPSU. Finalment, minn din is-sentenza jirriżulta li r-rwol u s-setgħat tal-Parlament huma differenti u komplementari għal dawk tal-imsieħba soċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>F’dan ir-rigward, filwaqt li t-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>tieni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> proċedura prevista fl-Artikoli 154 u 155 TFUE tagħti lill-imsieħba soċjali l-kompitu li jinnegozjaw, ifasslu u japprovaw, b’mod awtonomu, il-kontenut tal-ftehim, ma teżistix proċedura analoga li tippermetti lill-Parlament ifassal b’mod awtonomu l-kontenut ta’ proposta leġiżlattiva.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ewwel aggravju huwa ineffettiv u, fi kwalunkwe każ, bħat-tieni aggravju, huwa infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>L-ewwel u t-tieni aggravju huma bbażati, essenzjalment, fuq żbalji ta’ liġi li l-Qorti Ġenerali allegatament wettqet fl-interpretazzjoni tagħha tal-Artikoli 154 u 155 TFUE, b’mod partikolari, dwar ir-rwol tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 155(2) TFUE.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq in-natura allegatament ineffettiva tal-ewwel aggravju</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li EPSU ma tispjegax ir-raġunijiet għalfejn il-klassifikazzjoni allegatament żbaljata tal-atti ġuridiċi adottati skont l-Artikolu 155(2) TFUE kellha rwol determinanti fiċ-ċaħda tal-ewwel motiv tar-rikors li hija ppreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali u, konsegwentement, kellha importanza fiċ-ċaħda ta’ dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni li tinsab fil-qalba ta’ din il-kawża hija dik dwar jekk il-Qorti Ġenerali kkonfermatx ġustament id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tipproponi lill-Kunsill l-implimentazzjoni tal-ftehim konkluż bejn l-imsieħba soċjali. Peress li din hija deċiżjoni ta’ rifjut u ma ġiet ippreżentata l-ebda proposta lill-Kunsill f’dan ir-rigward, id-dubji li tqajjem il-Kummissjoni dwar<?PAGE NO="8"?> in-neċessità li jiġi ddeterminat it-tip ta’ att li kellu jirriżulta mill-proċedura skont l-Artikolu 155(2) TFUE jidhru, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, fondati, peress li tali kwistjoni għandha natura ipotetika fid-dawl taċ-ċirkustanzi inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi ammess li, fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali eżaminat il-karatteristiċi tal-proċedura prevista fl-Artikolu 155(2) TFUE u n-natura tal-miżuri adottati mill-Kunsill. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali bdiet tali eżami fil-parti tas-sentenza appellata dwar l-interpretazzjoni kuntestwali ta’ din id-dispożizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara, b’mod partikolari, il-punti 64 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. tas-sentenza appellata u, b’mod iktar partikolari, il-punt 69 ta’ din is-sentenza.</P></NOTE>. Skont ġurisprudenza stabbilita, l-ilmenti kontra l-motivi superfluwi ta’ deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali ma jistgħux iwasslu għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni u għaldaqstant huma ineffettivi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara d-digriet tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070309">9 ta’ Marzu 2007</DATE>, <NAME.CASE>Schneider Electric vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑188/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:158">EU:C:2007:158</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050628">28 ta’ Ġunju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Dansk Rørindustri <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑189/02 P, C‑202/02 P, C‑205/02 P sa C‑208/02 P u C‑213/02 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:408">EU:C:2005:408</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0148">148</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070419">19 ta’ April 2007</DATE>, <NAME.CASE>UASI vs Celltech</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑273/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:224">EU:C:2007:224</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll id-digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060223">23 ta’ Frar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Piau vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑171/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:149">EU:C:2006:149</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Issa, f’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali bbażat fuq din il-parti sabiex tasal għall-konklużjoni tagħha dwar ir-rwol tal-Kummissjoni skont din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, u bl-applikazzjoni tal-prinċipju <HT TYPE="ITALIC">in dubio pro actione</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara, f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Szpunar fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>LL vs Il‑Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑326/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:605">EU:C:2017:605</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, inqis neċessarju li nipproċedi għal eżami tal-mertu tal-ewwel aggravju mqajjem minn EPSU, li għandu jiġi analizzat flimkien mat-tieni aggravju, peress li dawn iż-żewġ aggravji huma marbuta mill-qrib.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Meta l-imsieħba soċjali jiġu kkonsultati mill-Kummissjoni, huma jistgħu jinnotifikaw lil din tal-aħħar ir-rieda tagħhom li jikkonkludu bejniethom ftehim fil-livell tal-Unjoni, konformement mal-proċess previst fl-Artikolu 155 TFUE, f’qasam wieħed jew iktar imsemmija fl-Artikolu 153 TFUE. Fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim fil-livell tal-Unjoni, din issir, konformement mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 155(2) TFUE, fuq talba konġunta tal-partijiet, fuq proposta tal-Kummissjoni u fuq deċiżjoni tal-Kunsill. F’din il-kawża, huwa stabbilit li l-ftehim inkwistjoni jaqa’ taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 153(1)(e) TFUE u li dan jista’, bħala prinċipju, jiġi implimentat fil-livell tal-Unjoni. It-tilwima tirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk il-proposta magħmula mill-Kummissjoni, bl-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, hijiex att diskrezzjonali u x’inhi l-portata eventwali ta’ dan il-marġni ta’ diskrezzjoni. EPSU hija tal-opinjoni li, meta tiġi msejħa sabiex tiddeċiedi li tissottometti jew le proposta lill-Kunsill, il-Kummissjoni tista’ tistħarreġ biss il-legalità tal-ftehim konkluż mill-imsieħba soċjali u r-rappreżentattività tagħhom. Il-Kummissjoni, min-naħa l-oħra, tqis li hija għandha l-kompetenza, minbarra ż-żewġ stħarriġiet imsemmija iktar ’il fuq, sabiex tiddeċiedi dwar l-opportunità tal-implimentazzjoni tal-ftehim fil-livell tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-kwistjoni prinċipali ta’ din il-kawża tirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk, fl-assenza ta’ elementi li jqiegħdu f’dubju l-legalità tal-ftehim konkluż bejn l-imsieħba soċjali u r-rappreżentattività tal-partijiet firmatarji ta’ dan il-ftehim, il-Kummissjoni hijiex marbuta mit-talba konġunta tagħhom u, għaldaqstant, obbligata tipproponi lill-Kunsill l-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim fil-livell tal-Unjoni. Sabiex tingħata tweġiba għal din il-mistoqsija, hemm lok, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, kif fakkret il-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara, il-punt 48 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>, li jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tal-Artikolu 155(2) TFUE, iżda wkoll<?PAGE NO="9"?> il-kuntest tiegħu u l-għanijiet li għandhom jintlaħqu minn din id-dispożizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19831117">17 ta’ Novembru 1983</DATE>, <NAME.CASE>Merck</NAME.CASE> (<NO.CASE>292/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1983:335">EU:C:1983:335</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190226">26 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Rimšēvičs u BĊE vs Il‑Latvja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑202/18 u C‑238/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:139">EU:C:2019:139</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. B’kunsiderazzjoni ta’ dan u kif irrilevajt fil-punt 41 ta’ dawn il-konklużjonijiet, filwaqt li tipproċedi għal interpretazzjoni letterali, kuntestwali u teleoloġika ta’ din id-dispożizzjoni bl-għan li tiddetermina l-portata tas-setgħat tal-Kummissjoni u tan-natura tal-att adottat skont din l-istess dispożizzjoni, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiddetermina jekk l-interpretazzjoni adottata mill-Qorti Ġenerali hijiex ivvizzjata bi żball.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Interpretazzjoni letterali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>EPSU tikkunsidra, essenzjalment, li l-użu tal-espressjoni Ingliża <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>shall be implemented<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> li tinsab fl-Artikolu 155(2) TFUE hija ekwivalenti għal impożizzjoni fuq il-Kummissjoni ta’ obbligu li ma jħallilha l-ebda marġni ta’ diskrezzjoni sabiex tiddeċiedi dwar l-opportunità li tipproponi jew le lill-Kunsill test approvat mill-imsieħba soċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Dan l-argument, fil-fehma tiegħi, ma jistax jirnexxi fil-livell letterali għar-raġunijiet esposti iktar ’il quddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa importanti li wieħed iżomm f’moħħu li, skont prattika redazzjonali leġiżlattiva komunement aċċettata, id-dikjarazzjonijiet legali huma ġeneralment imfassla fl-indikattiv, sakemm l-għan li għandu jintlaħaq mir-regola kkonċernata ma jeħtieġx l-użu ta’ mod verbali ieħor. Peress li l-użu tal-indikattiv fid-dikjarazzjonijiet legali huwa r-regola, mis-sempliċi użu ta’ dan il-mod ma jistax jiġi dedott li l-verb inkwistjoni jesprimi obbligu jew imperattiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Kif sejjer jiġi espost fil-punti 54 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-interpretazzjoni li tgħid li l-Artikolu 155(2) TFUE ma jikkostitwixxix regola imperattiva hija kkonfermata mil-ġenesi tagħha.</P></NOTE> fil-konfront tad-destinatarji tar-regola kkonċernata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Skont it-teorija deskrittivista, l-indikattiv tal-preżent jikkorrispondi għall-funzjoni proprja tad-dritt li hija li jiffissa l-kundizzjoni ta’ kull wieħed (ara, f’dan ir-rigward, Villey, M., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>De l’indicatif dans le droit<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, <HT TYPE="ITALIC">Archives de philosophie du droit</HT>, Dalloz, Pariġi, Vol. 19, 1974, pp. 33 sa 61). Skont Cornu, G., l-indikattiv jista’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>jagħti l-impressjoni li r-regola ddikjarata ma hijiex imposta b’mod arbitrarju, iżda naturalment fondata, li d-dritt huwa qrib in-natura tal-affarijiet<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> [traduzzjoni libera] (Cornu, G., <HT TYPE="ITALIC">Linguistique juridique</HT>, Montchrestien, Pariġi, 1990, p. 271).</P></NOTE>. Dan jidhirli li huwa l-każ fir-rigward tal-formulazzjoni tal-Artikolu 155(2) TFUE. Għal dawn ir-raġunijiet, l-espressjoni li għandha tiġi interpretata għandha tiġi eżaminata bit-teħid inkunsiderazzjoni tad-dispożizzjoni li tinsab fiha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Għan dan il-għan, mill-formulazzjoni tal-Artikolu 155(2) TFUE jirriżulta li l-ftehimiet konklużi fil-livell tal-Unjoni għandhom jkunu implimentati skont il-proċeduri u prattiki speċifiċi għall-imsieħba soċjali u għall-Istati Membri, jew, f’materji li huma koperti mill-Artikolu 153 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Jidhirli li, skont l-Artikolu 153(1) u (2) TFUE u l-Artikolu 155(2) TFUE, moqrija flimkien mal-Artikolu 16(3) TUE, dan il-ftehim jaqa’ taħt il-qasam irregolat mill-Artikolu 153 TFUE li għalih il-Kunsill jista’ jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata.</P></NOTE>, fuq talba konġunta mill-partijiet firmatarji, b’deċiżjoni tal-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>intervient<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, fil-verżjoni Franċiża, u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>shall be implemented<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fil-verżjoni Ingliża, li jinsab f’din id-dispożizzjoni, huwa relatat maż-żewġ ipoteżijiet previsti f’dan il-paragrafu 2 u jikkostitwixxi, kif irrilevat il-Qorti Ġenerali fil-punti 58 u 59 tas-sentenza appellata, formulazzjoni maħsuba sabiex tesprimi n-natura esklużiva ta’ dawn iż-żewġ proċeduri bl-għan tal-implimentazzjoni tal-ftehim, jiġifieri fil-livell nazzjonali, jew fil-livell tal-Unjoni.<?PAGE NO="10"?