|
17.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 189/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1174
tal-14 ta' Lulju 2015
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awditur estern tal-Banka Slovenije
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1 tagħhom,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta' Ġunju 2015 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta' Banka Slovenije (BĊE/2015/23) (1),
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jeħtieġu li jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awditur estern attwali tal-Banka Slovenije, Deloitte revizija d.o.o., skada wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2014. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatar awditur estern ġdid mis-sena finanzjarja 2015. |
|
(3) |
Il-Banka Slovenije għażel lil Ernst & Young d.o.o. bħala l-awditur estern tiegħu għas-snin finanzjarji 2015 sa 2017. |
|
(4) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li Ernst & Young d.o.o. tinħatar bħala l-awditur estern tal-Banka Slovenije għas-snin finanzjarji 2015 sa 2017. |
|
(5) |
B'segwitu tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 1(13) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“13. |
Ernst & Young d.o.o. hija b'dan approvata bħala l-awditur estern tal-Banka Slovenije għas-snin finanzjarji 2015 sa 2017.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
P. GRAMEGNA
(1) ĠU C 201, 18.6.2015, p. 1.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta' Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).