Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles /* KUMM/2010/0689 finali - NLE 2010/0334 */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 25.11.2010 KUMM(2010) 689 finali 2010/0334 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI Abbażi tal-mandat rilevanti tal-Kunsill[1] il-Kummissjoni f’isem l-Unjoni Ewropea innegozjat mar-Repubblika tas-Seychelles bil-ħsieb li jiġġedded il-Protokoll tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles. Wara dawn in-negozjati, fit-3 ta’ Ġunju 2010 ġie inizjalat Protokoll ġdid, li fid-29 ta' Ottubru 2010 ġie emendat permezz ta' skambju ta' ittri. Dan il-protokoll ikopri perjodu ta’ tliet snin li jibdew mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-implimentazzjoni provviżorja tal-Protokoll u wara li jiskadi l-Protokoll attwali, fis-17 ta' Jannar 2011. Din il-proċedura dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll il-ġdid tinbeda b’mod parallel mal-proċeduri dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill, bil-kunsens tal-Parlament Ewropew, dwar il-konklużjoni tal-Protokoll ġdid, u r-Regolament tal-Kunsill dwar l-allokazzjoni bejn l-Istati Membri tal-opportunitajiet tas-sajd taħt l-istess Protokoll. Il-pożizzjoni ta’ negozjar tal-Kummissjoni kienet ibbażata inter alia fuq ir-riżultati ta’ evalwazzjoni ex-post tal-Protokoll attwali li twettqet minn esperti esterni f’Mejju 2010. Il-Protokoll il-ġdid huwa konformi mal-għanijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd li jimmira sabiex isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles, u sabiex jippromwovi qafas ta’ sħubija għall-iżvilupp ta’ politika sostenibbli tas-sajd u għall-isfruttar responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tas-Seychelles, fl-interess taż-żewġ Partijiet. Iż-żewġ Partijiet qablu li jikkooperaw bil-għan li jimplimentaw il-politika settorjali tas-sajd tas-Seychelles u għal dak l-għan għandhom ikomplu d-djalogu politiku dwar l-ipprogrammar rilevanti. Il-Protokoll il-ġdid jipprovdi għal kontribuzzjoni finanzjarja totali ta’ EUR 16 800 000 għall-perjodu kollu. Dan l-ammont jikkorrispondi għal: a) EUR 3 380 000 fis-sena ekwivalenti għal tunnellaġġ annwali ta’ referenza ta’ 52 000 tunnellata, u b) EUR 2 220 000 fis-sena, li jikkorrispondu għal pakkett addizzjonali mħallas mill-UE biex tappoġġja l-politika tas-sajd u dik marittina tas-Seychelles. L-opportunitajiet tas-sajd għall-flotta Ewropea tat-tonn se jkunu disponibbli għal 48 bastiment tas-sajd bil-purse seine u 12-il bastiment tas-sajd bil-konz, jiġifieri total ta’ 60 bastiment. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill jadotta l-iffirmar f'isem l-Unjoni u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll permezz ta' Deċiżjoni. 2010/0334 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218 (5) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[2], Billi: 1. Fil-5 ta' Ottubru 2006 l-Kunsill adotta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1562/2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles[3], 2. Il-Protokoll għal dan il-Ftehim ta’ Sħubija, li bħalissa għadu fis-seħħ, jiskadi fis-17 ta' Jannar 2011, 3. L-Unjoni Ewropea nnegozjat mar-Repubblika tas-Seychelles dwar Protokoll ġdid għall-Ftehim ta' Sħubija li lill-bastimenti tal-UE jagħtihom opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li fihom is-Seychelles jeżerċita s-sovranità u l-ġuriżdizzjoni fir-rigward tas-sajd. Sabiex tkun żgurata l-kontinwità tal-attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti tal-UE, il-Protokoll jipprovdi għal applikazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 13 tiegħu, 4. B'riżultat ta' dawn in-negozjati, fit-3 ta' Ġunju 2010 ġie inizjalat Protokoll. 5. Il-Protokoll il-ġdid għandu jiġi ffirmat u għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja sakemm jitlestew il-proċeduri tal-konklużjoni formali tiegħu. ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-iffirmar tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni Ewropea, suġġett għall-konklużjoni tiegħu. It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat sabiex jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni Ewropea, suġġett għall-konklużjoni tiegħu. Artikolu 3 Il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja, skont l-Artikolu 13 tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri tal-konklużjoni formali tiegħu. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President PROTOKOLL li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles Artikolu 1 Il-perjodu ta' applikazzjoni u l-opportunitajiet tas-sajd 1. Għal perjodu taż-żmien ta' tliet (3) snin, l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għandhom ikunu kif ġej: a. 48 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun fl-oċeani, u b. 12-il bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ. 2. Il-paragrafu 1 għandu japplika suġġett għall-Artikoli 5 u 6 ta' dan il-Protokoll. 3. Skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, u l-Artikolu 7 ta’ dan il-Protokoll, il-bastimenti li jtajru bandiera ta’ Stat Membru fl-Unjoni Ewropea jistgħu jinvolvu rwieħhom f’attivitajiet ta’ sajd fl-ilmijiet tas-Seychelles biss jekk għandhom awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa taħt dan il-Protokoll u skont l-Anness tiegħu. Artikolu 2 Il-kontribuzzjoni finanzjarja – Il-metodi tal-ħlas 1. Għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, il-kontribuzzjoni finanzjarja totali msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għandha tkun ta’ EUR 16 800 000 għat-tul kollu tal-Protokoll. 2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali għandha tiġbor fiha: a. ammont annwali ta’ EUR 3 380 000 għall-aċċess għaż-żona ta’ sajd tas-Seychelles, ekwivalenti għal tunnellaġġ ta' referenza ta' 52 000 tunnellati fis-sena, u b. ammont speċifiku ta' EUR 2 220 000 fis-sena għall-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd u dik marittima tas-Seychelles. 3. Il-paragrafu 1 għandu japplika suġġett għall-Artikoli 3, 4, 5 u 6 ta’ dan il-Protokoll. 4. L-Unjoni Ewropea għandha tħallas l-ammont totali stipulat fil-paragrafu 2 (a) u 2 (b) ta' dan l-Artikolu (jiġifieri EUR 3 380 000 u EUR 2 220 000 rispettivament), kull sena matul il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan il-Protokoll. Il-ħlas għandu jsir sa mhux aktar tard minn 30 ġurnata wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-protokoll għall-ewwel sena u mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju tal-Protokoll għas-snin ta’ wara. 5. Jekk il-kwantità totali ta' tonn maqbuda mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd tas-Seychelles ikun ogħla minn 52 000 tunnellata fis-sena, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali jitla' għal EUR 65 għal kull tunnellata addizzjonali maqbuda. Madankollu, l-ammont annwali totali mħallas mill-Unjoni Ewropea ma jistax ikun ogħla mid-doppju tal-ammont indikat f'paragrafu 2 a (EUR 6 760 000). Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fiż-żona ta’ sajd tas-Seychelles ikunu ogħla mill-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju tal-ammont totali annwali, l-ammont dovut għall-kwantità li tkun ogħla minn dak il-limitu, għandu jitħallas is-sena ta’ wara skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness. 6. Is-Seychelles għandu jkollu diskrezzjoni sħiħa dwar l-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifikata fil-paragrafu 2 (a) tal-Artikolu 2. 7. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tiġi mħallsa f'kont wieħed tat-Teżor Pubbliku tas-Seychelles, mal-Bank Ċentrali tas-Seychelles. In-numru tal-kont għandu jingħata mill-awtoritajiet tas-Seychelles. Artikolu 3 Il-promozzjoni ta’ sajd responsabbli u sostenibbli fl-ilmijiet tas-Seychelles 1. Malli dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ u mhux aktar tard minn tliet xhur wara dik id-data, l-Unjoni Ewropea u s-Seychelles għandhom jiftiehmu, fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, dwar programm settorjali multiannwali, u r-regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni li jkopru, b’mod partikolari: (a) linji gwida annwali u multiannwali għall-użu tal-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja li tissemma fil-paragrafu 2 (b), l-Artikolu 2; (b) l-għanijiet, kemm dawk annwali kif ukoll dawk multiannwali, li għandhom jinkisbu bil-ħsieb li, eventwalment, jiddaħħal sajd responsabbli u sostenibbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet espressi mis-Seychelles fi ħdan il-politika nazzjonali tas-sajd u dik marittima, jew ta’ oqsma ta’ politika oħrajn li għandhom x’jaqsmu jew għandhom impatt fuq il-promozzjoni ta’ sajd responsabbli u sostenibbli, inklużi ż-żoni tal-baħar protetti; (c) il-kriterji u l-proċeduri li jridu jintużaw biex issir l-evalwazzjoni tar-riżultati miksuba, fuq bażi annwali. 