> Jidhirli li l-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>B’mod partikolari, bl-Ispanjol: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>La aplicación de los acuerdos celebrados a nivel de la Unión se realizará, ya sea según […] ya sea […]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>; bil-Ġermaniż: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Die Durchführung der auf Unionsebene geschlossenen Vereinbarungen erfolgt entweder […] oder […]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>; bl-Estonjan: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Liidu tasandil sõlmitud kokkuleppeid rakendatakse tööturu osapoolte ja liikmesriikide kehtivate menetluste või tavade kohaselt, artiklis 153 käsitletud küsimustes aga allakirjutanute ühisel taotlusel<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>; bit-Taljan: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Gli accordi conclusi a livello dell’Unione sono attuati secondo le procedure e […] o, e […]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>; bl-Olandiż: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>De tenuitvoerlegging van de op het niveau van de Unie gesloten overeenkomsten geschiedt hetzij […], hetzij […]<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>; bil-Portuġiż: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Os acordos celebrados ao nível da União serão aplicados, quer […] quer, […]<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>; u bil-Finlandiż: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Unionin tasolla tehdyt sopimukset pannaan täytäntöön joko työmarkkinaosapuolten ja jäsenvaltioiden omien menettelyjen ja käytäntöjen mukaisesti tai […]<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</P></NOTE> huma saħansitra iktar ċari dwar il-fatt li l-Artikolu 155(2) TFUE jiddeskrivi, b’mod eżawrjenti, iż-żewġ possibbiltajiet li jistgħu jintgħażlu għall-implimentazzjoni tal-ftehim konkluż bejn l-imsieħba soċjali. Minn dan isegwi li d-dritt tal-Unjoni ma jirrikonoxxi l-ebda implimentazzjoni oħra tal-ftehimiet konklużi mill-imsieħba soċjali ħlief iż-żewġ possibbiltajiet alternattivi msemmija iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, inqis li l-Qorti Ġenerali rrilevat ġustament fil-punt 62 tas-sentenza appellata li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>intervient<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, fil-verżjoni Franċiża, u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>shall be implemented<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, fil-verżjoni Ingliża, huwa relatat kemm mad-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>deċiżjoni tal-Kunsill<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> kif ukoll mal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>proposta mill-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>. Mill-istruttura grammatikali tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 155(2) TFUE jirriżulta li ma huwiex possibbli li din id-dispożizzjoni tiġi interpretata bħala li tinkludi fl-istess ħin, minn naħa, l-obbligu għall-Kummissjoni li tipproponi l-implimentazzjoni tal-ftehim konkluż bejn is-sħab soċjali u, min-naħa l-oħra, is-setgħa diskrezzjonali tal-Kunsill li jiddeċiedi jekk jadottax deċiżjoni dwar implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim. L-interpretazzjoni kuntrarja, jiġifieri dik li tgħid li l-Kunsill ikun obbligat jimplimenta ftehim tal-imsieħba soċjali u li jadotta d-deċiżjoni inkwistjoni, ixxejjen għalkollox, fil-fehma tiegħi, is-sens tat-tieni paragrafu li jirregola l-vot fi ħdan il-Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara, Franssen, E., <HT TYPE="ITALIC">Legal Aspects of the European Social Dialogue</HT>, Intersentia, Antwerpen, 2002, pp. 287 sa 288.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Konsegwentement, ikun impossibbli li l-kliem tal-Artikolu 155(2) TFUE jiġi interpretat bħala li jrendi obbligatorja għall-Kummissjoni l-proposta lill-Kunsill tal-ftehim innegozjat mill-imsieħba soċjali. Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>fuq proposta mill-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> li tinsab fl-Artikolu 155(2) TFUE tippreċiża b’mod espliċitu li l-Kummissjoni tipproponi l-ftehim inkwistjoni lill-Kunsill, bil-proposta tkun, fil-fehma tiegħi, att diskrezzjonali li jibda l-proċedura inkwistjoni, li fin-nuqqas tagħha l-Kunsill ma jistax jaġixxi bl-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150414">14 ta’ April 2015</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kunsill vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑409/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:217">EU:C:2015:217</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-possibbiltà għall-Kummissjoni li ma tipproponix lill-Kunsill l-implimentazzjoni tal-ftehim bejn l-imsieħba soċjali ma hijiex, essenzjalment, ikkontestata minn EPSU. Fil-fatt, hija ammettiet, kemm fl-appell tagħha kif ukoll matul is-seduta, li din l-istituzzjoni għandha l-kompetenza sabiex twettaq stħarriġ tal-legalità tal-ftehim konkluż mill-imsieħba soċjali u tar-rappreżentattività ta’ dawn tal-aħħar, b’dawn iż-żewġ stħarriġiet ikunu jistgħu jwasslu għal rifjut tal-Kummissjoni li tissottometti lill-Kunsill proposta bl-għan tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni minnha. Barra minn hekk, EPSU tqis li tali possibbiltà hija kkombinata minn kundizzjonijiet li bl-ebda mod ma huma previsti minn din id-dispożizzjoni. Għalhekk, inqis li l-qari li għamlet EPSU tal-Artikolu 155(2) TFUE, li jidher li huwa bbażat fuq qari żbaljat tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas‑<DATE ISO="19980617">17 ta’ Ġunju 1998</DATE>, UEAPME vs Il‑Kunsill, T‑135/96<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P><REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:128">EU:T:1998:128</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, għar-raġunijiet li sejrin jiġu esposti fil-punti 59 sa 72 ta’ dawn il-konklużjonijiet, huwa manifestament inkoerenti u jmur kontra l-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. Għar-raġunijiet preċedenti, jien tal-opinjoni li l-possibbiltà għall-Kummissjoni, prevista fl-Artikolu 155(2) TFUE, li tipproponi jew le lill-Kunsill l-implimentazzjoni ta’ ftehim konkluż bejn imsieħba soċjali ma tistax tkun att diskrezzjonali li jinkludi evalwazzjoni prospettiva tal-opportunità tal-aspetti kollha relatati miegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Għall-finijiet ta’ kompletezza, nosserva li l-Artikolu 155(2) TFUE juża l-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, mingħajr ma jipprovdi iktar preċiżazzjoni dwar il-klassifikazzjoni ta’ dan l-att adottat mill-Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara, Dorssemont, F., Kapitolu 1, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>Some Reflections on the Origin, Problems and Perspectives of the European Social Dialogue<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, f’De Vos, Marc, <HT TYPE="ITALIC">A Decade Beyond Maastricht: The European Social Dialogue Revisited</HT>, Kluwer Law International, Den Haag, 2003, p. 29.</P></NOTE>. Għalkemm din il-kelma teoretikament tista’ tiġi estiża <HT TYPE="ITALIC">stricto sensu</HT> jew <HT TYPE="ITALIC">lato sensu</HT>, fejn dan tal-ewwel jirreferi għad-definizzjoni li tinsab fl-Artikolu 288 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>L-Artikolu 288 TFUE jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>[b]iex jeżerċitaw il-kompetenzi ta’ l-Unjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jadottaw regolamenti, direttivi, deċiżjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>.</P></NOTE>, li jgħid li d-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>deċiżjoni għandha torbot fl-intier tagħha<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> u, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>[d]eċiżjoni li tispeċifika lil min hija indirizzata għandha torbot lil dawn biss<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, u t-tieni wieħed jimplika kull att li jipproduċi effetti legali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara, Dorssemont, F., nota ta’ qiegħ il-paġna 36 iċċitata iktar ’il fuq, p. 29.</P></NOTE>, huwa komunement aċċettat, fil-kummentarji, li dawn huma, f’dan il-każ, deċiżjonijiet <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> li għandhom effett vinkolanti <HT TYPE="ITALIC">erga omnes</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, p. 29 u 30.</P></NOTE> u li jorbtu lill-Istati Membri dwar ir-riżultati li għandhom jinkisbu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Fil-fatt, skont il-kummentarji, jeżisti ċertu numru ta’ atti li ma humiex ta’ natura leġiżlattiva u li huma adottati direttament fuq il-bażi tat-Trattat FUE. Ara, Best, E., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>Legislative Procedures after Lisbon: Fewer, Simpler, Clearer<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, <HT TYPE="ITALIC">Maastricht Journal of European and Comparative Law</HT>, 2007, 15, Nru 1, p. 93.</P></NOTE>. Fil-prattika istituzzjonali, il-ftehimiet konklużi mill-imsieħba soċjali u adottati mill-Kunsill fil-livell tal-Unjoni ħadu l-forma ta’ direttivi li jirrigwardaw l-implimentazzjoni tal-ftehim konkluż mill-imsieħba soċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ara, b’mod partikolari, id-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal‑<DATE ISO="19971215">15 ta’ Diċembru 1997</DATE> li tikkonċerna l-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol <HT TYPE="ITALIC">part-time</HT> konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267); id-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE tat‑<DATE ISO="19960603">3 ta’ Ġunju 1996</DATE> dwar il-ftehim qafas fuq il-<HT TYPE="ITALIC">leave</HT> tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 285), u d-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat‑<DATE ISO="19990628">28 ta’ Ġunju 1999</DATE> dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Konsegwentement, mill-interpretazzjoni letterali tal-Artikolu 155(2) TFUE jirriżulta li l-approċċ irrakkomandat minn EPSU jmur lil hinn mil-limiti grammatikali stabbiliti minn din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-ġenesi tal-proċedura prevista fl-Artikolu 155(2) TFUE</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>L-approċċ irrakkomandat minn EPSU, fil-fehma tiegħi, huwa inkompatibbli mal-ġenesi tad-djalogu soċjali fil-livell tal-Unjoni, peress li dan id-djalogu kien ġie żviluppat, sa mill-oriġini tiegħu, minn naħa, b’mod awtonomu fir-rigward tal-ordinamenti ġuridiċi tal-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Ara, Dorssemont, F., nota ta’ qiegħ il-paġna 36 iċċitata iktar ’il fuq, p. 17.</P></NOTE> u, min-naħa l-oħra, taħt l-awspiċji tal-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Koster, J.-V., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>Le dialogue social européen à l’épreuve de la <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>modernisation<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="2019" ID="QE0042"/> du marché du travail<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, <HT TYPE="ITALIC">Revue française des affaires sociales</HT>, Nru 1, 2012, pp. 62 sa 79. Għal ħarsa ġenerali u storika, ara Barnard, C., <HT TYPE="ITALIC">EU Employment Law</HT>, Oxford European Union Law Library, Oxford, 2012, p. 713 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Qabel kollox, l-Att Uniku Ewropew<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>L-Att Uniku Ewropew, iffirmat fil-Lussemburgu fis‑<DATE ISO="19860217">17 ta’ Frar 1986</DATE> u f’Den Haag fit‑<DATE ISO="19860228">28 ta’ Frar 1986</DATE>, u li daħal fis-seħħ fl‑<DATE ISO="19870701">1 ta’ Lulju 1987</DATE>, permezz tal-Artikolu 22 tiegħu, ikkompleta t-Trattat KEE billi daħħal Artikolu 118b. Għal ħarsa storika, ara Pochet, P., u Degryse, C., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>The European Social Dialogue: What Is the Role of Employers and What Are the Hopes for the Future?<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, f’F. Vandenbroucke, C. Barnard, u G. De Baere (edituri), <HT TYPE="ITALIC">A European Social Union after the Crisis</HT>, Cambridge University Press, Cambridge, 2017, pp. 211 sa 237.</P></NOTE>, li żied l-Artikolu 118b fit-Trattat KEE, li kien jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>l-Kummissjoni għandha tipprova tiżviluppa d-djalogu bejn min imexxi u l-ħaddiema [l-imsieħba soċjali] fuq livell Ewropew, li jista’, jekk iż-żewġ naħat iqisu xierqa, iwassal għal relazzjonijiet kuntrattwali<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>. B’dan il-mod, l-Att Uniku Ewropew ta, b’mod partikolari,<?PAGE NO="12"?> lill-Kummissjoni l-kompitu li tiżviluppa u tippromwovi d-djalogu soċjali fil-livell Komunitarju. Fil-prattika, f’dan iż-żmien, ir-rwol tal-Kummissjoni jmur ferm iktar lil hinn minn dak ta’ arbitru sempliċi jew ta’ medjatur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Ara Henni, A., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>Le dialogue social européen. Enjeux, structures, résultats.<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, <HT TYPE="ITALIC">Courrier hebdomadaire du CRISP</HT>, 2001, Vol. 1741, Nru 36, pp. 5 sa 50.</P></NOTE>, fejn l-imsieħba soċjali jaġixxu fuq l-inizjattiva tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-Artikoli 154 u 155 TFUE jisiltu l-oriġini tagħhom mill-Artikoli 3 u 4 tal-Ftehim fuq il-politika soċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Ftehim konkluż bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea minbarra r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="191" PAGE.FIRST="91" DATE.PUB="1992">ĠU 1992, C 191, p. 91</REF.DOC.OJ>). B’mod iktar partikolari, minn naħa, l-Artikolu 3(2) sa (4) u l-Artikolu 4 tal-Ftehim fuq il-politika soċjali kienu jipprevedu l-proċedura li tinsab bħalissa fl-Artikolu 154(2) sa (4) TFUE. Min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 4(1) tal-Ftehim fuq il-politika soċjali (li sar l-Artikolu 155(1) TFUE), l-imsieħba soċjali kienu awtorizzati jitolbu lill-Kummissjoni tipproponi l-implimentazzjoni mill-Kunsill ta’ dan il-ftehim innegozjat minnhom, bis-saħħa tal-Artikolu 4(2) tal-ftehim fuq il-politika soċjali (li sar l-Artikolu 155(2) TFUE).</P></NOTE>, li kien ġie inkorporat fid-dritt Komunitarju mill-Protokoll Nru 14 fuq il-politika soċjali tat-Trattat ta’ Maastricht (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>Ftehim fuq il-politika soċjali<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Fuq l-implimentazzjoni tal-ftehimiet konklużi mill-imsieħba soċjali skont l-Artikolu 139 tat-Trattat KE, ara Deinert, O., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>Modes of Implementing European Collective Agreements and Their Impact on Collective Autonomy<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, <HT TYPE="ITALIC">Industrial Law Journal</HT>, Vol. 32, Nru 4, Diċembru 2003, pp. 317 sa 325.</P></NOTE>, li min-naħa tiegħu għandu bħala oriġini l-Ftehim fuq il-politika soċjali konkluż bejn l-imsieħba soċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Ftehim iffirmat miċ-CEES, mill-UNICE u miċ-CEEP. Dan il-ftehim kien jipproponi r-riformulazzjoni tal-Artikolu 188(4), u tal-Artikoli 118a u 118b tat-Trattat KEE.</P></NOTE>. Il-kapijiet tal-Istat u tal-gvern, imlaqqgħa fil-Konferenza Intergovernattiva ta’ Maastricht f’Diċembru 1991, meta adottaw il-Ftehim fuq il-politika soċjali, ħassru s-silta li kien fih li kienet tippreċiża li l-ftehimiet bejn l-imsieħba soċjali kellhom jiġu implimentati <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>kif kienu ġew konklużi<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Henni, A., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>Le dialogue social européen. Enjeux, structures, résultats.