<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-374/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CO0374</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:850">EU:C:2022:850</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tal‑<DATE ISO="20221020">20.10.2022</DATE> – Kawża C‑374/21</HT></P><P>IFAP</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P>20 ta’ Ottubru 2022<NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95</KEYWORD><KEYWORD>Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Azzjoni ġudizzjarja kontra irregolaritajiet</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4</KEYWORD><KEYWORD>Adozzjoni ta’ miżuri amministrattivi</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(1)</KEYWORD><KEYWORD>Terminu ta’ preskrizzjoni ta’ azzjoni ġudizzjarja</KEYWORD><KEYWORD>Skadenza</KEYWORD><KEYWORD>Invokabbiltà fil-kuntest tal-proċedura ta’ rkupru forzat</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(2)</KEYWORD><KEYWORD>Terminu ta’ eżekuzzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Applikabbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Bidu tad-dekorrenza</KEYWORD><KEYWORD>Interruzzjoni u sospensjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑374/21,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tat‑12 ta’ Mejju 2021, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑18 ta’ Ġunju 2021, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP)</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">AB,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">CD,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">EF,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Biocentro – Produção de Energia Lda,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn J.‑C. Bonichot (Relatur), li qiegħed jaġixxi bħala President tal-Awla, S. Rodin u O. Spineanu-Matei, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Emiliou,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ permezz ta’ digriet motivat, konformement mal-Artikolu 53(2) u mal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat‑18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, l-Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP) (l-Istitut għall-Finanzjament tal-Agrikoltura u tas-Sajd IP (IFAP), il-Portugall) u, min-naħa l-oħra, AB, CD u EF, diretturi tal-kumpannija Biocentro – Produção de Energia Lda (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Biocentro<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), dwar l-irkupru forzat, permezz ta’ eżekuzzjoni tat-taxxa, ta’ għajnuna mogħtija lil din il-kumpannija fil-kuntest ta’ proġett ta’ appoġġ għall-forestrija.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir‑Regoli tal‑Proċedura tal‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Minbarra t-test tad-domandi preliminari magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja, it-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tinkludi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>espożizzjoni fil-qosor tas-suġġett tal-kawża kif ukoll tal-fatti rilevanti, kif ġew ikkonstatati mill-qorti tar-rinviju jew, minn tal-inqas, espożizzjoni tal-informazzjoni fattwali li fuqha jkunu bbażati d-domandi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-kontenut tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jistgħu japplikaw għall-kawża ineżami u, jekk ikun il-każ, il-ġurisprudenza nazzjonali rilevanti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>espożizzjoni tar-raġunijiet li wasslu lill-qorti tar-rinviju sabiex ikollha dubji dwar l-interpretazzjoni jew il-validità ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll il-konnessjoni li hija tistabbilixxi bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir‑Regolament Nru 2988/95</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>It-tielet u r-raba’ premessa tar-Regolament Nru 2988/95 jiddikjaraw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>[…] atti li huma ta’ ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Komunità għandhom […] jiġu ribattuti fl-oqsma kollha;</P><?PAGE NO="3"?><P>[…] l-effikaċja tal-ġlieda kontra l-frodi kontra l-interessi finanzjarji tal-Komunità titlob li jiġu promulgati sett ta’ regoli legali komuni għall-oqsma kollha koperti mill-politika tal-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, qegħdin hawnhekk jiġu adottati regoli ġenerali fir-rigward ta’ verifiki omoġenji u miżuri amministrattivi u penali li għandhom x’jaqsmu ma’ l-irregolaritajiet fir-rigward tal-liġi tal-Komunità.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Irregolarità<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> għandha tfisser kull ksur ta’ dispożizzjoni tal-liġi tal-Komunità li jirriżulta minn att jew nuqqas ta’ operatur ekonomiku, li għandu, jew li jista’ jkollu, l-effett li jippreġudika l-budget ġenerali tal-Komunità jew il-budget mmexxi minnhom, jew billi jnaqqas jew jitlef id-dħul li jakkumula minn riżorsi tagħhom stess miġbura direttament għan-nom tal-Komunità, jew permezz ta’nefqa mhux ġustifikata.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament, li jinsab fit-Titolu I tiegħu, dwar il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>prinċipji ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-perjodu tal-limitazzjoni għall-proċeduri għandu jkun ta’ erba’ snin minn meta l-irregolarità li ssir msemmija f’Artikolu 1(1) tkun ġiet kommessa. Madankollu, ir-regoli settorjali jistgħu jipprovdu għal perjodu iqsar li ma jistax ikun anqas minn tliet snin.