<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-195/20 PPU</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0195</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:749">EU:C:2020:749</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20200924">24.9.2020</DATE> – Kawża C‑195/20 PPU</HT></P><P><HT TYPE="SC">Generalbundesanwalt beim Bundesgerichtshof (Prinċipju ta’ speċjalità)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20200924">24 ta’ Settembru 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P><P>(Test rettifikat permezz ta’ digriet tal-<DATE ISO="20201014">14 ta’ Ottubru 2020</DATE>)</P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Mandat ta’ arrest Ewropew</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI</KEYWORD><KEYWORD>Effetti tal-konsenja</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 27</KEYWORD><KEYWORD>Prosekuzzjoni eventwali għal reati oħra</KEYWORD><KEYWORD>Regola ta’ speċjalità</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑195/20 PPU,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20200421">21 ta’ April 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20200508">8 ta’ Mejju 2020</DATE>, fil-proċeduri kriminali kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">XC</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Generalbundesanwalt beim Bundesgerichtshof,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn M. Vilaras, President tal-Awla, S. Rodin (Relatur), D. Šváby, K. Jürimäe u N. Piçarra, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: D. Dittert, Kap tal-Unità,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat it-talba tal-qorti tar-rinviju tal-<DATE ISO="20200421">21 ta’ April 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20200508">8 ta’ Mejju 2020</DATE>, li r-rinviju għal deċiżjoni preliminari jiġi suġġett għall-proċedura b’urġenza, konformement mal-Artikolu 107 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20200525">25 ta’ Mejju 2020</DATE> tar-Raba’ Awla li tilqa’ l-imsemmija talba,</VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal XC, minn M. Franzikowski u F. S. Fülscher, Rechtsanwälte,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Generalbundesanwalt beim Bundesgerichtshof, minn P. Frank u S. Heine, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller, M. Hellmann u F. Halabi, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>(Kif rettifikat permezz tad-digriet tal-<DATE ISO="20201014">14 ta’ Ottubru 2020</DATE>) għall-Irlanda, minn J. Quaney, bħala aġent, assistita minn M. Gray, SC,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn S. Grünheid u R. Troosters, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20200806">6 ta’ Awwissu 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 27(2) u (3) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE> dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="017" PAGE.FIRST="45" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 17, p. 45</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="081" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 81, p. 24</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Deċiżjoni Qafas 2002/584<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali kontra XC li ġie kkundannat, fil-Ġermanja, għal piena ta’ priġunerija għal fatti kklassifikati bħala stupru aggravat u estorsjoni mwettqa fil-Portugall matul is-sena 2005.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 5 u 6 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 huma fformulati b’dan il-mod:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>(5)</NO.P><TXT>L-għan stabbilit biex l-Unjoni ssir żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja jwassal għall-abolizzjoni ta’ l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri u li din tiġi sostitwita b’sistema ta’ konsenja bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji. Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta’ sistema ssimplifikata ġdida ta’ konsenja ta’ persuni kkundannati jew suspettati għall-finijiet ta’ esekuzzjoni ta’ sentenzi kriminali jew biex jiġu sottoposti għal azzjoni kriminali, jagħmilha possibbli li jitneħħew il-komplessità u l-potenzjal għad-dewmien inerenti fil-proċeduri preżenti ta’ l-estradizzjoni. Ir-relazzjonijiet tradizzjonali ta’ kooperazzjoni li eżistew s’issa bejn l-Istati Membri għandhom jiġu sostitwiti b’sistema ta’ moviment liberu tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji fi kwistjonijiet kriminali, li tkopri kemm deċiżjonijiet qabel ma tingħata s-sentenza kif ukoll dawk finali, fi spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Il-mandat ta’ arrest Ewropew previst f’din id-Deċiżjoni Kwadru hi l-ewwel miżura konkreta fil-qasam tal-liġi kriminali li timplimenta l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku li l-Kunsill Ewropew semma’ bħala l-bażi tal-kooperazzjoni ġudizzjarja.