|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/651 |
10.2.2025 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Jannar 2025
li tapprova l-pjan fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju tal-Italja
(C/2025/651)
Il-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 121 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1263, u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,
Billi:
KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI
|
(1) |
Fit-30 ta' April 2024 daħal fis-seħħ qafas ta' governanza ekonomika tal-UE riformat. Ir-Regolament (UE) 2024/1263 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni effettiva tal-politiki ekonomiċi u dwar is-sorveljanza baġitarja multilaterali (1), flimkien mar-Regolament (KE) Nru 1467/97 emendat dwar l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (2), u d-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE dwar l-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri emendata (3) huma l-elementi ewlenin tal-qafas riformat ta' governanza ekonomika tal-UE. Il-qafas għandu l-għan li jippromwovi finanzi pubbliċi sodi u sostenibbli, u tkabbir sostenibbli u inklużiv u r-reżiljenza permezz ta' riformi u investimenti, u li jipprevjeni defiċits eċċessivi tal-gvern. Huwa jippromwovi wkoll is-sjieda nazzjonali u jiffoka aktar fuq terminu medju, flimkien ma' infurzar aktar effettiv u koerenti tar-regoli. |
|
(2) |
Il-pjanijiet fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju li l-Istati Membri jippreżentaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni huma fiċ-ċentru tal-qafas il-ġdid ta' governanza ekonomika. Il-pjanijiet għandhom jimmiraw li jintlaħqu żewġ objettivi: i) l-iżgurar li, fost l-oħrajn, sa tmiem il-perjodu ta' aġġustament, id-dejn tal-gvern estiż ikun fuq trajettorja ta' tnaqqis plawżibbli, jew jibqa' f'livelli prudenti, u li d-defiċit tal-gvern jinġieb u jinżamm taħt il-valur referenzjarju ta' 3 % tal-PDG fuq it-terminu medju, u ii) l-iżgurar tat-twettiq ta' riformi u investimenti li jirrispondu għall-isfidi ewlenin identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u li jindirizzaw il-prijoritajiet komuni tal-UE. Għal dak il-għan, kull pjan għandu jippreżenta impenn fuq terminu medju għal perkors tan-nefqa netta (4), li effettivament jistabbilixxi restrizzjoni baġitarja għad-durata tal-pjan, li tkopri erba' jew ħames snin (skont it-terminu regolari tal-leġiżlatura fi Stat Membru). Barra minn hekk, il-pjan huwa li jiġi spjegat kif l-Istat Membru ser jiżgura t-twettiq ta' riformi u investimenti li jirrispondu għall-isfidi ewlenin identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, b'mod partikolari fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (inkluż dawk li jappartjenu għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi (MIP, macroeconomic imbalances procedure), jekk applikabbli), u kif l-Istat Membru ser jindirizza l-prijoritajiet komuni tal-Unjoni. Il-perjodu għall-aġġustament fiskali jkopri perjodu ta' erba' snin, li jista' jiġi estiż sa tliet snin jekk l-Istat Membru jintrabat li jwettaq sett ta' riformi u investimenti rilevanti li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fir-Regolament (UE) 2024/1263. |
|
(3) |
Wara l-preżentazzjoni tal-pjan, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk jikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2024/1263. |
|
(4) |
Fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, il-Kunsill irid imbagħad jadotta rakkomandazzjoni biex jistabbilixxi l-perkors tan-nefqa netta tal-Istat Membru kkonċernat u, fejn applikabbli, japprova s-sett ta' impenji ta' riforma u ta' investiment li jirfdu estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament fiskali. |
KUNSIDERAZZJONIJIET DWAR IL-PJAN FISKALI-STRUTTURALI NAZZJONALI FUQ TERMINU MEDJU TAL-ITALJA
|
(5) |
Fil-15 ta' Ottubru 2024, l-Italja ppreżentat il-pjan fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju tagħha lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Il-preżentazzjoni saret wara estensjoni tal-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 36(1)(a) tar-Regolament (UE) 2024/1263, kif miftiehem mal-Kummissjoni fid-dawl tar-raġunijiet ipprovduti mill-Italja. |
Proċess qabel il-preżentazzjoni tal-pjan
|
(6) |
Sabiex jiġi inkwadrat id-djalogu li jwassal għas-sottomissjoni tal-pjanijiet fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju, fil-21 ta' Ġunju 2024, il-Kummissjoni bagħtet it-trajettorja referenzjarja (5) lill-Italja, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2024/1263. Il-Kummissjoni ppubblikat it-trajettorja referenzjarja fil-15 ta' Ottubru 2024 (6). It-trajettorja referenzarja hi bbażata fuq ir-riskju u tiżgura li, sa tmiem il-perjodu ta' aġġustament fiskali u fin-nuqqas ta' aktar miżuri baġitarji lil hinn mill-perjodu ta' aġġustament, id-dejn tal-gvern estiż ikun fuq trajettorja plawżibbli 'l isfel jew jibqa' f'livelli prudenti fuq terminu medju, u li d-defiċit tal-gvern estiż jinġieb taħt it-3 % tal-PDG matul il-perjodu ta' aġġustament u jinżamm taħt dak il-valur referenzjarju fuq terminu medju. It-terminu medju huwa definit bħala l-perjodu ta' għaxar snin wara t-tmiem tal-perjodu ta' aġġustament. F'konformità mal-Artikoli 6, il-punt (d), 7 u 8 tar-Regolament (UE) 2024/1263, it-trajettorja referenzjarja hija konsistenti wkoll mal-parametru referenzjarju tad-defiċit, mas-salvagwardja tas-sostenibbiltà tad-dejn u mas-salvagwardja tar-reżiljenza tad-defiċit. It-trajettorja referenzjarja tal-Italja tistabbilixxi li, abbażi tas-suppożizzjonijiet tal-Kummissjoni li jsostnu l-gwida minn qabel trażmessa f'Ġunju 2024 u jekk wieħed jassumi perjodu ta' aġġustament ta' 7 snin, in-nefqa netta ma għandhiex tikber b'aktar mill-valuri pprovduti fit-Tabella 1. Dan jikkorrispondi għal tkabbir medju nett fin-nefqa ta' 1,5 % matul il-perjodu ta' aġġustament (2025–2031) u ta' 1,5 % matul il-perjodu kopert mill-pjan (2025–2029). Tabella 1: Trajettorja referenzjarja pprovduta mill-Kummissjoni lill-Italja fil-21 ta' Ġunju 2024
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(7) |
F'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2024/1263, l-Italja u l-Kummissjoni involvew ruħhom fi djalogu tekniku minn Lulju sa Settembru 2024. Id-djalogu kien iċċentrat fuq il-perkors tan-nefqa netta previst mill-Italja u s-suppożizzjonijiet sottostanti tiegħu (b'mod partikolari s-suppożizzjonijiet u l-elastiċitajiet makroekonomiċi), is-sett previst ta' impenji ta' riforma u ta' investiment biex jirfdu estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament inklużi riformi u investimenti bħal riformi fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, tal-amministrazzjoni pubblika, tal-kura tat-tfal, tal-ambjent tan-negozju, tal-amministrazzjoni tat-taxxa, tal-ġestjoni tan-nefqa pubblika u tal-intrapriżi tal-Istat, kif ukoll it-twettiq previst ta' riformi u ta' investimenti li jirrispondi għall-isfidi ewlenin identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u l-prijoritajiet komuni tal-Unjoni fit-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali ġusta, ir-reżiljenza soċjali u ekonomika, is-sigurtà tal-enerġija u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' difiża. |
|
(8) |
F'Settembru 2024, f'konformità mal-Artikoli 11(3) u 36(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2024/1263, skont l-informazzjoni pprovduta mill-Italja fil-pjan tagħha, l-Italja involviet ruħha fi proċess ta' konsultazzjoni mas-sħab soċjali, mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u ma' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra. |
|
(9) |
L-Istituzzjoni Fiskali Indipendenti tal-Italja (Uffiċċju tal-Baġit Parlamentari) tat opinjoni dwar it-tbassir makroekonomiku u s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi li jirfdu l-perkors tan-nefqa netta pluriennali. Din approvat ix-xenarju makroekonomiku tul il-perjodu tal-pjan (2024–2029), billi kkonkludiet li t-tbassir tal-varjabbli makroekonomiċi ewlenin jinsabu f'intervalli aċċettabbli, għalkemm xi wħud jinsabu fil-quċċata, u l-prospettiva ġenerali tiddependi fuq l-implimentazzjoni sħiħa u f'waqtha tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza (RRP, Recovery and Resilience Plan) kif ukoll fuq kuntest internazzjonali stabbli. |
|
(10) |
Il-pjan ġie approvat mill-Parlament fid-9 ta' Ottubru wara seduti ta' diversi partijiet ikkonċernati, kif huwa konswetudinali għall-approvazzjonijiet parlamentari tad-dokumenti tal-ippjanar baġitarju. |
Proċessi oħra relatati
|
(11) |