</ALINEA><ALINEA>F’każ ta’ irregolaritajiet kontinwi jew ripetuti, it-terminu tal-limitazjoni għandu jibda jiddekorri mill-jum li fih tieqaf l-irregolarità. Fil-każ tal-programmi multiannwi, it-terminu tal-limitazzjoni għandu f’kull każ jibqa’ jiddekorri sakemm il-programm jitwaqqaf definittivament.</ALINEA><ALINEA>It-terminu tal-limitazjoni għandu jiġi interrott bi kwalsiasi att ta’ l-awtorità kompetenti, notifikat lill-persuna in kwestjoni, li jkollha x’taqsam ma’ l-investigazzjoni jew proċeduri legali dwar l-irregolarità. It-terminu għandu jibda jiddekorri mill-ġdid wara kull att li jinterrompih.</ALINEA><ALINEA>Madankollu, il-limitazzjoni għandha ssir effettiva mhux aktar tard mil-jum li fih perjodu li jkun id-doppju tal-perjodu tat-terminu jiskadi mingħajr ma l-awtorità kompetenti tkun imponiet penali, ħlief fejn il-proċedura amministrattiva tkun ġiet sospiża skond Artikolu 6(1).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-perjodu għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-piena amministrattiva għandu jkun ta’ tliet snin. Dak il-perjodu għandu jibda jiddekorri mill-jum li fih id-deċiżjoni ssir finali.</ALINEA><ALINEA>Każijiet ta’ interruzzjoni u sospensjoni għandhom jiġu rregolati permezz tad-dispożizzjonijiet relevanti tal-liġi nazzjonali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom iżommu l-possibilità li japplikaw perjodu li jkun itwal minn dak li hemm provdut fil-paragrafi 1 u 2 rispettivament.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>It-Titolu II tal-istess regolament jinkludi regoli dwar il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>miżuri amministrattivi u l-penali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, b’mod partikolari fl-Artikolu 4 tiegħu li jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Bħala regola ġenerali, kull irregolarità għandha tinvolvi l-irtirar tal-vantaġġ miksub b’mod skorrett:</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun limitata għall-irtirar tal-vantaġġ miksub kif ukoll, fejn ikun hemm hekk provdut, l-imgħax li jista’ jiġi stabbilit abbażi ta’ rata fissa.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="004.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri kif hemm provdut f’dan l-Artikolu m’għandhomx jitqiesu bħala penali.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fil‑11 ta’ Frar 2005 u fl‑4 ta’ Marzu 2005, l-IFAP ħallas lil Biocentro, bis-saħħa ta’ kuntratt ta’ allokazzjoni ta’ għajnuna, konkluż fit‑3 ta’ Novembru 2004, ammonti li jammontaw, rispettivament, għal EUR 31 930.78 u għal EUR 21 537.95. Skont il-qorti tar-rinviju, din l-għajnuna taqa’ fil-kuntest ta’ miżura ta’ politika agrikola komuni u taqa’ taħt ir-Regolament Nru 2988/95.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fit‑13 ta’ Jannar 2010, l-IFAP stieden lil Biocentro tiddeċiedi dwar ix-xoljiment ta’ dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fl‑1 ta’ Lulju 2010, l-IFAP bagħat lil din il-kumpannija d-deċiżjoni finali ta’ xoljiment unilaterali tal-imsemmi kuntratt. Peress li din id-deċiżjoni ma ġietx ikkontestata permezz ta’ proċedura kontenzjuża fit-terminu stabbilit, l-IFAP temm il-proċedura amministrattiva skont il-Código de Procedimento Administrativo (il-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva) u sar kreditur ta’ Biocentro.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fit‑3 ta’ Settembru 2012, l-IFAP ħareġ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>ċertifikat ta’ dejn<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> lill-imsemmija kumpannija u, fis‑27 ta’ Settembru 2012, l-amministrazzjoni fiskali bdiet proċedura ta’ eżekuzzjoni tat-taxxa kontra tagħha bl-għan tal-irkupru tal-krediti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-ftuħ tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni tat-taxxa ġie nnotifikat lil Biocentro fid‑9 ta’ Ottubru 2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Abbozz ta’ estensjoni tar-responsabbiltà għad-djun fir-rigward tal-konvenuti fil-kawża prinċipali, jiġifieri AB, CD u EF, li huma diretturi ta’ Biocentro, ġie nnotifikat lilhom fl‑20 ta’ Settembru 2016. Dan l-abbozz ġie approvat mill-amministrazzjoni fiskali permezz ta’ diversi deċiżjonijiet li ġew innotifikati lill-konvenuti fil-kawża prinċipali fit‑12 ta’ Diċembru 2016.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Dawn tal-aħħar ressqu oppożizzjoni kontra l-proċedura ta’ eżekuzzjoni tat-taxxa, li ntlaqgħet permezz ta’ sentenza tal‑31 ta’ Marzu 2020 tat-Tribunal Administrativo e Fiscal de Leiria (il-Qorti Amministrattiva u Fiskali ta’ Leiria, il-Portugall).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Din il-qorti kkunsidrat li d-dejn li huwa s-suġġett tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni tat-taxxa kien preskritt u li, konsegwentement, din il-proċedura kellha tingħalaq. Mid-deċiżjoni tagħha jirriżulta li t-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni ġudizzjarja, li huwa ta’ erba’ snin, skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95, kien beda jiddekorri mid-data tal-aħħar pagament tal-għajnuna agrikola, jiġifieri mill‑4 ta’ Marzu 2005 u li, konsegwentement, dan it-terminu kien diġà skada fl‑2010.