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) u (2) ta’ din id-deċiżjoni qafas jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-mandat ta’ arrest Ewropew hija deċiżjoni ġudizzjarja maħruġa minn Stat Membru bl-iskop ta’ l-arrest u l-konsenja minn Stat Membru ieħor ta’ persuna rikjesta, għall-finijiet tat-tmexxija ta’ azzjoni kriminali jew l-esekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jesegwixxu kwalunkwe mandat ta’ arrest Ewropew abbażi tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(1) tal-imsemmija deċiżjoni qafas jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Il-mandat ta’ arrest Ewropew għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja stabbilita skond il-formola li tinsab fl-Anness:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-identità u n-nazzjonalità tal-persuna rikjesta;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-isem, l-indirizz, in-numri tat-telefon u l-fax u l-indirizz tal-posta elettronika ta’ l-awtorità ġudizzjarja emittenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>l-indikazzjoni ta’ l-eżistenza ta’ sentenza esegwibbli, mandat ta’ arrest jew kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja esegwibbli oħra li jkollhom l-istess effett, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikoli 1 u 2;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>in-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-Artikolu 2;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom twettaq ir-reat, inkluż il-ħin, il-post u l-grad ta’ parteċipazzjoni fir-reat mill-persuna rikjesta;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>il-piena imposta, jekk hemm sentenza finali, jew l-iskala ta’ pieni stabbilita għar-reat skond il-liġi ta’ l-Istat Membru emittenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>jekk possibbli, konsegwenzi oħra tar-reat.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 27 tal-istess deċiżjoni qafas huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="027.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru jista’ jinnotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li, fir-relazzjonijiet tiegħu ma’ Stati Membri oħra li taw l-istess notifika, il-kunsens hu kkunsidrat li ġie mogħti għall-azzjoni kriminali, l-għoti ta’ sentenza jew id-detenzjoni bil-għan li tiġi skontata piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għal reat imwettaq qabel il-konsenja tagħha, barra dak li għaliha ġiet konsenjata, sakemm f’każ partikolari l-awtorità ġudizzjaraja ta’ esekuzzjoni ma tiddikjarax mod ieħor fid-deċiżjoni tagħha dwar il-konsenja.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="027.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Ħlief fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 3, persuna konsenjata ma tistax tiġi pproċessata, mogħtija sentenza jew b’xi mod ieħor miċħuda mil-libertà tagħha għal reat imwettaq qabel il-konsenja tagħha minbarra dak li għalih ġiet konsenjata l-persuna.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="027.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-paragrafu 2 ma japplikax fil-każijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>meta l-persuna wara li kellha l-opportunità biex titlaq mit-territorju ta’ l-Istat Membru li lilu ġiet konsenjata m’għamlitx hekk fi żmien 45 jum mill-ħelsien finali tagħha, jew irritornat f’dak it-territorju wara li telqet minnu;</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM></LIST><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>fejn l-awtorità ġudizzjarja ta’ esekuzzjoni li kkonsenjat il-persuna tagħti l-kunsens tagħha skond il-paragrafu 4.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="027.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Talba għal kunsens għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità ġudizzjarja ta’ esekuzzjoni, flimkien ma’ l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) u traduzzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 8(2). Il-kunsens għandu jingħata meta r-reat li għalih hu mitlub hu stess hu soġġett għall-konsenja skond<?PAGE NO="4"?