2. Kwalunkwe emenda proposta għall-programm settorjali multiannwali għandha bżonn tal-approvazzjoni taż-żewġ Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt. 3. Kull sena s-Seychelles għandu jallokka, jekk ikun meħtieġ, ammont addizzjonali mal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 (b), l-Artikolu 2, bil-ħsieb li jiġi implimentat il-programm multiannwali. Din l-allokazzjoni għandha tkun innotifikata lill-Unjoni Ewropea. Artikolu 4 Il-kooperazzjoni xjentifika dwar sajd responsabbli 1. Iż-żewġ Partijiet b’dan jimpenjaw irwieħhom li jippromwovu sajd responsabbli fl-ilmijiet tas-Seychelles ibbażat fuq il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jistadu f’dawk l-ilmijiet. 2. Sakemm idum japplika dan il-Protokoll, l-Unjoni Ewropea u s-Seychelles għandhom jagħmlu ħilithom biex jimmonitorjaw il-qagħda tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tas-Seychelles. 3. Iż-żewġ Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jirrispettaw ir-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni responsabbli tas-sajd. 4. Abbażi tar-rakkomandazzonijiet u r-riżoluzzjonijiet li ttieħdu fl-IOTC u tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli u, fejn huwa xieraq, ir-riżultati tal-laqgħa xjentifika konġunta prevista fl-Artikolu 4 tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd, iż-żewġ Partijiet jistgħu jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd u, fejn huwa meħtieġ, jiftiehmu dwar il-miżuri sabiex tkun żgurata ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd tas-Seychelles. Artikolu 5 L-aġġustament tal-opportunitajiet tas-sajd bi qbil reċiproku 1. L-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu aġġustati bi ftehim reċiproku sakemm ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-IOTC jimplikaw li aġġustament bħal dan se jipproteġi l-ġestjoni sostenibbli tat-tonn u ta’ speċijiet oħra simili għat-tonn fl-Oċean Indjan. 2. F'dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja stipulata fil-paragrafu 2 (a), l-Artikolu 2 għandha tiżdied proporzjonalment u pro rata temporis . Madankollu, l-ammont annwali totali mħallas mill-Unjoni Ewropea ma jistax ikun ogħla mid-doppju tal-ammont indikat fil-paragrafu 2 (a), l-Artikolu 2. 3. Iż-żewġ Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin kwalunkwe bidla fil-politika u l-leġiżlazzjoni tas-sajd rispettivi tagħhom Artikolu 6L-opportunitajiet ġodda tas-sajd 1. Fil-każ li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jsiru interessati f’sajd li mhux previst fl-Artikolu 1 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin qabel ma tingħata l-awtorizzazzjoni għal kwalunkwe attività bħal din u, fejn ikun xieraq, jiftiehmu dwar il-kundizzjonijiet għal sajd bħal dan inkluż li jwettqu l-emendi korrispondenti għal dan il-Protokoll u għall-Anness tiegħu. 2. Il-partijiet għandhom jinkoraġġixxu s-sajd sperimentali, speċjalment rigward l-ispeċijiet li jgħixu fl-ilmijiet fondi u li mhumiex sfruttati biżżejjed, preżenti fl-ilmijiet tas-Seychelles. Għal dan il-għan, u fuq it-talba ta’ Parti waħda, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin bil-ħsieb li jiddeterminaw, każ b’każ, l-ispeċijiet, il-kundizzjonijiet u l-parametri l-oħrajn li huma rilevanti. 3. Il-Partijiet għandhom iwettqu sajd sperimentali skont il-parametri miftiehma bejn iż-żewġ Partijiet fi ftehim amministrattiv fejn dan ikun xieraq. L-awtorizzazzjonijiet għas-sajd sperimentali għandhom jiġu miftiehma għal perjodu massimu ta’ 6 xhur. 4. Fil-każ li l-Partijiet iqisu li l-kampanji sperimentali taw riżultati pożittivi, il-Gvern tas-Seychelles jista’ jalloka l-possibbiltajiet tas-sajd tal-ispeċijiet il-ġodda lill-flotta tal-Unjoni Ewropea sa ma jiskadi dan il-Protokoll. Għalhekk il-kumpens finanzjarju msemmi fil-paragrafu 2 (a), l-Artikolu 2 ta’ dan il-Protokoll għandu jiżdied. Il-ħlasijiet u l-kundizzjonijiet tas-sidien tal-bastimenti kif previst fl-Anness għandhom jiġu emendati skont dan. Artikolu 7Il-kundizzjonijiet li jiggvernaw l-attivitajiet tas-sajd – Il-klawżola tal-esklussività Mingħajr ħsara għall-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jistgħu jistadu fl-ilmijiet tas-Seychelles biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd valida maħruġa mis-Seychelles skont dan il-Protokoll u l-Anness għalih. Artikolu 8Is-sospenzjoni u r-reviżjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja 1. Minkejja d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9 ta’ dan il-Protokoll, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 (a) u (b), l-Artikolu 2 għandha tkun riveduta jew sospiża wara konsultazzjoni bejn iż-żewġ Partijiet sakemm l-Unjoni Ewropea tkun ħallset kompletament kull ammont dovut fiż-żmien tas-sospensjoni: a) jekk ċirkustanzi serji, barra fenomeni naturali, jżommu milli jsiru attivitajiet tas-sajd fiż-żoni ta’ sajd tas-Seychelles; b) wara tibdil sinifikanti fil-linji gwida tal-politika ta' wieħed miż-żewġ Partijiet li jaffettwa d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan il-Protokoll; c) jekk l-Unjoni Ewropea taċċerta ksur ta’ elementi fundamentali u essenzjali tad-drittijiet umani kif stipulati mill-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Kotonù u skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 8 u 96 tiegħu. F'dan il-każ, l-attivitajiet tas-sajd kollha tal-bastimenti tal-UE għandhom jiġu sospiżi. 2. L-Unjoni Ewropea tirriserva d-dritt li tissospendi, totalment jew b’mod parzjali, il-ħlas tal-kontribuzzjoni speċifika prevista fil-paragrafu 2 (b), l-Artikolu 2 fejn jinstab li r-riżultati miksuba tal-appoġġ tal-politika settorjali jkunu inkonsistenti b’mod materjali mal-ipprogrammar ibbaġitjat wara li tkun twettqet l-evalwazzjoni u l-konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 3 ta’ dan li-Protokoll. 3. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finzanzjarja u l-attivitajiet tas-sajd jistgħu jerġgħu jibdew hekk kif is-sitwazzjoni terġa’ tirritorna fl-istatus ta' qabel ma jkunu seħħew iċ-ċirkustanzi msemmija hawn fuq, u jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir dan wara konsultazzjoni. Artikolu 9Is-sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-Protokoll 1. L-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll għandha tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta' waħda mill-Partijiet suġġett għal konsultazzjonijiet u l-ftehim bejn il-Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim: a) jekk ċirkustanzi serji, barra fenomeni naturali, jżommu milli jsiru attivitajiet tas-sajd fiż-żoni ta’ sajd tas-Seychelles; b) fil-każ li l-Unjoni Ewropea tonqos milli tagħmel il-ħlasijiet previsti fil-paragrafu 2 (a), l-Artikolu 2 għal raġunijiet mhux koperti mill-Artikolu 8 ta' dan il-Protokoll; c) fejn tinqala’ tilwima bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu li ma tistax tinstab soluzzjoni għaliha; d) jekk waħda mill-Partijiet ma tirrispettax id-dispożizzjonijiet stipulati minn dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu; e) wara tibdil sinifikanti fil-linji gwida tal-politika ta' waħda miż-żewġ Partijiet li jaffettwa d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan il-Protokoll; f) jekk waħda mill-Partijiet taċċerta ksur ta’ elementi fundamentali u essenzjali tad-drittijiet umani kif stipulati mill-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Kotonù u skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 8 u 96 tiegħu. g) fil-każ ta' nonkonformità mad-Dikjarazzjoni dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjoni tax-Xogħol kif previst fil-paragrafu 5, l-Artikolu 3 tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd. 2. Is-sospensjoni tal-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll għandha teħtieġ notifika bil-miktub mill-Parti kkonċernata tal-intenzjoni tagħha, li għandha tingħata għallinqas tliet xhur qabel id-data meta din is-sospensjoni tidħol fis-seħħ. 3. F’każ ta’ sospensjoni tal-implimentazzjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu bil-konsultazzjonijiet bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni bonarja għat-tilwima tagħhom. Fejn tintlaħaq din is-soluzzjoni, għandha terġa’ tibda l-implimentazzjoni tal-Protokoll u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jitnaqqas b’mod proporzjonali u pro rata temporis skont il-perjodu li fih kienet sospiża l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll. Artikolu 10Il-liġi nazzjonali 1. L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fis-Seychelles huma suġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti tas-Seychelles, sakemm ma jkunx provdut mod ieħor taħt dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu. 2. L-awtoritajiet tas-Seychelles għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea bi kwalunkwe tibdil jew leġiżlazzjoni ġdida fir-rigward tal-politika tas-sajd. Artikolu 11It-tul ta' żmien Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu japplikaw għal żmien ta’ tliet (3) snin li jibda mill-applikazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 13, sakemm ma jingħatax avviż tat-terminazzjoni skont l-Artikolu 12. Artikolu 12It-terminazzjoni 1. Fil-każ tat-terminazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll mill-inqas sitt xhur qabel id-data li fiha għandha sseħħ it-terminazzjoni. 2. Kif tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu ta’ qabel għandhom jibdew il-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet. Artikolu 13 L-applikazzjoni provviżorja Dan il-Protokoll u l-Anness għalih għandhom jiġu applikati fuq bażi provviżorja mid-data tal-iffirmar tagħhom. Artikolu 14 Id-dħul fis-seħħ Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa biex jintlaħaq dak l-għan. ANNESS KUNDIZZJONIJIET GĦALL-EŻERĊIZZJU TAL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD MILL-BASTIMENTI TAL-UNJONI EWROPEA FL-ILMIJIET TAS-SEYCHELLES KAPITOLU I – MIżURI TA’ ġESTJONI Taqsima 1 L-applikazzjoni u l-ħruġ tal- awtorizzazzjonijiet tas-sajd 1. L-awtorizzazzjoni tas-sajd għas-sajd fl-ilmijiet tas-Seychelles skont il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles tista' tinkiseb biss minn bastimenti eleġibbli tal-Unjoni Ewropea. 2. "Awtorizzazzjoni tas-sajd" tfisser id-dritt jew il-liċenzja għat-twettiq ta' attivitajiet tas-sajd matul perjodu speċifiku, f'żona partikolari jew għal sajd partikolari; 3. Biex bastiment tal-Unjoni Ewropea jkun eliġibbli, la s-sid, la l-kaptan u lanqas il-bastiment stess ma għandhom ikunu taħt projbizzjoni milli jistadu fis-Seychelles. Għandhom ikunu f'sitwazzjoni ta' regolarità fil-konfront tal-liġijiet tas-Seychelles u jridu jkunu wettqu l-obbligi preċedenti kollha marbuta mal-attivitajiet tas-sajd tagħhom fis-Seychelles fil-kuntest ta' kull ftehim tas-sajd konkluż mal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, huma għandhom ikunu konformi mar-Regolament tal-Kunsill Nru 1006/2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd. 4. Il-bastimenti kollha tal-Unjoni Ewropea li japplikaw għal awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu rrappreżentati minn aġent li huwa residenti fis-Seychelles. L-isem u l-indirizz ta’ dan l-aġent għandhom ikunu ddikjarati fuq l-applikazzjoni. 5. L-awtoritajiet rilevanti tal-Unjoni Ewropea għandhom jippreżentaw applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd għal kull bastiment li jixtieq jistad kif definit fl-Artikolu 2 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd lill-awtorità kompetenti tas-Seychelles mill-anqas 20 jum qabel id-data tal-bidu tal-perjodu ta’ validità. 6. Fejn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd ma ġietx ippreżentata qabel il-perjodu ta' validità skont il-punt 5, is-sid tal-bastiment jista’ jagħmel dan permezz tal-UE matul il-perjodu ta’ validità, mhux aktar minn 20 jum qabel il-bidu tal-attivitajiet tas-sajd. F'każijiet bħal dawn, is-sidien tal-bastimenti għandhom iħallsu l-ħlasijiet kollha dovuti għall-perjodu ta’ validità sħiħ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd. 7. Kull applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità kompetenti tas-Seychelles fuq formola mfassla skont il-mudell li jinsab fl-Appendiċi 1 u għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin: a. irċevuta tal-ħlas għall-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd; b. kwalunkwe dokument jew ċertifikat ieħor meħtieġ taħt ir-regoli speċifiċi applikabbli għat-tip ta’ bastiment ikkonċernat skont il-Protokoll. 8. Il-ħlas għandu jsir fil-kont mogħti mill-awtoritajiet tas-Seychelles. 9. Il-ħlasijiet għandhom jinkludu t-taxxi nazzjonali u lokali kollha ħlief għat-taxxi tal-port u l-ispejjeż tas-servizz. 10. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti kollha għandhom jinħarġu lis-sidien tal-bastimenti jew lill-aġenti tagħhom, fi żmien 15-il jum wara li jkunu waslu d-dokumenti kollha li jissemmew fil-punt 7 mill-awtorità kompetenti tas-Seychelles. Għandha tintbagħat kopja ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea responsabbli għas-Seychelles. 11. Awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinħareġ għal bastiment speċifiku u ma għandhiex tkun trasferibbli jekk mhux għal raġuni ta’ force majeure , kif imsemmi fil-punt 12 hawn taħt. 12. Meta wieħed ikollu prova ta’ force majeure , fuq talba tal-Unjoni Ewropea, l-awtorizzazzjoni tas-sajd ta’ bastiment tista’ tiġi ttrasferita lejn bastiment ieħor b'karatteristiċi simili, għall-perjodu ta’ żmien li jkun fadal mill-validità tagħha, mingħajr il-bżonn ta' ħlas ieħor. Madankollu, għall-bastimenti li jistadu bil-konz, jekk it-tunnellaġġ gross reġistrat (GRT) tal-bastiment li qed jieħu post l-ewwel bastiment huwa ogħla, id-differenza fil-ħlas għandha titħallas pro rata temporis. 13. Is-sid tal-ewwel bastiment, jew l-aġent tiegħu, għandu jagħti lura l-awtorizzazzjoni tas-sajd imħassra lill-awtorità kompetenti tas-Seychelles permezz tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea responsabbli għas-Seychelles. 14. Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd il-ġdida tkun dik ta’ meta s-sid tal-bastiment jagħti lura l-awtorizzazzjoni tas-sajd imħassra lill-awtorità kompetenti tas-Seychelles. Id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea responsabbli għas-Seychelles għandha tiġi mgħarrfa dwar it-trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd. 15. L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinżamm abbord il-bastiment f'kull ħin, minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VII - Il-Kontroll - il-punt 1, ta' dan l-Anness. Taqsima 2 Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tas-sajd– ħlasijiet u pagamenti bil-quddiem 1. Awtorizzazzjoni tas-sajd hija valida għal sena, mid-data tal-bidu tal-implimentazzjoni provviżorja tal-Protokoll, u tista' tiġġedded suġġett għas-sodisfazzjon sħiħ tal-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni kif stipulati fit-Taqsima 1 hawn fuq. 2. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles kif ġej: a. Bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun: - ammont ta’ rata fissa ta' EUR 61 000 għal kull bastiment fis-sena pagabbli f’żewġ pagamenti; - 50% jridu jitħallsu meta ssir l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd; - u 50% fi żmien mitt (100) jum wara l-bidu tal-perjodu ta’ validità għall-awtorizzazzjoni tas-sajd. - F’ċirkustanzi eċċezzjonali relatati mal-piraterija li huma ta' riskju kbir għas-sigurtà tal-bastimenti li joperaw taħt il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd u li jisfurzawhom sabiex iħallu l-Oċean Indjan, iż-żewġ Partijiet għandhom janalizzaw il-possibbiltà li japplikaw ħlas pro rata temporis abbażi ta' każ b'każ fuq talbiet individwali mis-sidien tal-bastiment mibgħuta permezz tal-Kummissjoni Ewropea. b. Bastimenti tas-sajd bil-konz (aktar minn 250 GRT): - EUR 4 200 ekwivalenti għal EUR 35 kull tunnellata għal 120 tunnellata ta' tonn u speċijiet simili għat-tonn maqbuda fl-ilmijiet tas-Seychelles pagabbli qabel il-bidu tal-perjodu tal-validitià; c. Bastimenti tas-sajd bil-konz (anqas minn 250 GRT): - EUR 3 150 ekwivalenti għal EUR 35 kull tunnellata għal 90 tunnellata ta' tonn u speċijiet simili għat-tonn maqbuda fl-ilmijiet tas-Seychelles pagabbli qabel il-bidu tal-perjodu tal-validitià; 3. Fejn il-qabdiet tal-bastimenti li jistadu bil-konz ikunu akbar mit-tunnellaġġ speċifikat hawn fuq, is-sidien tal-bastimenti għandhom jagħmlu l-ħlasijiet addizzjonali korrispondenti bl-istess rata ta' EUR 35 kull tunnellata lill-awtoritajiet tas-Seychelles mill-anqas sat-30 ta' Ġunju tal-istess sena wara li jkunu rċevew id-dikjarazzjoni tal-ħlasijiet fil-kont tal-bank mogħti mill-awtoritajiet tas-Seychelles. Fejn id-dikjarazzjoni finali, imsemmija fil-paragrafu 6 hawn taħt, hija inqas mill-ħlas bil-quddiem li jissemma fil-paragrafu 3 għall-bastimenti tas-sajd bil-konz, il-bilanċ ma jkunx jista’ jinġabar lura minn sid il-bastiment. 4. L-awtoritajiet tas-Seychelles għandhom ifasslu dikjarazzjoni tal-ħlasijiet li għandhom jitħallsu fir-rigward tas-sena kalendarja ta’ qabel abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-qbid ippreżentati mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea u informazzjoni oħra fil-pussess tal-awtoritajiet tas-Seychelles. 5. Id-dikjarazzjoni għandha tintbagħat lill-Kummissjoni qabel il-31 ta’ Marzu ta’ dik is-sena. Il-Kummissjoni għandha tittrażmettiha qabel il-15 ta’ April fl-istess ħin lis-sidien tal-bastimenti u lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati. 6. Fejn is-sidien tal-bastimenti ma jaqblux mad-dikjarazzjoni ppreżentata mill-awtoritajiet tas-Seychelles, huma jistgħu jikkonsultaw mal-istituti xjentifiċi kompetenti għall-verifika tal-informazzjoni dwar il-qabdiet, bħall-IRD (l-Istitut għar-Riċerka u l-Iżvilupp), l-IEO (l-Istitut Oċeanografiku Spanjol) u l-IPIMAR (l-Istitut għar-Riċerka dwar is-Sajd u l-Baħar), u wara jiddiskutu flimkien mal-awtorijtajiet kompetenti tas-Seychelles, li għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni f'dak ir-rigward, biex tiġi stabbilita dikjarazzjoni definittiva qabel il-31 ta’ Mejju ta’ dik is-sena. Fl-assenza ta’ osservazzjonijiet min-naħa tas-sidien tal-bastimenti sa din id-data, id-dikjarazzjoni ppreżentata mill-awtoritajiet tas-Seychelles għandha titqies bħala dik finali. Taqsima 3 Il-bastimenti ta’ forniment 1. Il-bastimenti ta’ forniment li jappoġġaw il-bastimenti tas-sajd tal-UE li joperaw taħt dan il-Protokoll għandhom ikunu suġġetti għall-istess dispożizzjonijiet, ħlasijiet u kundizzjonijiet kif inhu applikabbli għall-bastimenti oħrajn skont il-liġijiet miktuba tas-Seychelles. 2. Il-bastimenti ta’ forniment li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu suġġetti għall-istess proċeduri li jiggvernaw it-trażmissjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd kif deskritt fit-Taqsima 1 hawn fuq, safejn ikun applikabbli għalihom. KAPITOLU II – Iż-żONI TAS-SAJD Sabiex jiġi evitat kull effett negattiv fuq is-sajd fuq skala żgħira fl-ilmijiet tas-Seychelles, il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea ma għandhomx jiġu awtorizzati, fiż-żoni ddefiniti bħala ristretti mil-leġiżlazzjoni tas-Seychelles u lanqas fiż-żona ta' tliet mili madwar kwalunkwe mezz tal-aggregazzjoni tal-ħut imqiegħda mill-awtoritajiet tas-Seychelles, li l-pożizzjoni ġeografika tiegħu tkun ġiet ikkomunikata lir-rappreżentanti tas-sidien tal-bastimenti jew lill-aġenti tagħhom. KAPITOLU III – IL-MONITORAġġ Taqsima 1 Ir-reġistrazzjoni tal-qbid 1. Il-bastimenti kollha awtorizzati biex jistadu fl-ilmijiet tas-Seychelles taħt il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għandhom ikunu obbligati li jikkomunikaw il-qabdiet tagħhom lill-awtorità kompetenti tas-Seychelles kif ġej: 1.1. Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea liċenzjati biex jistadu fl-ilmijiet tas-Seychelles għandhom jimlew dikjarazzjoni ta’ formola tal-qbid kif stabbilit fl-Appendiċijiet 2 u 3, għal kull vjaġġ li jagħmlu fl-ilmijiet tas-Seychelles. Fl-assenza ta’ qabdiet, il-formola xorta għandha timtela. Il-formola għandha timtela b'mod leġibbli u ffirmata mill-kaptan tal-bastiment jew rappreżentant tiegħu. 1.2. Safejn għandha x’taqsam il-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-formoli tal-qbid li jissemmew fil-punti 1.1 u 1.3, il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom: - fil-każ li jidħlu f'Port Victoria, iressqu l-formoli mimlijin lill-awtoritajiet tas-Seychelles fi żmien ħamest (5) ijiem minn meta jaslu, jew ikun xi jkun il-każ qabel ma jitilqu mill-port, liema minnhom tiġri l-ewwel; - f'kull każ ieħor, jibagħtu l-formoli mimlijin lill-awtoritajiet tas-Seychelles fi żmien erbatax-il (14) jum mill-wasla f'kull port ieħor għajr Port Victoria. 1.3. Għandhom jintbagħtu kopji ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet tal-formoli tal-qbid fl-istess ħin lill-istituti xjentifiċi msemmija fil-punt 6, it-Taqsima 2, il-Kapitolu I, fl-istess qafas ta’ żmien kif imsemmi fil-punt 1.2 hawn fuq. 2. Il-kliem “Barra mill-ilmijiet tas-Seychelles” għandhom jinkitbu fid-dikjarazzjoni tal-qbid imsemmija hawn fuq fir-rigward tal-perjodi li matulhom il-bastiment ma jkunx fiż-żoni tas-sajd tas-Seychelles. 3. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jintroduċu sistema ta' dejta dwar il-qbid fuq il-bażi esklussiva ta' skambju elettroniku tal-informazzjoni kollha deskritta hawn fuq. Ghalhekk, iż-żewġ Partijiet għandhom iqisu sabiex ibiddlu l-verżjoni fuq il-karta tad-dikjarazzjoni tal-formoli tal-qbid għal format elettroniku mill-aktar fis. 4. Hekk kif is-sistema elettronika tad-dikjarazzjoni tal-qbid tiġi implimentata u fil-każ ta’ problemi tekniċi jew ta’ funzjonament ħażin tas-sistema, id-dikjarazzjonijiet tal-qbid għandhom isiru skont il-punt 1 hawn fuq. Taqsima 2 Il-komunikazzjoni dwar il-qbid: id-dħul fl-ilmijiet tas-Seychelles u l-ħruġ minnhom 1. Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, it-tul ta' żmien tal-vjaġġ ta' bastiment tal-Unjoni Ewropea huwa ddefinit kif ġej: - jew il-perjodu li jgħaddi bejn id-dħul tal-bastiment fl-ilmijiet tas-Seychelles u l-ħruġ minnhom; - jew il-perjodu li jgħaddi bejn id-dħul tal-bastiment fl-ilmijiet tas-Seychelles u t-trażbord; - jew il-perjodu li jgħaddi bejn id-dħul tal-bastiment fl-ilmijiet tas-Seychelles u l-ħatt l-art tal-qabdiet fis-Seychelles. 2. Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet tas-Seychelles mill-inqas tliet (3) sigħat bil-quddiem bil-ħsieb tagħhom li jidħlu fl-ilmijiet tas-Seychelles jew joħorġu minnhom u kull tlitt ijiem matul l-attivitajiet tas-sajd tagħhom fl-ilmijiet tas-Seychelles bil-qabdiet tagħhom matul dan il-perjodu. 3. Meta jkunu qed jinnotifikaw id-dħul/il-ħruġ, il-bastimenti għandhom jikkomunikaw ukoll il-pożizzjoni tagħhom fil-ħin tal-komunikazzjoni u l-volum u l-ispeċijiet fil-qabdiet miżmuma abbord. Dawn il-komunikazzjonijiet għandhom isiru bil-format stabbilit fl-Appendiċi 5, bil-feks jew bil-posta elettronika, lill-indirizzi pprovduti fl-appendiċi. Madankollu, l-aworitajiet tas-Seychelles jistgħu jeżentaw minn dan l-obbligu lill-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ li ma jkollhomx l-apparat adattat ta' komunikazzjoni billi jawtorizzaw il-komunikazzjoni bir-radju. 4. Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li jinstabu jistadu mingħajr ma jkunu infurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles għandhom jitqiesu bħala bastimenti mingħajr awtorizzazzjoni tas-sajd. F'każijiet bħal dawn għandhom japplikaw is-sanzjonijiet previsti fil-punt 1.1, il-Kapitolu XIII. Taqsima 3 Il-ħatt l-art 1. Il-bastimenti li jixtiequ jħottu l-art il-qabdiet tagħhom fil-portijiet tas-Seychelles għandhom jinnotifikaw l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles mill-anqas 24 siegħa qabel: - l-ismijiet tal-bastimenti tas-sajd li se jħottu l-qabdiet tagħhom l-art, - it-tunnellaġġ, għal kull speċi, li jkun se jinħatt l-art, - il-jum li fih se jsir il-ħatt l-art, - min se jirċievi l-qabda li se tinħatt l-art. 2. Il-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun għandhom jagħmlu ħilithom biex ifornu t-tonn lill-industrija tal-preservazzjoni tat-tonn f’laned tas-Seychelles u/jew lill-industrija lokali bi prezzijiet tas-suq internazzjonali. 