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Quddiem il-qorti tar-rinviju, l-IFAP isostni, b’mod partikolari, li, fil-mument tal-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni tat-taxxa, il-proċedura amministrattiva li wasslet għax-xoljiment tal-kuntratt imsemmi fil-punt 8 ta’ dan id-digriet kienet diġà ngħalqet u li, għaldaqstant, ma huwiex iktar possibbli li tiġi kkontestata l-legalità ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Din il-qorti tikkonferma li, skont il-ġurisprudenza stabbilita tagħha, fl-istadju tal-oppożizzjoni mressqa kontra l-proċedura ta’ eżekuzzjoni tat-taxxa, il-legalità tad-dejn ma tistax tiġi eżaminata iktar. Madankollu, hija tistaqsi jekk dan l-approċċ huwiex konformi mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv, hija tixtieq tkun taf jekk huwiex konformi ma’ dan id-dritt, minn naħa, li t-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ dejn jiġi interrott bin-notifika tal-estensjoni tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni tat-taxxa lill-persuni responsabbli sussidjarji u, min-naħa l-oħra, li dan it-terminu jista’ jiġi sospiż sal-adozzjoni ta’ deċiżjoni definittiva jew sakemm tingħata sentenza li ttemm l-oppożizzjoni mressqa minn dawn il-persuni responsabbli sussidjarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li s-Supremo Tribunal Administrativo (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Portugall) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tar-Regolament [Nru 2988/95] jipprekludi soluzzjoni tad-dritt intern, li skontha ma tistax tiġi applikata l-preskrizzjoni għad-dekorrenza tat-terminu ta’ erba’ jew tmien snin fi proċedura ġudizzjarja ta’ rkupru forzat miftuħa, minħabba li l-evalwazzjoni ta’ din il-kwistjoni hija permessa biss f’azzjoni relatata mal-att li jiddetermina l-ħlas tal-ammonti irċevuti indebitament għall-konstatazzjoni ta’ illegalità?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv [għall-ewwel domanda]: [i]t-terminu ta’ tliet snin previst fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jitqies li huwa terminu ta’ preskrizzjoni tad-dejn li jiġi fis-seħħ bl-adozzjoni tal-att li jimponi l-ħlas tal-ammonti rċevuti indebitament fil-każ ta’ irregolaritajiet fil-finanzjament? Dan għandu jibda jiddekorri mid-data meta ġie adottat l-att?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ ta risposta fin-negattiv [għat-tieni domanda]: [l]-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2988/95 jipprekludi soluzzjoni tad-dritt intern li minnha jirriżulta li t-terminu [ta’ preskrizzjoni] tad-dejn jiġi interrott meta, ladarba tiġi estiża l-eżekuzzjoni fis-seħħ kontra sussidjarji responsabbli tal-kumpannija benefiċjarja, dawn jiġu nnotifikati, filwaqt li l-imsemmi terminu jiġi sospiż meta ma jkunx hemm deċiżjoni definittiva u li tikseb l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> u li li ġġib fi tmiemha l-oppożizzjoni magħmula minn dawn il-kumpanniji benefiċjarji?<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat meta, b’mod partikolari, ir-risposta għal tali domanda tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 53(2) ta’ dawn ir-regoli, meta talba għal deċiżjoni preliminari tkun manifestament inammissibbli, il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tista’ f’kull ħin tiddeċiedi li taqta’ l-kawża permezz ta’ digriet motivat, mingħajr ma tkompli l-proċedura.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Hemm lok li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu applikati fil-kuntest ta’ din il-kawża.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, għall-finijiet ta’ kontestazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ rkupru ta’ somom imħallsa indebitament, adottata wara l-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni ġudizzjarja msemmija f’din id-dispożizzjoni, id-destinatarju tagħha huwa obbligat jinvoka l-irregolarità ta’ dik id-deċiżjoni f’ċertu terminu quddiem il-qorti amministrattiva kompetenti, taħt piena ta’ dekadenza, u ma jistax jopponi iktar l-eżekuzzjoni tal-imsemmija deċiżjoni billi jinvoka l-istess irregolarità fil-kuntest tal-proċedura ġudizzjarja għall-irkupru forzat, mibdija kontrih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà tat risposta għal din id-domanda fis-sentenza tas‑7 ta’ April 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IFAP</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑447/20 u C‑448/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:265">EU:C:2022:265</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Mill-punt 52 ta’ dik is-sentenza jirriżulta li r-Regolament Nru 2988/95 la jiddetermina r-rimedji legali disponibbli sabiex jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet li jimponu miżuri u sanzjonijiet amministrattivi, u lanqas il-qrati kompetenti sabiex jieħdu konjizzjoni tagħhom u lanqas ma jipprevedi terminu ta’ dekadenza jew ta’ preskrizzjoni li fl-iskadenza tiegħu dawn id-deċiżjonijiet, fin-nuqqas ta’ kontestazzjoni quddiem il-qorti kompetenti, jiksbu natura definittiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam, l-ordinament ġuridiku nazzjonali ta’ kull Stat Membru għandu jindika l-qrati kompetenti u jirregola l-modalitajiet proċedurali tar-rikorsi intiżi sabiex jiggarantixxu l-ħarsien tad-drittijiet li l-partijiet fil-kawża għandhom b’riżultat tad-dritt tal-Unjoni, sakemm, minn naħa, dawn il-modalitajiet ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jikkonċernaw rikorsi simili ta’ natura nazzjonali (prinċipju ta’ ekwivalenza) u, min-naħa l-oħra, ma jirrendux prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittjiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività) (sentenza tas‑7 ta’ April 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IFAP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑447/20 u C‑448/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:265">EU:C:2022:265</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ ekwivalenza, mis-sentenza tas‑7 ta’ April 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IFAP</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑447/20 u C‑448/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:265">EU:C:2022:265</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li, bla