> id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru. Il-kunsens għandu jiġi rrifjutat għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u barra minn hekk jista’ jiġi rrifjutat biss għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 4. Id-deċiżjoni għandha tiġi meħuda mhux aktar tard minn 30 jum wara l-wasla tat-talba.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 27(2) u (3) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 ġie implimentat fid-dritt Ġermaniż fl-Artikolu 83h(1) u (2) tal-Gesetz über die internationale Rechtshilfe in Strafsachen (il-Liġi dwar il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali f’Materji Kriminali) tat-<DATE ISO="19821223">23 ta’ Diċembru 1982</DATE> (BGBl. 1982 I, p. 2071), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Dan l-Artikolu 83h jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="083H.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-persuni kkonsenjati minn Stat Membru abbażi ta’ mandat ta’ arrest Ewropew ma jistgħux:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>ikunu s-suġġett ta’ prosekuzzjoni, kundanna jew ċaħda tal-libertà għal reat imwettaq qabel il-konsenja tagħhom minbarra għal dak li jkun ta lok għall-konsenja tagħhom […]</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="083H.001"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-paragrafu 1 ma japplikax fil-każijiet li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>meta l-persuna li kellha l-opportunità titlaq mit-territorju tal-Istat Membru li lilu ġiet ikkonsenjata ma għamlitx hekk fi żmien ħamsa u erbgħin jum mill-ħelsien finali tagħha, jew irritornat f’dak it-territorju wara li telqet minnu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>ir-reat ma huwiex punibbli b’piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>il-proċeduri kriminali ma jagħtux lok għall-applikazzjoni ta’ miżura li tirrestrinġi l-libertà individwali tal-persuna;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>meta l-persuna hija punibbli b’piena jew miżura li ma jneħħux il-libertà, anki jekk din il-piena jew miżura tista’ tirrestrinġi l-libertà personali tagħha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>meta l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew il-persuna kkonsenjata tirrinunzja għall-prinċipju ta’ speċjalità.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="083H.003"><NO.PARAG>3)</NO.PARAG><ALINEA>Ir-rinunzja min-naħa tal-persuna kkonsenjata mwettqa wara l-konsenja għandha ssir quddiem qorti jew prosekutur u għandha tiġi rreġistrata. Id-dikjarazzjoni ta’ rinunzja hija irrevokabbli. Il-persuna kkonsenjata għandha tiġi informata b’dan.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>XC kien is-suġġett ta’ prosekuzzjoni fil-Ġermanja fi tliet proċeduri kriminali distinti li jirrigwardaw fatti, l-ewwel nett, ta’ traffikar ta’ droga, it-tieni nett, ta’ abbuż sesswali fuq minorenni mwettaq fil-Portugall u, it-tielet nett, ta’ stupru aggravat u ta’ estorsjoni, imwettqa fil-Portugall ukoll, rispettivament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Qabel kollox, fis-<DATE ISO="20111006">6 ta’ Ottubru 2011</DATE>, XC ġie kkundannat għal traffikar ta’ droga mill-Amtsgericht Niebüll (il-Qorti Distrettwali ta’ Niebüll, il-Ġermanja) għal piena ta’ priġunerija globali ta’ sena u disa’ xhur. L-eżekuzzjoni ta’ din il-piena ġiet sospiża taħt ċerti kundizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Imbagħad, matul is-sena 2016, infetħu proċeduri kriminali fil-Ġermanja kontra XC għal fatti kklassifikati bħala abbuż sesswali fuq minorenni mwettqa fil-Portugall u, fit-<DATE ISO="20160823">23 ta’ Awwissu 2016</DATE>, ix-Staatsanwaltschaft Hannover (il-Prosekutur ta’ Hannover, il-Ġermanja) ħareġ mandat ta’ arrest Ewropew għall-finijiet tal-eżerċizzju ta’ proċeduri kriminali għal dawn il-fatti. Peress li t-Tribunal da Relação de Évora (il-Qorti tal-Appell ta’ Évora, il-Portugall) awtorizzat il-konsenja ta’ XC lill-awtoritajiet ġudizzjarji Ġermaniżi għall-imsemmi ksur u peress li XC ma rrinunzjax f’din l-okkażjoni għar-regola ta’ speċjalità, fit-<DATE ISO="20170622">22 ta’ Ġunju 2017</DATE> dan tal-aħħar ġie kkonsenjat lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mill-awtoritajiet ġudizzjarji Portugiżi. Ikkundannat għal piena ta’ priġunerija ta’ sena u tliet xhur, huwa tqiegħed f’ħabs