|
20.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 80/91 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2023/613
tal-14 ta’ Marzu 2023
dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/1/2023)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK tal-15 ta’ April 2014 dwar il-missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni 2014/219/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali), inkluż id-deċiżjoni tal-ħatra ta’ Kap tal-Missjoni. |
|
(2) |
Fit-8 ta’ Diċembru 2020, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/2199 (2) li ħatret lis-Sur Hervé FLAHAUT bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali mill-1 ta’ Jannar 2021. |
|
(3) |
Fl-10 ta’ Jannar 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/96 (3) li testendi l-mandat ta’ EUCAP Sahel Mali sal-31 ta’ Jannar 2025. |
|
(4) |
Fl-20 ta’ Frar 2023, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-ħatra tas-Sur Peter KOLDING bħala l-Kap tal-Missjoni ta’ EUCAP Sahel Mali sal-31 ta’ Jannar 2024, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Peter KOLDING huwa b’dan maħtur Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) mill-11 ta’ April 2023 sal-31 ta’ Jannar 2024.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-11 ta’ April 2023.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L 113, 16.4.2014, p. 21.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/2199 tat-8 ta’ Diċembru 2020 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/2/2020) (ĠU L 434, 23.12.2020, p. 54).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/96 tal-10 ta’ Jannar 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea f’Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 8, 11.1.2023, p. 2).