ħsara għall-verifiki li għandhom isiru mill-qorti li ressqet talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi li taw lok għal dik is-sentenza, dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħall-Artikolu 58(1) tal-Código do Processo nos Tribunais Administrativos (il-Kodiċi ta’ Proċedura tal-Qrati Amministrattivi), li tipprevedi terminu ta’ tliet xhur sabiex deċiżjoni amministrattiva tiġi kkontestata, bħad-deċiżjoni ta’ rkupru kkontestata, b’mod inċidentali, fil-kawża prinċipali, ma tmurx kontra dan il-prinċipju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-prinċipju ta’ effettività, il-Qorti tal-Ġustizzja ripetutament iddeċidiet li l-iffissar ta’ termini raġonevoli għall-preżentata ta’ rikorsi taħt piena ta’ dekadenza jissodisfa, bħala prinċipju, ir-rekwiżit ta’ effettività, sa fejn din tikkostitwixxi applikazzjoni tal-prinċipju fundamentali ta’ ċertezza legali. Fil-fatt, tali termini ma humiex ta’ natura li jagħmlu prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, anki jekk, bħala prinċipju, id-dekorriment ta’ dawn it-termini jagħti lok għaċ-ċaħda, totali jew parzjali, tal-azzjoni ġudizzjarja mibdija (sentenza tas‑7 ta’ April 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IFAP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑447/20 u C‑448/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:265">EU:C:2022:265</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Madankollu, huma l-Istati Membri li għandhom, fir-rigward tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, jiddeterminaw it-termini filwaqt li jqisu, b’mod partikolari, l-importanza għall-persuni kkonċernati tad-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu, il-kumplessità tal-proċeduri u tal-leġiżlazzjoni li għandha tiġi applikata, in-numru ta’ persuni li jistgħu jkunu kkonċernati u l-interessi pubbliċi jew privati l-oħra li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni. Bla ħsara għal din il-kundizzjoni, l-Istati Membri huma fil-libertà li jistabbilixxu termini itwal jew iqsar (sentenza tas‑7 ta’ April 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IFAP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑447/20 u C‑448/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:265">EU:C:2022:265</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dispożizzjonijiet nazzjonali, bħall-Artikolu 58(1) u bħall-Artikolu 59(2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura tal-Qrati Amministrattivi, li jipprevedu li d-destinatarju ta’ deċiżjoni amministrattiva, bħad-deċiżjoni ta’ rkupru kkontestata, b’mod inċidentali, fil-kawża prinċipali, għandu terminu ta’ tliet xhur min-notifika tal-imsemmija deċiżjoni sabiex jikkontestaha, taħt piena ta’ dekadenza, ma jidhrux li jmorru kontra l-prinċipju ta’ effettività (sentenza tas‑7 ta’ April 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IFAP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑447/20 u C‑448/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:265">EU:C:2022:265</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-fatt, tali terminu huwa ta’ natura raġonevoli peress li jippermetti lil parti kkonċernata tevalwa jekk ikunux jeżistu raġunijiet sabiex tikkontesta d-deċiżjoni li tikkonċernaha u, jekk ikun il-każ, li tipprepara r-rikors kontra din tal-aħħar. Barra minn hekk, il-punt tat-tluq sa min-notifika tal-att jiggarantixxi li l-persuna kkonċernata ma tkunx tinsab f’sitwazzjoni fejn dan it-terminu jkun għadda mingħajr ma tkun saret taf bl-adozzjoni tiegħu (sentenza tas‑7 ta’ April 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IFAP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑447/20 u C‑448/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:265">EU:C:2022:265</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tar-rimedji ġudizzjarji li jippermettu li jiġu kkontestati deċiżjonijiet amministrattivi, bħad-deċiżjoni ta’ rkupru kkontestata, b’mod inċidentali, fil-kawża prinċipali, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li, bħala prinċipju, obbligu li tindirizza lill-qorti amministrattiva kompetenti, bħal dak previst fl-Artikolu 163(3) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva, ma jmurx kontra l-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, iżda jikkostitwixxi l-eżerċizzju leġittimu tal-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri. B’mod partikolari, tali obbligu ma jistax, fih innifsu, jagħmel prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (sentenza tas‑7 ta’ April 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IFAP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑447/20 u C‑448/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:265">EU:C:2022:265</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Xorta jibqa’ l-fatt li l-prinċipju ta’ ċertezza legali għandu bħala korollarju tiegħu l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u jeżiġi, minn naħa, li d-dispożizzjonijiet legali jkunu ċari u preċiżi u, min-naħa l-oħra, li l-applikazzjoni tagħhom tkun prevedibbli għall-partijiet fil-kawża (sentenza tas‑7 ta’ April 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IFAP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑447/20 u C‑448/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:265">EU:C:2022:265</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mis-sentenza tas‑7 ta’ April 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IFAP</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑447/20 u C‑448/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:265">EU:C:2022:265</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li, bla ħsara għall-verifiki li għandha twettaq il-qorti li ressqet talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi li taw lok għal dik is-sentenza, ma jidhirx, b’mod partikolari, li d-dispożizzjonijiet tad-dritt Portugiż, imsemmija fil-punti 26, 29 u 31 ta’ dan id-digriet, ma jippermettux lill-individwi, destinatarji ta’ deċiżjoni amministrattiva, jiddeterminaw bi preċiżjoni l-qorti kompetenti sabiex tieħu konjizzjoni tar-rikorsi kontra tali deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda hija li l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, huwa ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, għall-finijiet ta’ kontestazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ rkupru ta’<?PAGE NO="8"?