<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>, <HT TYPE="ITALIC">Courrier hebdomadaire du CRISP</HT>, vol. 1741, Nru 36, 2001, pp. 5 sa 50.</P></NOTE>. Dan it-tħassir jindika, fil-fehma tiegħi, li l-kapijiet tal-Istat u tal-gvern, sa mill-bidu, xtaqu li l-istituzzjonijiet jeżerċitaw stħarriġ fuq il-kontenut tal-ftehim innegozjat mill-imsieħba soċjali u l-implimentazzjoni fil-livell tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Finalment, il-funzjoni ta’ promotur tal-Kummissjoni fil-qasam tad-djalogu soċjali tirriżulta b’mod impliċitu mill-komunikazzjonijiet li din l-istituzzjoni ppubblikat dwar, b’mod partikolari, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Ara, b’mod partikolari, il-komunikazzjonijiet tagħha COM(93) 600 final tal‑<DATE ISO="19931214">14 ta’ Diċembru 1993</DATE> dwar l-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar il-politika soċjali ppreżentat mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, COM(1998) 322 final tal‑<DATE ISO="19980520">20 ta’ Mejju 1998</DATE> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>Adattament u promozzjoni tad-djalogu soċjali fuq livell Komunitarju<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, u COM(2002) 341 final tas‑<DATE ISO="20020626">26 ta’ Ġunju 2002</DATE> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>Id-djalogu soċjali Ewropew, il-modernizzazzjoni u l-bdil<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>.</P></NOTE>. Fil-fatt, sa mill-oriġini tiegħu, id-djalogu soċjali ma kienx sempliċement purament negozjar kollettiv, iżda kien marbut intrinsikament mal-inizjattiva tal-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Mias, A., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>Du dialogue social européen au travail législatif communautaire: Maastricht, ou le syndical saisi par le politique<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, <HT TYPE="ITALIC">Droit et société</HT>, 2004, Nru 58, pp. 657 sa 682.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fil-qosor, kemm il-ġenesi tal-Artikoli 154 u 155 TFUE kif ukoll il-komunikazzjonijiet ippubblikati mill-Kummissjoni jindikaw li r-rwol tagħha fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet konklużi bejn imsieħba soċjali ma jistax jitnaqqas għas-sempliċi kwalità ta’ emissarju inkarigat li jissottometti l-ftehimiet lill-Kunsill għall-adozzjoni tagħhom, mingħajr ma jkollha l-ebda kompetenza sabiex tevalwa l-opportunità tal-implimentazzjoni tagħhom fil-livell tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-interpretazzjoni sistematika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">i)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-interpretazzjoni tal-Artikolu 155(2) TFUE moqri flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 154 u 155 TFUE</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>L-Artikoli 154 u 155 TFUE, meqjusa flimkien, jikkostitwixxu bażijiet legali speċifiċi bl-għan li jingħataw bidu u jiġu adottati azzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-politika soċjali. B’differenza mill-oqsma l-oħra previsti mit-Trattati, l-implimentazzjoni ta’ dan il-qasam fil-livell tal-Unjoni teħtieġ u tiffavorixxi djalogu permanenti bejn, minn naħa, il-Kummissjoni u, min-naħa l-oħra, l-imsieħba soċjali. Għal dan l-għan, l-Artikolu 154 TFUE jipprevedi, b’mod partikolari, mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni ta’ dawn tal-aħħar, li b’mod partikolari għandu bħala korollarju r-rikonoxximent tar-rwol u tal-indipendenza tal-imsieħba soċjali fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżura xierqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-konsultazzjoni, l-Artikolu 154(2) TFUE jipprevedi li l-Kummissjoni, qabel ma tippreżenta proposti fil-qasam tal-politika soċjali, għandha tikkonsulta lill-imsieħba soċjali dwar id-direzzjoni possibbli ta’ azzjoni mill-Unjoni. Sussegwentement, skont l-Artikolu 154(3) TFUE, jekk, wara din l-ewwel konsultazzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li azzjoni mill-Unjoni tkun ta’ min jirrakkomandaha, hija għandha tikkonsulta lill-imsieħba soċjali mill-ġdid dwar il-kontenut tal-proposta maħsuba<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Minn rapport informattiv tas-Senat Franċiż, imfassal fl‑2017, jirriżulta li, sa mill‑1992, madwar tletin suġġett kienu ġew sottomessi għall-konsultazzjonijiet previsti fl-Artikolu 154 TFUE u, fil-prattika, il-Kummissjoni kienet tat sitt ġimgħat lil 87 organizzazzjoni kkonsultata (fosthom 65 organizzazzjoni ta’ min iħaddem, il-biċċa l-kbira settorjali, u 22 organizzazzjoni sindakali) sabiex jagħtu l-osservazzjonijiet tagħhom matul l-ewwel, u sussegwentement it-tieni konsultazzjoni. Rapport disponibbli fuq is-sit internet segwenti: https://www.senat.fr/rap/r16-556-1/r16-556-130.html.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Huwa importanti li jiġi enfasizzat li din l-ewwel konsultazzjoni prevista fl-Artikolu 154(2) TFUE għandha natura ġenerali u ma tippreġudikax id-deċiżjoni ulterjuri tal-Kummissjoni li tissottometti jew le proposta speċifika fil-qasam tal-politika soċjali. Għalhekk, din il-konsultazzjoni tal-imsieħba soċjali ma għandha l-ebda effett fuq is-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni meta din tirrigwarda l-preżentata lill-Kunsill ta’ proposti għal atti legali li għandhom jiġu adottati. Fil-fatt, skont l-Artikolu 154(3) TFUE, il-Kummissjoni għandha tibda t-tieni konsultazzjoni tal-imsieħba soċjali biss jekk hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>tikkonsidra li azzjoni mill-Unjoni tkun ta’ min jirrakomandaha<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jekk il-proċess ta’ riflessjoni tal-Kummissjoni jwassal għall-konklużjoni li azzjoni tal-Unjoni ma tkunx ta’ min jirrakkomandaha, kemm mill-paragrafu 2 kif ukoll mill-paragrafu 3 tal-Artikolu 154 TFUE jirriżulta li l-konsultazzjoni mwettqa sa dak iż-żmien mal-imsieħba soċjali tibqa’ ineffettiva għall-finijiet ta’ tali azzjoni eventwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Dawn iż-żewġ tipi ta’ konsultazzjonijiet jistgħu jwasslu, skont l-Artikolu 154(4) TFUE, sabiex il-kompitu li jitfassal il-kontenut materjali tal-miżuri kkonċernati jiġi ttrasferit lill-imsieħba soċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Ara, Didry, C., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>L’émergence du dialogue social en Europe: retour sur une innovation institutionnelle méconnue<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, <HT TYPE="ITALIC">Année sociologique</HT>, 2009, vol. 59, Nru 2, pp. 417 sa 447. Disponibbli fuq is-sit internet segwenti: https://www.cairn.info/revue-l-annee-sociologique-2009-2-page-417.htm.</P></NOTE>. Innegozjat bejn l-imsieħba soċjali, protagonisti tad-djalogu soċjali, tali tfassil jitwettaq b’mod awtonomu fil-konfront tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Din id-dispożizzjoni tipprevedi, fil-fatt, li l-imsieħba soċjali jistgħu jinformaw lill-Kummissjoni bix-xewqa tagħhom li jibdew negozjati, u dan jista’ jwassal għall-konklużjoni ta’ ftehim bejniethom, iżda mhux neċessarjament. Matul dawn in-negozjati, l-imsieħba soċjali ma jkollhomx iktar rwol konsultattiv, iżda jkollhom rwol attiv fl-adozzjoni ta’ miżuri ta’ politika soċjali filwaqt li l-Kummissjoni tirtira<?PAGE NO="14"?> temporanjament minn dan ir-rwol favur l-imsieħba soċjali. Sabiex jiġi evitat li l-inizjattiva meħuda minn dawn tal-aħħar twassal għal paraliżi ġenerali fil-qasam li jkun is-suġġett tan-negozjati, pereżempju minħabba l-fatt li dawn jiġġebbdu fit-tul jew l-imsieħba soċjali ma jaslux għal ftehim f’terminu raġonevoli, filwaqt li azzjoni tkun neċessarja sabiex tittieħed fil-qasam inkwistjoni, l-Artikolu 154(4) TFUE jipprovdi li l-proċess ta’ negozjati ma jistax, bħala prinċipju, jaqbeż id-disa’ xhur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>Din id-dispożizzjoni tipprevedi possibbiltà ta’ estensjoni, li tiġi deċiża bi qbil komuni mill-imsieħba soċjali kkonċernati u mill-Kummissjoni.</P></NOTE>. Għalkemm din id-dispożizzjoni ma tippreċiżax dan b’mod espliċitu, minnha jirriżulta li, fl-iskadenza ta’ dan it-terminu, il-Kummissjoni tirkupra s-setgħa ta’ kontroll tal-proċessi kollha, inkluża s-setgħa li tfassal hija stess il-proposti rilevanti fil-qasam tal-politika soċjali kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Artikoli 154 u 155 TFUE jirregolaw aspetti differenti tal-istess proċess deċiżjonali li huwa maħsub għat-tfassil ta’ miżuri ta’ politika soċjali, kif juri r-riferiment għat-tieni dispożizzjoni li jinsab f’dik tal-ewwel. Għalkemm, formalment, dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet jikkostitwixxu żewġ bażijiet legali distinti, peress li jistgħu jwasslu għall-adozzjoni tal-istess miżura, jien tal-opinjoni li għandhom jiġu eżaminati flimkien. Mill-kombinazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li, minkejja l-ispeċifiċitajiet imsemmija iktar ’il fuq, dawn ma għandhomx bħala effett li jċaħħdu lill-Kummissjoni mir-rwol <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>klassiku<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> tagħha fil-qasam tal-politika soċjali, li huwa rifless, b’mod partikolari, fl-eżerċizzju tas-setgħa tagħha ta’ inizjattiva permezz ta’ proposti ppreżentati sabiex tippromwovi l-interess ġenerali tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 17(1) TUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Mill-qari kkombinat tal-Artikoli 154 u 155 TFUE jirriżulta li l-proċeduri previsti f’dawn id-dispożizzjonijiet iseħħu taħt l-awspiċji tal-Kummissjoni, ħlief għall-fażi ta’ negozjati, li matulha l-intervent tal-Kummissjoni jiġi sospiż. Kif indikat ġustament il-Qorti Ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>Ara l-punti 73 u 74 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>, il-fatt li, skont l-Artikolu 155(2) TFUE, il-Kunsill jaġixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>fuq proposta<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> mill-Kummissjoni jimplika li, filwaqt li n-negozjar u l-konklużjoni tal-ftehim jaqgħu esklużivament fil-kompetenza tal-imsieħba soċjali kkonċernati, il-Kummissjoni tirkupra mill-ġdid il-kontroll tal-proċedura meta huma jitolbu b’mod konġunt l-implimentazzjoni tiegħu fil-livell tal-Unjoni, u hija l-Kummissjoni li għandha teżamina jekk ikunx hemm lok li tippreżenta jew le proposta lill-Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980617">17 ta’ Ġunju 1998</DATE> <NAME.CASE>UEAPME vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑135/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:128">EU:T:1998:128</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0084">84</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li tgħid li, meta l-imsieħba soċjali jikkonkludu ftehim li huma jitolbu b’mod konġunt l-implimentazzjoni tiegħu fil-livell tal-Unjoni, huma għandhom jindirizzaw talba konġunta lill-Kummissjoni li, billi tirkupra mill-ġdid il-kontroll tal-proċedura, teżamina jekk ikunx hemm lok li tippreżenta proposta f’dan is-sens lill-Kunsill.</P></NOTE>. Għall-kuntrarju ta’ dak li jidher li qiegħda ssostni EPSU fl-appell tagħha, is-setgħa tal-Kummissjoni li tniedi konsultazzjonijiet mal-imsieħba soċjali fis-sens tal-Artikolu 154 TFUE ma tistax tiġi assimilata mas-setgħa tagħha li tadotta proposti sabiex tiżgura implimentazzjoni ta’ ftehim konkluż bejn l-imsieħba soċjali skont l-Artikolu 155(2) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Inqis li l-approċċ ta’ EPSU li jgħid li l-Kummissjoni, meta tiġi msejħa tiddetermina, skont l-Artikolu 155(2) TFUE, jekk ikunx hemm lok li tipproponi l-implimentazzjoni, fil-livell tal-Unjoni, ta’ ftehim konkluż bejn l-imsieħba soċjali, tista’ twettaq biss stħarriġ tal-legalità ta’ dan il-ftehim u tar-rappreżentattività tal-imsieħba soċjali, jibbaża, kif enfasizzajt diġà fil-kuntest ta’ dawn il-konklużjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058"><P>Ara l-punt 51 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, fuq qari żbaljat tas-sentenza tas‑<DATE ISO="19980617">17 ta’ Ġunju 1998</DATE>, UEAPME vs Il‑Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0059"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>T‑135/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:128">EU:T:1998:128</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. Qabel kollox, għandu jiġi osservat li l-elementi fattwali ta’ dik il-kawża kienu sostanzjalment differenti minn dawk esposti lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ din il-kawża. Fil-fatt, minn din is-sentenza jirriżulta li, għall-kuntrarju ta’ din il-kawża, il-Kummissjoni kienet<?PAGE NO="15"?> ipproponiet lill-Kunsill l-implimentazzjoni fil-livell tal-Unjoni tal-Ftehim qafas fuq il-leave parentali konkluż bejn organizzazzjonijiet interprofessjonali b’għan ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0060"><P>L-UNICE, iċ-CEEP u l-ETUC.</P></NOTE>. Inċidentalment, huwa fuq il-bażi ta’ din il-proposta li l-Kunsill adotta d-Direttiva 96/34/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0061"><P>Direttiva tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="19960603">3 ta’ Ġunju 1996</DATE> dwar il-ftehim qafas fuq il-<HT TYPE="ITALIC">leave</HT> tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 285).