Fis-26 ta' Lulju 2024, il-Kunsill stabbilixxa l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv fl-Italja minħabba nuqqas ta' konformità mal-kriterju tad-defiċit (7). Din ir-Rakkomandazzjoni tikkoinċidi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) TFUE bil-għan li tintemm is-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv tal-gvern fl-Italja (8). L-adozzjoni simultanja ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet, li hija mfassla u ġġustifikata mit-tranżizzjoni għall-qafas il-ġdid ta' governanza ekonomika, tiżgura l-konsistenza bejn il-perkorsi ta' aġġustament rakkomandati. |
|
(12) |
Fil-15 ta' Ottubru 2024, l-Italja ppreżentat l-Abbozz ta' Pjan Baġitarju tagħha għas-sena 2025. Il-Kummissjoni adottat opinjoni dwar dan l-Abbozz ta' Pjan Baġitarju fis-26 ta' Novembru 2024 (9). |
|
(13) |
Fid-19 ta' Ġunju 2024, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Italja qed tesperjenza żbilanċi makroekonomiċi. B'mod partikolari, l-Italja qed tiffaċċa vulnerabbiltajiet relatati ma' dejn għoli tal-gvern u tkabbir dgħajjef fil-produttività f'kuntest ta' fraġilitajiet tas-suq tax-xogħol u xi dgħufijiet residwi fis-settur finanzjarju, li għandhom rilevanza transfruntiera (10). |
|
(14) |
Fil-21 ta' Ottubru 2024, il-Kunsill indirizza lill-Italja sensiela ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs) fil-kuntest tas-Semestru Ewropew (11). |
SOMMARJU TAL-PJAN U L-VALUTAZZJONI TIEGĦU MILL-KUMMISSJONI
|
(15) |
F'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2024/1263, il-Kummissjoni vvalutat il-pjan kif ġej: |
Kuntest: is-sitwazzjoni u l-prospetti makroekonomiċi u fiskali
|
(16) |
L-attività ekonomika fl-Italja kibret b'0,7 % fl-2023, xprunata mill-konsum u mill-investiment, megħjuna minn inċentivi tal-gvern. L-esportazzjonijiet netti kkontribwew ukoll għat-tkabbir, filwaqt li ċ-ċiklu negattiv tal-inventarju rażżnu. Skont it-Tbassir tal-Ħarifa 2024 tal-Kummissjoni Ewropea, l-ekonomija mistennija tikber b'0,7 % fl-2024, peress li l-investiment għadu jespandi filwaqt li qed jistaġna l-konsum privat. L-esportazzjonijiet netti mistennija jappoġġaw it-tkabbir, bis-saħħa tat-tnaqqis fl-importazzjonijiet, filwaqt li l-inventarji ser inaqqsuh. Fl-2025, il-PDG reali mistenni jiżdied b'1,0 %, xprunat mill-konsum tal-unitajiet domestiċi, li huwa appoġġat mit-tkabbir fil-pagi reali, filwaqt li l-investiment ġenerali mistenni jiżdied biss b'mod marġinali, minħabba t-tnaqqis fil-kostruzzjoni għar-rinnovazzjonijiet tal-akkomodazzjoni. Fl-2026, il-PDG reali mistenni jiżdied b'1,2 %, hekk kif in-nefqa kapitali taċċellera bis-saħħa tan-nefqa relatata mal-RRP u ma' kundizzjonijiet aktar faċli ta' finanzjament. Matul il-perjodu ta' tbassir (jiġifieri, 2024–2026), it-tkabbir tal-PDG potenzjali fl-Italja mistenni jonqos bi ftit minn 1,3 % fl-2024 għal 0,9 % fl-2026. Ir-rata tal-qgħad kienet 7,7 % fl-2023 u hija pprojettata mill-Kummissjoni li tkun 6,8 % fl-2024, 6,3 % fl-2025 u 6,2 % fl-2026. L-inflazzjoni (deflatur tal-PDG) hija pprojettata li tonqos minn 5,8 % fl-2023 għal 1,6 % fl-2024, u li tilħaq 1,9 % fl-2025 u 1,8 % fl-2026. |
|
(17) |
Rigward l-iżviluppi fiskali, fl-2023 id-defiċit tal-gvern estiż tal-Italja kien jammonta għal 7,2 % tal-PDG. Skont it-Tbassir tal-Ħarifa 2024 tal-Kummissjoni Ewropea, huwa mistenni jilħaq 3,8 % tal-PDG fl-2024 u li jkompli jonqos għal 3,4 % tal-PDG fl-2025 u, fuq bażi ta' ebda bidla fil-politika, għal 2,9 % fl-2026. It-Tbassir tal-Ħarifa 2024 tal-Kummissjoni Ewropea jinkludi l-abbozz ta' baġit tal-Italja għall-2025 li l-gvern ippreżenta lill-parlament nazzjonali f'Ottubru. Id-dejn tal-gvern estiż kien ta' 134,8 % tal-PDG fi tmiem l-2023. Skont it-Tbassir tal-Ħarifa 2024 tal-Kummissjoni Ewropea, il-proporzjon tad-dejn mistenni jiżdied għal 136,6 % tal-PDG fi tmiem l-2024. Minkejja s-surpluses primarji, il-proporzjon tad-dejn huwa pprojettat li jiżdied aktar għal 138,2 % tal-PDG fi tmiem l-2025 u għal 139,3 % fi tmiem l-2026. It-tbassir fiskali mill-Kummissjoni ma jqisx l-impenji ta' politika fil-pjanijiet fuq terminu medju bħala tali sakemm ma jkunux sostnuti minn miżuri ta' politika konkreti mħabbra b'mod kredibbli u speċifikati biżżejjed. |
Perkors tan-nefqa netta u suppożizzjonijiet makroekonomiċi ewlenin fil-pjan
|
(18) |
Il-pjan fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju tal-Italja jkopri l-perjodu 2025–2029 u jippreżenta aġġustament fiskali fuq perjodu ta' 7 snin. |
|
(19) |
Il-pjan fih l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2024/1263. |
|
(20) |
Il-pjan jimpenja ruħu għall-perkors tan-nefqa netta indikat fit-Tabella 2, li jikkorrispondi għal tkabbir medju fin-nefqa netta ta' 1,6 % matul is-snin 2025-2029. Barra minn hekk, l-Italja tagħti impenn għal sett ta' riformi u investimenti bil-għan li testendi l-perjodu ta' aġġustament għal 7 snin (2025–2031), li matulhom it-tkabbir medju fin-nefqa netta huwa ppjanat li jkun ta' 1,5 %. It-tkabbir medju fin-nefqa netta rrapportat fil-pjan matul il-perjodu ta' aġġustament (2025–2031) huwa ugwali għat-trajettorja referenzjarja mibgħuta mill-Kummissjoni fil-21 ta' Ġunju 2024. Il-pjan jassumi li t-tkabbir tal-PDG potenzjali jonqos gradwalment minn 1,4 % fl-2024 għal 0,3 % fl-2031. Barra minn hekk, il-pjan jistenna li r-rata ta' tkabbir tad-deflatur tal-PDG tibqa' ġeneralment stabbli għal madwar 2 % matul il-perjodu ta' aġġustament. |
Implikazzjonijiet tal-impenji tan-nefqa netta tal-pjan għad-dejn tal-gvern estiż
|
(21) |
Jekk jimmaterjalizzaw il-perkors tan-nefqa netta impenjat fil-pjan u s-suppożizzjonijiet sottostanti, id-dejn tal-gvern estiż, skont il-pjan, jiżdied sa 137,8 % tal-PDG fi tmiem l-2026 (minn 135,8 % tal-PDG fl-2024) u mbagħad jonqos għal 132,5 % tal-PDG fi tmiem il-perjodu ta' aġġustament (2031), skont it-tabella li ġejja. Wara l-aġġustament, fuq terminu medju (jiġifieri sal-2041), il-proporzjon tad-dejn huwa pprojettat li jonqos b'mod kostanti skont il-pjan, u jilħaq 113,7 % sal-2041. B'hekk, skont il-pjan, il-proporzjon tad-dejn tal-gvern estiż jitqiegħed f'perkors ta' tnaqqis sa tmiem il-perjodu ta' aġġustament (2031). Dan huwa plawżibbli peress li, abbażi tas-suppożizzjonijiet tal-pjan, id-dejn huwa projettat li jonqos matul l-għaxar snin wara l-perjodu ta' aġġustament taħt it-testijiet tal-istress deterministiċi kollha tal-Analiżi tas-Sostenibbiltà tad-Dejn tal-Kummissjoni, u l-projezzjonijiet stokastiċi jindikaw li d-dejn jonqos bi probabbiltà għolja biżżejjed. Għalhekk, abbażi tal-impenji ta' politika u s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi tal-pjan, il-perkors tan-nefqa netta mressaq fil-pjan huwa konsistenti mar-rekwiżit għad-dejn kif stabbilit fl-Artikoli 6, il-punt (a), u 16(2) tar-Regolament (UE) 2024/1263. Tabella 2: Perkors tan-nefqa netta u suppożizzjonijiet ewlenin fil-pjan tal-Italja
Tabella 3: Dejn tal-gvern estiż u żviluppi tal-bilanċ fil-pjan tal-Italja
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Implikazzjonijiet tal-impenji tan-nefqa netta tal-pjan għall-bilanċ tal-gvern estiż
|
(22) |
Abbażi tal-perkors tan-nefqa netta u s-suppożizzjonijiet tal-pjan, id-defiċit tal-gvern estiż jonqos għal 2,8 % tal-PDG fl-2026 u għal 1,5 % tal-PDG fl-2031. B'hekk, skont il-pjan, il-bilanċ tal-gvern estiż ma jaqbiżx il-valur referenzjarju ta' 3 % tal-PDG fi tmiem il-perjodu ta' aġġustament (2031). Barra minn hekk, fl-10 snin ta' wara l-perjodu ta' aġġustament (jiġifieri sal-2041), id-defiċit tal-gvern ma jaqbiżx it-3 % tal-PDG. Għalhekk, abbażi tal-impenji ta' politika u s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi tal-pjan, il-perkors tan-nefqa netta mressaq fil-pjan huwa konsistenti mar-rekwiżit għad-defiċit kif stabbilit fl-Artikoli 6, il-punt (b), u 16(2) tar-Regolament (UE) 2024/1263. |
Profil taż-żmien tal-aġġustament fiskali
|
(23) |
Il-profil taż-żmien tal-aġġustament fiskali, imkejjel bħala l-bidla fil-bilanċ primarju strutturali, kif deskritt fil-pjan, huwa kemxejn frontloaded, meta mqabbel mal-perkors lineari msemmi bħala regola skont l-Artikolu 6, il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2024/1263. B'mod partikolari, il-bilanċ primarju strutturali huwa pprojettat li jitjieb b'0,6 % kemm fl-2025 kif ukoll fl-2026, segwit minn titjib ta' 0,5 % tal-PDG kull sena sal-2031. B'riżultat ta' dan, l-aġġustament fiskali matul l-ewwel 4 snin tal-pjan huwa aktar minn proporzjonali għall-isforz totali ta' aġġustament. Għalhekk, abbażi tal-impenji ta' politika u s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi tal-pjan, il-perkors tan-nefqa netta mressaq fil-pjan huwa konsistenti mal-klawżola ta' salvagwardja mingħajr posponiment stabbilita fl-Artikolu 6, il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2024/1263. Tabella 4: Żviluppi fil-bilanċ primarju strutturali fil-pjan tal-Italja
