12.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/9


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10759 – GIP / MERIDIAM / VEOLIA (HAZARDOUS WASTE BUSINESS))

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 391/05)

1.   

Fit-23 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Global Infrastructure Management LLC (“GIP”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Meridiam S.A.S., (“Meridiam”, Franza),

—

Suez S.A. (“Suez”, Franza), impriża bi sħab (joint venture) bejn GIP u Meridiam,

—

Activité Déchets Dangereux de Veolia (“Hazard Waste Business”, Franza).

GIP u Meridiam, permezz ta’ Suez, se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Hazard Waste Business kollu kemm hu.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri tal-ishma li jikkostitwixxu fil-Hazard Waste Business, sett ta’ assi u ishma fis-settur tal-iskart industrijali speċjali li huma soġġetti għal obbligu ta’ separazzjoni vis-à-vis Veolia inklużi fl-impenji ta’ ċessjoni msemmija fid-Deċiżjoni M.9969 - Veolia/Suez tal-14 ta’ Diċembru 2021.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

GIP: maniġer indipendenti tal-fondi tal-infrastruttura li jinvesti fis-setturi tat-trasport, l-enerġija, l-iskart u l-ilma;

—

Meridiam: attur globali li tispeċjalizza fl-iżvilupp, il-finanzjament u l-ġestjoni fit-tul tal-infrastruttura, b’mod partikolari fis-setturi ta’ (i) il-mobilità, (ii) it-tranżizzjoni tal-enerġija u (iii) l-infrastruttura ambjentali u soċjali;

—

Suez: attiva fil-ġestjoni tal-ilma u ta’ skart ordinarju rregolati u t-tindif urban,

—

Hazard Waste Business minn Veolia: attiva fis-swieq għar-radam, l-inċinerazzjoni u t-trattament fiżikokimiku ta’ skart perikoluż.

3.   

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10759 – GIP / MERIDIAM / VEOLIA (HAZARDOUS WASTE BUSINESS)

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

Commission européenne

Direction générale de la concurrence

Greffe des concentrations

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24 tad-29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).