</P></NOTE> li kienet is-suġġett ta’ rikors għal annullament li wassal għal din is-sentenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0062"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980617">17 ta’ Ġunju 1998</DATE>, <NAME.CASE>UEAPME vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑135/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:128">EU:T:1998:128</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0004">4</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Ir-rikorrenti, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Artiġjanat u tal-Impriżi Żgħar u Medji, sostniet li hija kellha drittijiet partikolari fil-kuntest tal-mekkaniżmi proċedurali stabbiliti mill-Ftehim fuq il-politika soċjali fosthom, b’mod partikolari, dritt ġenerali sabiex tipparteċipa fil-fażi tan-negozjar tat-tieni proċedura u dritt partikolari sabiex tipparteċipa fin-negozjar tal-ftehim qafas, drittijiet li hija kienet tqis li nkisru fil-kuntest tal-proċedura ta’ konklużjoni tal-ftehim qafas li ppreċeda l-adozzjoni ta’ din id-direttiva. Huwa f’dan il-kuntest u, b’mod iktar preċiż, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà tar-rikors, li l-Qorti Ġenerali rrilevat li l-ksur eventwali tad-drittijiet tar-rikorrenti bħala persuna li ma pparteċipatx fil-konklużjoni tal-ftehim qafas kontenzjuż u, għaldaqstant, tad-dritt tagħha li titlob l-annullament ta’ direttiva li tippreżenta l-karatteristiċi ta’ att ta’ portata ġenerali, seta’ jiġi rrikonoxxut biss jekk il-Kummissjoni u l-Kunsill ma kinux issodisfaw l-obbligi tagħhom ta’ stħarriġ tal-proċedura ta’ adozzjoni ta’ att tad-dritt sekondarju mill-imsieħba soċjali kkonċernati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0063"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980617">17 ta’ Ġunju 1998</DATE>, <NAME.CASE>UEAPME vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑135/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:128">EU:T:1998:128</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Fis-sentenza tagħha tas‑<DATE ISO="19980617">17 ta’ Ġunju 1998</DATE>, UEAPME vs Il‑Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0064"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>T‑135/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:128">EU:T:1998:128</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, il-Qorti Ġenerali ddikjarat ir-rikors inammissibbli, billi qieset li l-Kummissjoni u l-Kunsill kienu, ġustament, ikkunsidraw li r-rappreżentattività akkumulata tal-firmatarji tal-ftehim qafas kienet suffiċjenti, fir-rigward tal-kontenut tiegħu, sabiex jiġi implimentat fil-livell Komunitarju permezz ta’ att tal-Kunsill, u li għalhekk ir-rikorrenti ma rnexxilhiex turi li hija kellha d-dritt li teżiġi mill-Kunsill li huwa jipprekludi din l-implimentazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0065"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980617">17 ta’ Ġunju 1998</DATE>, <NAME.CASE>UEAPME vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑135/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:128">EU:T:1998:128</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0110">110</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0111">111</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-kawża li wasslet għal din is-sentenza ma tipprovdi l-ebda bażi li tippermetti li jiġi preżunt li l-kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tipproponi lill-Kunsill l-implimentazzjoni ta’ ftehim konkluż bejn l-imsieħba soċjali hija limitata għas-sempliċi stħarriġ tal-legalità tal-ftehim u tar-rappreżentattività tal-imsieħba soċjali. Għall-kuntrarju, l-eżami tal-analiżi tal-Qorti Ġenerali dwar id-dispożizzjonijiet li saru l-Artikoli 154 u 155 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0066"><P>Għall-korrispondenzi, ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 46 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE> attwali jiżvela li hija l-Kummissjoni, meta tiġi adita b’talba konġunta tal-imsieħba soċjali sabiex timplimenta fil-livell tal-Unjoni ftehim li huma kkonkludew, li għandha tipproċedi għal evalwazzjoni globali tar-rappreżentattività demokratika ta’ dan il-ftehim, fejn l-intervent tal-Kummissjoni għandu jkun konformi mal-prinċipji li jirregolaw l-azzjoni tagħha fil-qasam tal-politika soċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0067"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980617">17 ta’ Ġunju 1998</DATE>, <NAME.CASE>UEAPME vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑135/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:128">EU:T:1998:128</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>., b’mod partikolari punti 84 u 85).</P></NOTE>. Minn din is-sentenza jirriżulta li, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni EPSU, fost il-kwistjonijiet kollha li l-Kummissjoni hija msejħa tevalwa sabiex tiddetermina jekk għandhiex tipproponi lill-Kunsill l-implimentazzjoni fil-livell tal-Unjoni ta’ ftehim konkluż mill-imsieħba soċjali, il-legalità tal-ftehim u r-rappreżentattività tal-imsieħba soċjali jikkostitwixxu biss parti waħda. Għaldaqstant, min-neċessità ta’ dawn iż-żewġ stħarriġiet wieħed ma jistax jiddeduċi li l-Kummissjoni hija mċaħħda mill-possibbiltà li teżamina kwistjonijiet oħrajn relatati mal-opportunità tal-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim. Peress li l-Ftehim fuq il-politika soċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0068"><P>Ara l-punti 55 u 56 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, li kien is-suġġett tal-interpretazzjoni fil-kawża li wasslet għal din is-sentenza,<?PAGE NO="16"?> huwa riprodott kważi f’termini letterali mill-Artikoli 154 u 155 TFUE attwali, l-interpretazzjoni sistematika magħmula f’din is-sentenza mill-Qorti Ġenerali tibqa’ rilevanti sal-lum u ssaħħaħ l-interpretazzjoni sistematika proposta fil-kuntest ta’ dawn il-konklużjonijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">ii)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-interpretazzjoni tal-Artikolu 155(2) TFUE moqri flimkien mal‑Artikolu 17 TUE</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Mill-interpretazzjoni sistematika tal-Artikolu 155(2) TFUE, moqri flimkien ma’ dispożizzjonijiet oħra tat-Trattati dwar l-arkitettura istituzzjonali tal-Unjoni, jirriżulta li talba mressqa mill-imsieħba soċjali intiża għall-implimentazzjoni, fil-livell tal-Unjoni, tal-ftehim li huma kkonkludew ma jistax jobbliga lill-Kummissjoni tipproponih lill-Kunsill.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 17(1) TUE, il-Kummissjoni għandha tippromwovi l-interess ġenerali tal-Unjoni u tieħu l-inizjattivi xierqa għal dan il-għan. Fil-fatt, sabiex jiġi żgurat it-twettiq tal-interess ġenerali tal-Unjoni u jiġi żgurat li l-azzjoni tal-Unjoni ma tkunx suġġetta għall-interessi ta’ terzi, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 17(3) TUE jipprovdi li l-Kummissjoni għandha twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha b’indipendenza totali u li l-membri tagħha ma għandhomx jaċċettaw istruzzjonijiet minn xi gvern jew xi istituzzjoni. Għalhekk, hija l-Kummissjoni li għandha tiddefinixxi, b’awtonomija sħiħa, mingħajr ma tkun suġġetta għal ebda rabta ġerarkika jew issuġġettar għal xi korp ieħor u mingħajr ma tirċievi ordnijiet jew istruzzjonijiet minn xi ħadd ikun min ikun, liema proposti jkunu fl-interess ġenerali tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0069"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170216">16 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Margarit Panicello</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑503/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:126">EU:C:2017:126</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150414">14 ta’ April 2015</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kunsill vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑409/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:217">EU:C:2015:217</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Bl-għan li jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni, kif iddefiniti mit-Trattati, l-Artikolu 17(2) TUE jipprevedi, fl-ewwel u t-tieni sentenza tiegħu, li l-atti leġiżlattivi tal-Unjoni ma jistgħux jiġu adottati ħlief fuq proposta tal-Kummissjoni, ħlief fejn it-Trattati jipprovdu mod ieħor, u li l-atti l-oħrajn għandhom jiġu adottati fuq proposta tal-Kummissjoni meta t-Trattati jipprovdu hekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 TUE jirriżulta li t-Trattati jagħtu lill-Kummissjoni setgħa speċifika ta’ inizjattiva, li hija l-oriġini tal-proċeduri ta’ adozzjoni kemm ta’ atti leġiżlattivi kif ukoll ta’ tipi oħra ta’ atti, atti li l-Kummissjoni biss tista’ tipproponi l-adozzjoni tagħhom. Għaldaqstant, kif il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat diġà dwar is-setgħa ta’ inizjattiva leġiżlattiva rrikonoxxuta mill-Artikolu 17(2) TUE u mill-Artikolu 289 TFUE, din is-setgħa timplika li, bħala prinċipju, hija l-Kummissjoni li għandha tiddeċiedi jekk tippreżentax jew le proposta ta’ att leġiżlattiv u, jekk ikun il-każ, li tiddetermina s-suġġett, il-finalità u l-kontenut tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0070"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150414">14 ta’ April 2015</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kunsill vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑409/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:217">EU:C:2015:217</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Puppinck <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑418/18 P</NO.CASE>, (<NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1113">EU:C:2019:1113</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dan il-marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ mogħti lill-Kummissjoni għall-eżerċizzju tas-setgħa tagħha li tadotta proposti huwa kkonfermat mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-bilanċ istituzzjonali, li tgħid li, inkwantu t-Trattati jagħtu lill-Kummissjoni prerogattiva kostituzzjonali li tagħtiha s-setgħa li tevalwa b’indipendenza sħiħa jekk proposta leġiżlattiva tkunx opportuna jew jekk ikunx xieraq li dik il-proposta tiġi emendata, ebda istituzzjoni oħra ma tista’ ġġegħelha tadotta inizjattiva meta hija ma jidhrilhiex li dan ikun fl-interess tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0071"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900522">22 ta’ Mejju 1990</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>70/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:217">EU:C:1990:217</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li s-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni sabiex tissottometti proposti, jiġifieri s-setgħa tagħha ta’ inizjattiva, hija marbuta direttament u intrinsikament mal-obbligu impost fuq din l-istituzzjoni, bis-saħħa tal-Artikolu 17(2) TUE, sabiex tippromwovi l-interess ġenerali tal-Unjoni. L-Artikolu 155(2) TFUE, id-dispożizzjoni fil-qalba ta’ din il-kawża, sa fejn jipprevedi b’mod espliċitu li d-deċiżjoni tal-Kunsill tittieħed <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>fuq proposta mill-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>,<?PAGE NO="17"?> jikkostitwixxi għalhekk espressjoni speċifika, fil-qasam tal-politika soċjali, tar-regola ġenerali prevista fl-Artikolu 17(2) TUE. F’dan il-każ, fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ ftehim konkluż bejn l-imsieħba soċjali, fis-sens tal-Artikolu 155(2) TFUE, huwa diffiċli li tinstab raġuni valida sabiex jiġi sostnut li s-setgħa ta’ inizjattiva għandu jkollha portata iktar limitata minn dik li normalment tingħata lill-Kummissjoni mis-sistema istituzzjonali ġenerali. L-interpretazzjoni restrittiva tas-setgħat tal-Kummissjoni, kif irrakkomandata minn EPSU, tkun b’mod speċjali inqas iġġustifikata jekk wieħed jikkunsidra li l-interess ġenerali tal-Unjoni huwa ferm iktar wiesa’ mill-interess difiż mill-ftehim innegozjat mill-imsieħba soċjali, li jikkostitwixxi biss qbil tar-ridiet u għandu biss effett <HT TYPE="ITALIC">inter partes</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0072"><P>Fir-rigward tal-effett <HT TYPE="ITALIC">inter partes</HT>, ara, Hasselbalch, O., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>European Collective Agreements<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>, f’Olsen, B.E. u Søensen, K. E., <HT TYPE="ITALIC">Regulation in the EU</HT>, Thomson, Kopenħagen, 2006, pp. 381 sa 384.</P></NOTE>. Issa, għalkemm il-ftehimiet konklużi mill-imsieħba soċjali u adottati mill-Kunsill fil-livell tal-Unjoni jieħdu l-forma ta’ direttivi li jimplimentaw il-ftehim konkluż mill-imsieħba soċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0073"><P>Ara, b’mod partikolari u fl-aħħar lok, id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tat‑<DATE ISO="20100308">8 ta’ Marzu 2010</DATE> li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li jħassar id-Direttiva 96/34/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="068" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 68, p. 13</REF.DOC.OJ>); id-Direttiva tal-Kunsill 2014/112/UE tad‑<DATE ISO="20141219">19 ta’ Diċembru 2014</DATE> li timplimenta l-Ftehim Ewropew dwar ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni konkluż mill-Unjoni tan-Navigazzjoni Interna (EBU), l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Kaptani (ESO) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="367" PAGE.FIRST="86" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 367, p. 86</REF.DOC.OJ>); id-Direttiva tal-Kunsill 2010/32/UE tal‑<DATE ISO="20100510">10 ta’ Mejju 2010</DATE> li timplimenta l-Ftehim Qafas dwar il-prevenzjoni ta’ korrimenti kkawżati minn oġġetti li jaqtgħu fis-settur tal-isptarijiet u l-kura tas-saħħa li ġie konkluż mill-HOSPEEM u l-EPSU (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="134" PAGE.FIRST="66" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 134, p. 66</REF.DOC.OJ>); u d-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE tas‑<DATE ISO="20090216">16 ta’ Frar 2009</DATE> li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, u li temenda d-Direttiva 1999/63/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="124" PAGE.FIRST="30" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 124, p. 30</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, l-att tal-Unjoni li jirriżulta minnu bilfors li jkollu effetti li ma jibqgħux <HT TYPE="ITALIC">inter partes</HT>, iżda jsiru <HT TYPE="ITALIC">erga omnes</HT>, u dan iwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0074"><P>Ara, Deinert, O., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>Self-Executing Collective Agreements in EC Law<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>, f’Vos (de), Marc, <HT TYPE="ITALIC">A Decade Beyond Maastricht: The European Social Dialogue Revisited</HT>, Kluwer Law International, Den Haag, 2003, p. 48.