> somom imħallsa indebitament, adottata wara l-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni ġudizzjarja msemmija f’din id-dispożizzjoni, id-destinatarju tagħha huwa obbligat jinvoka l-irregolarità ta’ dik id-deċiżjoni f’ċertu terminu quddiem il-qorti amministrattiva kompetenti, taħt piena ta’ dekadenza, u ma jistax jopponi iktar l-eżekuzzjoni tal-imsemmija deċiżjoni billi jinvoka l-istess irregolarità fil-kuntest tal-proċedura ġudizzjarja għall-irkupru forzat, mibdija kontrih.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel parti tat‑tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-iskadenza tat-terminu li huwa jipprevedi twassal għall-preskrizzjoni tad-dejn li huwa s-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ rkupru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont il-formulazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95, it-terminu għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li timponi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>sanzjoni amministrattiva<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> huwa ta’ tliet snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Madankollu, kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 jirrigwarda kemm is-sanzjonijiet amministrattivi, fis-sens tal-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament, kif ukoll il-miżuri amministrattivi, fis-sens tal-Artikolu 4(1) tal-imsemmi regolament, li jistgħu jittieħdu bl-għan li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni (sentenza tas‑7 ta’ April 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IFAP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑447/20 u C‑448/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:265">EU:C:2022:265</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 japplika għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni nazzjonali, bħal dik ikkontestata, b’mod inċidentali, fil-kawża prinċipali, li ma tagħtix sanzjoni, iżda timponi miżura amministrattiva, jiġifieri l-irkupru tal-għajnuna indebitament mogħtija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel parti tat-tieni domanda, għandu jiġi rrilevat li l-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar in-natura tat-terminu previst fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95. Għalhekk, hija tfittex li tiddetermina jekk il-konvenuti fil-kawża prinċipali, fil-kwalità tagħhom ta’ persuni responsabbli sussidjarji tal-kumpannija debitriċi, jiġifieri Biocentro, jistgħux jopponu l-eżekuzzjoni forzata tad-deċiżjoni ta’ rkupru li ġiet indirizzata lil din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Dan premess, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta mill-eżami tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95, dan jipprovdi li t-terminu ta’ eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet li jimponu miżura jew sanzjoni amministrattiva huwa ta’ tliet snin. Minn dan isegwi li, bla ħsara għall-possibbiltà li għandhom l-Istati Membri skont l-Artikolu 3(3) ta’ dan ir-regolament, wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, tali deċiżjonijiet ma jistgħux jiġu eżegwiti iktar (sentenza tas‑7 ta’ April 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IFAP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑447/20 u C‑448/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:265">EU:C:2022:265</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fir-rigward b’mod speċifiku ta’ deċiżjoni li tinkludi miżura amministrattiva li tobbliga lid-destinatarju tagħha jirrimborsa somma rċevuta indebitament, l-iskadenza tal-imsemmi terminu għandha bħala konsegwenza li s-somma kkonċernata ma tistax tiġi rkuprata iktar permezz ta’ eżekuzzjoni forzata. Jekk ikun il-każ, id-destinatarju ta’ din id-deċiżjoni jista’ għalhekk jopponi l-proċeduri ta’ eżekuzzjoni (sentenza tas‑7 ta’ April 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IFAP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑447/20 u C‑448/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:265">EU:C:2022:265</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-assenza possibbli ta’ raġuni ta’ oppożizzjoni prevista mid-dritt ta’ Stat Membru f’każ bħal dan ma tistax tipprekludi lid-destinatarju ta’ deċiżjoni ta’ rkupru tas-somom imħallsa indebitament milli jinvoka l-iskadenza tat-terminu ta’ eżekuzzjoni previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 jew, jekk ikun il-każ, terminu ta’ eżekuzzjoni itwal skont l-Artikolu 3(3) ta’ dan ir-regolament, sabiex jopponi l-irkupru forzat ta’ dawn is-somom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑7 ta’ April 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IFAP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑447/20 u C‑448/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:265">EU:C:2022:265</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>L-istess