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Konsistenza tal-pjan mal-proċedura ta' defiċit eċċessiv
|
(24) |
Il-perkors tan-nefqa netta stabbilit fil-pjan huwa konformi mar-rekwiżiti skont il-proċedura ta' defiċit eċċessiv (b'mod partikolari mal-aġġustament strutturali annwali minimu stabbilit fl-Artikolu 3(4), it-tielet subparagrafu tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97). |
Konsistenza tal-pjan mas-salvagwardja tar-reżiljenza tad-defiċit
|
(25) |
Ir-rekwiżit tal-parti preventiva stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2024/1263 rigward is-salvagwardja tar-reżiljenza tad-defiċit, li għandu l-għan li jipprovdi marġni komuni relatat mal-valur referenzjarju tad-defiċit ta' 3 % tal-PDG, japplika għall-Italja mill-2027, peress li d-defiċit huwa ppjanat li jkun inqas minn 3 % tal-PDG mill-2026. Mill-2027, l-aġġustament annwali fil-bilanċ primarju strutturali għalhekk ma għandux ikun inqas minn 0,25 % tal-PDG jekk id-defiċit strutturali jkun baqa' ogħla minn 1,5 % tal-PDG fis-sena preċedenti, biex jinkiseb marġni ta' reżiljenza komuni f'termini strutturali ta' 1,5 % tal-PDG. L-aġġustament fiskali annwali li jirriżulta mill-impenji ta' politika u mis-suppożizzjonijiet makroekonomiċi tal-pjan jaqbeż iż-0,25 % f'kull waħda mis-snin 2027, 2028, 2029, 2030 u 2031. Għalhekk, abbażi tal-impenji ta' politika u s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi tal-pjan, il-perkors tan-nefqa netta mressaq fil-pjan huwa konsistenti mas-salvagwardja tar-reżiljenza tad-defiċit. |
Konsistenza tal-pjan mas-salvagwardja tas-sostenibbiltà tad-dejn
|
(26) |
F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2024/1263, peress li d-dejn tal-gvern estiż ser ikun ogħla minn 90 % tal-PDG matul il-perjodu ta' aġġustament skont il-pjan, il-proporzjon tad-dejn huwa meħtieġ li jonqos b'mill-inqas punt perċentwali wieħed (1) bħala medja fis-sena sakemm jaqa' taħt id-90 %, u wara dan għandu jonqos b'medja ta' 0,5 punti perċentwali. Dan it-tnaqqis medju huwa kkalkolat matul il-perjodu 2027–2031, jiġifieri jibda fis-sena li fiha l-proċedura ta' defiċit eċċessiv tiġi abrogata skont il-pjan, u jammonta għal 1,2 punti perċentwali (ara t-Tabella 3). Għalhekk, abbażi tal-impenji ta' politika u s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi tal-pjan, il-perkors tan-nefqa netta mressaq fil-pjan huwa konsistenti mas-salvagwardja tas-sostenibbiltà tad-dejn. |
Suppożizzjonijiet makroekonomiċi tal-pjan
|
(27) |
Il-pjan huwa bbażat fuq sett ta' suppożizzjonijiet li huma differenti mis-suppożizzjonijiet tal-Kummissjoni mibgħuta lill-Italja fil-21 ta' Ġunju 2024. B'mod partikolari, il-pjan juża suppożizzjonijiet differenti għal disa' varjabbli, jiġifieri l-punt tat-tluq (jiġifieri, il-bilanċ primarju strutturali fl-2024), it-tkabbir tal-PDG potenzjali, it-tkabbir tal-PDG reali, ir-rata tal-imgħax impliċita nominali, il-multiplikatur fiskali, l-aġġustamenti bejn l-istokk u l-flussi, il-miżuri ta' darba, is-suppożizzjonijiet tad-dħul (jiġifieri l-elastiċitajiet preżunti) u l-profil tad-distakk fl-output. Barra minn hekk, l-aġġustament fiskali huwa kemxejn frontloaded. Valutazzjoni tad-differenzi fis-suppożizzjonijiet hija pprovduta hawn taħt. Id-differenzi fis-suppożizzjonijiet bl-aktar impatt sinifikanti fuq it-tkabbir medju tan-nefqa netta huma elenkati hawn taħt, flimkien ma' valutazzjoni ta' kull differenza kkunsidrata b'mod iżolat.
Id-differenzi li jifdal ma għandhomx impatt sinifikanti fuq it-tkabbir tan-nefqa netta medja meta mqabbel mas-suppożizzjonijiet tal-Kummissjoni. B'mod ġenerali, id-differenzi kollha fis-suppożizzjonijiet meħuda flimkien iwasslu għal tkabbir medju fin-nefqa netta fil-pjan li huwa ugwali għat-trajettorja referenzjarja. Il-Kummissjoni ser tqis il-valutazzjoni ta' hawn fuq tas-suppożizzjonijiet tal-pjan f'valutazzjonijiet futuri tal-konformità mal-perkors tan-nefqa netta. |
Strateġija fiskali tal-pjan
|
(28) |
Skont l-istrateġija fiskali indikattiva fil-pjan, l-impenji fuq in-nefqa netta ser jitwettqu kemm permezz ta' trażżin tan-nefqa kif ukoll permezz ta' żidiet diskrezzjonali fid-dħul. Il-pjan isemmi b'mod partikolari ġestjoni aktar prudenti u effiċjenti tan-nefqa pubblika flimkien ma' dħul ogħla mill-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa. L-ispeċifikazzjoni tal-miżuri ta' politika li ser jiġu adottati għandha tiġi kkonfermata jew aġġustata u kkwantifikata fil-baġits annwali. Fl-istess ħin, hemm riskji għall-implimentazzjoni tal-istrateġija fiskali indikattiva, li jirriżultaw minn tkabbir tal-PDG reali attwali aktar baxx minn dak indikat fil-pjan tal-Italja kif ukoll minn dettalji limitati fil-pjan dwar l-istrateġija fiskali maħsuba (kif ivvalutata hawn fuq). Barra minn hekk, l-Abbozz ta' Pjan Baġitarju għall-2025 jispeċifika l-miżuri ta' politika li permezz tagħhom ser jinkiseb l-impenn tan-nefqa netta għall-2025 (12). |
Sett ta' impenji ta' riforma u investiment fil-pjan biex jirfdu estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament fiskali
|
(29) |
Fil-pjan, l-Italja tagħti impenn għal 24 riforma u investiment, li għandhom l-għan li jtejbu t-tkabbir potenzjali u s-sostenibbiltà fiskali, biex jirfdu estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament fiskali minn 4 għal 7 snin. Is-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament huwa magħmul minn diversi impenji mill-RRP, kif ukoll minn xi riformi u investimenti ġodda. Dan jinkludi l-miżuri li ġejjin:
|
|
(30) |
F'konformità mal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2024/1263, kull riforma u investiment li jirfdu estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament hija dettaljata biżżejjed, frontloaded, marbuta biż-żmien u verifikabbli. |
|
(31) |
L-impenji tal-RRP li jirfdu l-estensjoni fihom riformi u investimenti sinifikanti mmirati lejn it-titjib tas-sostenibbiltà fiskali u t-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomija. Barra minn hekk, l-Italja timpenja ruħha li tkompli bl-isforz ta' riforma matul il-perjodu kopert mill-pjan fiskali-strutturali fuq terminu medju u li żżomm il-livelli ta' investiment iffinanzjati fil-livell nazzjonali realizzati matul il-perjodu kopert mill-RRP (ara hawn taħt, it-Tabella 5). L-impenji ser jiġu mmonitorjati matul l-implimentazzjoni tal-pjan. Għaldaqstant, l-impenji skont l-RRP jistgħu jitqiesu għall-estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament kif previst mill-Artikolu 36(1), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2024/1263. |
|
(32) |
Is-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu l-estensjoni huwa mistenni li jtejjeb il-potenzjal tat-tkabbir u tar-reżiljenza tal-ekonomija tal-Italja b'mod sostenibbli kif meħtieġ mill-Artikolu 14(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2024/1263. Il-pjan tal-Italja jirrapporta l-impatt mistenni ta' xi riformi li jirfdu l-estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament (b'mod partikolari, l-impjiegi pubbliċi, l-ambjent tan-negozju u l-ġustizzja ċivili) fuq it-tkabbir tal-PDG. Il-mudell makroekonomiku użat għas-simulazzjoni huwa l-mudell tar-R&Ż QUEST-III żviluppat mill-Kummissjoni Ewropea. Skont il-pjan, dawn ir-riformi validi għall-estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament jibdew jipproduċu l-ewwel effetti fuq l-ekonomija fl-2028 u huma stmati (f'xenarju prudenzjali) li jżidu l-livell tal-PDG fl-2031 b'total ta' 0,5 %. Aktar fid-dettall, ir-riformi fil-qasam tal-impjiegi pubbliċi mistennija jżidu l-livell tal-PDG fl-2031 b'0,2 %, ir-riformi fil-qasam tal-ġustizzja ċivili mistennija jżidu l-livell tal-PDG fl-2031 b'0,2 % u r-riformi fil-qasam tal-ambjent tan-negozju mistennija jżidu l-livell tal-PDG fl-2031 b'0,1 %. Il-pjan jistma wkoll l-impatt tar-riformi u l-investimenti fl-RRP li għadhom ma ġewx implimentati li jżid il-livell tal-PDG fl-2031 bi 3,2 % (li minnhom, 1,7 % huma spjegati mir-riformi u 1,5 % huma spjegati mill-investimenti). B'mod ġenerali, billi jitqiesu r-riformi u l-investimenti fl-RRP li għadhom ma ġewx implimentati u parti mir-riformi li jirfdu l-estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament, il-livell tal-PDG huwa stmat li jiżdied bi 3,8 % sal-2031 meta mqabbel mal-linja bażi. Il-pjan jirrapporta wkoll analiżi tas-sensittività. Fix-xenarju avvers, l-impatt tar-riformi li jirfdu l-estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament fuq il-livell tal-PDG jitnaqqas għal 0,3 % (minn 0,5 % fix-xenarju prudenzjali). B'mod ġenerali, l-estimi rrapportati fil-Pjan jitqiesu li huma plawżibbli. |
