1978L1035 — MT — 01.01.1995 — 003.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL tad-19 ta' Diċembru 1978 dwar l-eżenzjoni minn taxxi fuq importazzjonijiet ta' kunsinni żgħar ta' oġġetti ta' kwalità mhux kummerċjali minn pajjiżi terzi (ĠU L 366, 28.12.1978, p.34) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 81/933/KEE tas-17 ta' Novembru 1981 |
L 338 |
24 |
25.11.1981 |
|
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 85/576/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 |
L 372 |
30 |
31.12.1985 |
|
Emendat bi:
|
C 241 |
21 |
29.8.1994 |
|
NB: Din il-verżjoni konsolidata tinkludi referenzi għall-unità Ewropea ta’ kont u/jew l-eku, li mill-1 ta’ Jannar 1999 għandha tinftiehem bħala referenza għall-euro – Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3308/80 (ĠU L 345, ta’ l-20.12.1980, p. 1) u r- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 (ĠU L 162, tad-19.6.1997, p. 1). |
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL
tad-19 ta' Diċembru 1978
dwar l-eżenzjoni minn taxxi fuq importazzjonijiet ta' kunsinni żgħar ta' oġġetti ta' kwalità mhux kummerċjali minn pajjiżi terzi
(78/1035/KEE)
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Tattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),
Billi d-Direttiva tal-Kunsill 74/651/KEE tad-19 ta' Diċembru 1974 dwar eżenzjoni mit-taxxa li għandu jkun hemm fuq l-importazzjoni ta' oġġetti f'kunsinni żgħar ta' kwalità mhux kummerċjali fil-Komunità ( 4 ), kif emendata permezz tad-Direttiva 78/1034/KEE ( 5 ), stabbiliet il-limiti u kondizzjonijiet li taħthom dawk il-kunsinni jistgħu jkunu eżentati mit-taxxa fuq il-valur miżud u minn xi taxxi oħra fuq konsum;
Billi r-regoli tal-Komunità għandhom bl-istess mod jkunu stabbiliti għall-eżenzjoni mit-taxxi fuq id-dħul u taxxi tas-sisa fuq importazzjonjiet ta' kunsinni żgħar ta' natura simili minn pajjiżi terzi;
Billi għal dak il-għan il-limiti li fihom dik l-eżenzjoni għandha tkun applikata għandhom, għal raġunijiet prattiċi, ikunu safejn possibbli l-istess bħal dawk stabbiliti bl-arranġamenti għal eżenzjoni minn dwana fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3060/78 ( 6 );
Billi finalment jidher meħtieġ li jkunu stabbiliti limiti speċjali għal ċerti prodotti minħabba l-livell għoli ta' tassazzjoni li għalihom preżentement huma suġġetti fl-Istati Membri,
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
1. Oġġetti f'kunsinni żgħar ta' kwalità mhux kummerċjali mibgħuta minn xi pajjiż mhux membru minn persuni privati lil persuni privati oħrajn f'xi Stat Membru għandhom ikunu eżentati mal-importazzjoni minn taxxi fuq id-dħul u taxxa tas-sisa.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, “kunsinni żgħar ta' kwalità mhux kummerċjali” tfisser kunsinni li:
— jkunu ta' natura okkażjonali,
— jkollhom biss oġġetti maħsuba għall-użu personali jew familjari tal-kunsinnatarji, li n-natura u l-kwantità tagħhom ma jindikawx li dawn ikunu qed jiġu mportati għal xi għan kummerċjali,
— jkollhom oġġetti b'valur totali li ma jeċċedix ►M2 45 ECU, ◄
— jkunu mibgħuta lill-kunsinnatarju, mingħajr ħlas ta' kull xorta minn min jibagħthom.