3. Il-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun li jħottu f’Port Victoria għandhom jagħmlu ħilithom biex jagħmlu l-qabdiet inċidentali tagħhom disponibbli lokalment bi prezz tas-suq lokali. Taqsima 4 It-trażbord 1. Il-bastimenti kollha li jixtiequ jittrażbordaw il-qabdiet tagħhom fl-ilmijiet tas-Seychelles għandhom jagħmlu dan biss fil-portijiet tas-Seychelles. It-trażbord fuq il-baħar huwa pprojbit u kwalunkwe persuna li tikser din id-dispożizzjoni għandha teħel il-pieni previsti mil-liġi tas-Seychelles. 2. Is-sidien tal-bastimenti jew l-aġenti tagħhom iridu jinnotifikaw l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità kompetenti tas-Seychelles mill-inqas 24 siegħa minn qabel: - l-ismijiet tal-bastimenti tas-sajd li se jittrażbordaw; - l-ismijiet tal-bastimenti tal-merkanzija; - it-tunnellaġġ, għal kull speċi, li jkun se jiġi ttrażbordat u - il-jum tat-trażbord. 3. It-trażbord għandu jitqies bħala ħruġ mill-ilmijiet tas-Seychelles. Il-bastimenti jridu għalhekk iressqu d-dikjarazzjonijiet dwar il-qbid tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles. Taqsima 5 Is-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti Il-bastimenti għandhom jiġu mmonitorjati, inter alia , b'sistemi ta' monitoraġġ tal-bastimenti, mingħajr diskriminazzjoni, skont id-disposizzjonijiet stabbiliti hawn taħt. 1. Għall-finijiet tal-monitoraġġ bis-satellita, l-awtoritajiet tas-Seychelles għandhom jikkomunikaw liċ-Ċentri tal-Monitoraġġ tas-Sajd (FMCs) tal-Istati li tagħhom itajru l-bandiera l-bastimenti, il-koordinati (il-latitudni u l-lonġitudni) tal-ilmijiet tas-Seychelles. L-awtoritajiet tas-Seychelles se jittrażmettu din l-informazzjoni f’format elettroniku, espressa fi gradi deċimali fid- datum tas-sistema Wgs-84. 2. L-awtoritajiet tas-Seychelles u l-FMCs nazzjonali se jiskambjaw l-informazzjoni dwar l-indirizzi elettroniċi rispettivi tagħhom fil-format https jew, fejn ikun xieraq, bi protokoll sigur ieħor tal-komunikazzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet li għandhom jintużaw fl-FMCs rispettivi tagħhom skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 4 u 6. Din l-informazzjoni għandha tinkludi, safejn dan ikun possibbli, l-ismijiet, in-numri tat-telefon u tal-feks u l-indirizzi elettroniċi (Internet), li jistgħu jintużaw għall-komunikazzjonijiet ġenerali bejn l-FMCs. 3. Il-pożizzjoni tal-bastimenti se tkun iddeterminata b’marġni ta’ żball ta’ inqas minn 100 metru u b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 99%. 4. Meta bastiment li jkun qed jistad taħt il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-UE u s-Seychelles jidħol fl-ilmijiet tas-Seychelles, ir-rapporti tal-pożizzjoni sussegwenti għandhom ikunu kkomunikati awtomatikament mill-FMC tal-Istat li tiegħu jtajjar il-bandiera l-bastiment lill-FMC tas-Seychelles, f’ħin reali, għall-inqas kull siegħa (il-frekwenza). Dawn il-messaġġi huma identifikati bħala Rapporti tal-Pożizzjoni. Il-frekwenza tat-trażmissjoni tista’ tinbidel sa waħda li tkun abbażi ta' 30 minuta, fejn ikun hemm evidenza qawwija li turi li l-bastiment qiegħed jikkommetti ksur tal-ftehim. 4.1. Din l-evidenza għandha tiġi ppreżentata mill-FMC tas-Seychelles lill-FMC tal-Istat li tiegħu jtajjar il-bandiera l-bastiment u lill-Kummissjoni Ewropea, flimkien mat-talba biex tinbidel il-frekwenza. L-FMC għandha tibgħat id-dejta lill-FMC tas-Seychelles b’mod awtomatiku u f’ħin reali hekk kif tirċievi t-talba. 4.2. L-FMC tas-Seychelles għandu jinnotifika b'mod immedjat lill-FMC tal-Istat li tiegħu jtajjar il-bandiera l-bastiment u lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif tintemm il-proċedura tal-monitoraġġ. 4.3. L-FMC tal-Istat li tiegħu jtajjar il-bandiera l-bastiment u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ikunu infurmati bis-segwitu ta’ kwalunkwe proċedura ta' spezzjoni li ssir abbażi tat-talba speċjali skont il-punt 4.2 t'hawn fuq. 5. Il-messaġġi li jissemmew fil-punt 4 għandhom jiġu trażmessi b’mezz elettroniku fil-format https, jew permezz ta’ protokolli siguri oħrajn tal-komunikazzjoni, suġġett għall-ftehim li jkun sar qabel bejn l-FMCs rilevanti. Il-messaġġi kollha għandhom jiġu kkomunikati b’mod awtomatiku, f'ħin reali, skont id-definizzjonijiet mogħtija fil-punt 4. Huwa pprojbit li bastiment jitfi l-apparat għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita meta jkun qiegħed jistad fl-ilmijiet tas-Seychelles. 6. Fil-każ ta’ problema teknika jew funzjonament ħażin tal-apparat għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita abbord il-bastiment tas-sajd, il-kaptan ta’ dak il-bastiment għandu jikkomunika l-informazzjoni speċifikata fil-punt 4 bil-feks, jew bil-posta elettronika lill-FMC tal-Istat li tiegħu jtajjar il-bandiera l-bastiment ikkonċernat. Din l-informazzjoni għandha tindika l-ħin meta nstabet il-problema teknika jew il-funzjonament ħażin jew mill-ħin li s-sid jew il-kaptan tal-bastiment ġie infurmat mill-awtorità kompetenti tas-Seychelles. Mill-inqas rapport wieħed tal-pożizzjoni globali kull erba’ sigħat għandu jkun biżżejjed f’ċirkostanzi bħal dawn sakemm il-bastiment jibqa’ fl-ilmijiet tas-Seychelles. Dan ir-rapport tal-pożizzjoni globali se jinkludi l-pożizzjonijiet ta’ kull siegħa kif irreġistrati mill-kaptan ta’ dak il-bastiment matul dawk l-erba’ sigħat. L-FMC tal-Istat li tiegħu jtajjar il-bandiera l-bastiment jew il-bastiment stess għandu jgħaddi dawn il-messaġġi lill-FMC tas-Seychelles mingħajr dewmien. F’każ ta’ ħtieġa jew ta’ dubju, l-awtorità kompetenti tas-Seychelles tista’ titlob trażmissjoni tar-rapport tal-pożizzjoni kull siegħa għal bastiment partikolari. L-apparat li jkun bil-ħsara għandu jissewwa jew jitbiddel malli l-bastiment jispiċċa l-vjaġġ tas-sajd. Ma jkunx jista’ jibda vjaġġ ġdid tas-sajd sakemm l-apparat ma jkunx issewwa jew inbidel. 7. Il-komponenti tal-apparat u tas-softwer tas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti għandhom ikunu tali li ħadd ma jkun jista’ jbagħbas fihom, jiġifieri ma għandhomx jippermettu li jiddaħħlu jew jitneħħew pożizzjonijiet foloz u ma jistgħux jitwaqqfu biex imbagħad jitħaddmu manwalment. Is-sistema għandha tkun għal kollox awtomatika u operattiva f’kull ħin irrispettivament mill-kundizzjonijiet ambjentali. Għandu jkun ipprojbit li l-apparat għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita jinqered, issirlu ħsara, li jinġieb ma jaħdimx jew b’xi mod ieħor jiġi mbagħbas. B’mod partikolari, il-kaptan għandu jiżgura li: - id-dejta ma tinbidel bl-ebda mod; - l-antenna jew l-antenni konnessi mal-apparat għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita mhuma ostakolati bl-ebda mod; - il-provvista tal-enerġija tal-apparat għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satelliti ma jiġi interrot bl-ebda mod; - l-apparat għal-lokalizzazzjoni tal-bastiment ma jitneħħiex minn fuq il-bastiment jew il-post fejn ġie installat l-ewwel darba; - kull sostituzzjoni tal-apparat għal-lokalizzazzjoni tal-bastimenti għandu jkun innotifikat b'mod immedjat lill-awtorità kompetenti tas-Seychelles. Kull ksur fl-obbligi msemmija hawn fuq jista’ jwassal sabiex il-kaptan ikun responsabbli skont il-liġi miktuba tas-Seychelles. 8. L-FMCs tal-Istati li tagħhom itajru l-bandiera l-bastimenti għandhom jimmonitorjaw il-lokalizzazzjoni tal-bastimenti tagħhom meta dawn tal-aħħar ikunu fl-ilmijiet tas-Seychelles, b’intervalli ta’ siegħa. Jekk il-lokalizzazzjoni tal-bastimenti ma jsirx fil-kundizzjonijiet previsti, l-FMC tas-Seychelles għandu jiġi nnotifikat b’mod immedjat u għandha tapplika l-proċedura prevista fil-punt 6. 