|
(33) |
Is-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu l-estensjoni huwa mistenni li jappoġġa s-sostenibbiltà fiskali kif meħtieġ mill-Artikolu 14(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2024/1263. Il-pjan juri l-evoluzzjoni tal-proporzjon tad-dejn għall-PDG f'diversi xenarji bbażati fuq id-DSA sottostanti għall-pjan (2025-2041): ix-xenarju ta' politika sottostanti għall-pjan u fix-xenarji alternattivi li fihom huwa iżolat l-impatt ta' tkabbir ogħla tal-PDG potenzjali u reali (“Pjan + riformi”) u li fihom jinqabad ukoll l-impatt fuq id-dħul pubbliku (“Pjan + riformi + bidla fid-dħul”). Fl-ewwel xenarju alternattiv, l-impatt tar-riformi li jirfdu l-estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament, itejbu l-prospetti ta' tkabbir tal-PDG. Dan jirriżulta fi tnaqqis aktar sinifikanti fil-proporzjon tad-dejn għall-PDG meta mqabbel max-xenarju ta' politika sottostanti għall-pjan, li ser jibda jkun osservabbli mill-2030. Il-proporzjon tad-dejn għall-PDG jonqos saħansitra aktar u jilħaq livell ta' 109,6 % fl-2041. Billi jitqies ukoll it-titjib fil-bilanċ primarju wara ż-żieda fid-dħul iġġenerata mit-tkabbir ogħla (jiġifieri billi jitqies it-titjib fil-bilanċ primarju billi tiġi applikata s-semielastiċità tad-dħul għall-pożizzjoni ċiklika mibdula), il-proporzjon tad-dejn jonqos aktar għal 102,5 % tal-PDG. B'mod ġenerali, l-estimi rrapportati fil-pjan jitqiesu li huma plawżibbli. Jistgħu jsiru kunsiderazzjonijiet addizzjonali dwar l-impatt tar-riformi li jirfdu l-estensjoni. B'mod partikolari, filwaqt li f'dan l-istadju mhumiex stabbiliti miri speċifiċi għal rieżamijiet futuri tal-infiq, il-proċess ta' rieżami tal-infiq jista' jkun mistenni jnaqqas ir-rata ta' tkabbir u l-livell tan-nefqa pubblika, bħala riżultat ta' effiċjenza mtejba, u li jikkontribwixxi għal kompożizzjoni tal-baġit aktar favorevoli għat-tkabbir billi jippermetti prijoritizzazzjoni mill-ġdid tan-nefqa lejn entrati li jiffavorixxu aktar it-tkabbir, b'impatt pożittiv fuq is-sostenibbiltà fiskali. Il-miżuri fil-qasam tal-amministrazzjoni tat-taxxa huma mistennija jipprovdu aktar inċentivi għat-tkabbir bi tnaqqis tal-porzjon ta' taxxa fuq ix-xogħol u jiżguraw li s-sistema tat-taxxa tkun ġusta, effiċjenti u progressiva, b'impatt pożittiv fuq is-sostenibbiltà fiskali. Rigward il-miżuri fil-qasam tal-ġbir tat-taxxa, filwaqt li mira speċifika hija stabbilita biss għal miżura waħda dwar il-konformità mar-regoli tat-taxxa (madwar 0,1 % tal-PDG), il-miżuri l-oħra mistennija jkomplu jtejbu l-konformità mar-regoli tat-taxxa. Rigward il-miżuri fil-qasam tal-indukrar tat-tfal, dawn huma maħsuba biex jagħtu spinta lill-provvista ta' ħaddiema u jappoġġaw id-dħul pubbliku u s-sostenibbiltà fiskali fuq terminu medju. Fl-aħħar nett, filwaqt li għadhom mhumiex disponibbli dettalji speċifiċi, il-miżura relatata mal-intrapriżi tal-Istat mistennija jkollha wkoll impatt pożittiv, f'konformità mal-ambizzjoni tagħha. |
|
(34) |
Is-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu l-estensjoni jindirizza l-prijoritajiet komuni tal-UE kif meħtieġ mill-Artikolu 14(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2024/1263. B'mod partikolari, ir-riformi u l-investimenti kollha li jirfdu l-estensjoni mistennija jikkontribwixxu għar-reżiljenza soċjali u ekonomika billi: (i) inaqqsu aktar it-tul tal-proċedimenti legali, inaqqsu x-xogħol b'lura fil-qasam tal-ġustizzja u jlestu t-trawwim tal-proċess ta' tranżizzjoni diġitali; (ii) isaħħu l-impenji fil-qasam tal-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa billi jissaħħu l-azzjonijiet diġà inklużi fl-RRP; (iii) itejbu l-kundizzjonijiet sottostanti li fihom joperaw in-negozji u l-investituri billi jippromwovu kompetizzjoni u effiċjenza akbar fl-amministrazzjoni pubblika, kif ukoll inaqqsu l-piż amministrattiv u l-ostakli li jimminaw l-aċċess għall-kreditu, jippromwovu dinamiżmu akbar tan-negozji, it-tkabbir tagħhom u investimenti ogħla; (iv) isaħħu l-kapital uman tal-amministrazzjoni pubblika, bil-għan li jiżdiedu l-produttività, il-kwalità u l-kwantità tas-servizzi pubbliċi pprovduti; (v) jiżguraw nefqa pubblika aktar effiċjenti, b'enfasi fuq oqsma ta' prijorità inklużi r-R&Ż u l-indukrar tat-tfal. Barra minn hekk, ir-riformi u l-investiment fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika mistennija jikkontribwixxu għat-titjib tal-ambjent tan-negozju ġenerali permezz ta' aktar effiċjenza fil-ġestjoni tal-impjiegi pubbliċi, partikolarment billi jsaħħu l-perkors tal-karriera interna, il-mobbiltà orizzontali u s-sistema ta' evalwazzjoni tal-prestazzjoni. |
|
(35) |
Is-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu l-estensjoni huwa maħsub biex jindirizza s-CSRs rilevanti (13) maħruġa bħala parti mis-Semestru Ewropew, inklużi dawk indirizzati skont l-MIP kif meħtieġ mill-Artikolu 14(2), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2024/1263. B'mod partikolari, il-miżuri fil-qasam tal-amministrazzjoni tat-taxxa huma maħsuba biex jindirizzaw is-CSR strutturali fiskali li, mill-2019 sal-2024, titlob lill-Italja tagħmel is-sistema tat-taxxa aktar ta' appoġġ għat-tkabbir, b'mod partikolari billi ttejjeb il-kompożizzjoni tad-dħul tal-gvern u tappoġġa t-tkabbir u s-sostenibbiltà fiskali (ara wkoll hawn fuq). Bl-istess mod, il-miżuri fil-qasam tal-ġestjoni tan-nefqa u dwar is-simplifikazzjoni tal-intrapriżi tal-Istat mistennija jikkontribwixxu għal kompożizzjoni tal-baġit aktar favorevoli għat-tkabbir b'impatt pożittiv fuq is-sostenibbiltà fiskali (ara wkoll hawn fuq). Is-CSR għall-2019–2024 dwar il-ġustizzja hija maħsuba biex tiġi indirizzata mill-miżuri dwar l-insolvenza kif ukoll minn għadd ta' investimenti mmirati biex iżidu l-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja. Il-miżuri dwar il-forza tax-xogħol pubblika li mistennija jsaħħu l-perkors tal-karriera, il-mobbiltà orizzontali u s-sistema ta' evalwazzjoni permanenti għandhom l-għan li jindirizzaw is-CSRs għall-2019 u għall-2020 dwar l-amministrazzjoni pubblika. L-adozzjoni ta' liġi tal-kompetizzjoni fuq bażi annwali mistennija tnaqqas l-ostakli għall-kompetizzjoni u ttejjeb l-ambjent tan-negozju u b'hekk timmira li tindirizza s-CSRs għall-2019 u għall-2024 dwar il-kompetizzjoni u l-ambjent tan-negozju. Il-miżuri fil-qasam tal-indukrar tat-tfal huma maħsuba biex jappoġġaw il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u jikkontribwixxu biex jiġu indirizzati xejriet demografiċi negattivi, f'konformità mas-CSRs għall-2019 u għall-2024 dwar l-impjiegi u l-politika soċjali. Is-CSRs kollha msemmija hawn fuq huma rilevanti skont l-MIP. |
|
(36) |
Il-pjan jiżgura li l-livell ġenerali ppjanat ta' investiment pubbliku ffinanzjat nazzjonalment realizzat bħala medja matul il-perjodu kopert mill-RRP jinżamm, kif meħtieġ mill-Artikolu 14(4) tar-Regolament (UE) 2024/1263. Tabella 5: Investiment pubbliku ffinanzjat fil-livell nazzjonali skont il-pjan (% tal-PDG)
|
|||||||||||||||||||||
|
(37) |
Fl-aħħar nett, is-sett ta' impenji ta' riforma u investiment li jirfdu estensjoni jista' jitqies bħala konsistenti mal-impenji fl-RRP u l-Ftehim ta' Sħubija miftiehem skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali kif meħtieġ mill-Artikolu 14(4) tar-Regolament (UE) 2024/1263. |
|
(38) |
Bħala konklużjoni, is-sett ta' riformi u ta' investimenti li jirfdu l-estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament huwa vvalutat bħala li jissodisfa, meħuda flimkien, il-kriterji fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2024/1263. B'riżultat ta' dan, il-perjodu ta' aġġustament jista' jiġi estiż minn 4 sa 7 snin, kif ippreżentat fil-pjan. |
Intenzjonijiet oħra ta' riforma u ta' investiment fil-pjan li jirrispondu għall-isfidi ewlenin identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u li jindirizzaw il-prijoritajiet komuni tal-Unjoni
|
(39) |
Minbarra s-sett ta' riformi u ta' investimenti li jirfdu estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament, il-pjan jiddeskrivi l-intenzjonijiet ta' politika li jikkonċernaw riformi u investimenti oħra biex jirrispondu għall-isfidi ewlenin identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, speċjalment is-CSRs, inklużi dawk li jappartjenu għall-MIP, u biex jindirizzaw il-prijoritajiet komuni tal-UE. Il-pjan jinkludi 119-il riforma u investiment, li minnhom 65 huma appoġġati finanzjarjament mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. |
|
(40) |