f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Matul l-eżekuzzjoni tal-piena li XC ġie kkundannat għaliha relatata mal-abbuż sesswali fuq minorenni, is-sospensjoni taħt ċerti kundizzjonijiet tal-eżekuzzjoni tal-piena mogħtija fis-<DATE ISO="20111006">6 ta’ Ottubru 2011</DATE> mill-Amtsgericht Niebüll (il-Qorti Distrettwali ta’ Niebüll) fir-rigward tat-traffikar ta’ droga ġiet irrevokata. Fit-<DATE ISO="20180822">22 ta’ Awwissu 2018</DATE>, ix-Staatsanwaltschaft Flensburg (il-Prosekutur ta’ Flensburg, il-Ġermanja) talab lit-Tribunal da Relação de Évora (il-Qorti tal-Appell ta’ Évora), bħala awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew imsemmi fil-punt 11 ta’ din is-sentenza, tirrinunzja għall-applikazzjoni tar-regola ta’ speċjalità u tagħti l-kunsens tagħha għall-eżekuzzjoni tal-piena mogħtija mill-Amtsgericht Niebüll (il-Qorti Distrettwali ta’ Niebüll) fis-<DATE ISO="20111006">6 ta’ Ottubru 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20180831">31 ta’ Awwissu 2018</DATE>, fin-nuqqas ta’ tweġiba mit-Tribunal da Relação de Évora (il-Qorti tal-Appell ta’ Évora), XC ingħata l-libertà u tqiegħed taħt sorveljanza soċjoġudizzjarja għal ħames snin, li fil-kuntest tagħha huwa kellu jippreżenta ruħu darba fix-xahar għand l-uffiċjal tal-probation tiegħu. Fit-<DATE ISO="20180918">18 ta’ Settembru 2018</DATE>, huwa mar il-Pajjiżi l-Baxxi u mbagħad l-Italja. Fid-<DATE ISO="20180919">19 ta’ Settembru 2018</DATE>, inħareġ mandat ta’ arrest Ewropew fil-konfront ta’ XC mill-Prosekutur ta’ Flensburg għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Amtsgericht Niebüll (il-Qorti Distrettwali ta’ Niebüll) tas-<DATE ISO="20111006">6 ta’ Ottubru 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20180927">27 ta’ Settembru 2018</DATE>, XC ġie arrestat fl-Italja abbażi ta’ dan il-mandat ta’ arrest Ewropew. Fl-<DATE ISO="20181010">10 ta’ Ottubru 2018</DATE>, l-awtorità ta’ eżekuzzjoni Taljana tat il-kunsens tagħha għall-konsenja tiegħu. Fit-<DATE ISO="20181018">18 ta’ Ottubru 2018</DATE>, XC ġie kkonsenjat lill-awtoritajiet Ġermaniżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Finalment, fil-<DATE ISO="20181105">5 ta’ Novembru 2018</DATE>, inħareġ mandat ta’ arrest mill-Amtsgericht Braunschweig (il-Qorti Distrettwali ta’ Braunschweig, il-Ġermanja) għall-finijiet tal-istruttorja tat-tielet kawża li timplika lil XC u li tirrigwarda fatti ta’ stupru aggravat u ta’ estorsjoni mwettqa fil-Portugall matul is-sena 2005.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20181212">12 ta’ Diċembru 2018</DATE>, ix-Staatsanwaltschaft Braunschweig (il-Prosekutur ta’ Braunschweig, il-Ġermanja) talab lill-awtorità ta’ eżekuzzjoni Taljana tagħti l-kunsens tagħha wkoll sabiex XC ikun is-suġġett ta’ prosekuzzjoni għal dawn il-fatti ta’ stupru u ta’ estorsjoni. Il-Corte d’appello di Milano (il-Qorti tal-Appell ta’ Milano, l-Italja) laqgħet din it-talba fit-<DATE ISO="20190322">22 ta’ Marzu 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>XC tqiegħed taħt arrest preventiv fil-Ġermanja mit-<DATE ISO="20190723">23 ta’ Lulju 2019</DATE> sal-<DATE ISO="20200211">11 ta’ Frar 2020</DATE> skont il-mandat ta’ arrest maħruġ fil-<DATE ISO="20181105">5 ta’ Novembru 2018</DATE> mill-Amtsgericht Braunschweig (il-Qorti Distrettwali ta’ Braunschweig). Matul dan il-perijodu, permezz ta’ sentenza tas-<DATE ISO="20191216">16 ta’ Diċembru 2019</DATE>, il-Landgericht Braunschweig (il-Qorti Reġjonali ta’ Braunschweig, il-Ġermanja) ikkundannat lil XC għall-fatti ta’ stupru aggravat u ta’ estorsjoni mwettqa fil-Portugall matul is-sena 2005. Hija tat, fil-konfront tiegħu, piena ta’ priġunerija globali ta’ seba’ snin li tieħu inkunsiderazzjoni s-sentenza tal-Amtsgericht Niebüll (il-Qorti Distrettwali ta’ Niebüll) tas-<DATE ISO="20111006">6 ta’ Ottubru 2011</DATE>. It-tul kollu tal-arrest preventiv magħmul fl-Italja minn XC ġie meħud inkunsiderazzjoni fil-piena globali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20200121">21 ta’ Jannar 2020</DATE>, l-awtorità ta’ eżekuzzjoni Portugiża tat il-kunsens tagħha għall-eżekuzzjoni tal-piena ta’ priġunerija globali mogħtija mill-Amtsgericht Niebüll (il-Qorti Distrettwali ta’ Niebüll) fis-<DATE ISO="20111006">6 ta’ Ottubru 2011</DATE>. XC ilu taħt arrest mit-<DATE ISO="20200212">12 ta’ Frar 2020</DATE> għall-eżekuzzjoni ta’ din il-piena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>XC ippreżenta appell għal reviżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju kontra s-sentenza tal-Landgericht Braunschweig (il-Qorti Reġjonali ta’ Braunschweig) tas-<DATE ISO="20191216">16 ta’ Diċembru 2019</DATE>. B’mod partikolari, huwa kkontesta l-validità tal-proċedura li wasslet għall-għoti ta’ dik is-sentenza fir-rigward tar-regola ta’ speċjalità prevista fl-Artikolu 27 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584. XC isostni, essenzjalment, li, sa fejn l-awtorità ta’ eżekuzzjoni Portugiża ma tatx il-kunsens tagħha għall-prosekuzzjoni għall-fatti ta’ stupru aggravat u ta’ estorsjoni mwettqa fil-Portugall matul is-sena 2005, l-awtoritajiet Ġermaniżi ma kellhomx id-dritt li jibdew proċeduri kontra l-akkużat. Sa mill-<DATE ISO="20180901">1 ta’ Settembru 2018</DATE>, XC fil-fatt dejjem tqiegħed taħt il-protezzjoni tar-regola ta’ speċjalità. B’hekk, il-proċeduri mibdija kontra XC mill-awtoritajiet Ġermaniżi mingħajr il-kunsens minn qabel tal-awtorità ta’ eżekuzzjoni Portugiża kif ukoll l-atti proċedurali relatati magħhom, bħall-mandat ta’ arrest maħruġ mill-Amtsgericht Braunschweig (il-Qorti Distrettwali ta’ Braunschweig) fil-<DATE ISO="20181105">5 ta’ Novembru 2018</DATE>, huma vvizzjati b’illegalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, il-kwistjoni dwar jekk dan il-mandat ta’ arrest jistax jinżamm jew għall-kuntrarju għandux jiġi annullat tiddependi mill-kwistjoni dwar jekk l-awtoritajiet Ġermaniżi kellhomx dritt ta’ prosekuzzjoni fir-rigward ta’ XC għall-allegazzjonijiet ta’ stupru aggravat u ta’ estorsjoni mwettqa fil-Portugall matul is-sena 2005.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-Artikolu 27(2) u (3) tad-Deċiżjoni Qafas [2002/584] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prinċipju ta’ speċjalità ma jipprekludix miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà meħuda minħabba reat ieħor imwettaq qabel il-konsenja li jkun differenti minn dak li fuqu tkun ibbażata l-konsenja f’sitwazzjoni fejn il-persuna tkun telqet b’mod volontarju mit-territorju tal-Istat Membru emittenti wara l-konsenja u tkun sussegwentement ikkonsenjata mill-ġdid lejn it-territorju tal-Istat Membru emittenti minn Stat Membru ta’ eżekuzzjoni ieħor fuq il-bażi ta’ mandat ta’ arrest Ewropew ġdid u f’sitwazzjoni fejn it-tieni Stat Membru ta’ eżekuzzjoni jkun ta l-kunsens tiegħu li din il-persuna tkun is-suġġett ta’ prosekuzzjoni, kundanna u eżekuzzjoni tal-piena fir-rigward ta’ dan ir-reat l-ieħor?<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-proċedura b’urġenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju titlob li dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari jkun suġġett għall-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari prevista fl-Artikolu 107 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tagħha, dik il-qorti ssostni li XC jinsab f’ħabs abbażi tas-sentenza tal-Amtsgericht Niebüll (il-Qorti Distrettwali ta’ Niebüll) tas-<DATE ISO="20111006">6 ta’ Ottubru 2011</DATE>. Madankollu, dejjem skont il-qorti tar-rinviju, il-mandat ta’ arrest maħruġ mill-Amtsgericht Braunschweig (il-Qorti Distrettwali ta’ Braunschweig) fil-<DATE ISO="20181105">5 ta’ Novembru 2018</DATE> jikkostitwixxi raġuni addizzjonali għad-detenzjoni tal-persuna kkonċernata u jista’ jwassal sabiex jillimita t-tnaqqis tal-eżekuzzjoni tal-piena imposta kontriha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju ssostni li fis-<DATE ISO="20200607">7 ta’ Ġunju 2020</DATE> XC ser ikun skonta żewġ terzi tal-piena imposta fis-<DATE ISO="20111006">6 ta’ Ottubru 2011</DATE> mill-Amtsgericht Niebüll (il-Qorti Distrettwali ta’ Niebüll) u, għaldaqstant, ikun ammissibbli għal sospensjoni eventwali suġġetta għal kundizzjonijiet tal-eżekuzzjoni tal-kumplament ta’ din il-piena. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tispjega li, minn naħa, il-mandat ta’ arrest maħruġ mill-Amtsgericht Braunschweig (il-Qorti Distrettwali ta’ Braunschweig) fil-<DATE ISO="20181105">5 ta’ Novembru 2018</DATE> jista’ jostakola s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-imsemmija piena. Min-naħa<?PAGE NO="7"?