|
12.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 290/11 |
DEĊIŻJONI DELEGATA TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA
tat-22 ta’ April 2021
li tapprova l-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-virus tar-rabja (RABV) tan-Norveġja u li temenda d-Deċiżjoni Nru 032/21/COL [2021/1333]
L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja, partikolarment l-Artikolu 1(2) u 3 u l-Protokoll 1 tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-Punt 13 tal-Parti 1.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (1) (“ir-Regolament (UE) 2016/429”), kif emendat u kif adattat għall-Ftehim ŻEE permezz tal-adattamenti speċifiċi u settorjali msemmija fl-Anness I ta’ dak il-Ftehim, u b’ mod partikolari l-Artikoli 36(3) u 266(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-Punt 13 h. tal-Parti 1.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, il-programmi ta’ eradikazzjoni u l-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (2) (“ir-Regolament Delegat (UE) 2020/689”), kif adattat mill-adattamenti speċifiċi u settorjali msemmija fl-Anness I ta’ dak il-Ftehim, u b’ mod partikolari l-Artikolu 70(3) tiegħu,
kif adattat għall-Ftehim ŻEE mill-punt 4(d) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim ŻEE.
Billi:
Ir-Regolament (UE) 2016/429 u r-Regolament Delegat (UE) 2020/689 ġew inkorporati fl-Annessi tal-Ftehim ŻEE b’effett mis-17 ta’ April 2021. Skont id-data tal-applikazzjoni ddikjarata f’ kull wieħed mir-Regolament (UE) 2016/429, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (3) u r-Regolament Delegat (UE) 2020/689, dawk ir-Regolamenti japplikaw mill-21 ta’ April 2021.
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi qafas leġiżlattiv ġdid għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin. B’mod partikolari, dan jipprevedi l-approvazzjoni tal-istatus ħieles mill-mard tal-Istati taż-Żona Ekonomika Ewropea (“l-Istati taż-ŻEE”) jew taż-żoni tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat fl-Artikolu 5(1) ta’ dak ir-Regolament għal speċi tal-annimali rilevanti waħda jew aktar (“status”).
Id-Deċiżjoni Nru 032/21/COL telenka l-istatus u l-programmi ta’ eradikazzjoni ħielsa mill-mard u mhux tat-tilqim tan-Norveġja u l-Iżlanda u ż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom approvati skont ir-Regolament (UE) 2016/429 u r-Regolament Delegat (UE) 2020/689.
Għal ċertu mard elenkat, inkluż l-infezzjoni bil-virus tar-rabja (RABV), ir-Regolament (UE) 2016/429 u r-Regolament Delegat (UE) 2020/689 jistabbilixxu għall-ewwel darba regoli għall-approvazzjoni tal-istat ta’ ħelsien mill-mard għall-Istati Membri jew għaż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom.
L-Artikolu 36(3) tar-Regolament (UE) 2016/429 jistipula li l-applikazzjonijiet għall-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-Istati taż-ŻEE jew taż-żoni tagħhom għal ċertu mard elenkat għandhom jiġu approvati meta jkun intwera li hemm ħelsien mill-marda inkwistjoni permezz ta’ data storika u ta’ sorveljanza.
Skont l-Artikolu 39(a)(iii) tar-Regolament (UE) 2016/429, l-Artikolu 70 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 jistabbilixxi l-kriterji għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stat taż-ŻEE jew ta’ żona tiegħu abbażi ta’ data storika jew ta’ sorveljanza, inkluż fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tar-rabja (RABV).
L-Artikolu 70(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 jistipula li l-Awtorità “tista’, għal perjodu ta’ sentejn wara d-dħul tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, tagħti status ta’ ħelsien mill-mard [lin-Norveġja] jew lil żoni fir-rigward ta’:
|
(a) |
l-infezzjoni bir-RABV, jekk kienet notifikabbli skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 64/432/KEE u, meta jkun hemm bżonn, il-monitoraġġ kien implimentat skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1, u l-ebda każ ma ġie rrapportat fl-ispeċijiet tal-annimali elenkati għall-aħħar sentejn (4); |
Permezz ta’ ittra datata l-25 ta’ Novembru 2020 (Dok Nru 1166401), l-Awtorità Norveġiża dwar is-Sigurtà fl-Ikel issottomettiet lill-Awtorità applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-istat ta’ ħelsien mill-mard għat-territorju kollu tan-Norveġja fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tar-rabja (RABV). Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata minn rapport tal-Istitut Veterinarju Norveġiż ipprovdut sabiex juri l-ħelsien storiku tan-Norveġja mill-infezzjoni mill-virus tar-rabja (RABV) (Dok Nru 1166395).