Rigward il-prijorità komuni ta' tranżizzjoni ekoloġika u diġitali ġusta, inklużi l-objettivi klimatiċi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119, il-pjan jinkludi sett ta' riformi u ta' investimenti. Fost l-oħrajn, il-miżuri dwar il-finanzjament sostenibbli, inklużi dawk għat-tnaqqis tad-diskrepanza fil-protezzjoni tal-assigurazzjoni, il-bonds ekoloġiċi kif ukoll għadd ta' miżuri skont il-missjoni 2 u 7 tal-RRP mistennija jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika. Dawn il-miżuri mistennija jindirizzaw is-CSRs dwar l-infrastruttura tal-enerġija, l-effiċjenza enerġetika u l-mobbiltà sostenibbli indirizzati lill-Italja fl-2022 u fl-2023. It-tranżizzjoni diġitali tibni fuq l-objettivi stabbiliti skont il-programm ta' politika dwar id-Deċennju Diġitali u mistennija tibbenefika, pereżempju, mill-istrateġija nazzjonali għall-kompetenzi diġitali jew mill-kontinwazzjoni tal-miżuri tal-RRP, inklużi dawk dwar l-infrastruttura diġitali, il-proġetti importanti ta' interess Ewropew komuni (IPCEIs, Important Projects of Common European Interest), miżuri biex jissaħħaħ it-trasferiment teknoloġiku (permezz ta' ċentri ta' kompetenza u ċentri ta' innovazzjoni diġitali) u d-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi ċentrali. Dawn il-miżuri ser jikkontribwixxu wkoll biex jiġu indirizzati s-CSRs dwar l-amministrazzjoni pubblika, is-sistema tal-ġustizzja u l-konnettività diġitali indirizzati lill-Italja bejn l-2019 u l-2024 li huma rilevanti skont l-MIP. |
|
(41) |
Rigward il-prijorità komuni tar-reżiljenza soċjali u ekonomika, inkluż il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-pjan jinkludi għadd ta' miżuri u investimenti, pereżempju t-tisħiħ tal-Assegno Unico Universale, żieda ulterjuri fil-provvista ta' nurseries u servizzi tal-indukrar bikri tat-tfal, u t-tisħiħ tal-liv tal-ġenituri. Is-sistema tal-edukazzjoni ser tibbenefika wkoll minn miżuri bħall-Agenda Sud, biex jissaħħu l-ħiliet bażiċi fin-Nofsinhar, u l-kontinwazzjoni tal-isforzi fl-edukazzjoni orjentata lejn il-qasam vokazzjonali, bir-riforma dwar l-Istituti Professjonali u Tekniċi u l-Pjanijiet Nazzjonali u Reġjonali għall-Ħiliet. Il-miżuri dwar l-apprendiment għall-adulti, partikolarment rigward it-tranżizzjoni doppja, u s-suq tax-xogħol, pereżempju l-programm GOL u l-miżuri biex jitnaqqas id-distakk territorjali fis-suq tax-xogħol, huma mistennija jikkontribwixxu wkoll għat-tisħiħ tar-reżiljenza soċjali u ekonomika. Dawn tal-aħħar mistennija jibbenefikaw ukoll minn riformi mmirati lejn it-tisħiħ tas-swieq kapitali biex jappoġġaw l-aċċess għall-finanzjament għall-kumpaniji – u b'mod partikolari l-SMEs. Dawn il-miżuri mistennija jindirizzaw ukoll is-CSRs maħruġa mill-2019 sal-2024 dwar il-funzjonament tas-suq tax-xogħol, il-politiki attivi tas-suq tax-xogħol, il-ħiliet u l-edukazzjoni li huma rilevanti skont l-MIP, kif ukoll is-CSRs indirizzati fl-istess perjodu dwar l-opportunitajiet indaqs, l-inklużjoni soċjali, l-iżvilupp reġjonali u l-aċċess għall-finanzi. Il-pjan jinkludi wkoll, fost oħrajn, miżuri għat-tisħiħ tal-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa (sptarijiet komunitarji) u għat-titjib tad-disponibbiltà ta' apparat tat-teknoloġija tal-kura tas-saħħa fi sptarijiet li għandhom l-intenzjoni li jindirizzaw is-CSR għall-kura tas-saħħa għall-2020. |
|
(42) |
Rigward il-prijorità komuni tas-sigurtà tal-enerġija, il-pjan jinkludi diversi miżuri u investimenti inkluż pereżempju r-rabta tat-Tirren jew it-tnaqqis tal-kostijiet ta' konnessjoni man-network tal-gass tal-bijometan, kif ukoll iż-żieda fl-użu tal-ġenerazzjoni rinnovabbli li tnaqqas id-dipendenza strateġika fuq il-fjuwils fossili importati jew għadd ta' miżuri biex tingħata spinta lill-effiċjenza enerġetika fil-binjiet privati u pubbliċi. Is-sett ta' miżuri u investiment inkluż fil-pjan huwa ġeneralment mistenni jikkontribwixxi biex jindirizza s-CSR dwar is-sigurtà tal-enerġija. |
|
(43) |
Rigward il-prijorità komuni tal-kapaċitajiet ta' difiża, il-pjan ifakkar fil-miżuri diġà inklużi fl-RRP relatati mal-investimenti fiċ-ċibersigurtà u fid-diġitalizzazzjoni tal-Ministeru għad-Difiża. |
|
(44) |
Il-pjan jipprovdi informazzjoni dwar il-konsistenza u, fejn xieraq, il-komplementarjetà, mal-fondi tal-politika ta' koeżjoni u mal-RRP tal-Italja. Jiġifieri, il-pjan jindika fil-qosor li r-riformi u l-investimenti inklużi fil-pjan li jirrispondu għall-isfidi ewlenin identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u li jindirizzaw il-prijoritajiet komuni tal-Unjoni huma f'kontinwità mal-azzjonijiet adottati fl-RRP u fil-programmi ta' koeżjoni. |
|
(45) |
Il-pjan jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-ħtiġijiet ta' investiment pubbliku tal-Italja relatati mal-prijoritajiet komuni tal-UE. Rigward tranżizzjoni diġitali ġusta, il-pjan jirreferi għall-miri u l-objettivi tad-Deċennju Diġitali u jsemmi l-ħtieġa għal aktar investimenti biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-ħiliet diġitali, inklużi investimenti li jippromwovu t-titjib tal-għarfien u l-kwalifikazzjoni mill-ġdid ta' ħaddiema biex jiġu allinjati l-provvista u d-domanda tax-xogħol mal-isfidi l-ġodda u jittaffew ir-riperkussjonijiet negattivi possibbli tat-tranżizzjoni diġitali, kif ukoll investimenti addizzjonali fl-infrastruttura diġitali, jiġifieri għall-iżvilupp ta' nodi periferiċi sabiex tintlaħaq il-mira tal-2030 u tiġi appoġġata t-trasformazzjoni diġitali tan-negozji u tal-amministrazzjoni pubblika. Dwar tranżizzjoni ekoloġika ġusta, il-pjan jirrapporta l-ħtieġa li tissaħħaħ id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport, il-bidla modali u l-iżvilupp ta' infrastrutturi li ser jagħmlu t-trasport tal-persuni u tal-merkanzija aktar sostenibbli, anki billi jissaħħaħ ir-rwol tat-trasport ferrovjarju. Dan huwa kkomplementat minn aktar investimenti li jsaħħu l-governanza u l-effiċjenza tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma u t-tħejjija tal-pajjiż għar-riskju ta' diżastri naturali u t-tibdil fil-klima, kif ukoll investimenti li jsaħħu l-bijodiversità u l-ekosistemi. Bosta minn dawn il-miżuri huma parti mill-Pjan Nazzjonali Integrat dwar l-Enerġija u l-Klima. Fir-rigward tar-reżiljenza soċjali u ekonomika, inkluż il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-pjan jirrapporta l-ħtieġa għal investimenti addizzjonali fl-oqsma li ġejjin: (i) is-suq tax-xogħol (it-tisħiħ tal-politiki tax-xogħol attivi, is-sostenn tal-investimenti li nbdew biex jippromwovu l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-attivitajiet ta' taħriġ meħtieġa biex il-ħiliet tal-ħaddiema jiġu allinjati ma' dawk meħtieġa mis-swieq tax-xogħol, inkluż permezz tal-kontinwazzjoni ta' miżuri tal-RRP bħas-“Sistema Doppja”, l-apprendistati u s-Servizz Ċivili Universali); (ii) l-edukazzjoni u t-taħriġ (is-sostenn tal-investimenti li nbdew bl-RRP u l-inizjattivi mmirati għat-tnaqqis tad-differenzi fil-ħiliet, territorjali u bejn il-ġeneri, inkluż billi jiġi pprovdut baġit għall-Pjan dwar Ħiliet Ġodda);
|
Konklużjoni tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni
|
(46) |
B'mod ġenerali, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-pjan tal-Italja jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2024/1263. |
KONKLUŻJONI ĠENERALI TAL-KUNSILL
|
(47) |
Il-Kunsill jilqa' l-pjan fiskali-strutturali fuq terminu medju tal-Italja u jqis li l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu twassal biex jiġu żgurati finanzi pubbliċi sodi u tiġi appoġġata s-sostenibbiltà tad-dejn pubbliku kif ukoll tkabbir sostenibbli u inklużiv. |
|
(48) |
Il-Kunsill jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-pjan. Madankollu, il-Kunsill jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta l-valutazzjoni tagħha tal-pjanijiet futuri f'dokument separat mir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill. |
|
(49) |
Il-Kunsill jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-perkors tan-nefqa netta u s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi ewlenin fil-pjan, inkluż fir-rigward tal-gwida minn qabel mill-Kummissjoni, kif ukoll l-implikazzjonijiet tal-perkors tan-nefqa netta tal-pjan għad-defiċit u d-dejn tal-gvern. Il-Kunsill jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi u fiskali, filwaqt li f'xi każijiet huma differenti mis-suppożizzjonijiet tal-Kummissjoni, inkluż biex jipprovdu għal data makroekonomika u fiskali aġġornata, huma ġeneralment debitament ġustifikati u sostnuti minn argumenti ekonomiċi sodi. Il-Kunsill jieħu nota tal-istrateġija fiskali wiesgħa tal-pjan u r-riskji għall-prospettiva, li jistgħu jaffettwaw il-materjalizzazzjoni tax-xenarju makroekonomiku u s-suppożizzjonijiet sottostanti u t-twettiq tal-perkors tan-nefqa netta tal-pjan. B'mod partikolari, il-Kunsill jilqa' l-fatt li l-perkors tan-nefqa netta tal-pjan huwa allinjat mat-trajettorja referenzjarja tal-Kummissjoni filwaqt li jipprevedi frontloading żgħir tal-aġġustament fiskali. Il-Kunsill jilqa' wkoll il-fatt li l-Italja impenjat ruħha fi proċess ta' konsultazzjoni mas-sħab soċjali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra matul it-tħejjija tal-pjan. Il-Kunsill jilqa' l-fatt li l-pjan ġie approvat mill-Parlament. Il-Kunsill jilqa' wkoll l-approvazzjoni tax-xenarju makroekonomiku mill-istituzzjoni fiskali indipendenti Taljana. Il-Kunsill jinnota wkoll li r-riskji ġeopolitiċi jistgħu jagħmlu pressjoni fuq in-nefqiet tad-difiża. |