> l-oħra, fil-każ li tingħata tali sospensjoni, il-qorti tar-rinviju ssostni li r-risposta għall-kwistjoni tal-validità ta’ dan il-mandat ta’ arrest tiddetermina jekk l-arrest preventiv ordnat abbażi tiegħu jistax jitkompla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat, fl-ewwel lok, li dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari jirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 li tagħmel parti mill-oqsma li jinsabu fit-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat FUE, dwar l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Għaldaqstant, dan ir-rinviju jista’ jiġi suġġett għall-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-kriterju relatat mal-urġenza, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-persuna kkonċernata fil-kawża prinċipali hija fil-preżent imċaħħda mil-libertà u li ż-żamma tagħha f’detenzjoni tiddependi mis-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali. Barra minn hekk, is-sitwazzjoni tal-persuna kkonċernata għandha tiġi evalwata skont kif tkun fis-seħħ fid-data tal-eżami tat-talba intiża sabiex ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari jiġi suġġett għall-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171222">22 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Ardic</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑571/17 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:1026">EU:C:2017:1026</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan il-każ, minn naħa, għalkemm huwa paċifiku li, f’dik id-data XC kien imċaħħad mil-libertà abbażi tas-sentenza tal-Amtsgericht Niebüll (il-Qorti Distrettwali ta’ Niebüll) tas-<DATE ISO="20111006">6 ta’ Ottubru 2011</DATE>, xorta jibqa’ l-fatt li l-mandat ta’ arrest maħruġ mill-Amtsgericht Braunschweig (il-Qorti Distrettwali ta’ Braunschweig) fil-<DATE ISO="20181105">5 ta’ Novembru 2018</DATE> jista’ wkoll jiġġustifika d-detenzjoni ta’ XC. Min-naħa l-oħra, iż-żamma fis-seħħ ta’ dan il-mandat tista’ twassal għal-limitazzjoni tat-tnaqqis tal-eżekuzzjoni tal-piena ta’ priġunerija imposta kontrih, tinfluwenza d-deċiżjoni dwar is-sospensjoni taħt kundizzjonijiet ta’ din il-piena u, fil-każ li tingħata tali sospensjoni, issir l-unika bażi legali għaż-żamma ta’ XC taħt detenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, fil-<DATE ISO="20200525">25 ta’ Mejju 2020</DATE>, fuq proposta tal-Imħallef Relatur, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, ir-Raba’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tilqa’ t-talba tal-qorti tar-rinviju intiża sabiex ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari jinstema’ bil-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tixtieq tkun taf jekk l-Artikolu 27(2) u (3) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 għandux jiġi interpretat fis-sens li r-regola ta’ speċjalità stabbilita fil-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu ma tipprekludix miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà meħuda kontra persuna koperta mill-ewwel mandat ta’ arrest Ewropew minħabba fatti differenti minn dawk li jkunu kkostitwixxew ir-raġuni għall-konsenja tagħha b’eżekuzzjoni ta’ dan il-mandat u preċedenti għal dawn il-fatti, meta din il-persuna tkun telqet b’mod volontarju mit-territorju tal-Istat Membru li jkun ħareġ l-ewwel mandat u tkun ġiet ikkonsenjata mill-ġdid hemmhekk b’eżekuzzjoni tat-tieni mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ wara dan it-tluq għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ priġunerija sakemm, abbażi tat-tieni mandat ta’ arrest Ewropew, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tiegħu tkun tat il-kunsens tagħha għall-finijiet tal-estensjoni tal-prosekuzzjonijiet għall-fatti li jkunu wasslu għall-miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għad-domanda preliminari, preliminarjament għandu jitfakkar li d-dritt tal-Unjoni huwa msejjes fuq il-premessa fundamentali li kull Stat Membru jikkondividi mal-Istati Membri l-oħra kollha, u jirrikonoxxi li dawn jikkondividu miegħu, sensiela ta’ valuri komuni li fuqhom hija bbażata l-Unjoni, kif inhu ppreċiżat fl-Artikolu 2 TUE. Din il-premessa timplika u tiġġustifika l-eżistenza tal-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri fir-rikonoxximent ta’ dawn il-valuri u, għalhekk, fir-rispett tad-dritt tal-Unjoni li jimplimentahom (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200311">11 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>SF (Mandat ta’ arrest Ewropew – Garanzija ta’ ritorn fl-Istat ta’ eżekuzzjoni)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑314/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:191">EU:C:2020:191</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li d-Deċiżjoni Qafas 2002/584 għandha l-għan, hekk kif jirriżulta, b’mod partikolari, mill-Artikolu 1(1) u (2) tagħha, moqri fid-dawl tal-premessa 5 tagħha, li