</P></NOTE>, raġuni għalfejn hija l-Kummissjoni li għandha tiżgura li l-impenji meħuda mill-imsieħba soċjali jikkorrispondu għall-interess ġenerali tal-Unjoni. Din l-interpretazzjoni ma hijiex kontradetta mill-ilment imressaq minn EPSU, li jgħid li l-Qorti Ġenerali wettqet, fis-sentenza appellata, żball fl-interpretazzjoni kuntestwali tagħha fir-rigward tal-portata tas-setgħat tal-Kummissjoni, minħabba li hija qieset li d-direttivi adottati mill-Kunsill skont l-Artikolu 155(2) TFUE huma ta’ natura mhux leġiżlattiva. Is-suġġett ta’ din il-kawża huwa deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tipproponi lill-Kunsill l-implimentazzjoni ta’ ftehim konkluż bejn l-imsieħba soċjali, minkejja li l-motivi tas-sentenza appellata dwar ċerti karatteristiċi tal-proċedura prevista minn din id-dispożizzjoni iktar jikkostitwixxu kunsiderazzjonijiet ġenerali intiżi sabiex tissaħħaħ l-interpretazzjoni kuntestwali adottata mill-Qorti Ġenerali. Madankollu, ma jistax jiġi attribwit żball ta’ liġi lill-Qorti Ġenerali fir-rigward ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet. Fil-fatt, kif sostniet, ġustament, il-Kummissjoni, l-Artikolu 155 TFUE ma jirreferix b’mod espliċitu għall-proċedura leġiżlattiva, la dik ordinarja u lanqas dik speċjali, u dan ifisser, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0075"><P>Ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170906">6 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Is‑Slovakkja u L‑Ungerija vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑643/15 u C‑647/15</NO.CASE>, (<NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:631">EU:C:2017:631</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li l-miżuri adottati fi tmiem il-proċedura prevista fl-Artikolu 155(2) TFUE ma jikkostitwixxux atti leġiżlattivi fis-sens tal-Artikolu 289(3) TFUE. Issa, tali klassifikazzjoni ma tibdel xejn dwar is-setgħa ta’ inizjattiva li għandha l-Kummissjoni għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ ftehimiet innegozjati bejn l-imsieħba soċjali, peress li l-portata ta’ din is-setgħa ma tvarjax skont jekk l-att li għandu jiġi adottat ikunx ta’ natura leġiżlattiva jew le.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="18"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-interpretazzjoni teleoloġika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Id-djalogu soċjali huwa rikonoxxut, fl-Artikolu 151 TFUE, bħala wieħed mill-għanijiet tal-Unjoni Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0076"><P>Għal ħarsa ġenerali u storika, ara, Barnard, C., <HT TYPE="ITALIC">EU Employment Law</HT>, Oxford European Union Law Library, Oxford, ir-raba’ edizzjoni, 2012, p. 713 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>., u Bercusson, B., <HT TYPE="ITALIC">European Labour Law</HT>, Cambridge University Press, Cambridge, it-tieni edizzjoni, 2009, p. 126 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.</P></NOTE>. Dan <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>għandu jafferma l-post ċentrali u oriġinali tiegħu fil-governanza demokratika tal-Ewropa<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0077"><P>Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>Id-djalogu soċjali Ewropew, il-modernizzazzjoni u l-bdil<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>, (COM(2002) 341 final tas‑<DATE ISO="20020626">26 ta’ Ġunju 2002</DATE>, p. 6).</P></NOTE>. F’dan il-kuntest, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 152 TFUE jistabbilixxi l-prinċipju tal-awtonomija tal-imsieħba soċjali, billi jipprevedi li l-Unjoni Ewropea <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>tirrikonoxxi u tippromwovi r-rwol ta’ l-imsieħba soċjali fil-livell tagħha, filwaqt li tqis id-diversità tas-sistemi nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> u li hija għandha <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0063" ID="QS0063"/>tiffaċilita d-djalogu bejn is-sħab soċjali, waqt li tirrispetta l-awtonomija tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0078"><P>Din id-dispożizzjoni hija applikabbli għall-Unjoni u, skont l-Artikolu 13 TUE, għall-istituzzjonijiet kollha, għall-kuntrarju tal-Artikolu 154 TFUE li huwa vinkolanti biss għall-Kummissjoni.</P></NOTE>. L-Artikolu 154(1) TFUE jipprevedi li l-Kummissjoni għandu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0064" ID="QS0064"/>jkollha d-dmir li tippromwovi l-konsultazzjoni ta’ min imexxi u tal-ħaddiema [tal-imsieħba soċjali] fil-livell ta’ l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> u li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0065" ID="QS0065"/>għandha tieħu l-miżuri rilevanti sabiex tiffaċilita id-djalogu ta’ bejniethom billi tassigura sostenn bilanċjat għal dawn il-partijiet<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>. Minn dan jirriżulta li t-Titolu X tat-Trattat FUE għandu b’mod partikolari l-għan li jippromwovi r-rwol tal-imsieħba soċjali u li jiffaċilita d-djalogu bejniethom, fl-osservanza tal-awtonomija tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, din l-awtonomija timplika li, matul il-fażi ta’ negozjati u ta’ konklużjoni ta’ ftehim, li taqa’ fil-kompetenza esklużiva tal-imsieħba soċjali, dawn tal-aħħar jistgħu jiddjalogaw u jaġixxu liberament, mingħajr ma jirċievu ordni jew struzzjoni minn kwalunkwe persuna, u b’mod partikolari mill-Istati Membri jew mill-istituzzjonijiet. F’dan ir-rigward, wieħed jista’ jsostni li l-prinċipju ta’ awtonomija jirreferi għall-osservanza, mill-istituzzjonijiet Ewropej, tal-kapaċità tal-imsieħba soċjali li jinnegozjaw u li jikkonkludu, skont ir-rieda tagħhom, ftehimiet kollettivi, kif jirriżulta inċidentalment mill-Artikolu 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. F’dan is-sens, il-proċedura ta’ negozjar tal-imsieħba soċjali mwettqa fil-kuntest tad-djalogu soċjali Ewropew tista’ tiġi analizzata bħala espressjoni speċifika ta’ din il-prinċipju ta’ awtonomija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Madankollu, l-awtonomija tal-imsieħba soċjali sabiex jinnegozjaw ftehim ma għandhiex tiġi mfixkla mal-proċedura ta’ implimentazzjoni tal-ftehimiet innegozjati mill-imsieħba soċjali fil-livell tal-Unjoni, li għaliha l-Kunsill jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni. Fil-fatt, ladarba l-imsieħba soċjali jkunu liberament innegozjaw u kkonkludew ftehim u li l-partijiet firmatarji jkunu talbu b’mod konġunt l-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni jkollha mill-ġdid id-dritt li tintervjeni u tirkupra l-kontroll tal-proċedura<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0079"><P>Ara l-punt 51 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Fil-fatt, kif irrilevat il-Qorti Ġenerali fil-punt 89 tas-sentenza appellata, l-Artikolu 155 TFUE sempliċement jinvolvi l-imsieħba soċjali fil-proċess ta’ adozzjoni ta’ ċerti atti mhux leġiżlattivi, mingħajr ma jagħtihom is-setgħa ta’ adozzjoni huma stess tal-atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti fil-konfront ta’ terzi, u lanqas is-setgħa li jippreżentaw direttament lill-Kunsill proposta għal deċiżjoni għall-implimentazzjoni ta’ ftehim. Minn dan isegwi, fil-fehma tiegħi, li din id-dispożizzjoni hija intiża għall-promozzjoni tar-rwol tal-imsieħba soċjali u tad-djalogu bejn dawn tal-aħħar, mingħajr ma tagħtihom tali setgħat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Dan l-approċċ inċidentalment huwa kkonfermat, kif irrilevat il-Qorti Ġenerali fil-punti 82 u 94 sa 98 tas-sentenza appellata, mill-prinċipju ta’ demokrazija li, skont l-Artikolu 10(1) u (2) TUE, jiġi espress fir-rappreżentazzjoni taċ-ċittadini fil-Parlament u fil-fatt li l-membri tal-Kunsill Ewropew jagħmlu parti minn gvernijiet politikament responsabbli quddiem il-parlamenti nazzjonali rispettivi. Fil-fatt, kieku l-imsieħba soċjali kellhom is-setgħa li jġiegħlu lill-Kummissjoni tippreżenta proposta bl-għan tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet tagħhom fil-livell tal-Unjoni, huma kienu jkunu jistgħu jeżerċitaw influwenza ferm ikbar fuq il-kontenut tal-atti legali adottati fil-qasam tal-politika soċjali mill-Parlament, li jiġi sempliċement informat bl-implimentazzjoni tal-ftehimiet fuq il-bażi tal-Artikolu 155(2) TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0080"><P>Barra minn hekk, f’din l-ipoteżi, l-imsieħba soċjali jingħataw is-setgħa li l-Kummissjoni tiġi mġiegħla taġixxi fil-qasam tal-politika soċjali, filwaqt li l-Artikolu 225 TFUE jagħti sempliċement lill-Parlament id-dritt li jitlob lill-Kummissjoni tissottometti proposta u li jiġi informat bil-motivi tar-rifjut jekk din tal-aħħar tiddeċiedi li ma tissottomettix il-proposta mitluba. L-istess jgħodd għall-Kunsill bl-applikazzjoni tal-Artikolu 241 TFUE.</P></NOTE>. Billi ċaħdet l-argument ta’ EPSU, il-Qorti Ġenerali għalhekk applikat b’mod korrett il-prinċipju tad-demokrazija kif inhu interpretat fil-punt 88 tas-sentenza tas‑<DATE ISO="19980617">17 ta’ Ġunju 1998</DATE>, UEAPME vs Il‑Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0081"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>T‑135/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:128">EU:T:1998:128</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Konklużjoni fuq l-ewwel u t-tieni aggravju</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Kif esponejt preċedentement, il-metodi kollha ta’ interpretazzjoni jwasslu għall-istess riżultat, jiġifieri li talba tal-imsieħba soċjali mressqa skont l-Artikolu 155(2) TFUE, intiża sabiex il-ftehimiet li huma kkonkludew fil-livell tal-Unjoni jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni, ma għandhiex effett vinkolanti għall-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, u għall-kuntrarju ta’ dak li tallega EPSU, il-Qorti Ġenerali ma wettqet l-ebda żball ta’ liġi meta qieset li l-Kummissjoni ma kinitx marbuta tippreżenta l-ftehim inkwistjoni lill-Kunsill sabiex dan jimplimentah permezz ta’ deċiżjoni, li jkollha inċidentalment natura mhux leġiżlattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Għalhekk nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-ewwel u t-tieni aggravju ta’ EPSU kollha kemm huma.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq it-tielet aggravju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet aggravju tagħha, EPSU tikkritika, essenzjalment, lill-Qorti Ġenerali li wettqet żball ta’ liġi fir-rigward tal-intensità tal-istħarriġ ġudizzjarju tagħha fuq id-deċiżjoni kontenzjuża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0082"><P>EPSU tikkritika l-punti 31 sa 33, 78, 79, 109 sa 112, 122 u 133 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, EPSO tirrileva li d-deċiżjoni li tipproponi ftehim innegozjat mill-imsieħba soċjali lill-Kunsill ma hijiex ta’ natura politika, iżda essenzjalment ġuridika. Għalhekk, l-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali li tgħid li l-Kummissjoni għandha setgħa diskrezzjonali wiesgħa ta’ natura politika tibbaża fuq interpretazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat kif ukoll tas-sentenza tas‑<DATE ISO="19980617">17 ta’ Ġunju 1998</DATE>, UEAPME vs Il‑Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0083"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>T‑135/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:128">EU:T:1998:128</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, EPSU ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0084"><P>Ara l-punt 112 tas-sentenza appellata.</P></NOTE> meta stabbilixxiet paralleli mal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. Fil-fehma tagħha, il-proċedura prevista fl-Artikoli 154 u 155 TFUE ma jixbhux l-inizjattiva taċ-ċittadini peress li, minn naħa, din tal-aħħar la tikkonċerna proċess ta’ negozjar kollettiv u lanqas l-eżerċizzju ta’ dritt fundamentali protett mill-Artikolu 28 ta-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u, min-naħa l-oħra, il-partijiet li jibdew din il-proċedura ma jipparteċipawx fit-tfassil tat-test tal-proposta leġiżlattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-allegazzjonijiet ta’ EPSU.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Essenzjalment, EPSU tikkritika lill-Qorti Ġenerali li ma applikatx stħarriġ ġudizzjarju tal-livell adegwat fuq id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Hija ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta hija nħbiet wara l-istħarriġ ġudizzjarju ristrett applikat għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali, fil-punt 79 tas-sentenza appellata, qieset li, meta l-Kummissjoni tressaq quddiemha talba ta’ implimentazzjoni, fil-livell tal-Unjoni, ta’ ftehim konkluż mill-imsieħba soċjali, hija għandha b’mod partikolari tevalwa l-opportunità, inkluż fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ natura politika, ekonomika u soċjali, tal-eventwali implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim fil-livell tal-Unjoni. Hija kkunsidrat, fil-punti 109 sa 112 ta’ din is-sentenza, li minn dan jirriżulta li l-Kummissjoni kellha marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’, b’tali mod li d-deċiżjoni tagħha kellha tkun is-suġġett ta’ stħarriġ ġudizzjarju ristrett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Għalhekk, dan l-aggravju jqajjem il-kwistjoni tal-grad ta’ stħarriġ li l-qrati tal-Unjoni għandhom jissuġġettaw għalih deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tippreżenta proposta intiża għall-implimentazzjoni fil-livell tal-Unjoni ta’ ftehim konkluż mill-imsieħba soċjali. Din il-kwistjoni hija neċessarjament marbuta ma’ dik imqajma fl-ewwel u t-tieni aggravju, li l-eżami tagħhom ikkonferma li l-Kummissjoni ma hijiex marbuta tadotta tali proposta u għandha marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ fir-rigward tal-opportunità li tissottometti lill-Kunsill tali proposta. Issa, l-eżistenza ta’ tali marġni ta’ diskrezzjoni twassal sabiex EPSU tibni l-argument tagħha fuq premessa żbaljata, peress li, b’differenza mill-Qorti Ġenerali, hija ddefinixxiet b’mod żbaljat il-kundizzjonijiet li fihom il-Kummissjoni tista’ tirrifjuta li tissottometti proposta lill-Kunsill. Fil-fehma tiegħi, l-argumenti mressqa minn EPSU ma żvelaw l-ebda żball ta’ liġi fis-siltiet tas-sentenza appellata li għadni kif iċċitajt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, meta l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jadottaw miżuri f’oqsma li fihom huma jkollhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa u li jinvolvu għażliet b’mod partikolari ta’ natura politika u evalwazzjonijiet kumplessi, l-istħarriġ ġudizzjarju jkun limitat għall-verifika tal-assenza ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0085"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170906">6 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Is‑Slovakkja u L‑Ungerija vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑643/15 u C‑647/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:631">EU:C:2017:631</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0124">124</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>,<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0086"><P>F’konklużjonijiet li ppreżentajt reċentement, diġà kelli l-okkażjoni nenfasizza li l-ġurisprudenza kkunsidrat li l-leġiżlazzjoni fil-qasam tas-servizz pubbliku timplika għażliet ta’ natura politika, ekonomika u soċjali u li l-leġiżlatur tar-Regolamenti tal-Persunal huwa għalhekk mitlub jagħmel evalwazzjonijiet u eżamijiet kumplessi li għalihom huwa għandu setgħa diskrezzjonali wiesgħa (ara, fir-rigward tal-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju, il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawżi magħquda <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Alvarez y Bejarano <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni u Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑517/19 P u C‑518/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:848">EU:C:2020:848</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-intensità tal-istħarriġ tal-legalità, f’sitwazzjoni fejn il-leġiżlatur tal-Unjoni kien twassal sabiex iwettaq evalwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi, kellha titnaqqas b’mod speċjali meta<?PAGE NO="21"?> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0066" ID="QS0066"/>l-att ikkonċernat [kellu] portata ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0087"><P>Ara s-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19981119">19 ta’ Novembru 1998</DATE>, Ir‑<NAME.CASE>Renju Unit vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑150/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:547">EU:C:1998:547</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. In-natura limitata tal-istħarriġ ġudizzjarju tikkostitwixxi għalhekk l-espressjoni tal-prinċipju tas-separazzjoni tas-setgħat, fejn l-awtorità ġudizzjarja ma tistax tieħu post il-leġiżlatur billi tieħu deċiżjonijiet li għalihom hija ma jkollhiex leġittimità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Għalkemm il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt preċedenti tirrigwarda b’mod partikolari l-istħarriġ ġudizzjarju applikat għall-atti leġiżlattivi, il-prinċipji li jinsabu fihom huma validi wkoll fil-kuntest ta’ din il-kawża, peress li EPSU tikkritika lill-Kummissjoni li rrifjutat li tissottometti proposta bl-għan tal-adozzjoni mill-Kunsill, fil-livell tal-Unjoni, ta’ att li għandu portata ġenerali, kif jirriżulta mill-punt 72 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Għalkemm l-interessi espressi fi ftehim konkluż mill-imsieħba soċjali huma, bla dubju, leġittimi, wieħed ma għandux jinsa li l-elementi kollha li l-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni sabiex tippromwovi l-interessi tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 17(1) TUE, huma ferm ikbar. Jien ma nistax ħlief naqbel mal-perspettiva tal-Qorti Ġenerali li tgħid li l-implimentazzjoni ta’ tali ftehim permezz tal-adozzjoni ta’ att ta’ portata ġenerali timponi fuq il-Kummissjoni l-obbligu li tevalwa l-fatturi politiċi, ekonomiċi u soċjali kollha kemm huma. Issa, meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tadotta proposta jew tirrifjuta li tagħmel dan, skont l-Artikolu 155(2) TFUE, hija tiġi msejħa tibbilanċja l-interessi inkwistjoni, fejn tali bilanċ jaqa’, finalment, taħt is-setgħa diskrezzjonali tagħha. Fil-fatt, sabiex dan il-bilanċ jirrifletti l-interess ġenerali tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha teżerċita din is-setgħa, konformement mal-Artikolu 17(3) TUE, b’indipendenza sħiħa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0088"><P>Ara l-punt 69 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Konsegwentement, jien tal-opinjoni li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball meta qieset li l-Kummissjoni għandha marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ meta hija teżamina, skont l-Artikolu 155(2) TFUE, jekk hemmx lok li tippreżenta lill-Kunsill proposta għal deċiżjoni intiża għall-implimentazzjoni, fil-livell tal-Unjoni, ta’ ftehim konkluż mill-imsieħba soċjali. B’mod konkret, hija r-responsabbiltà tal-Qorti Ġenerali li tillimita ruħha li teżamina, fuq il-mertu, jekk din is-setgħa ta’ inizjattiva tal-Kummissjoni tkunx ivvizzjata bi żball manifest jew b’użu ħażin ta’ poter, jew jekk l-istituzzjonijiet ikkonċernati jkunux manifestament marru lil hinn mil-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0089"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20011122">22 ta’ Novembru 2001</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Pajjiżi l‑Baxxi vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑110/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:620">EU:C:2001:620</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090702">2 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Bavaria u Bavaria Italia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑343/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:415">EU:C:2009:415</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Il-fatt li deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata skont l-Artikolu 155(2) TFUE hija suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju ristrett jirriżulta, barra minn hekk, mis-sentenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Puppinck <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0090"><P>Sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE> (<NO.CASE>C‑418/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1113">EU:C:2019:1113</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, minkejja li l-kuntest ta’ din il-kawża kien differenti minn dak tal-kawża ineżami. Fil-kuntest ta’ din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet twasslet sabiex teżamina l-legalità ta’ deċiżjoni li fiha l-Kummissjoni kienet indikat li hija ma kienet sejra tieħu l-ebda azzjoni wara l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej li kienet ġiet ippreżentata lilha. Fis-sentenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat l-approċċ tal-Qorti Ġenerali li jgħid li l-obbligu tal-Kummissjoni li tippromwovi l-interess ġenerali tal-Unjoni skont l-Artikolu 17(1) TUE, jinkludi, b’mod intrinsiku, setgħa diskrezzjonali wiesgħa, billi dan l-obbligu jimplika għażliet diffiċli u l-ibbilanċjar ta’ interessi differenti. Din is-setgħa diskrezzjonali wiesgħa timxi id f’id ma’ stħarriġ ġudizzjarju ristrett li jista’ jikkonsisti b’mod partikolari fi stħarriġ tal-assenza ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0091"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Puppinck <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑418/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1113">EU:C:2019:1113</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0097">97</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fid-dawl ta’ dak li ntqal, jidhirli li l-ġurisprudenza dwar dan il-punt hija minn issa ’l quddiem stabbilita, b’tali mod li din il-kawża ma tistax tpoġġiha f’dubju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="22"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li jien nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad it-tielet aggravju bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">C.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-raba’ aggravju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>EPSU ssostni li l-Qorti Ġenerali, fil-punti 116 sa 140 tas-sentenza appellata, wettqet żball ta’ liġi meta kkonfermat il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, qabel kollox, il-Qorti Ġenerali allegatament wettqet żball meta rrilevat, fil-punt 129 tas-sentenza appellata, li l-motivi tad-deċiżjoni kontenzjuża ma kinux materjalment ineżatti jew irrilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tan-natura xierqa tal-implimentazzjoni tal-ftehim inkwistjoni fil-livell tal-Unjoni. EPSU tikkritika, b’mod partikolari, lill-Qorti Ġenerali talli ma ħaditx inkunsiderazzjoni n-nuqqas ta’ ġustifikazzjoni, mill-Kummissjoni, minn naħa, tal-perijodu ta’ żmien li għadda bejn il-korrispondenza preċedenti tagħha u d-deċiżjoni u, min-naħa l-oħra, tal-fatt li hija injorat il-komunikazzjonijiet li hija stess kienet ippubblikat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0092"><P>Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal‑<DATE ISO="19931214">14 ta’ Diċembru 1993</DATE> lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-Protokoll fuq il-politika soċjali (COM(93) 600 final); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat‑<DATE ISO="19960918">18 ta’ Settembru 1996</DATE> tal-Kummissjoni dwar l-iżvilupp tad-djalogu soċjali fil-livell Komunitarju (COM(96) 448 final); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal‑<DATE ISO="19980520">20 ta’ Mejju 1998</DATE>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0067" ID="QS0067"/>Adattament u promozzjoni tad-djalogu soċjali fil-livell Komunitarju<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/> (COM(1998) 322 final); u Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-<DATE ISO="20131002">2 ta’ Ottubru 2013</DATE> lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0068" ID="QS0068"/>Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT): Ir-Riżultati u l-Passi li Jmiss<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/> (COM(2013) 685 final).</P></NOTE>. Fil-fatt, dawn iż-żewġ elementi ħolqu, fi ħdan EPSU, aspettattivi leġittimi li kienet sejra titwettaq analiżi tal-impatt jew li din kienet għaddejja. Barra minn hekk, fil-punti 136 u 138 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali allegatament żnaturat l-argument ta’ EPSU f’dan ir-rigward. Iktar minn hekk, EPSU ssostni li, għall-kuntrarju li dak li rrilevat il-Qorti Ġenerali, it-tliet motivi li jinsabu fid-deċiżjoni kontenzjuża huma kemm ineżatti fil-fatti jew fil-liġi, kif ukoll irrilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Sussegwentement, EPSU ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, fil-punti 118 u 119 tas-sentenza appellata, meta kkunsidrat li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża kienet suffiċjenti sabiex EPSU tkun tista’ tifhem ir-raġunijiet. F’dan ir-rigward, EPSU ssostni, minn naħa, li dawn il-motivi huma żbaljati u, min-naħa l-oħra, li l-ġustifikazzjonijiet li tat il-Kummissjoni ma jikkorrispondux għal dawk invokati matul il-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Finalment, EPSU tikkontesta l-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti Ġenerali, fil-punti 130 u 132 tas-sentenza appellata, dwar il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq id-direttivi dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti ta’ EPSU.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>Permezz ta’ dan l-aggravju, EPSU tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli wettqet żball ta’ liġi meta evalwat l-obbligu ta’ motivazzjoni tal-Kummissjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 296 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0093"><P>Dan l-aggravju jikkonċerna l-punti 116 sa 140 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="23"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>B’mod preliminari, għandu jitfakkar, qabel kollox, li, skont l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, l-awtur ta’ att għandu juri b’mod ċar u inekwivokabbli r-raġunament tiegħu b’tali mod, minn naħa, li jippermetti lill-partijiet ikkonċernati jagħrfu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura meħuda sabiex jiġu eżerċitati d-drittijiet tagħhom u, min-naħa l-oħra, li jippermetti lill-qorti teżerċita l-istħarriġ tagħha. Barra minn hekk, dan ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni għandu jiġi evalwat skont iċ-ċirkustanzi tal-każ, b’mod partikolari skont il-kontenut tal-att, in-natura tal-motivi invokati u l-interess li d-destinatarji jew persuni oħra kkonċernati direttament u individwalment mill-att jista’ jkollhom li jirċievu spjegazzjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0094"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200917">17 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Rosneft <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑732/18 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:727">EU:C:2020:727</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Ma huwiex mitlub li l-motivazzjoni tispeċifika l-punti ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti kollha sa fejn in-natura suffiċjenti ta’ motivazzjoni għandha tiġi evalwata fid-dawl mhux biss tal-formulazzjoni tagħha, iżda anki fid-dawl tal-kuntest tagħha u tar-regoli ġuridiċi kollha li jirregolaw il-qasam ikkonċernat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0095"><P>Ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200917">17 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Rosneft <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑732/18 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:727">EU:C:2020:727</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>Sussegwentement, meta istituzzjoni tal-Unjoni, bħal f’dan il-każ il-Kummissjoni, ikollha setgħa diskrezzjonali wiesgħa, l-osservanza tal-garanziji mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni fil-proċeduri amministrattivi hija ta’ importanza saħansitra iktar fundamentali. Fost dawn il-garanziji hemm, b’mod partikolari, l-obbligu li l-istituzzjoni kompetenti timmotiva d-deċiżjonijiet tagħha b’mod suffiċjenti. Fil-fatt, huwa biss b’dan il-mod li l-qorti tal-Unjoni tista’ tivverifika jekk l-elementi ta’ fatt u ta’ dritt li minnhom jiddependi l-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali ġewx issodisfatti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0096"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19911121">21 ta’ Novembru 1991</DATE>, <NAME.CASE>Technische Universität München</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑269/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:438">EU:C:1991:438</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>Finalment, l-obbligu ta’ motivazzjoni jikkostitwixxi formalità essenzjali li għandha tkun distinta mill-kwistjoni tal-fondatezza tal-motivazzjoni, peress illi din taqa’ taħt il-legalità sostantiva tal-att kontenzjuż<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0097"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080710">10 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Bertelsmann u Sony Corporation of America vs Impala</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑413/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:392">EU:C:2008:392</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0181">181</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. F’dan il-każ, wara li ġie eżaminat, fil-punti 114 sa 119 tas-sentenza appellata, jekk id-deċiżjoni kontenzjuża kinitx motivata b’mod suffiċjenti fir-rigward tal-Artikolu 296 TFUE, il-Qorti Ġenerali qieset, fil-punt 119 ta’ din is-sentenza, li dan kien il-każ. Peress li t-tieni parti ta’ dan l-aggravju tirrigwarda n-natura suffiċjenti tal-motivazzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża u li l-konklużjonijiet li l-Qorti Ġenerali siltet minn dan l-eżami kienu determinanti sabiex il-qorti tal-Unjoni tkun tista’ teżerċita l-istħarriġ tagħha dwar din id-deċiżjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0098"><P>Ara l-punt 97 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, inqis li hemm lok li nibda l-analiżi tiegħi b’din il-parti.