9. L-FMCs rilevanti u l-FMC tas-Seychelles għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. Jekk l-FMC tas-Seychelles jistabbilixxi li l-Istat li tiegħu jtajjar il-bandiera l-bastiment mhuwiex qed jittrażmetti d-dejta skont il-punt 4 t’hawn fuq, il-parti l-oħra għandha tkun innotifikata b’mod immedjat. Malli tirċievi n-notifika, din tal-aħħar għandha tirrispondi fi żmien erbgħa u għoxrin (24) siegħa billi tinforma lill-FMC tas-Seychelles bir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ trażmissjoni u tindika dewmien raġonevoli għall-konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità f’dan id-dewmien, iż-żewġ FMCs għandhom isolvu problemi bħal dawn bil-miktub jew kif ipprovdut fil-punt 13 ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. 10. Id-dejta tal-monitoraġġ trażmessa skont dawn id-dispożizzjonijiet għandha tintuża b’mod esklussiv għall-kontroll, il-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar mill-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles. Din id-dejta ma tista’ tiġi kkomunikata fl-ebda ċirkustanza lil partijiet oħra mhux rilevanti, ħlief bil-kunsens miktub tal-Istat ikkonċernat li tiegħu jtajjar il-bandiera l-bastiment, każ b'każ, jew permezz ta' ordni tal-Qorti fis-Seychelles. 11. Huwa miftiehem li, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, ikun hemm skambju ta’ informazzjoni dwar l-apparat għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita, sabiex jiġi żgurat li l-apparat imsemmi huwa għalkollox kompatibbli mal-kundizzjonijiet meħtieġa tal-Parti l-oħra għall-finijiet ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. 12. Il-Partijiet jaqblu li jirrevedu dawn id-dispożizzjonijiet kif u meta jkun xieraq, inklużi l-każijiet kollha ta’ funzjonament ħażin jew ta’ anomaliji relatati ma’ bastimenti individwali. Il-każijiet kollha bħal dawn għandhom jiġu nnotifikati mill-awtoritajiet tas-Seychelles lill-Istati Membri tal-UE li tagħhom itajru l-bandiera l-bastimenti u lill-Kummissjoni Ewropea mill-anqas 15-il jum qabel il-laqgħa tar-reviżjoni. 13. Kull tilwima dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet hija suġġetta għall-konsultazzjoni bejn il-Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt stipulat fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd. KAPTOLU IV – L-IMBARK TAL-BAħRIN 1. Kull bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun matul il-vjaġġ tiegħu fl-ilmijiet tas-Seychelles għandu jimbarka għall-inqas żewġ baħrin magħżula mill-aġent tal-bastiment, bi ftehim mas-sid tal-bastiment, mill-ismijiet fuq lista mressqa mill-awtorità kompetenti tas-Seychelles. 2. Is-sidien tal-bastimenti għandhom jagħmlu ħilithom biex jimbarkaw aktar baħrin mis-Seychelles. 3. Is-sid tal-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tas-Seychelles bl-ismijiet u bid-dettalji tal-baħrin mis-Seychelles imbarkati fuq il-bastiment ikkonċernat, fejn tissemma l-pożizzjoni tagħhom fl-ekwipaġġ. 4. Id-Dikjarazzjoni dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol għandha tapplika bħala dritt għall-baħrin imbarkati fuq il-bastimenti tal-UE. Din tikkonċerna b’mod partikolari l-applikazzjoni tad-dritt ta’ assoċjazzjoni u tal-għarfien effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv tal-ħaddiema u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u tal-professjonijiet. 5. Il-kuntratti tal-impjieg tal-baħrin mis-Seychelles, li kopja tagħhom għandha tingħata lill-firmatarji, għandhom jiġu kkompilati bejn l-aġent(i) tas-sidien tal-bastiment u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom b’konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles. Dawn il-kuntratti jiggarantixxu lill-baħrin il-benefiċċju tas-sistema tas-sigurtà soċjali applikabbli għalihom, li tinkludi assigurazzjoni f'każ ta' mewt, mard jew f'każ ta' inċidenti, u benefiċċji tal-pensjoni. 6. Is-salarji tal-baħrin mis-Seychelles jitħallsu mis-sidien tal-bastiment. Dawn għandhom ikunu ffissati, qabel ma jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, bi ftehim reċiproku bejn is-sidien tal-bastimenti jew l-aġenti tagħhom u l-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles. Madankollu, il-kundizzjonijiet tas-salarju li jingħata lill-baħrin mis-Seychelles ma għandhomx ikunu inqas minn dawk applikabbli għal ekwipaġġi mis-Seychelles li qed iwettqu dmirijiet simili u fl-ebda ċirkostanza ma għandhom ikunu inqas mill-istandards tal-ILO. 7. Għall-finijiet tal-infurzar u l-applikazzjoni tal-liġi tax-xogħol tas-Seychelles, l-aġent tas-sid tal-bastiment għandu jitqies bħala r-rappreżentant lokali tas-sid tal-bastiment. Il-kuntratt konkluż bejn l-aġent u l-baħrin għandu jinkludi wkoll il-kundizzjonijiet għar-ripatrijazzjoni u l-benefiċċju tal-pensjoni applikabbli għalihom. 8. Il-baħrin kollha impjegati abbord il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jirrapportaw għand il-kaptan maħtur tal-bastiment lejlet id-data proposta għall-imbark tagħhom. Jekk il-baħri ma jkunx preżenti fid-data u l-ħin previsti għall-imbarkazzjoni, sid il-bastiment jiġi awtomatikament liberat mill-obbligu tal-imbarkazzjoni ta’ dak il-baħri. 9. Fejn l-għadd ta’ baħrin mis-Seychelles abbord bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun ma jilħaqx il-livell minimu kif previst fil-punt 1 għal raġunijiet oħra minbarra dawn imsemmija fil-punt preċendenti, kull sid tal-bastiment għandu l-obbligu li jħallas ammount b'rata fissa ekwivalenti għal ċifra bbażata fuq l-għadd ta' ġranet li l-flotta tiegħu operat fl-ilmijiet tas-Seychelles, bit-teħid tad-dħul tal-ewwel bastiment u l-ħruġ tal-aħħar wieħed bħala referenza, immultiplikat bl-ammont kull ġurnata li huwa ffissat għal EUR 20. L-ammont b’rata fissa għandu jitħallas lill-awtoritajiet tas-Seychelles mhux aktar tard minn 90 ġurnata mit-tmiem tal-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd. 10. Dik is-somma għandha tiġi użata għat-taħriġ tal-baħrin/sajjieda mis-Seychelles u għandha titħallas f’kont speċifikat mill-awtoritajiet tas-Seychelles. KAPITOLU V – L-OSSERVATURI 1. Iż-żewġ Partijiet jirrikonoxxu l-importanza li jirrispettaw l-obbligi tar-Riżoluzzjoni 10/04 tal-IOTC fir-rigward tal-Programm tal-Osservatur Xjentifiku. 2. Għall-finijiet ta' konformità, id-dispożizzjonijiet għall-osservaturi huma kif ġej, għajr fil-każ ta' limitazzjoni ta' spazju minħabba rekwiżiti ta' sigurtà: 2.1. Il-bastimenti awtorizzati li jistadu fl-ilmijiet tas-Seychelles taħt il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għandhom itellgħu abbord l-osservaturi ta’ konformità maħtura mill-awtoritajiet tas-Seychelles skont it-termini stabbiliti hawn taħt. 2.1.1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Erwopea għandhom, fuq talba tal-awtoritajiet tas-Seychelles, jimbarkaw osservatur wieħed, u meta l-awtoritajiet tas-Seychelles iqisu li jkun xieraq u meħtieġ, żewġ osservaturi, maħtura mill-awtoritajiet imsemmija. 2.1.2. L-awtoritajiet tas-Seychelles għandhom ifasslu lista tal-bastimenti magħżula biex itellgħu osservatur abbord, kif ukoll lista tal-osservaturi maħtura biex jittellgħu abbord. Dawn il-listi għandhom jinżammu aġġornati. Dawn għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif jiġu mfassla u mbagħad kull tliet xhur fir-rigward tal-aġġornament tagħhom. 2.1.3 L-awtoritajiet tas-Seychelles għandhom jinfurmaw lis-sidien ikkonċernati, jew lill-aġenti tagħhom, bl-isem tal-osservatur maħtur li għandu jittella’ abbord il-bastiment tagħhom mhux aktar tard minn 15-il ġurnata qabel id-data li fiha huwa ppjanat li jimbarka l-osservatur. 3. Iż-żmien imqatta' abbord mill-osservaturi għandu jiġi ffissat mill-awtoritajiet tas-Seychelles, imma, bħala regola ġenerali, ma għandux jaqbeż iż-żmien meħtieġ sabiex iwettqu dmirijiethom. L-awtoritajiet tas-Seychelles għandhom jinfurmaw lis-sidien tal-bastimenti jew lill-aġenti tagħhom b'dan meta jinnotifikawhom bl-isem tal-osservatur maħtur sabiex jiġi imbarkat fuq il-bastiment ikkonċernat. 4. Il-kundizzjonijiet biex l-osservaturi jittellgħu abbord għandhom jiġu miftiehma bejn is-sidien tal-bastiment jew l-aġent tagħhom u l-awtoritajiet tas-Seychelles wara n-notifika tal-lista tal-bastimenti magħżula. 5. Is-sidien tal-bastimenti kkonċernati għandhom jgħarrfu, fi żmien ġimagħtejn u b’avviż minn qabel ta’ għaxart ijiem, f’liema port tas-Seychelles u f’liema dati biħsiebhom itellgħu lill-osservaturi abbord. 