L-Awtorità, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, eżaminat ir-rapport u, fid-dawl ta’ dik l-informazzjoni, tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 36(3) tar-Regolament (UE) 2016/429 u fl-Artikolu 70(3)a) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati min-Norveġja (Dok Nru 1190351). L-istatus tan-Norveġja bħala ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tar-rabja (RABV) huwa għalhekk approvat mill-Awtorità b’din id-Deċiżjoni u l-Anness tad-Deċiżjoni Nru 032/21/COL huwa emendat skont dan.
L-Awtorità, bid-Deċiżjoni Delegata tagħha Nru 030/21/COL (id-Dokument Nru 1194415), debitament issottomettiet l-abbozz tad-Deċiżjoni lill-Kumitat f’konformità mal-Artikoli 36(4) u 266(2) tar-Regolament (UE) 2016/429. Il-Kumitat approva l-abbozz ta’ Deċiżjoni. Għaldaqstant, l-abbozz tad-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat.
Konsegwentement, id-Deċiżjoni Nru 032/21/COL għandha tiġi emendata skont dan.
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tar-rabja (RABV) għat-territorju kollu tan-Norveġja huwa b’dan approvat.
L-Anness tad-Deċiżjoni Nru 032/21/COL huwa b’dan sostitwit bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-iffirmar tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lin-Norveġja.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun awtentika fil-lingwa Ingliża.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2021.
Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, li taġixxi taħt id-Deċiżjoni Delegata Nru 130/20/COL,
Högni S. KRISTJÁNSSON
Membru Responsabbli tal-Kulleġġ
Carsten ZATSCHLER
Kontrofirmatarju bħala Direttur, Affarijiet Legali u Eżekuttivi
(2) ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211.
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64).
(4) L-Att imsemmi fil-Punt 8a. tal-Parti 7.1. tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE, id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar il-monitoraġġ taż-żoonożi u l-aġenti żoonotiċi, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE, kif emendata u kif adattata għall-Ftehim ŻEE permezz tal-adattamenti settorjali msemmija fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE.
ANNESS
Status ta’ ħielsa mill-mard u non-vaċċinazzjoni u l-programmi ta’ eradikazzjoni tan-Norveġja u l-Iżlanda u ż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom approvati skont ir-Regolament (UE) 2016/429 u r-Regolament Delegat (UE) 2020/689.