|
(50) |
Il-Kunsill jistenna li l-Italja tkun lesta taġġusta l-istrateġija fiskali tagħha kif meħtieġ biex tiżgura t-twettiq tal-perkors tan-nefqa netta tagħha. Il-Kunsill huwa determinat li jissorvelja mill-qrib l-iżviluppi ekonomiċi u fiskali, inkluż dawk sottostanti għax-xenarju tal-pjan. |
|
(51) |
Il-Kunsill iqis li aktar diskussjonijiet biex jinstab fehim komuni dwar l-implikazzjonijiet ta' sorveljanza annwali tar-rati ta' tkabbir kumulattiv tan-nefqa netta huma meħtieġa fil-ħin għaċ-ċiklu li jmiss ta' sorveljanza fiskali. |
|
(52) |
Il-Kunsill japprova s-sett ta' impenji ta' riforma u investiment ippreżentati mill-Italja fil-pjan fuq terminu medju tagħha li jirfed l-estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament u jilqa' l-isforzi biex jiġi kkwantifikat l-impatt fuq it-tkabbir u s-sostenibbiltà fiskali. Il-Kunsill jaqbel mal-Kummissjoni li s-sett ta' impenji ta' riforma u investimenti ppreżentati mill-Italja jiġġustifikaw estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament minn 4 għal 7 snin. Il-Kunsill jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li tindika l-issodisfar, meħud b'kollox, tal-kriterji fl-Artikolu 14, b'kont meħud ukoll tad-dispożizzjoni tranżizzjonali tal-Artikolu 36, il-punt (1d), tar-Regolament (UE) 2024/1263 mis-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu l-estensjoni. Il-Kunsill jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li tindika li l-impenji ta' riforma u investiment huma mistennija jtejbu l-potenzjal tat-tkabbir u r-reżiljenza tal-ekonomija b'mod sostenibbli u jappoġġaw is-sostenibbiltà fiskali. Il-Kunsill jirrakkomanda lill-Italja biex timplimenta bis-sħiħ is-sett ta' impenji ta' riformi u investimenti biex tippreserva l-estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament. |
|
(53) |
Il-Kunsill jieħu nota tad-deskrizzjoni tal-Kummissjoni tar-riformi u l-ħtiġijiet u l-intenzjonijiet ta' investiment, minbarra l-valutazzjoni tas-sett ta' impenji ta' riforma u ta' investiment li jirfdu estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament, b'reazzjoni għall-isfidi ewlenin identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, u jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat it-twettiq ta' tali riformi u investimenti. Il-Kunsill, abbażi tar-rapporti ppreżentati mill-Kummissjoni, ser jivvaluta tali riformi u investimenti u jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom fil-qafas tas-Semestru Ewropew. |
|
(54) |
Il-Kunsill jistenna b'interess ir-rapporti ta' progress annwali mill-Italja li għandhom jinkludu b'mod partikolari informazzjoni dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-perkors tan-nefqa netta kif stabbilit mill-Kunsill, u l-implimentazzjoni ta' riformi u investimenti usa' fil-kuntest tas-Semestru Ewropew kif ukoll l-implimentazzjoni tas-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament. |
|
(55) |
F'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2024/1263, il-perkors tan-nefqa netta kif stabbilit fil-pjan għandu jiġi rrakkomandat mill-Kunsill lill-Italja, u għandu jiġi approvat is-sett ta' riformi u ta' investimenti li jirfdu l-estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament għal 7 snin. |
B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Italja:
|
1. |
Tiżgura li t-tkabbir fin-nefqa netta ma jaqbiżx il-massimi stabbiliti fl-Anness I ta' din ir-Rakkomandazzjoni. |
|
2. |
Timplimenta s-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu l-estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament fiskali għal 7 snin, kif stabbilit fl-Anness II ta' din ir-Rakkomandazzjoni, sal-iskadenzi indikati. |
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. DOMAŃSKI
(1) Ir-Regolament (UE) 2024/1263 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2024 dwar il-koordinazzjoni effettiva tal-politiki ekonomiċi u dwar is-sorveljanza baġitarja multilaterali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 (ĠU L, 2024/1263, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1263/oj).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1264 tad-29 ta' April 2024 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (ĠU L, 2024/1264, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1264/oj).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2024/1265 tad-29 ta' April 2024 li temenda d-Direttiva 2011/85/UE dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (ĠU L, 2024/1265, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1265/oj).
(4) In-nefqa netta kif definita fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2024/1263, jiġifieri n-nefqa tal-gvern netta minn (i) nefqa fuq l-imgħax, (ii) miżuri diskrezzjonali relatati mad-dħul, (iii) nefqa fuq il-programmi tal-Unjoni ffinanzjata kompletament minn dħul minn fondi tal-Unjoni, (iv) nefqa nazzjonali fuq il-kofinanzjament ta' programmi ffinanzjati mill-Unjoni, (v) elementi ċikliċi tan-nefqa fuq il-benefiċċji tal-qgħad u (vi) miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħra.
(5) Gwida minn qabel trażmessa lill-Istati Membri u lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju tinkludi trajettorji mingħajr u b'estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament (li jkopri 4 u 7 snin, rispettivament). Dan jinkludi wkoll il-kundizzjonijiet inizjali ewlenin u s-suppożizzjonijiet sottostanti użati fil-qafas tal-projezzjoni tad-dejn tal-gvern fuq terminu medju tal-Kummissjoni. It-trajettorja referenzjarja ġiet ikkalkolata abbażi tal-metodoloġija deskritta fid-Debt Sustainability Monitor 2023 tal-Kummissjoni (https://economy-finance.ec.europa.eu/publications/debt-sustainability-monitor-2023_en). Din hija bbażata fuq it-Tbassir tar-Rebbiegħa 2024 tal-Kummissjoni u l-estensjoni tiegħu fuq terminu medju sal-2033, u t-tkabbir tal-PDG fit-tul u l-ispejjeż tat-tixjiħ huma konformi mar-rapport konġunt tal-Kummissjoni u tal-Kunsill 2024 Ageing Report (https://economy-finance.ec.europa.eu/publications/2024-ageing-report-economic-and-budgetary-projections-eu-member-states-2022-2070_en).
(6) https://economy-finance.ec.europa.eu/economic-and-fiscal-governance/national-medium-term-fiscal-structural-plans_en#italy.
(7) ĠU L, 1.8.2024, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/dec/2024/2124/oj.
(8) Ir-Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill bil-għan li tintemm is-sitwazzjoni ta'defiċit eċċessiv tal-gvern fl-Italja, 26.11.2024, COM(2024) 954 final.
(9) Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-Abbozz ta' Pjan Baġitarju tal-Italja, 26.11.2024, C(2024) 9057 final.
(10) “Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment”, COM(2024) 600 final, Appendiċi 4.
(11) Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2024 dwar il-politiki ekonomiċi, baġitarji, tal-impjiegi u strutturali tal-Italja.
(12) Ara l-Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-Abbozz ta' Pjan Baġitarju tal-Italja, 26.11.2024, C(2024) 9057 final.
(13) CSRs meqjusa “rilevanti” huma rakkomandazzjonijiet: i) adottati mill-Kunsill mill-2019 'il quddiem, ii) li għalihom l-Istat Membru jkun għadu ma għamilx progress “sħiħ” jew “sostanzjali” fl-indirizzar tagħhom u ma jkunux skaduti (ivvalutati bħala “Mhux Ivvalutati / L-ebda Input x'Jiżdied”), kif ivvalutat fl-aħħar eżerċizzju ta' sorveljanza tas-Semestru Ewropew (disponibbli fuq CeSaR (europa.eu)), iii) mhux marbuta ma' PST purament fiskali u iv) li ma jkoprux l-istess sfida iżda b'mod riformulat.
ANNESS I
Rati massimi ta' tkabbir tan-nefqa netta
(rati ta' tkabbir annwali u kumulattivi, f'termini nominali)
L-Italja
|
Snin |
2025 |
2026 |
2027 |
2028 |
2029 |
|
|
Rati ta' tkabbir (%) |
Annwali |
1,3 |
1,6 |
1,9 |
1,7 |
1,5 |
|
Kumulattiv (*1) |
-0,7 |
0,9 |
2,8 |
4,6 |
6,2 |
|
(*1) Ir-rati ta' tkabbir kumulattivi huma kkalkolati b'referenza għas-sena bażi tal-2023. Ir-rati kumulattivi ta' tkabbir jintużaw fil-monitoraġġ annwali tal-konformità ex post fil-kont ta' kontroll.