kunsiderazzjonijiet japplikaw ukoll għall-persuni responsabbli sussidjarji tal-entità debitriċi li għalihom ġiet estiża l-proċedura ta’ eżekuzzjoni tat-taxxa mibdija kontra din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju dwar il-punt dwar jekk, wara l-iskadenza tat-terminu previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95, tali persuni responsabbli sussidjarji jistgħux jopponu l-eżekuzzjoni forzata ta’ deċiżjoni ta’ rkupru tas-somom imħallsa indebitament indirizzata lill-entità debitriċi, ma huwiex neċessarju li jiġi ddeterminat jekk l-iskadenza ta’ dan it-terminu twassalx ukoll għall-preskrizzjoni tad-dejn li huwa s-suġġett ta’ din id-deċiżjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑7 ta’ April 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IFAP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑447/20 u C‑448/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:265">EU:C:2022:265</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel parti tat-tieni domanda hija li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuni responsabbli sussidjarji tal-entità debitriċi, destinatarja ta’ deċiżjoni ta’ rkupru tas-somom imħallsa indebitament, li għalihom ġiet estiża l-proċedura ta’ eżekuzzjoni tat-taxxa, għandhom ikunu jistgħu jinvokaw l-iskadenza tat-terminu ta’ eżekuzzjoni previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-regolament jew, jekk ikun il-każ, ta’ terminu ta’ eżekuzzjoni itwal skont l-Artikolu 3(3) tal-imsemmi regolament, sabiex jopponu l-irkupru forzat ta’ dawn is-somom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tieni parti tat‑tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 għandux jiġi interpretat fis-sens li, fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li timponi r-rimbors tas-somom imħallsa indebitament, it-terminu ta’ eżekuzzjoni li huwa jistabbilixxi jibda jiddekorri mill-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-bidu tad-dekorrenza tat-terminu previst fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95, mill-eżami tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni kif ukoll mill-formulazzjoni tiegħu jirriżulta li dan it-terminu jibda jiddekorri mill-jum li fih id-deċiżjoni li timponi miżura jew sanzjoni amministrattiva ssir definittiva (sentenza tas‑7 ta’ April 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IFAP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑447/20 u C‑448/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:265">EU:C:2022:265</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0095">95</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni ma tħalli l-ebda marġni ta’ diskrezzjoni lill-Istati Membri u tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li t-terminu ta’ eżekuzzjoni jibda jiddekorri mill-adozzjoni stess ta’ deċiżjoni li timponi r-rimbors tas-somom imħallsa indebitament qabel ma din tkun saret definittiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑7 ta’ April 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IFAP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑447/20 u C‑448/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:265">EU:C:2022:265</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0098">98</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 ma jagħmel l-ebda riferiment għad-dritt tal-Istati Membri. Għaldaqstant, fir-rigward tar-rekwiżiti kemm tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll tal-prinċipju ta’ ugwaljanza, din id-dispożizzjoni għandha tingħata interpretazzjoni awtonoma u uniformi fl-Unjoni kollha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑7 ta’ April 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IFAP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑447/20 u C‑448/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:265">EU:C:2022:265</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0101">101</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0102">102</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, minkejja li l-kliem tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 ma humiex ambigwi, ir-riferiment magħmul f’din id-dispożizzjoni għal deċiżjoni li ssir definittiva jimmilita favur interpretazzjoni fis-sens li din id-dispożizzjoni tirrigwarda l-aħħar deċiżjoni li sseħħ fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva u li tagħmel definittiva u għalhekk ma tistax tiġi kkontestata l-obbligu ta’ rimbors tas-somom imħallsa indebitament jew il-kundanna għal sanzjoni amministrattiva (sentenza tas‑7 ta’ April 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IFAP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑447/20 u C‑448/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:265">EU:C:2022:265</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0103">103</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 jirrigwarda deċiżjoni li tikseb natura definittiva jew mal-iskadenza tat-termini raġonevoli għall-preżentata ta’ rikors previsti mid-dritt nazzjonali, jew permezz tal-eżawriment tar-rimedji ġudizzjarji (sentenza tas‑7 ta’ April 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IFAP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑447/20 u C‑448/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:265">EU:C:2022:265</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni parti tat-tieni domanda hija li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li timponi r-rimbors tas-somom imħallsa indebitament, it-terminu ta’ eżekuzzjoni li huwa jistabbilixxi jibda jiddekorri mill-jum li fih dik id-deċiżjoni ssir definittiva, jiġifieri mill-jum tal-iskadenza tat-termini