Fin-Norveġja:
|
Status ħieles mill-mard jew non-vaċċinazzjoni |
Żona: It-territorju jew iż-żona kollha |
Bażi ġuridika |
Nru tad-Deċiżjoni preċedenti jew ġdida tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA |
|
infezzjoni bil-Brucella abortus, B. melitensis u B. suis fil-popolazzjonijiet tal-annimali bovini |
It-territorju kollu |
L-Artikolu 84(1)(a)(i) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689. |
28/07/COL tad-19 ta’ Frar 2007 (Deċiżjoni preċedenti revokata) |
|
infezzjoni bil-Brucella melitensis fil-popolazzjonijiet tal-annimali ovini u kaprini |
It-territorju kollu |
L-Artikolu 84(1)(a)(ii) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689. |
029/21/COL tat-13 ta’ April 2021 (Deċiżjoni preċedenti revokata) |
|
infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) (MTBC) |
It-territorju kollu |
L-Artikolu 84(1)(b) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 |
28/07/COL tad-19 ta’ Frar 2007 (Deċiżjoni preċedenti revokata) |
|
Lewkożi enzootika bovina (“EBL”) |
It-territorju kollu |
L-Artikolu 84(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 |
28/07/COL tad-19 ta’ Frar 2007 (Deċiżjoni preċedenti revokata) |
|
Rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva (IBR/IPV) |
It-territorju kollu |
L-Artikolu 84(1)(d) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 |
159/10/COL tal-21 ta’ April 2010 (Deċiżjoni preċedenti revokata) |
|
infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky (ADV) |
It-territorju kollu |
L-Artikolu 84(1)(e) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 |
160/10/COL tal-21 ta’ April 2010 (Deċiżjoni preċedenti revokata) |
|
infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim |
It-territorju kollu |
L-Artikolu 84(1)(g) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 |
221/96/COL tal-4 ta’ Diċembru 1996 (Deċiżjoni preċedenti revokata) |
|
Virus tar-rabja (“RABV”) |
It-territorju kollu |
L-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) 2016/429 u l-Artikolu 70(3)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689. |
033/21/COL tat-22 ta’ April 2021 |
|
infezzjoni mill-Marteilia refringens |
Żona: Il-kosta kollha tan-Norveġja, bl-eċċezzjoni taż-żona ta’ trażżin fil-muniċipalità ta’ Bømlo fil-Kontea ta’ Hordaland fin-nofsinhar tan-Norveġja, deskritta b’mod speċifiku f’§ 2 tar-Regolamenti Norveġiżi dwar iż-żona ta’ kontroll għall-ġlieda kontra l-marda Marteiliose fil-molluski, il-muniċipalità ta’ Bømlo, Hordaland (FOR-2017-09-08- 1377) |
L-Artikolu 84(1)(I) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 |
18/18/COL tad-9 ta’ Frar 2018 (Deċiżjoni preċedenti revokata) |
|
infezzjoni mill-Bonamia ostreae |
Żona: Il-kosta kollha tan-Norveġja, bl-eċċezzjoni tal-kontea ta’ Aust-Agder fin-Nofsinhar tan-Norveġja |
L-Artikolu 84(1)(k) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 |
18/18/COL tad-9 ta’ Frar 2018 (Deċiżjoni preċedenti revokata) |
|
Nekrożi ematopojetika infettiva (“IHN”) |
It-territorju kollu, minbarra dik il-parti tan-Norveġja li tinkorpora l-inħawi ta’ Grense Jacobselv u x-xmara Pasvik u x-xmajjar ta’ bejniethom u r-reġjun kostali ta’ magħhom (Żona). |
L-Artikolu 84(1)(i) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 |
264/12/COL tal-5 ta’ Lulju 2012 (Deċiżjoni preċedenti revokata) |
|
Settiċemija emorraġika virali (VHS) |
It-territorju kollu, minbarra dik il-parti tan-Norveġja li tinkorpora l-inħawi ta’ Grense Jacobselv u x-xmara Pasvik u x-xmajjar ta’ bejniethom u r-reġjun kostali ta’ magħhom (Żona). |
L-Artikolu 84(1)(h) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 |
264/12/COL tal-5 ta’ Lulju 2012 (Deċiżjoni preċedenti revokata) |
|
Programm għall-Qerda ta’ Mard |
Żona: It-territorju, iż-żona jew il-kompartiment kollu |
Bażi ġuridika |
Nru tad-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA |
|
Attwalment ma hemm l-ebda entrata |
|
|
|
Fl-Iżlanda:
|
Status ħieles mill-mard jew mhux tat-tilqim |
Żona: It-territorju jew iż-żona kollha |
Bażi ġuridika |
Nru tad-Deċiżjoni preċedenti jew ġdida tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA |
|
Nekrożi ematopojetika infettiva (“IHN”) |
It-territorju kollu |
L-Artikolu 84(1)(i) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 |
227/04/COL tad-9 ta’ Settembru 2004 u Nru 36/16/COL tad-9 ta’ Frar 2016 (Deċiżjoni preċedenti revokata) |
|
Programm għall-Qerda ta’ Mard |
Żona: It-territorju, iż-żona jew il-kompartiment kollu |
Bażi ġuridika |
Nru tad-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA |
|
Attwalment ma hemm l-ebda entrata |
|
|
|