Artikolu 2
1. L-Artikolu 1 għandu jgħodd għall-oġġetti elenkati hawn taħt għal-limiti kwantitattivi li ġejjin:
(a) prodotti tat-tabakk
50 sigaretti,
jew 25 cigarillos (sigarri ta' piż massimu ta' tlett grammi kull wieħed),
jew 10 sigarri,
jew 50 grammi ta' tabakk tat-tipjip;
(b) alkoħol u x-xorb alkoħoliku
— xarbiet distillati u spirti ta' qawwa alkoħolika li taqbeż it-22 % vol.; etile-alkoħol mhux żnaturat tat-80 % vol. u iktar: flixkun wieħed normali (sa litru), jew
— xorb distillat u spirti, u aperitivi magħmulin b'bażi ta' nbid jew alkoħol, tafia, saké jew xorb simili ta' qawwa alkoħolika ta' 22 % vol. jew inqas; inbejjed li jfexfxu, inbejjed imsaħħa: flixkun wieħed normali (sa litru),
— nbejjed bla gass: żewġ litri;
fwejjaħ: 50 grammi,
jew
toilet waters: 0.25 litri jew tmin uqijiet;
kafe: 500 grammi,
jew
estratti u essenzi tal-kafe: 200 grammi;
te: 100 grammi,
jew
estratti u essenzi tat-te: 40 grammi.
2. L-Istati Membri għandhom id-dritt li jnaqqsu l-kwantitajiet tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 eliġibbli għal eżenzjoni minn taxxi fuq-dħul u taxxa tas-sisa, jew li jneħħu l-eżenzjoni għal dawk il-prodotti għal kollox.
3. Taħt l-ebda ċirkustanzi m'għandha eżenzjoni mit-taxxa li tingħata għal kunsinni żgħar minn pajjiżi li mhumiex membri teċċedi dik applikabbli għal kunsinni żgħar mibgħuta ġewwa l-Komunità.
Artikolu 3
Oġġetti elenkati fl-Artikolu 2 li jkunu jinsabu f'kunsinna żgħira ta' kwalità mhux kummerċjali fi kwantitajiet li jeċċedu dawk stabbiliti fl-imsemmi Artikolu għandhom ikunu esklużi kollha kemm huma minn eżenzjoni,
Artikolu 4
1. Għall-fini ta' din id-Direttiva, “Unità Ewropea tal-kontijiet” (EUA) għandha tfisser kif imfissra fir-Regolamenti dwar Finanzi tal-21 ta' Diċembru 1977 ( 7 ).
2. L-EUA ekwivalenti f'munita nazzjonali li għandha tapplika għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tkun stabbilita darba fis-sena. Ir-rati applikabbli għandhom ikunu dawk miksuba fl-ewwel jum tax-xogħol ta' Ottubru b'effett mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara.
3. L-Istati Membri jistgħu jaġġustaw l-ammonti f'munita nazzjonali li tirriżulta mill-konverżjoni tal-ammonti f'Unità Ewropea tal-kontijiet kif provdut fl-Artikolu 1(2), sakemm dan l-aġġustament ma jeċċedix iż-2 EUA.
4. L-Istati Membri jistgħu iżommu l-ammont tal-eżenzjoni fis-seħħ fiż-żmien tal-aġġustament annwali li hemm provdut fil-paragrafu 2 jekk, qabel l-aġġustament li hemm provdut fil-paragrafu 3, konverżjoni tal-ammont tal-eżenzjoni espressi f'EUA tista' tirriżulta f'bidla ta' inqas minn 5 % fl-eżenzjoni espressa f'munita nazzjonali.
Artikolu 5
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1979.
2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-disposizzjonijiet li huma jadottaw biex jimplimentaw din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma b'dan lill-Istati Membri l-oħra.
Artikolu 6
Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.
( 1 ) ĠU C 18, tal-25.1.1975, p. 6;
ĠU C 213, tas-7.9.1978, p. 11.
( 2 ) ĠU C 261, tas-6.11.1978, p. 46.
( 3 ) Opinjoni mogħtija fid-19 ta' Ottubru 1978 (għada mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
( 4 ) ĠU L 354, tat-30.12.1974, p. 57.
( 5 ) Ara paġna 33 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
( 6 ) Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
( 7 ) ĠU L 356, tal-31.12.1977, p. 1.