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-iżball ta’ liġi dwar in-natura suffiċjenti tal-motivazzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tar-raba’ aggravju, EPSU ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punt 118 tas-sentenza appellata, meta kkunsidrat li EPSU setgħet tagħraf il-ġustifikazzjonijiet tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi osservat li l-Qorti Ġenerali eżaminat is-suffiċjenza tal-motivazzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża fil-punti 116 sa 118 tas-sentenza appellata. Hija fakkret, minn naħa, li l-Kummissjoni kienet ikkonsultat lill-imsieħba soċjali fir-rigward tal-possibbiltà ta’ azzjoni tal-Unjoni dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-uffiċjali u tal-impjegati tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u li kien preċiżament wara din il-konsultazzjoni li l-imsieħba soċjali nnegozjaw u ffirmaw il-ftehim inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="24"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, billi eżaminat id-deċiżjoni kontenzjuża, irrid nirrimarka li naqbel mal-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali li tgħid li, peress li l-Kummissjoni ħadet iktar minn sentejn sabiex twieġeb għat-talba mressqa mill-imsieħba soċjali fuq il-bażi tal-Artikolu 155(2) TFUE, id-destinatarji ta’ din id-deċiżjoni setgħu jistennew li din l-istituzzjoni tadotta motivazzjoni iktar żviluppata minn dik, relattivament qasira, li tinsab f’din id-deċiżjoni. Madankollu, huwa stabbilit ukoll li s-suffiċjenza tal-motivazzjoni esposta f’din l-istess deċiżjoni ma tistax tiġi evalwata biss fuq il-bażi tan-numru jew tat-tul tas-sentenza li fiha. Fil-fatt, ma huwiex eskluż li, minħabba l-preċiżjoni u ċ-ċarezza tagħha, il-motivazzjoni qasira adottata insostenn ta’ deċiżjoni tkun tista’ tinftiehem b’mod sħiħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni essenzjalment invokat tliet motivi bħala l-bażi tar-rifjut tagħha, jiġifieri, l-ewwel nett, in-natura speċifika tal-amministrazzjonijiet tal-gvernijiet ċentrali u, b’mod partikolari, il-fatt li huma jeżerċitaw prerogattivi ta’ awtorità pubblika, it-tieni nett, l-eżistenza, fil-liġijiet nazzjonali ta’ diversi Stati Membri, ta’ dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-uffiċjali u tal-impjegati ta’ dawn l-amministrazzjonijiet u, it-tielet nett, l-eżistenza ta’ differenzi sinjifikattivi bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-istruttura u tal-qasam ta’ kompetenzi tal-imsemmija amministrazzjonijiet, b’tali mod li implimentazzjoni eventwali tal-ftehim ikollha kamp ta’ applikazzjoni usa’ jew idjaq skont l-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jitfakkar li minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-kwistjoni dwar jekk il-motivazzjoni ta’ deċiżjoni tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 296 TFUE għandha tiġi evalwata fid-dawl mhux biss tal-formulazzjoni tagħha, iżda wkoll tal-kuntest tagħha u, b’mod partikolari, tar-regoli applikabbli kollha fil-qasam<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0099"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150414">14 ta’ April 2015</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kunsill vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑409/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:217">EU:C:2015:217</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. F’dan il-każ, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tan-natura suffiċjenti tal-motivazzjoni, huwa sinjifikattiv li din ma kinitx indirizzata lil destinatarju li ma kienx avżat, iżda li din kienet destinata lill-imsieħba soċjali li kkonkludew il-ftehim inkwistjoni, li minħabba l-istatus tagħhom kif ukoll il-konsultazzjonijiet minn qabel imwettqa mill-Kummissjoni, kienu diġà jafu bil-kuntest li fiha ġiet adottata din id-deċiżjoni ta’ rifjut. Barra minn hekk, kif irrilevat il-Qorti Ġenerali, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0069" ID="QS0069"/>matul laqgħa mal-imsieħba soċjali li saret fis‑<DATE ISO="20180117">17 ta’ Jannar 2018</DATE>, il-Kummissjoni ħabbret is-sens tad-deċiżjoni [kontenzjuża]<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0100"><P>Ara l-punt 137 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>. Minn dan jirriżulta, fil-fehma tiegħi, li l-Kummissjoni esponiet il-motivi lill-imsieħba soċjali saħansitra qabel l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni. Għaldaqstant, jien tal-opinjoni li dawn il-motivi juru b’mod suffiċjentement dettaljat ir-raġunijiet għalfejn il-Kummissjoni, li l-kompitu fundamentali tagħha huwa, skont l-Artikolu 17(1) TUE, li tippromwovi l-interess ġenerali tal-Unjoni, ma qisitx li kien xieraq li tipproponi lill-Kunsill jimplimenta, fil-livell tal-Unjoni, ftehim konkluż bejn l-imsieħba soċjali kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi, fil-fehma tiegħi, li l-Qorti Ġenerali tikkunsidra ġustament, fil-punt 118 tas-sentenza appellata, li EPSU setgħet tkun taf il-ġustifikazzjonijiet tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni u li l-Qorti Ġenerali setgħet twettaq l-istħarriġ ta’ dawn il-ġustifikazzjonijiet. F’dawn il-kundizzjonijiet, il-kritika li tgħid li l-Qorti Ġenerali kienet ikkunsidrat bi żball li d-deċiżjoni kontenzjuża kienet tissodisfa l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 296 TFUE għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="25"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti, ibbażata fuq l-iżball fir-rigward tal-eżattezza u r-rilevanza tal-motivi tad-deċiżjoni kontenzjuża adottati mill-Qorti Ġenerali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106.</NO.P><TXT>L-ewwel parti tar-raba’ aggravju, ibbażata fuq l-iżball dwar l-eżattezza u r-rilevanza tal-motivi tad-deċiżjoni kontenzjuża adottati mill-Qorti Ġenerali, hija maqsuma, essenzjalment, f’żewġ ilmenti. Permezz tal-ewwel ilment tagħha, EPSU tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-assenza ta’ ġustifikazzjoni, mill-Kummissjoni, minn naħa, tal-perijodu ta’ żmien li għadda bejn il-korrispondenza preċedenti tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0101"><P>EPSU tirreferi għall-ittri tad‑<DATE ISO="20160309">9 ta’ Marzu 2016</DATE> u tat‑<DATE ISO="20170203">3 ta’ Frar 2017</DATE> kif ukoll għall-komunikazzjoni orali tal‑<DATE ISO="20161115">15 ta’ Novembru 2016</DATE>.</P></NOTE> u d-deċiżjoni u, min-naħa l-oħra, il-fatt li hija injorat il-komunikazzjonijiet li hija stess kienet ippubblikat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0102"><P>Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 91 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Hija tikkritika, barra minn hekk, lill-Qorti Ġenerali li ma rriflettietx korrettement l-argumenti li hija ressqet fl-ewwel istanza. Permezz tat-tieni lment tagħha, EPSU tikkritika l-evalwazzjoni li wettqet il-Qorti Ġenerali tat-tliet motivi tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel ilment, sa fejn EPSU tikkritika lill-Qorti Ġenerali li ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-garanziji mogħtija fil-korrispondenza preċedenti u l-komunikazzjonijiet li l-Kummissjoni kienet ippubblikat, li minnhom kien jidher li hija kellha twettaq stħarriġ tal-legalità u analiżi tal-impatt u li dan l-istħarriġ u din l-analiżi kienu għaddejjin, u dan kien jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, nosserva li ma tressaq l-ebda argument relatat ma’ dan il-prinċipju fil-kuntest tal-proċedura fl-ewwel istanza, tant li s-sentenza appellata ma tittrattax il-kwistjoni ta’ ksur eventwali ta’ dan il-prinċipju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108.</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, hemm lok li jiġi kkonstatat li, fir-rigward tal-korrispondenza, EPSU kkritikat lill-Kummissjoni li ma pproċediet għall-ebda analiżi tal-impatt <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0070" ID="QS0070"/>għall-kuntrarju ta’ dak li sostniet għal iktar minn sena<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/> u li, għaldaqstant, ma setgħetx tiġġustifika l-konklużjoni tagħha li tinsab fid-deċiżjoni kontenzjuża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0103"><P>Ara l-punt 106 tar-rikors fl-ewwel istanza.</P></NOTE>. Fir-rigward tal-komunikazzjonijiet, EPSU invokathom quddiem il-Qorti Ġenerali biss sabiex issostni li dawn kienu taw l-impressjoni li l-Kummissjoni kienet tħossha marbuta mit-talba tal-imsieħba soċjali dwar proposta fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet tal-imsieħba soċjali fil-livell tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0104"><P>Ara l-punti 29 sa 39 tar-rikors fl-ewwel istanza.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109.</NO.P><TXT>Issa, għandu jitfakkar li minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li peress li, fil-kuntest ta’ appell, l-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa limitat għall-evalwazzjoni tas-soluzzjoni legali li tkun ingħatat lill-motivi u l‑argumenti li jkunu ġew iddibattuti quddiem l-ewwel qorti, parti ma tistax tqajjem argument, għall-ewwel darba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li hija ma tkunx invokat quddiem il-Qorti Ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0105"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100921">21 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>L-Isvezja <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs API u Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑514/07 P, C‑528/07 P u C‑532/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:541">EU:C:2010:541</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0126">126</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. F’dawn il-kundizzjonijiet, inqis li dan l-ewwel ilment huwa inammissibbli sa fejn huwa bbażat fuq ksur tal-aspettattivi leġittimi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110.</NO.P><TXT>B’mod superfluwu, għandha tiġi miċħuda t-teżi ta’ EPSU li tgħid li, permezz tal-korrispondenza tagħha u tal-komunikazzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni kienet tat garanziji u sussegwentement tbiegħdet minnhom, peress li hija marret kontra l-għan tal-konsultazzjonijiet previsti fil-qasam tal-politika soċjali. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-punt 60 ta’ dawn il-konklużjonijiet, skont l-Artikolu 154(2) TFUE, qabel ma tippreżenta proposti fil-qasam tal-politika soċjali, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-imsieħba soċjali dwar id-direzzjoni possibbli ta’ azzjoni mill-Unjoni. Mill-formulazzjoni stess ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-konsultazzjonijiet huma maħsuba sabiex jippermettu lill-partijiet differenti jressqu t-talbiet tagħhom u<?PAGE NO="26"?> l-osservazzjonijiet tagħhom, sabiex tiġi kkunsidrata l-preżentata mill-Kummissjoni, fil-livell tal-Unjoni, ta’ ċerta proposta. Għaldaqstant, minn naħa, li jiġi kkunsidrat li l-konsultazzjonijiet u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni relatata toħloq obbligu vinkolanti għall-partijiet ikkonċernati, ixxejjen dan il-proċess mill-kontenut naturali tiegħu. Għalhekk ma jidhirlix li huwa possibbli li tiġi sostnuta t-teżi ta’ EPSU li tgħid li l-konsultazzjonijiet jistgħu joħolqu aspettattivi leġittimi tal-partijiet għal dawn il-konsultazzjonijiet fuq id-deċiżjonijiet politiċi eventwali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0106"><P>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi testendi, bħala korollarju tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, għal kull individwu li jinsab f’sitwazzjoni li minnha jirriżulta li l-amministrazzjoni tal-Unjoni nisslet fih aspettattivi fondati. Tikkostitwixxi garanzija li tista’ tnissel tali aspettattivi, informazzjoni preċiża, inkundizzjonata u koerenti li toriġina minn sorsi awtorizzati u affidabbli, irrispettivament mill-forma li fiha tiġi kkomunikata. Għall-kuntrarju, ħadd ma jista’ jinvoka ksur ta’ dan il-prinċipju fl-assenza ta’ garanziji preċiżi li jkunu ngħatawlu mill-amministrazzjoni (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE>, Ir‑<NAME.CASE>Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑482/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1035">EU:C:2019:1035</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0153">153</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, fir-rigward tan-natura possibbilment vinkolanti għall-Kummissjoni tal-osservazzjonijiet preċedenti tagħha jew tal-komunikazzjonijiet li hija ppubblikat, bħall-pożizzjoni li hija sostniet matul is-seduta, huwa ċar għalija li dawn l-osservazzjonijiet jew dawn il-komunikazzjonijiet fl-ebda ċirkustanza ma jistgħu jimmodifikaw il-kompetenzi mogħtija lil din l-istituzzjoni mit-Trattati u, b’mod partikolari, mill-Artikolu 17(2) TUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111.