|
8.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/4 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8661 — Oaktree/PIMCO/Real Estate Portfolio)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 376/03)
|
1. |
Fis-27 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Oaktree Capital Group LLC (Oaktree) u Pacific Investment Management Company LLC (PIMCO) indirettament jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ portafoll li jikkonsisti fi 28 proprjetà kummerċjali li jinsabu l-Polonja (“Real Estate Portfolio”). Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Oaktree: ġestjoni ta’ investimenti dinjija li jispeċjalizzaw f’investimenti alternattivi fid-distressed debt, id-dejn korporattiv (inkluż tas-self bi dħul għoli u self preferenzjali), titoli konvertibbli, propejetà immobbli u ekwitajiet ikkwotati fil-Borża. — għal PIMCO: ġestjoni ta’ investimenti dinjija li tipprovdi s-servizzi tagħha, fost oħrajn lil gvernijiet, kumpaniji tal-assikurazzjoni, investituri ta’ valur għoli, istituzzjonijiet finanzjarji, investituri bl-imnut u strumenti ta’ investiment. — għal Real Estate Portfolio: il-kiri ta’ proprjetà immobbli kummerċjali fil-Polonja. Il-Portfolio jinkludi proprjetajiet kummerċjali li jinsabu f’27 belt fil-Polonja. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8661 — Oaktree/PIMCO/Real Estate Portfolio Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.