għall-preżentata ta’ rikors jew tal-eżawriment tar-rimedji ġudizzjarji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha, minn naħa, it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ dejn jiġi interrott meta l-estensjoni tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni tat-taxxa tiġi nnotifikata lill-persuni responsabbli sussidjarji tal-kumpannija debitriċi u, min-naħa l-oħra, dan it-terminu jiġi sospiż sakemm ma jkunx hemm deċiżjoni definittiva jew sentenza li ttemm l-oppożizzjoni mressqa minn dawn il-persuni responsabbli sussidjarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 jipprovdi li huma l-Istati Membri li għandhom jiddeterminaw, permezz tad-dritt nazzjonali tagħhom, il-każijiet ta’ interruzzjoni u ta’ sospensjoni tat-terminu ta’ eżekuzzjoni previst fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Issa, id-deċiżjoni tar-rinviju ma tesponix id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jirregolaw il-każijiet ta’ interruzzjoni u ta’ sospensjoni tal-proċeduri ta’ eżekuzzjoni, bħal dik mibdija fil-kuntest tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tiddeċiedi dwar domanda preliminari meta hija ma jkollhiex il-punti ta’ fatt jew ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (digriet tal‑1 ta’ Ottubru 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Inter Consulting</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑89/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:771">EU:C:2020:771</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali, in-neċessità li tingħata interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tkun utli għall-qorti nazzjonali teżiġi li din tosserva skrupolożament ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kontenut ta’ talba għal deċiżjoni preliminari u li jissemmew b’mod espliċitu fl-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura (sentenza tal‑11 ta’ Novembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Dublin City Council</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑214/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:909">EU:C:2021:909</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>B’mod partikolari, skont l-Artikolu 94(b) ta’ dawn ir-regoli, it-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tinkludi l-kontenut tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jistgħu japplikaw fil-każ ineżami u, jekk ikun il-każ, il-ġurisprudenza nazzjonali rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Ċertament, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet dwar il-kwistjoni jekk it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt Portugiż li tipprovdi li t-terminu ta’ eżekuzzjoni previst fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu huwa interrott mill-ordni għall-irkupru forzat tad-dejn li huwa s-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ rkupru (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑7 ta’ April 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IFAP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑447/20 u C‑448/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:265">EU:C:2022:265</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0110">110</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Hija ddeċidiet f’dan ir-rigward li għalkemm l-Istati Membri għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa fir-rigward tad-determinazzjoni tal-każijiet ta’ interruzzjoni u ta’ sospensjoni tat-terminu ta’ eżekuzzjoni msemmi fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95, huma għandhom madankollu josservaw il-prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza kif ukoll il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali (sentenza tas‑7 ta’ April 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IFAP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑447/20 u C‑448/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:265">EU:C:2022:265</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0113">113</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0115">115</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji li l-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat, bla ħsara għall-verifiki li l-qorti tar-rinviju kellha tagħmel fil-kawżi prinċipali li wasslu għas-sentenza tas‑7 ta’ April 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IFAP</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑447/20 u C‑448/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:265">EU:C:2022:265</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 kellu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li t-terminu ta’ eżekuzzjoni previst fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu huwa interrott mill-ordni għall-irkupru forzat tad-dejn li huwa s-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ rkupru (sentenza tas‑7 ta’ April 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IFAP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑447/20 u C‑448/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:265">EU:C:2022:265</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0117">117</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0120">120</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, id-domanda magħmula ma tirrigwardax l-interruzzjoni tat-terminu ta’ eżekuzzjoni fir-rigward tal-entità li lilha tkun ġiet indirizzata deċiżjoni ta’ rkupru, iżda tirrigwarda sitwazzjoni distinta, jiġifieri l-interruzzjoni ta’ dan it-terminu fir-rigward tal-persuni responsabbli sussidjarji tal-entità debitriċi li għalihom ġiet estiża l-proċedura ta’ eżekuzzjoni