6. Fejn l-osservaturi jittellgħu abbord f’port barrani, l-ispejjeż tagħhom tal-ivvjaġġar iridu jitħallsu mis-sid tal-bastiment. Jekk bastiment li jkollu abbord osservatur (jew tnejn) tas-Seychelles joħroġ mill-ilmijiet tas-Seychelles, għandha tittieħed kull miżura sabiex jiġi żgurat ir-ritorn tal-osservatur f'pajjiżu kemm jista' jkun malajr, bl-ispejjeż imħallsa minn sid il-bastiment. 7. Jekk l-osservatur ma jkunx preżenti fil-ħin u fil-post miftiehem u matul it-tnax-il siegħa wara l-ħin miftiehem, is-sidien tal-bastiment ma jibqgħux obbligati li jtellgħu lill-osservatur abbord. 8. L-osservaturi għandhom jiġu ttrattati bħala uffiċjali. Għandhom iwettqu dawn il-kompiti li ġejjin: 8.1. josservaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti; 8.2. jivverifikaw il-pożizzjoni tal-bastimenti involuti fl-operazzjonijiet tas-sajd; 8.3. jinnotaw l-irkaptu użat; 8.4. jivverifikaw id-dejta dwar il-qbid imwettaq fl-ilmijiet tas-Seychelles irreġistrata fuq il-ġurnal ta’ abbord; 8.5. jivverifikaw il-persentaġġi tal-qabdiet inċidentali u jagħmlu stima tal-kwantità tal-ħut mormi lura; 8.6. jirrapportaw id-dejta dwar is-sajd darba fil-ġimgħa bil-feks jew bil-posta elettronika jew b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni, inkluża l-kwantità ta’ qabdiet u ta’ qabdiet inċidentali mtella’ abbord mill-ilmijiet tas-Seychelles. 9. Il-kaptani tal-bastimenti għandhom jagħmlu dak kollu li hu prattiku b’mod raġonevoli biex jiżguraw is-sikurezza fiżika u l-benesseri tal-osservaturi waqt li dawn ikunu abbord. 10. Bl-istess mod, safejn huwa possibbli, għandhom jiġu offruti kull faċilità meħtieġa biex iwettqu dmirijiethom. Il-kaptan għandu jagħtihom aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni meħtieġa biex ikunu jistgħu jwettqu dmirijiethom, għad-dokumenti li jikkonċernaw direttament l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, inkluż, b’mod partikolari, il-ġurnal ta’ abbord u l-ġurnal fejn tkun irreġistrata l-informazzjoni dwar in-navigazzjoni u għal dawk il-partijiet tal-bastiment meħtieġa biex ikun faċilitat l-eżerċizzju ta’ ħidmiethom bħala osservaturi. 11. Waqt li jkunu abbord, l-osservaturi għandhom: 11.1. jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-imbark tagħhom u tal-preżenza tagħhom fuq il-bastiment ma jwaqqfux jew ifixklu l-operazzjonijiet tas-sajd, 11.2. jirrispettaw il-materjal u l-irkaptu li jinsabu abbord, kif ukoll il-kunfidenzjalità ta’ kull dokument li jappartjeni lill-bastiment rilevanti. 12. Fi tmiem il-perjodu ta’ osservazzjoni u qabel ma jitilqu minn fuq il-bastiment, l-osservaturi għandhom ifasslu rapport tal-attivitajiet sabiex jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles b’kopja lill-Kummissjoni Ewropea, li għandha tkun iffirmata mill-osservaturi. Kopja tar-rapport għandha tingħata lill-kaptan tal-bastiment mal-iżbark tal-osservaturi. 13. Is-sidien tal-bastiment għandhom iħallsu l-ispejjeż tal-alloġġ tal-osservaturi bl-istess kundizzjonijiet tal-uffiċjali tal-bastiment. 14. Is-salarju u t-taxxi applikabbli tal-osservaturi għandhom jitħallsu mill-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles. KAPITOLU VI – L-APPARAT TAL-PORT U L-UżU TAL-PROVVISTI U TAS-SERVIZZI Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jagħmlu ħilithom biex jiksbu l-provvisti u s-servizzi kollha meħtieġa għall-operazzjonijiet tagħhom fis-Seychelles. L-awtoritajiet tas-Seychelles għandhom jistabbilixxu, bi ftehim mas-sidien tal-bastimenti, il-kundizzjonijiet biex jintuża l-apparat tal-port u, jekk ikun meħtieġ, il-provvisti u s-servizzi. KAPITOLU VII – IL-KONTROLL Il-bastimenti għandhom jikkonformaw mal-liġijiet miktuba tas-Seychelles dwar l-irkaptu tas-sajd u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom u l-miżuri tekniċi l-oħra kollha applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom, kif ukoll mal-miżuri ta' konservazzjoni, ġestjoni u miżuri oħra adottati mill-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan. 1. Il-lista tal-bastimenti L-Unjoni Ewropea għandha żżomm lista aġġornata tal-bastimenti li nħarġitilhom awtorizzazzjoni tas-sajd skont dan il-Protokoll. Din il-lista għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet tas-Seychelles responsabbli għall-ispezzjoni tal-industriji tas-sajd, malli tkun ikkompilata u kull darba li tiġi aġġornata. 2. Il-proċeduri ta’ kontroll 2.1. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea involuti f’attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tas-Seychelles għandhom jikkooperaw ma’ kwalunkwe uffiċjal awtorizzat tas-Seychelles li jkun qed iwettaq spezzjoni u jikkontrolla l-attivitajiet tas-sajd. 2.2. Sabiex ikunu ffaċilitati proċeduri aktar sikuri tal-ispezzjoni, mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet miktuba tas-Seychelles, it-tlugħ abbord għandu jsir b’mod li l-pjattaforma tal-ispezzjoni u l-ispetturi jkunu jistgħu jiġu identifikati bħala uffiċjali awtorizzati tas-Seychelles. 2.3. Is-Seychelles għandu jippermetti lill-Unjoni Ewropea, jew lil korp magħżul minnha, biex tibgħat spetturi tal-UE biex josservaw l-attivitajiet tal-bastimenti tal-UE, inkluż it-trażbord, matul il-kontrolli li jsiru fuq l-art. 2.4. Ġaladarba l-ispezzjoni tkun lesta, jistgħu jsiru kummenti fuq ir-rapport ta' spezzjoni mill-persuni kollha, inkluż il-kaptan, li pparteċipaw fl-ispezzjoni, li wara għandhom jiffirmaw dan ir-rapport. Għandha tingħata kopja tar-rapport ta’ spezzjoni lill-kaptan tal-bastiment. 2.5. Il-preżenza abbord ta’ dawn l-uffiċjali awtorizzati ma għandhiex taqbeż iż-żmien meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom. 3. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea involuti f’operazzjonijiet ta’ ħatt l-art jew trażbord f’port tas-Seychelles għandhom jippermettu u jiffaċilitaw l-ispezzjoni ta’ operazzjonijiet bħal dawn mill-uffiċjali awtorizzati tas-Seychelles. Ladarba tkun intemmet l-ispezzjoni, għandu jinħareġ ċertifikat lill-kaptan tal-bastiment. 4. F’każ li ma jkunx hemm konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-Gvern tas-Seychelles jirriserva d-dritt li jissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment li wettaq in-nuqqas sakemm jitlestew il-formalitajiet u li japplika l-piena stabbilita fil-leġiżlazzjoni eżistenti tas-Seychelles. L-Istat Membru li tiegħu jtajjar il-bandiera l-bastiment u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jiġu informati b’dan. K APITOLU VIII – L-INFURZAR 1. Is-sanzjonijiet 1.1. F’każ li jkun hemm nuqqas fl-osservanza ta' waħda mid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-kapitoli t'hawn fuq, il-miżuri ta' ġestjoni u konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar, jew il-liġijiet miktuba tas-Seychelles, min jonqos għandu jkun suġġett għall-pieni kif stabbilit mill-liġijiet miktuba tas-Seychelles. 1.2. L-Istat Membru li tiegħu jtajjar il-bandiera l-bastiment u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jiġu infurmati b’mod immedjat u sħiħ dwar kwalunkwe sanzjoni u dwar il-fatti kollha pertinenti għall-każ. 1.3. Fejn is-sanzjoni tkun taħt forma ta’ sospensjoni jew revoka ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd, il-Kummissjoni tista’ titlob awtorizzazzjoni tas-sajd oħra, għal bastiment ta' sid ieħor, biex jieħu post l-awtorizzazzjoni tas-sajd sospiża jew revokata, għall-perjodu ta' validità li jkun fadal. 2. L-arrest u d-detenzjoni tal-bastimenti tas-sajd L-awtoritajiet tas-Seychelles għandhom jinfurmaw lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea responsabbli għas-Seychelles u lill-Istat li tiegħu jtajjar il-bandiera l-bastiment, fi żmien 48 siegħa, bl-arrest u/jew id-detenzjoni ta’ kwalunkwe bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li jistad skont il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fiż-żona tas-sajd tas-Seychelles u għandhom jittrażmettu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni dwar iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet li wasslu għal dan l-arrest u/jew detenzjoni. 3. Il-proċedura tal-iskambju tal-informazzjoni fil-każ li jkun hemm arrest u/jew detenzjoni 3.1. Filwaqt li jiġu rrispettati d-dati ta' skadenza u l-proċeduri tal-proċedimenti legali kif previsti mill-liġijiet miktuba tas-Seychelles dwar l-arrest u/jew id-detenzjoni, għandha ssir laqgħa ta' konsultazzjoni, hekk kif tasal l-informazzjoni msemmija hawn fuq, bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles. Jekk hu possibbli għandu jkun preżenti wkoll rappreżentant tal-Istat Membru kkonċernat. 