10.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 100/68


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 141/2007

tas-26 ta' Ottubru 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 109/2007 tat-28 ta' Settembru 2007 (1).

(2)

Id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE (2), għandha tiġi inkorporata mal-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2006/66/KE tħassar, b'effett mis-26 ta' Settembru 2008, id-Direttiva tal-Kunsill 91/157/KE (3), li hija inkorporata fil-Ftehim u li għaldaqstant għandha titħassar taħt l-istess Ftehim b'effett mit-26 ta' Settembru 2008,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV ta' l-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1)

Il-punt li jmiss għandu jiddaħħal wara l-punt 12w (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 850/2004):

“12x.

32006 L 0066: Id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE (ĠU L 266, 29.9.2006, p. 1).”

2)

It-test tal-punt 11 (Direttiva tal-Kunsill Nru 91/157/KEE) għandu jiġi mħassar b'effett mis-26 ta' Settembru 2008.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2006/66/KE, fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta' Ottubru 2007, sakemm ikunu ngħataw in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ZEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 26 ta' Ottubru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 47, 21.2.2008, p. 29.

(2)   ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1.

(3)   ĠU L 78, 26.3.1991, p. 38.

(*1)  L-ebda ħtieġa kostituzzjonali ma hija indikata.