tissostitwixxi s-sistema ta’ estradizzjoni multilaterali bbażata fuq il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni, iffirmata f’Pariġi fit-<DATE ISO="19571213">13 ta’ Diċembru 1957</DATE>, b’sistema ta’ konsenja bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-persuni kkundannati jew issuspettati għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ sentenzi jew tat-tressiq ta’ proċeduri kriminali, liema sistema tal-aħħar hija bbażata fuq il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200311">11 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>SF (Mandat ta’ arrest Ewropew – Garanzija ta’ ritorn fl-Istat ta’ eżekuzzjoni)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑314/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:191">EU:C:2020:191</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, din id-deċiżjoni qafas hija intiża, permezz tal-istabbiliment ta’ sistema ssemplifikata u iktar effikaċi ta’ konsenja ta’ persuni kkundannati jew issuspettati bi ksur tal-liġi kriminali, li tiffaċilita u li tħaffef il-kooperazzjoni ġudizzjarja sabiex tikkontribwixxi għat-twettiq tal-għan mogħti lill-Unjoni li ssir spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja bbażata fuq il-grad ta’ fiduċja għoli li għandu jeżisti bejn l-Istati Membri (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200311">11 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>SF (Mandat ta’ arrest Ewropew – Garanzija ta’ ritorn fl-Istat ta’ eżekuzzjoni)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑314/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:191">EU:C:2020:191</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-qasam irregolat mid-Deċiżjoni Qafas 2002/584, il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku, li, hekk kif jirriżulta b’mod partikolari mill-premessa 6 tagħha, jikkostitwixxi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>bażi<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali, huwa applikat fl-Artikolu 1(2) ta’ din id-deċiżjoni qafas, li jistabbilixxi r-regola li l-Istati Membri huma obbligati jeżegwixxu kull mandat ta’ arrest Ewropew fuq il-bażi tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku u konformement mad-dispożizzjonijiet ta’ din l-istess deċiżjoni qafas. Għaldaqstant, bħala prinċipju, l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni jistgħu jirrifjutaw li jeżegwixxu tali mandat biss għar-raġunijiet, elenkati b’mod eżawrjenti, ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni previsti fid-Deċiżjoni Qafas 2002/584 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200311">11 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Mandat ta’ arrest Ewropew – Garanzija ta’ ritorn fl-Istat ta’ eżekuzzjoni)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑314/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:191">EU:C:2020:191</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-proċess għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, minn naħa, wara l-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ fid-<DATE ISO="20180919">19 ta’ Settembru 2018</DATE> mill-Prosekutur ta’ Flensburg għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Amtsgericht Niebüll (il-Qorti Distrettwali ta’ Niebüll) tas-<DATE ISO="20111006">6 ta’ Ottubru 2011</DATE>, l-awtorità ta’ eżekuzzjoni Taljana tat il-kunsens tagħha għall-eżekuzzjoni ta’ din is-sentenza fl-<DATE ISO="20181010">10 ta’ Ottubru 2018</DATE> qabel ma XC ġie kkonsenjat lill-awtoritajiet Ġermaniżi fit-<DATE ISO="20181018">18 ta’ Ottubru 2018</DATE>. Min-naħa l-oħra, minn dan il-proċess jirriżulta wkoll li, wara talba magħmula fit-<DATE ISO="20181212">12 ta’ Diċembru 2018</DATE> mill-Prosekutur ta’ Braunschweig sabiex XC jiġi suġġett għal prosekuzzjoni għal fatti ta’ stupru aggravat u ta’ estorsjoni, il-Corte d’appello di Milano (il-Qorti tal-Appell ta’ Milano) tat il-kunsens tagħha għall-prosekuzzjoni ta’ dawn il-fatti fit-<DATE ISO="20190322">22 ta’ Marzu 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-Artikolu 27 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, għalkemm l-Artikoli 27 u 28 ta’ din id-deċiżjoni qafas jikkonferixxu fuq l-Istati Membri ċerti kompetenzi preċiżi matul l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, dawn id-dispożizzjonijiet, peress li jistabbilixxu regoli derogatorji fil-konfront tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku stabbilit fl-Artikolu 1(2) ta’ din id-deċiżjoni