3.2. Matul din il-laqgħa, il-Partijiet għandhom jiskambjaw bejniethom id-dokumentazzjoni kollha jew it-tagħrif kollu rilevanti li jistgħu jgħinu biex jiċċaraw iċ-ċirkostanzi tal-fatti stabbiliti. Is-sid tal-bastiment jew l-aġent tiegħu għandhom jiġu infurmati bir-riżultat tal-laqgħa u b’kull miżura li tirriżulta mill-arrest u/jew id-detenzjoni.. 4. Is-soluzzjoni tal-arrest u/jew id-detenzjoni. 4.1. Għandu jsir attentat sabiex il-ksur presunt jiġi risolt b’mod bonarju.. Din il-proċedura għandha titlesta sa mhux aktar tard minn tlett ijiem ta' xogħol wara l-arrest u/jew id-detenzjoni, f’konformità mal-liġijiet miktuba tas-Seychelles. 4.2. F’każ ta’ soluzzjoni bonarja, l-ammont tal-multa applikata għandu jiġi determinat skont il-liġijiet miktuba tas-Seychelles. Jekk soluzzjoni bonarja bħal din ma tkunx possibbli, għandhom jinbdew proċedimenti legali. 4.3. Il-bastiment għandu jinħeles u l-kaptan jitħalla jitlaq hekk kif l-obbligi li joħorġu mis-soluzzjoni bonarja jkunu ntlaħqu u l-proċedimenti legali jkunu tlestew. 5. Il-Kummissjoni Ewropea, permezz tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea, għandha tinżamm infurmata b'kull proċediment mibdi u dwar il-pieni imposti. Appendiċi 1 AWTORITÀ TAL-LIĊENZJI TAS-SEYCHELLES KAXXA POSTALI 3 Victoria, Mahe Ir-Repubblika tas-Seychelles In-numru tat-telefown: 28 34 44 Telefeks: 22 42 56 Posta Elettronika: ceo@sla.sc APPLIKAZZJONI GĦAL-LIĊENZJA TAS-SAJD GĦALL-BARRANIN Isem l-Applikant__________________________________________________ Nru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija_____________________________________________ Indirizz postali/ tan-negozju___________________________________________ __ Nru tat-telefown._______________Nru tal-Feks_______________Posta elettronika_________________ Isem sid il-bastiment jew in-noleġġatur jekk huwa differenti minn dak imniżżel hawn fuq__________________ _________________________________________________________________ DETTALJI TAL-BASTIMENT Isem il-Kaptan____________________________________________________ Port tar-Reġistrazzjoni__________________________________________________ Isem il-bastiment _________________________Nru tar-Reġistrazzjoni_______________ Tip ta’ bastiment _____________________ Nru tal-IMO_________________________ Nru tal-IOTC _________________________Nru tal-OPRT ________________________ Tul tal-bastiment (M)__________________ Wisa’ tal-bastiment (M)__________________ Tunnellaġġ Gross Reġistrat ___________ Tunnellaġġ Nett Reġistrat _____________ Tip u Ġibda (Horsepower) tal-Magna ___________________________________________ Kodiċi tar-Radju__________________Frekwenza____________________ Deskrizzjoni tal-operazzjonijiet tas-sajd awtorizzati; ____________________________ It-tonn u l-ispeċijiet simili għat-tonn fil-mira: ___________________________________ Żoni fejn jista’ jsir is-sajd: IŻ-ŻONI KOLLHA BARRA Ż-ŻONI STIPULATI FIR-REGOLAMENTI TAS-SAJD Rekwiżit għar-rimi tal-qabda inċidentali: SKONT L-ATT U R-REGOLAMENT TAS-SAJD Rekwiżit ta’ rappurtar: SKONT L-ATT U R-REGOLAMENT TAS-SAJD Rekwiżit tal-VMS: SKONT L-ATT U R-REGOLAMENT TAS-SAJD U L-PROTOKOLL TA’ KOMUNIKAZZJONI STABBILIT Port tal-iżbark awtorizzat: PORT VICTORIA MAHE SEYCHELLES Perjodu tal-Liċenzja mitluba minn____________________sa_____________________ Jiena hawnhekk niċċertifika li l-partikolaritajiet mogħtija hawn fuq huma ġenwini u korretti DATA FIRMA TAL-APPLIKANT ------------------------------ Tariffa SR tal-Liċenzja... … ... … ... … … Tariffi SR tal-Ipproċessar… ... … ... … ... ...Flus kontanti/Nru taċ-Ċekk… ...… ... … ... … ... Rċevuta Nru … ... … ... … ... … .. Firma tal-Kaxxier: ... …... … ... … ... … ... … GĦAL UŻU UFFIĊJALI Appendiċi 2 Dikjarazzjoni tal-formola tal-qbid għall-bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun DEPART / SALIDA / DEPARTURE | ARRIVEE / LLEGADA / ARRIVAL | NAVIRE / BARCO / VESSEL | PATRON / PATRON / MASTER | FEUILLE | PORT / PUERTO / PORT DATE / FECHA / DATE HEURE / HORA / HOUR LOCH / CORREDERA / LOCH | PORT / PUERTO / PORT DATE / FECHA / DATE HEURE / HORA / HOUR LOCH / CORREDERA / LOCH | HOJA / SHEET N° | Il-bidu tar-reġistrazzjoni | SR | O | Dettall tas-sistema; jindika l-bidu tar-rekord | L-indirizz | AD | O | Dettall tal-messaġġ; il-kodiċi tal-pajjiż ISO Alfa-3 tal-Parti destinatarja. | Mingħand | FR | O | Dettall tal-messaġġ; il-kodiċi tal-pajjiż ISO Alfa-3 tal-Parti li tkun qed tittrażmetti | It-tip ta’ messaġġ | TM | O | Dettall tal-messaġġ; it-tip ta’ messaġġ, "POS" | Il-kodiċi tar-Radju | RC | O | Dettall tal-bastiment; il-kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment | In-Numru ta’ Referenza Intern | IR | F | Dettall tal-bastiment; in-numru uniku tal-bastiment tal-Parti bħala l-kodiċi ISO Alfa-3 b’numru warajh tal-pajjiż li tiegħu jtajjar il-bandiera | In-Numru ta’ Reġistrazzjoni Estern | XR | F | Dettall tal-bastiment; in-numru tal-ġenb tal-bastiment | Il-latitudni | LA | O | Dettall tal-pożizzjoni; il-pożizzjoni tal-bastiment fi gradi u minuti N/SDDMM (WGS -84) | Il-lonġitudni | LO | O | Dettall tal-pożizzjoni; il-pożizzjoni tal-bastiment fi gradi u minuti E/WDDMM (Wgs-84) | Il-veloċità | SP | O | Dettall tal-pożizzjoni; il-veloċità tal-bastiment f’wieħed minn kull għaxar mili tal-baħar (tenths of knots) | Ir-rotta | CO | O | Dettall tal-pożizzjoni; ir-rotta tal-bastiment fi skala ta’ 360o | Id-data | DA | O | Dettall tal-pożizzjoni; id-data tal-pożizzjoni skont l-UTC (SSSSXXJJ) | Il-ħin | TI | O | Dettall tal-pożizzjoni; il-ħin tal-pożizzjoni skont l-UTC (SSMM) | It-tmiem tar-reġistrazzjoni | ER | O | Dettall tas-sistema; jindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni | Sett ta’ Karattri: ISO 8859,1 Kull trażmissjoni tad-dejta għandha l-istruttura li ġejja: 1. Karattri tad-dejta skont l-ISO 8859.1 2. Kull trażmissjoni tad-dejta għandha l-istruttura li ġejja: - linja mmejla doppja ("//") u l-karattri "SR" jindikaw il-bidu ta' messaġġ; - linja mmejla doppja ("//") u kodiċi jindikaw il-bidu ta' element tad-dejta; - linja mmejla waħda ("/") tifred il-kodiċi mid-dejta; - pari ta' dejta mifrudin bi spazju; - il-karattri "ER" u linja mmejla doppja ("//") jindikaw it-tmiem tar-reġistrazzjoni. Appendiċi 5 IL-FORMAT TAR-RAPPORTI TAL-KOMUNIKAZZJONI 1. IL-FORMAT TAR-RAPPORT TAD-DĦUL (FI ŻMIEN 3 SIGĦAT QABEL L-AVVENIMENT) (IL-KONTENUT) | (IT-TRAŻMISSJONI) | ID-DESTINATARJU | SFA | IL-KODIĊI TAL-AZZJONI | IN | L-ISEM TAL-BASTIMENT | IL-KODIĊI INTERNAZZJONALI TAR-RADJU | IL-POŻIZZJONI TAD-DĦUL | ID-DATA U S-SIEGĦA (UTC) TAD-DĦUL | IL-KWANTITÀ (Mt) TAL-ĦUT ABBORD | TONN TAL-PINEN SOFOR | (Mt) | TONN T’GĦAJNU KBIRA | (Mt) | TONN QABBIEŻI | (Mt) | OĦRAJN (SPEĊIFIKA) | (Mt) | 2. IL-FORMAT TAR-RAPPORT TAL-ĦRUĠ (FI ŻMIEN 3 SIGĦAT QABEL L-AVVENIMENT) (IL-KONTENUT) | (IT-TRAŻMISSJONI) | ID-DESTINATARJU | SFA | IL-KODIĊI TAL-AZZJONI | OUT | L-ISEM TAL-BASTIMENT | IL-KODIĊI INTERNAZZJONALI TAR-RADJU | IL-POŻIZZJONI TAL-ĦRUĠ | ID-DATA U S-SIEGĦA (UTC) TAL-ĦRUĠ | IL-KWANTITÀ (Mt) TAL-ĦUT ABBORD | TONN TAL-PINEN SOFOR | (Mt) | TONN T’GĦAJNU KBIRA | (Mt) | TONN QABBIEŻI | (Mt) | OĦRAJN (SPEĊIFIKA) | (Mt) | 3. IL-FORMAT TAR-RAPPORT TA’ KULL ĠIMGĦA TAL-QABDA (KULL TLITT IJIEM META L-BASTIMENT QED JISTAD FL-ILMIJIET TAS-SEYCHELLES) (IL-KONTENUT) | (IT-TRAŻMISSJONI) | ID-DESTINATARJU | SFA | IL-KODIĊI TAL-AZZJONI | WCRT | L-ISEM TAL-BASTIMENT | IL-KODIĊI INTERNAZZJONALI TAR-RADJU | IL-KWANTITÀ (Mt) TAL-ĦUT ABBORD | TONN TAL-PINEN SOFOR | (Mt) | TONN T’GĦAJNU KBIRA | (Mt) | TONN QABBIEŻI | (Mt) | OĦRAJN (SPEĊIFIKA) | (Mt) | IN-NUMRU TA’ XBIEKI LI NTEFGĦU MILL-AĦĦAR RAPPORT | Ir-rapporti kollha għandhom ikunu trażmessi lill-awtorità kompetenti f’dan in-numru tal-feks jew fl-indirizz tal-posta elettronika li ġejjin: Feks: +248 225957 Posta elettronika fmcsc@sfa.sc Seychelles Fishing Authority, P.O. Box 449, Fishing Port, Mahé, Seychelles [1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 9755/2010, il-31 ta’ Mejju 2010 [2] ĠU C , , p. [3] Ir-Regolament tal-Kunsill 1562/2006 tal-5 ta' Ottubru 2006, ĠU L 290 tal-20/10/2006.