13.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 340/7


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9927 — MVM/iCR)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 340/07)

1.   

Fit-2 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

MVM Magyar Villamos Művek Zártkörűen Működő Részvénytársaság (“MVM”, l-Ungerija),

—

innogy Česká republika a.s. (“iCR”, iċ-Ċekja).

MVM takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ iCR kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

MVM huwa grupp tal-enerġija li huwa proprjetà tal-Istat u li huintegrat vertikalment b’portafoll li jkopri s-sistema tal-enerġija Ungeriża kollha kemm hi. MVM hija involuta fil-ġenerazzjoni tas-sħana, il-kummerċ tal-elettriku, il-kummerċ u l-ħżin tal-gass, it-tħaddim tas-sistema ta’ trażmissjoni, il-provvista bl-ingrossa u bl-imnut ta’ gass u elettriku, it-tisħin distrettwali, u s-servizzi tat-telekomunikazzjoni,

—

iCR hija attiva fin-negozju tal-bejgħ bl-imnut tal-elettriku u l-gass fir-Repubblika Ċeka, flimkien ma’ ġenerazzjoni, bejgħ bl-ingrossa, distribuzzjoni u xi attivitajiet mhux ewlenin addizzjonali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9927 — MVM/iCR

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.