ANNESS II
Sett ta' riformi u investimenti li jirfdu estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament għal 7 snin
L-Italja
|
|
Objettiv ewlieni |
Deskrizzjoni u twaqqit tal-passi ewlenin |
Indikatur(i) ta' monitoraġġ |
|||||||||||||||
|
Riformi u investiment fil-qasam tal-ġustizzja - Żieda mal-objettivi intermedji u l-miri tal-RRP relatati mal-M1C1.R1.4 - Riforma tal-ġustizzja ċivili |
Tnaqqis tat-tul tal-proċedimenti ta' falliment u l-promozzjoni tal-użu ta' strumenti barra mill-qorti. |
Pass 1: Sat-tieni trimestru tal-2027, tieħu azzjonijiet biex tiżgura u ssaħħaħ l-implimentazzjoni tar-riforma tal-insolvenza. Għal dan il-għan, tkompli bl-appoġġ għall-kompetenzi tal-qrati fi kwistjonijiet ta' insolvenza u tipprovdi persunal adegwat; issaħħaħ is-sistema ta' informazzjoni biex tiġbor informazzjoni granulari dwar il-kost, l-effiċjenza u l-eżiti tal-proċeduri ta' insolvenza u ta' ristrutturar (kemm għal kawżi barra mill-qorti kif ukoll dawk fil-qorti). |
Tipprovdi appoġġ kontinwu għall-kompetenzi tal-qrati fi proċeduri ta' insolvenza u tiżgura persunal adegwat. Issaħħaħ is-sistema ta' informazzjoni biex tiġbor informazzjoni granulari dwar il-kost, l-effiċjenza u l-eżiti tal-proċeduri ta' insolvenza u ta' ristrutturar (kemm għal kawżi barra mill-qorti kif ukoll dawk fil-qorti). |
|||||||||||||||
|
|
Pass 2: Sar-raba' trimestru tal-2027, twettaq valutazzjoni tal-impatt tar-riforma tal-insolvenza u tadotta azzjonijiet korrettivi fejn meħtieġ. |
Adozzjoni ta' valutazzjoni tal-impatt tar-riforma tal-insolvenza. Adozzjoni u dħul fis-seħħ ta' azzjonijiet korrettivi, fejn meħtieġ. |
||||||||||||||||
|
Tnaqqas l-għadd ta' kawżi pendenti fil-qrati ċivili. |
Pass 3: Sar-raba' trimestru tal-2028, it-tnaqqis ta' kawżi pendenti għall-Qrati Ordinarji Ċivili (tal-prim'istanza). |
Tnaqqas b'90 % l-għadd ta' kawżi pendenti li nfetħu bejn l-1 ta' Jannar 2023 u l-31 ta' Diċembru 2025 u li kienu għadhom miftuħa fil-31 ta' Diċembru 2025 fil-Qrati Ordinarji Ċivili (tal-prim'istanza). |
||||||||||||||||
|
Tnaqqas l-għadd ta' kawżi pendenti fil-qrati ċivili. |
Pass 4: Sar-raba' trimestru tal-2028, it-tnaqqis ta' kawżi pendenti għall-Qorti Ċivili tal-Appell (tas-sekond'istanza). |
Tnaqqas b'90 % l-għadd ta' kawżi pendenti li nfetħu bejn l-1 ta' Jannar 2023 u l-31 ta' Diċembru 2025 u li kienu għadhom miftuħa fil-31 ta' Diċembru 2025 fil-Qorti Ċivili tal-Appell (tas-sekond'istanza). |
||||||||||||||||
|
Tnaqqas iż-żmien għat-tlestija tal-kawżi ċivili. |
Pass 5: Sar-raba' trimestru tal-2028, it-tnaqqis fit-tul tal-proċedimenti ċivili. |
Tnaqqas iż-żmien għat-tlestija b'12 % tal-każijiet kollha ta' kawżi kontenzjużi ċivili u kummerċjali meta mqabbel maż-żmien għat-tlestija rreġistrat fil-31 ta' Diċembru 2026. |
||||||||||||||||
|
Tiżgura riżorsi umani adegwati fis-sistema tal-qorti. |
Pass 6: Sar-raba' trimestru tal-2026; sar-raba' trimestru tal-2027; sar-raba' trimestru tal-2028; sar-raba' trimestru tal-2029, rispettivament, jiġi żgurat persunal adegwat għall-uffiċċju tal-proċess u l-persunal amministrattiv tekniku. |
Iżżomm 6 000 pożizzjoni kkaratterizzati minn kompiti ekwivalenti għal dawk skont l-Investiment M1C1 1,8 tal-RRP. |
||||||||||||||||
|
Riformi u investiment fil-qasam tal-amministrazzjoni tat-taxxa - Żieda mal-objettivi intermedji u l-miri tal-RRP tal-Italja relatati mal-M1C1.R1.12 - Riforma tal-amministrazzjoni tat-taxxa |
Promozzjoni ta' interazzjonijiet simplifikati mal-kontribwenti permezz ta' rifużjonijiet aktar rapidi tal-VAT. |
Pass 1: Sar-raba' trimestru tal-2025; sar-raba' trimestru tal-2027; sar-raba' trimestru tal-2029, rispettivament, il-kisba ta' miri ta' prestazzjoni annwali li progressivament jiżguraw tnaqqis fil-ħinijiet tar-ripagament tal-VAT. |
Tnaqqis fiż-żmien medju tal-pagament tar-rifużjonijiet tal-VAT (espress f'jiem) meta mqabbel mal-2024:
|
|||||||||||||||
|
Żieda tad-dħul li jirriżulta minn attivitajiet ta' prevenzjoni, mill-promozzjoni tal-konformità mar-regoli tat-taxxa, inkluż id-dħul iġġenerat minn ittri ta' konformità, u minn azzjonijiet kontra l-evażjoni aktar immirati u bbażati fuq ir-riskju (inklużi dawk abbażi tal-użu ta' tekniki tal-intelliġenza artifiċjali u l-iżvilupp ta' interoperabbiltà tal-bażi tad-data). |
Pass 2: Sar-raba' trimestru tal-2027 u sar-raba' trimestru tal-2029, il-kisba ta' miri ta' prestazzjoni annwali li progressivament tiżgura dħul ogħla mill-attivitajiet ta' prevenzjoni u infurzar. |
Dħul totali addizzjonali mill-attivitajiet ta' prevenzjoni u infurzar meta mqabbel mal-2024 (EUR 14-il biljun), inkluż dħul minn ittri ta' konformità, “inviti al contraddittorio”, “atti istruttori ravvedibili”, filwaqt li jiġu esklużi “ruoli”, “concordato preventivo” kif ukoll kwalunkwe miżura mmirata lejn is-saldu ta' obbligazzjonijiet tat-taxxa fil-passat f'kundizzjonijiet vantaġġużi bħal “rottamazione cartelle esattoriali”, “saldo&stralcio” u “ravvedimento speciale”:
|
||||||||||||||||
|
Żieda tad-dħul li jirriżulta minn attivitajiet ta' prevenzjoni, mill-promozzjoni tal-konformità mar-regoli tat-taxxa, inkluż id-dħul iġġenerat minn ittra ta' konformità, u minn azzjonijiet kontra l-evażjoni aktar selettivi u bbażati fuq ir-riskju (inklużi dawk abbażi tal-użu ta' tekniki tal-intelliġenza artifiċjali u l-iżvilupp ta' interoperabbiltà tal-bażi tad-data). |
Pass 3: Sar-raba' trimestru tal-2026, issaħħaħ il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa li tirriżulta minn dikjarazzjonijiet li tħallew barra, permezz (i) fil-każ ta' evażjoni identifikata tat-taxxa, tat-tneħħija tal-benefiċċji fuq it-taxxa (“compensazione orizzontale”, “rimborsi di imposte”, “regimi premiali”) u, fejn rilevanti, is-sospensjoni tal-eżerċizzju tal-konċessjonijiet pubbliċi; (ii) tal-integrazzjoni tal-kodiċijiet nazzjonali tal-kiri fuq terminu qasir fil-bażijiet tad-data għall-analiżijiet tar-riskju tat-taxxa mwettqa mill-Aġenzija tad-Dħul; (iii) tal-introduzzjoni ta' konnessjonijiet obbligatorji bejn il-cash registers awtomatiċi u l-pagamenti elettroniċi għan-negozji kollha; (iv) tal-ħtieġa ta' mezzi traċċabbli ta' pagamenti għat-tnaqqis mit-taxxa tal-ispejjeż relatati mat-trasport, mal-ikel u mal-akkomodazzjoni. |
Dħul fis-seħħ ta' leġiżlazzjoni primarja u sekondarja. |
||||||||||||||||
|
Riformi u investiment fil-qasam tal-ambjent tan-negozju - Żieda mal-objettivi intermedji u l-miri tal-RRP tal-Italja relatati mal-M1C2.R2 - il-Liġijiet Annwali tal-Kompetizzjoni |
Żieda tal-investimenti fl-R&Ż li jagħtu prijorità lil proġetti li jistgħu jattiraw investiment privat addizzjonali. |
Pass 1: Sar-raba' trimestru tal-2025, ir-raba' trimestru tal-2026, ir-raba' trimestru tal-2027, ir-raba' trimestru tal-2028 u ir-raba' trimestru tal-2029, rispettivament, iżżid in-nefqa pubblika fir-R&Ż. |
Żieda tan-nefqa pubblika fir-riċerka u l-iżvilupp, sabiex jiżdied il-proporzjon bejn din in-nefqa u l-PDG, li huwa stmat li huwa qrib 0,5 % għall-2024, 0,6 % fl-2029 (1). |
|||||||||||||||
|
Trawwem l-effiċjenza u l-effettività tal-inċentivi pubbliċi għall-investiment. |
Pass 2: Sat-tieni trimestru tal-2028, ir-razzjonalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-inċentivi għad-ditti, b'segwitu għar-riforma M1C2-R3 fl-RRP. |
Tnaqqas drastikament l-għadd ta' miżuri ta' inċentiv, u tnaqqas l-għadd ta' awtoritajiet tal-għoti, abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt imwettqa fl-2025. |
||||||||||||||||
|
Promozzjoni tal-kompetizzjoni biex titrawwem l-effiċjenza u t-tkabbir ekonomiku permezz tat-tneħħija ta' konġestjonijiet u ostakli għad-dħul (anki ta' natura leġiżlattiva). Tneħħija jew reviżjoni ta' liġijiet u regolamenti li jxekklu l-funzjonament bla xkiel tas-swieq. |
Pass 3: Sar-raba' trimestru tal-2026, ir-raba' trimestru tal-2027, ir-raba' trimestru tal-2028 u r-raba' trimestru tal-2029, rispettivament, l-adozzjoni tal-Liġijiet Annwali tal-Kompetizzjoni. |
Adozzjoni u dħul fis-seħħ ta' Liġi Annwali tal-Kompetizzjoni u ta' atti ta' implimentazzjoni relatati kull sena, billi tindirizza s-CSRs u tqis b'mod sodisfaċenti r-rakkomandazzjonijiet tal-AGCM, abbażi ta' valutazzjonijiet adegwati tal-impatt regolatorju. |
||||||||||||||||
|
Żieda tal-kompetittività tal-SMEs li tiffaċilita t-tkabbir tad-daqs tan-negozji, li trawwem it-tranżizzjoni ġenerazzjonali, l-orjentazzjoni tal-investiment u t-tqabbil tal-ħiliet. |