tat-taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Issa, fl-assenza ta’ kwalunkwe informazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali applikabbli u, b’mod partikolari, dwar il-modalitajiet tal-estensjoni tal-proċeduri ta’ eżekuzzjoni u tal-interruzzjoni tat-termini f’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tipprovdi risposta utli lill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>L-istess konstatazzjoni għandha ssir fir-rigward tad-domandi tal-qorti tar-rinviju dwar is-sospensjoni tat-terminu ta’ eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Minn naħa, il-qorti tar-rinviju ma pprovdiet l-ebda informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, b’tali mod li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tirrispondi għad-domanda dwar jekk id-dritt tal-Unjoni għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi din il-leġiżlazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mis-sentenza tas‑7 ta’ April 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IFAP</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑447/20 u C‑448/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:265">EU:C:2022:265</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0108">108</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li, mistoqsija dwar il-modalitajiet ta’ sospensjoni tat-terminu ta’ eżekuzzjoni previsti mid-dritt Portugiż skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95, il-qorti li ressqet talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi li taw lok għal dik is-sentenza ddikjarat li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>jirriżulta […] mid-dritt ċivili, applikabbli f’dan il-każ, li ma jeżistux raġunijiet għas-sospensjoni ta’ dan it-terminu<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, it-talba għal deċiżjoni preliminari ma tippermettix li jiġi ddeterminat jekk, f’dan il-każ, it-terminu ta’ eżekuzzjoni possibbilment previst mid-dritt nazzjonali ġiex effettivament sospiż. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex f’pożizzjoni li tivverifika jekk din il-parti tad-domanda magħmula għandhiex rabta mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali jew jekk għandhiex biss natura purament ipotetika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Issa, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-ġustifikazzjoni sabiex titressaq talba għal deċiżjoni preliminari ma hijiex il-formulazzjoni ta’ opinjonijiet konsultattivi dwar kwistjonijiet ġenerali jew ipotetiċi, iżda l-ħtieġa inerenti għas-soluzzjoni effettiva ta’ tilwima li tirrigwarda d-dritt tal-Unjoni (sentenza tas‑7 ta’ April 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Autonome Provinz Bozen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑102/21 u C‑103/21</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:272">EU:C:2022:272</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Konsegwentement, skont l-Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura, it-tielet domanda għandha titqies bħala manifestament inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li l-qorti tar-rinviju għandha l-fakultà li tressaq talba għal deċiżjoni preliminari ġdida billi tipprovdi lill-Qorti tal-Ġustizzja l-elementi kollha li jippermettulha tagħti deċiżjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑11 ta’ Settembru 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Călin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑676/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:700">EU:C:2019:700</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawżi prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat‑18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea</HT></TXT><P><HT TYPE="BOLD">għandu jiġi interpretat fis-sens li:</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, huwa ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, għall-finijiet ta’ kontestazzjoni ta’<?PAGE NO="13"?> deċiżjoni ta’ rkupru ta’ somom imħallsa indebitament, adottata wara l-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni ġudizzjarja msemmija f’din id-dispożizzjoni, id-destinatarju tagħha huwa obbligat jinvoka l-irregolarità ta’ dik id-deċiżjoni f’ċertu terminu quddiem il-qorti amministrattiva kompetenti, taħt piena ta’ dekadenza, u ma jistax jopponi iktar l-eżekuzzjoni tal-imsemmija deċiżjoni billi jinvoka l-istess irregolarità fil-kuntest tal-proċedura ġudizzjarja għall-irkupru forzat, mibdija kontrih.</HT></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95,</HT></TXT><P><HT TYPE="BOLD">għandu jiġi interpretat fis-sens li:</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">l-persuni responsabbli sussidjarji tal-entità debitriċi, destinatarja ta’ deċiżjoni ta’ rkupru tas-somom imħallsa indebitament, li għalihom ġiet estiża l-proċedura ta’ eżekuzzjoni tat-taxxa, għandhom ikunu jistgħu jinvokaw l-iskadenza tat-terminu ta’ eżekuzzjoni previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-regolament jew, jekk ikun il-każ, ta’ terminu ta’ eżekuzzjoni itwal skont l-Artikolu 3(3) tal-imsemmi regolament, sabiex jopponu l-irkupru forzat ta’ dawn is-somom.</HT></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95,</HT></TXT><P><HT TYPE="BOLD">għandu jiġi interpretat fis-sens li:</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li timponi r-rimbors tas-somom imħallsa indebitament, it-terminu ta’ eżekuzzjoni li huwa jistabbilixxi jibda jiddekorri mill-jum li fih dik id-deċiżjoni ssir definittiva, jiġifieri mill-jum tal-iskadenza tat-termini għall-preżentata ta’ rikors jew tal-eżawriment tar-rimedji ġudizzjarji.</HT></P></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>