</NO.P><TXT>Sa fejn l-ewwel ilment huwa bbażat fuq żnaturament mill-Qorti Ġenerali, fil-punti 136 sa 138 tas-sentenza appellata, tal-argumenti li EPSU ressqet quddiemha fl-ewwel istanza, għandu jiġi nnotat li, fil-punt 135 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali tat sunt tal-argument tar-rikorrenti fl-ewwel istanza bħala li jsostnu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0071" ID="QS0071"/>li xejn f’dan il-każ ma kien jiġġustifika li l-Kummissjoni teskludi l-implimentazzjoni tal-[ftehim inkwistjoni] fuq il-bażi tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/>, billi r-rikorrenti allegaw <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0072" ID="QS0072"/>b’mod partikolari li l-Kummissjoni ma wettqitx analiżi ta’ impatt fid-dawl tal-imsemmija prinċipji<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/>. B’dan il-mod, jidhirli li s-sentenza appellata tagħti sunt b’mod ċertament sintetiku, iżda fidil, tal-argument li r-rikorrenti ressqu fil-punt 106 tar-rikors fl-ewwel istanza. Issa, il-punti 136 sa 138 tas-sentenza appellata huma intiżi sabiex iwieġbu l-argumenti tagħhom u jikkostitwixxu għalhekk l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali, b’tali mod li l-ilment ibbażat fuq l-iżnaturament tal-argumenti li EPSU ressqet quddiem il-Qorti Ġenerali, fil-fehma tiegħi, huwa infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-ewwel ilment għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni lment tagħha, EPSU tikkritika l-evalwazzjoni li wettqet il-Qorti Ġenerali meta eżaminat it-tliet motivi tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114.</NO.P><TXT>B’mod preliminari, fir-rigward tal-fondatezza tal-motivi tad-deċiżjoni kontenzjuża, kif jirriżulta mill-analiżi tat-tielet aggravju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0107"><P>Ara l-punti 86 sa 90 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, l-istħarriġ tal-Qorti Ġenerali għandu jkun limitat għall-ineżattezza materjali jew għall-assenza ta’ kwalunkwe rilevanza tal-elementi għall-finijiet tal-evalwazzjoni tan-natura xierqa tal-implimentazzjoni tal-ftehim inkwistjoni fil-livell tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115.</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod partikolari, tal-ewwel motiv tad-deċiżjoni kontenzjuża, EPSU tqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball fil-punti 130 u 136 tas-sentenza tagħha, peress li, minn naħa, bħalissa diversi direttivi japplikaw għall-ħaddiema tal-amministrazzjonijiet ċentrali u li, min-naħa l-oħra, ma hemm xejn li jippermetti li jiġi konkluż li l-implimentazzjoni tal-ftehim konkluż mill-imsieħba soċjali timmodifika <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0073" ID="QS0073"/>l-istruttura, l-organizzazzjoni u l-funzjonament<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/> tal-amministrazzjonijiet tal-gvernijiet ċentrali, b’mod speċjalment meta l-Kummissjoni ma wettqet l-ebda analiżi tal-impatt.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="27"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif enfasizzat il-Qorti Ġenerali, permezz ta’ dan il-motiv, il-Kummissjoni ma qajmitx dubju dwar l-eżistenza ta’ kompetenza tal-Unjoni sabiex tadotta atti relatati mad-drittijiet soċjali tal-uffiċjali u tal-impjegati tal-amministrazzjonijiet tal-gvernijiet ċentrali, iżda enfasizzat li l-ftehim inkwistjoni kien jikkonċerna qasam speċifiku, li huwa marbut mas-sovranità tal-Istati Membri. Fil-fatt, dan il-motiv huwa intiż sabiex jenfasizza li ċerti uffiċjali u ċerti impjegati tal-amministrazzjonijiet tal-gvernijiet ċentrali jeżerċitaw prerogattivi ta’ awtorità pubblika. Għalkemm, kif issostni essenzjalment EPSU, ma hemm xejn li jxekkel lil-leġiżlatur Ewropew, bħala prinċipju, milli jadotta dispożizzjonijiet li jiggarantixxu lil dawn l-uffiċjali u lil dawn l-impjegati tas-settur pubbliku d-drittijiet għall-informazzjoni u għall-konsultazzjoni, il-Kummissjoni tista’ u għandha tieħu inkunsiderazzjoni r-rwol partikolari u l-ispeċifiċitajiet ta’ dawn l-amministrazzjonijiet sabiex tiżgura l-ħarsien tal-interessi ġenerali tal-Istati Membri, li jirriżultaw barra minn hekk minn derogi espliċiti li jinsabu fit-Trattati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0108"><P>B’mod partikolari, għandu jiġi ċċitat l-Artikolu 45(4) TFUE li jipprevedi li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jirriżervaw l-aċċess għal ċerti impjiegi pubbliċi għaċ-ċittadini tagħhom. Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, dan jikkonċerna impjiegi li jinvolvu parteċipazzjoni diretta jew indiretta fl-eżerċizzju tal-awtorità pubblika u fil-funzjonijiet li għandhom l-għan li jħarsu l-interessi ġenerali tal-Istat jew ta’ awtoritajiet pubbliċi oħra.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-allegat obbligu li titwettaq analiżi tal-impatt, jidhirli li tali analiżi eventwalment tkun ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni meta hija tuża s-setgħa tagħha ta’ inizjattiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0109"><P>Skont l-Artikolu 5(3) TUE, bl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, l-Unjoni għandha taġixxi fl-oqsma li ma jaqgħux taħt il-kompetenza esklużiva tagħha biss jekk u sa fejn l-għanijiet tal-azzjoni prevista ma jkunux jistgħu jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni prevista, ikunu jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni. Skont il-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat‑<DATE ISO="20160413">13 ta’ April 2016</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="123" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 123, p. 1</REF.DOC.OJ>), il-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0074" ID="QS0074"/>ser tagħmel valutazzjonijiet tal-impatt tal-inizjattivi leġislattivi […] li jkunu mistennija jkollhom impatti ekonomiċi, ambjentali jew soċjali sinifikanti<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/>, u madankollu dan il-punt huwa limitat għall-atti leġiżlattivi u għar-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet.</P></NOTE>, b’mod partikolari, f’qasam li jaqa’ taħt kompetenzi kondiviżi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri. Issa, l-assenza ta’ tali analiżi ma tistax tiġi kkritikata lill-Kummissjoni meta hija tiddeċiedi li tirrifjuta li twettaq tali azzjoni. Għall-finijiet ta’ din il-kawża, huwa importanti li jiġi osservat li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tissottometti lill-Kunsill proposta għall-implimentazzjoni tal-ftehim konkluż mill-imsieħba soċjali tikkostitwixxi, fin-natura tagħha, deċiżjoni li ma teżiġix analiżi tal-impatt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni motiv tad-deċiżjoni kontenzjuża, EPSU tikkritika lill-Qorti Ġenerali li ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-ftehim innegozjat mill-imsieħba soċjali kien fih klawżola ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0075" ID="QS0075"/>nuqqas ta’ regressjoni<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/> li tagħti drittijiet iktar wiesgħa minn dawk diġà rrikonoxxuti mill-Istati Membri u li xxekkel lil dawn tal-aħħar milli jirrevokaw id-drittijiet mogħtija mill-ftehim inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar il-marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ li għandha f’dan il-każ il-Kummissjoni, b’mod partikolari sabiex tiddetermina jekk huwiex neċessarju li timla lakuna possibbli fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttivi tal-Unjoni li jirregolaw id-dritt għall-informazzjoni u għall-konsultazzjoni tal-ħaddiema. Issa, anki kieku kellu jitqies li l-Qorti Ġenerali ħadet inkunsiderazzjoni din il-klawżola ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0076" ID="QS0076"/>nuqqas ta’ regressjoni<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/>, ikollu jintwera li r-regoli relatati mal-informazzjoni u mal-konsultazzjoni tal-uffiċjali u tal-impjegati tal-amministrazzjonijiet tal-gvernijiet ċentrali li jeżistu fl-Istati Membri ma kinux jippermettu li ssir din l-informazzjoni u din il-konsultazzjoni b’mod suffiċjenti fil-livell ta’ dawn l-Istati Membri. Issa, fil-kuntest tal-istħarriġ tal-legalità msemmi fl-Artikolu 263 TFUE, il-Qorti Ġenerali ma tistax tissostitwixxi l-motivazzjoni tagħha għal dik tal-awtur tal-att ikkontestat u hija ma tistax timla, permezz tal-motivazzjoni tagħha, lakuna fil-motivazzjoni ta’ dan l-att, b’tali mod li<?PAGE NO="28"?> l-eżami tagħha ma jkun konness mal-ebda evalwazzjoni li tinsab f’dan tal-aħħar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0110"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<DATE ISO="20130124">24 ta’ Jannar 2013</DATE>, Frucona Košice vs Il‑Kummissjoni (C‑73/11 P, punti 87 sa 90 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Għaldaqstant, EPSU ma tistax tistenna li l-Qorti Ġenerali twettaq dimostrazzjoni li twassal għal tali sostituzzjoni, u dan b’mod speċjali meta hija marbuta twettaq stħarriġ ristrett fuq id-deċiżjoni kontenzjuża. B’kunsiderazzjoni ta’ dan, għandu jiġi kkonstatat li, sabiex tiddeċiedi jekk kellhiex tissottometti lill-Kunsill il-ftehim konkluż mill-imsieħba soċjali bl-għan tal-implimentazzjoni tiegħu, il-Kummissjoni kellha taffaċċja l-kwistjoni essenzjali dwar jekk kienx opportun li tiġi armonizzata fil-livell tal-Unjoni l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-uffiċjali u tal-impjegati tal-amministrazzjonijiet tal-gvernijiet ċentrali. Sa fejn it-tweġiba tal-Kummissjoni għal din il-mistoqsija kienet negattiva, ma kienx neċessarju li hija tevalwa l-effett eventwali tal-klawżola ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0077" ID="QS0077"/>nuqqas ta’ regressjoni<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/> fl-ipoteżi fejn l-implimentazzjoni tal-imsemmi ftehim kienet titwettaq fil-livell tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tielet motiv tad-deċiżjoni kontenzjuża, EPSU ssostni li, fil-punt 133 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni, minn naħa, la n-natura settorjali tal-ftehimiet konklużi mill-imsieħba soċjali speċifiċi għal ċerti setturi u lanqas, min-naħa l-oħra, ir-rappreżentattività tal-imsieħba soċjali. Għalhekk, EAPE tkun l-imsieħba soċjali tal-amministrazzjonijiet tal-gvernijiet ċentrali, b’tali mod li l-ftehim konkluż bejn l-imsieħba soċjali jikkonċerna l-gvernijiet ċentrali u mhux il-gvernijiet lokali. Barra minn hekk, il-ftehim inkwistjoni ma jaffettwax l-istruttura tal-gvernijiet tal-Istati Membri, peress li dan jirrigwarda biss id-drittijiet għall-informazzjoni u għall-konsultazzjoni tal-ħaddiema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ikun biżżejjed li jiġi kkonstatat li, peress li l-ftehim inkwistjoni jirrigwarda l-konsultazzjoni u l-informazzjoni tal-uffiċjali u l-impjegati tal-gvernijiet ċentrali, l-implimentazzjoni tiegħu fil-livell tal-Unjoni taffettwa b’mod varjat ħafna lill-Istati Membri skont il-grad tagħhom ta’ ċentralizzazzjoni jew ta’ deċentralizzazzjoni. Issa, ma kien hemm xejn li jipprekludi lill-Kummissjoni milli tieħu inkunsiderazzjoni dan l-aħħar fatt, bħala konsegwenza mhux mixtieqa tal-implimentazzjoni tal-ftehim fil-livell tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122.</NO.P><TXT>Konsegwentement, inqis li l-Qorti Ġenerali ma wettqet l-ebda żball ta’ liġi meta vvalidat it-tliet motivi tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet parti, ibbażata fuq żball ta’ liġi fir-rigward tad-direttivi dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123.</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet parti tar-raba’ aggravju, EPSU ssostni li, fil-punti 131 u 132 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tat interpretazzjoni ħażina tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq id-direttivi dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0111"><P>Id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20020311">11 ta’ Marzu 2002</DATE> li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati fil-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 219); id-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20090506">6 ta’ Mejju 2009</DATE> dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-impjegati (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="122" PAGE.FIRST="28" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 122, p. 28</REF.DOC.OJ>); u d-Direttiva 2001/86/KE tat‑<DATE ISO="20011008">8 ta’ Ottubru 2001</DATE> li tissupplimenta l-Istatut għal kumpanija Ewropea rigward l-involviment tal-ħaddiema (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 27).</P></NOTE>. Diġà teżisti differenza bejn il-gvernijiet lokali u l-gvernijiet ċentrali fir-rigward, b’mod partikolari, tad-Direttiva 2001/23/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0112"><P>Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat‑<DATE ISO="20010312">12 ta’ Marzu 2001</DATE> dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="29"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, nikkonstata li EPSU ma tispjegax ir-rabta bejn id-direttivi msemmija fil-punt preċedenti ta’ dawn il-konklużjonijiet u l-allegata differenza bejn dawn iż-żewġ livelli ta’ gvern. EPSU lanqas ma tispjega għalfejn il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fis-sentenza appellata. Għalhekk, tali argument huwa manifestament inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">d)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Konklużjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125.</NO.P><TXT>Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet kollha esposti iktar ’il fuq, nissuġġerixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad ir-raba’ aggravju bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, jien tal-opinjoni li l-aggravji kollha mressqa minn EPSU kif ukoll l-appell kollu kemm hu għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 138(1) ta’ dawn ir-regoli, applikabbli għall-appelli skont l-Artikolu 184(1) tagħhom, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, peress li nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-appell, u peress li l-Kummissjoni għamlet talba f’dan is-sens, hemm lok li, fil-fehma tiegħi, EPSU tiġi kkundannata għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VII.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-appell u tikkundanna lil EPSU għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>