Pass 4: Sar-raba' trimestru tal-2026 (a), ir-raba' trimestru tal-2027 (b) u r-raba' trimestru tal-2028 (b), rispettivament, l-adozzjoni ta' liġi qafas dwar l-SMEs, abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt u d-dħul fis-seħħ tal-istrumenti ta' implimentazzjoni u l-aġġornamenti annwali. Il-liġi għandha tkopri mill-inqas l-elementi li ġejjin:
|
|
||||||||||||||||
|
Riformi u investiment fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika u l-indukrar tat-tfal - Żieda mal-objettivi intermedji u l-miri tal-RRP tal-Italja relatati mal-M1C1.R1.9 - Riforma tal-amministrazzjoni pubblika |
Promozzjoni tal-mobbiltà vertikali. |
Pass 1: Sar-raba' trimestru tal-2026, l-implimentazzjoni tal-mobbiltà vertikali tal-persunal. |
Mill-inqas 20 % tal-pożizzjonijiet vakanti annwali għall-pożizzjonijiet maniġerjali allokati lil uffiċjali eżistenti permezz ta' mekkaniżmu ta' promozzjoni marbut mal-prestazzjoni. |
|||||||||||||||
|
Promozzjoni tal-mobbiltà orizzontali. |
Pass 2: Sar-raba' trimestru tal-2026, l-implimentazzjoni tal-mobbiltà orizzontali tal-persunal. |
Mill-inqas 15 % tal-pożizzjonijiet vakanti annwali allokati lil uffiċjali li jiċċaqilqu minn amministrazzjoni jew aġenzija pubblika oħra. |
||||||||||||||||
|
Valorizzazzjoni tal-qafas ibbażat fuq il-prestazzjoni. |
Pass 3: Sar-raba' trimestru tal-2028, il-valorizzazzjoni tal-qafas ibbażat fuq il-prestazzjoni. |
L-ewwel ċiklu ta' evalwazzjoni tal-prestazzjoni u ta' pagamenti tal-bonus kompluti taħt il-qafas il-ġdid. |
||||||||||||||||
|
Żieda fin-nefqa pubblika annwali. |
Pass 4: Sar-raba' trimestru tal-2027, tiżgura kopertura finanzjarja adegwata għat-tħaddim ta' faċilitajiet disponibbli għall-indukrar tat-tfal. |
Żieda fin-nefqa pubblika biex tkopri l-kostijiet operatorji tal-faċilitajiet eżistenti u ġodda għall-indukrar tat-tfal imwettqa permezz tal-investimenti fl-NRRP u r-riżorsi nazzjonali, ta' tfal ta' bejn l-età tat-twelid u sentejn. Iż-żieda ser tammonta għal mill-inqas 20 % meta mqabbel mal-2021 tan-nefqa pubblika annwali ddedikata għall-kostijiet operatorji tal-faċilitajiet disponibbli għall-indukrar tat-tfal għal tfal taħt it-3 snin inkluż il-kostijiet ta' postijiet ġodda li jirriżultaw mill-infrastruttura tal-NRRP. |
||||||||||||||||
|
Żgurar tad-disponibbiltà adegwata ta' postijiet għall-indukrar tat-tfal. |
Pass 5: Sar-raba' trimestru tal-2027, tiżgura l-provvista adegwata ta' servizzi tal-indukrar tat-tfal f'konformità mal-Mira ta' Barċellona u l-mira nazzjonali għall-2027, filwaqt li tqis id-disparitajiet reġjonali. |
Żgurar li 33 % tat-tfal taħt it-3 snin ikollhom aċċess (kwota ta' kopertura) għal faċilitajiet pubbliċi u privati għall-indukrar tat-tfal fil-livell nazzjonali. Żgurar ta' minimu ta' 15 % tal-kopertura fil-livell reġjonali. |
||||||||||||||||
|
Definizzjoni tal-kategoriji ta' kontribuzzjoni għall-kontribuzzjonijiet tal-ġenituri. |
Pass 6: Sar-raba' trimestru tal-2027, iżżid l-affordabbiltà tal-indukrar tat-tfal billi tiddefinixxi standards minimi nazzjonali kemm għall-aċċess għal servizzi tal-indukrar tat-tfal kif ukoll għall-kategoriji ta' tariffi, bil-għan li żżid l-affordabbiltà. |
Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni |
||||||||||||||||
|
Riformi u investiment fil-qasam tan-nefqa pubblika - Żieda mal-objettivi intermedji u l-miri tal-RRP tal-Italja relatati mal-M1C1.R1.13 - Riforma tal-qafas tar-rieżami tal-infiq |
Tisħiħ tal-kapaċità għall-programmazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tan-nefqa pubbliku. |
Pass 1: Sat-tieni trimestru tal-2027, it-tieni trimestru tal-2028 u t-tieni trimestru tal-2029, l-adozzjoni ta' pjanijiet ta' monitoraġġ u evalwazzjoni u, mit-tieni trimestru tal-2028, tar-rapport annwali mill-Ministeru għall-Ekonomija u l-Finanzi. |
Adozzjoni ta' mill-inqas pjan annwali wieħed ta' monitoraġġ u evalwazzjoni li jipprevedi intervent għal kull Ministeru, li matul il-perjodu ta' żmien tal-Pjan ikopri qasam ta' nfiq ugwali għal total ta' 10 % tan-nefqa allokata għall-politiki taħt ir-responsabbiltà diretta tal-amministrazzjonijiet ċentrali. Il-pjanijiet ta' monitoraġġ u evalwazzjoni jfasslu proposti u azzjonijiet għat-titjib tal-effiċjenza jew tal-kwalità tan-nefqa. Rapport annwali mħejji mill-Ministeru għall-Ekonomija u l-Finanzi juri l-istatus ta' implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' monitoraġġ u evalwazzjoni, u b'mod partikolari l-adozzjoni ta' mill-inqas azzjoni waħda għal kull ministeru li tikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. |
|||||||||||||||
|
Titjib tal-monitoraġġ tan-nefqa, inkluż permezz tal-ħolqien u t-tisħiħ ta' strutturi ddedikati fl-Amministrazzjonijiet Pubbliċi, għall-valutazzjoni tal-kwalità u tal-impatt tas-servizzi pprovduti. |
Pass 2: Sal-ewwel trimestru tal-2028, kompetenza msaħħa tal-Ministeru għall-Ekonomija u l-Finanzi biex iwettaq spezzjonijiet fuq il-ġestjoni tan-nefqa pubbliku tal-entitajiet kollha li jirċievu appoġġ pubbliku, inklużi l-awtoritajiet subnazzjonali u l-intrapriżi tal-Istat. |
Dħul fis-seħħ ta' leġiżlazzjoni primarja u sekondarja. |
||||||||||||||||
|
Tisħiħ tal-attività ta' kontroll tan-nefqa pubbliku. |
Pass 3: Sal-ewwel trimestru tal-2026 u l-ewwel trimestru tal-2028, ir-riforma tal-qafas għall-kontroll tan-nefqa pubblika għall-amministrazzjonijiet pubbliċi ċentrali, li tipprevedi responsabbiltà finanzjarja msaħħa tal-amministrazzjonijiet għall-ġestjoni tar-riżorsi kif ukoll programmazzjoni msaħħa u monitoraġġ u evalwazzjoni mtejba tal-eżiti u l-impatti tal-politika. |
|
||||||||||||||||
|
Riformi u investiment fil-qasam tat-tassazzjoni (miżura ġdida) |
Intervent fis-sistema tat-taxxa, billi tallinjaha mal-objettivi li jiġu appoġġati l-piżijiet tal-familja, it-tkabbir ekonomiku, u t-tranżizzjoni ekoloġika f'perspettiva ta' bosta snin. |
Pass 1: Sar-raba' trimestru tal-2028, tissimplifika s-sistema tat-taxxa permezz tar-rieżami tal-ambitu tan-nefqa tat-taxxa. |
Tnaqqis ta' 15 % tat-telf ta' dħul relatat man-nefqa tat-taxxa meta mqabbel mar-rapport tal-gvern tal-2019 (EUR 49 biljun), inkluż fl-oqsma ta' sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent, rati mnaqqsa ta' VAT u eżenzjonijiet u taxxa fuq l-introjtu personali (IRPEF, Imposta sul Reddito delle Persone Fisiche). It-tnaqqis ta' sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent b'EUR 3,5 biljun previst sal-2030 skont l-RRP huwa rilevanti għat-tnaqqis tat-telf ta' dħul relatat man-nefqa tat-taxxa. |
|||||||||||||||
|
Tnaqqis tal-piż tat-taxxa fuq il-familji bi dħul baxx u medju u l-appoġġ għall-impjiegi. |
Pass 2: Sar-raba' trimestru tal-2026, it-tnaqqis tal-feles ta' taxxa fuq ix-xogħol. |
Il-feles medju ta' taxxa fuq ix-xogħol għandu jitnaqqas b'mod permanenti meta mqabbel mal-livelli rreġistrati fl-2023. |
||||||||||||||||
|
Aġġornament tar-reġistru katastali. |
Pass 3: (a) Sar-raba' trimestru tal-2027, timmappja proprjetajiet li bħalissa mhumiex inklużi fir-reġistru katastali; (b) Sar-raba' trimestru tal-2028, taġġorna l-valuri katastali għat-taxxi fuq il-proprjetà għal binjiet li jkunu għaddew minn interventi ta' effiċjenza enerġetika u/jew ta' rinnovazzjoni tad-djar, iffinanzjati kompletament jew parzjalment minn fondi pubbliċi, mill-2019. |
|
||||||||||||||||
|
Riformi u investiment fil-qasam tar-razzjonalizzazzjoni tal-intrapriżi tal-Istat (miżura ġdida) |
Simplifikazzjoni tal-Intrapriżi tal-Istat f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali (id-Digriet leġiżlattiv nru 175/2016). |
Pass 1: Sar-raba' trimestru tal-2027, teħid ta' azzjonijiet biex tiġi żgurata u msaħħa l-implimentazzjoni tal-qafas legali dwar l-Intrapriżi tal-Istat. |
Adozzjoni ta' azzjonijiet xierqa biex tiġi żgurata, u fejn meħtieġ imsaħħa, l-implimentazzjoni effettiva tal-qafas legali (id-Digriet leġiżlattiv nru 175/2016) relatat mal-attivitajiet u l-effiċjenza operazzjonali tal-Intrapriżi tal-Istat bil-għan li jiġu żgurati razzjonalizzazzjoni u sensja effettivi ta' intrapriżi tal-Istat (SOEs, State-Owned Enterprises) mhux effiċjenti mingħajr ma jiġi pperikolat il-forniment ta' servizzi pubbliċi. |
(1) In-nefqa fir-R&Ż għandha tiġi kkalkolata f'termini tal-GERD.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/651/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)