qafas, ma jistgħux jiġu interpretati b’mod li jwassal sabiex jixxejjen l-għan imfittex mill-imsemmija deċiżjoni qafas, li jikkonsisti f’li jiġu ffaċilitati u mħaffa l-konsenji bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri fid-dawl tal-fiduċja reċiproka li għandha teżisti bejniethom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>West,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑192/12 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:404">EU:C:2012:404</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-Artikolu 27(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 jistabbilixxi r-regola ta’ speċjalità li abbażi tagħha persuna li tkun ġiet ikkonsenjata ma tistax tkun suġġetta għal prosekuzzjoni, ikkundannata jew imċaħħda mil-libertà għal reat imwettaq qabel il-konsenja tagħha minbarra għal dak li jkun ta lok għall-konsenja tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Qabel kollox, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 33 tal-konklużjonijiet tiegħu, mill-interpretazzjoni letterali ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-imsemmija regola hija strettament marbuta mal-konsenja li tirriżulta mill-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew speċifiku, sa fejn il-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tirreferi għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>konsenja<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> fis-singular.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Sussegwentement, kif sostna l-Avukat Ġenerali fil-punt 37 tal-konklużjonijiet tiegħu, din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-interpretazzjoni kuntestwali tal-imsemmija dispożizzjoni. Fil-fatt, kemm l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, li jiddefinixxi l-mandat ta’ arrest Ewropew fid-dawl tal-għan speċifiku mfittex minnu, kif ukoll l-Artikolu 8(1) ta’ din id-deċiżjoni qafas, li jeżiġi li kull mandat ta’ arrest Ewropew għandu jkun preċiż fir-rigward tan-natura u tal-klassifikazzjoni legali tar-reati li huwa jkopri u jiddeskrivi ċ-ċirkustanzi tat-twettiq tagħhom, jindikaw li r-regola ta’ speċjalità hija marbuta mal-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew speċifiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, hekk kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-regola ta’ speċjalità hija marbuta mas-sovranità tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni u tagħti lill-persuna rikjesta d-dritt li tkun suġġetta għal prosekuzzjoni, ikkundannata jew imċaħħda mil-libertà biss għar-reat li jkun ta lok għall-konsenja tagħha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081201">1 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Leymann u Pustovarov</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑388/08 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:669">EU:C:2008:669</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Din ir-regola fil-fatt teżiġi li l-Istat Membru emittenti li jixtieq iwettaq prosekuzzjoni jew jikkundanna persuna għal reat imwettaq qabel il-konsenja tagħha b’eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew differenti minn dak li ta lok għal din il-konsenja jikseb il-kunsens tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni sabiex jiġi evitat li l-ewwel Stat Membru jidħol fuq il-kompetenzi li l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jkun jista’ jeżerċita u jmur lil hinn mill-prerogattivi tiegħu fil-konfront tal-persuna li fir-rigward tagħha jkun hemm prosekuzzjoni. Sa fejn il-mekkaniżmu tal-mandat ta’ arrest Ewropew huwa intiż li jikkonsenja lill-persuna kkonċernata lill-Istat Membru li jkun ħareġ tali mandat, għar-reati speċifiċi msemmija minnu, billi jiġbdu lejn it-territorju ta’ dan l-Istat Membru b’mod forzat, ir-regola ta’ speċjalità hija intrinsikament marbuta mal-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew speċifiku li l-portata tiegħu hija ben stabbilita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li r-regola ta’ speċjalità li setgħet tiġi invokata fil-kuntest tal-ewwel konsenja ta’ XC mill-awtoritajiet ta’ eżekuzzjoni Portugiżi ma għandhiex effett fuq ir-ritorn ta’ XC fit-territorju Ġermaniż abbażi tal-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-Prosekutur ta’ Flensburg fid-<DATE ISO="20180919">19 ta’ Settembru 2018</DATE>. Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 50 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-inapplikabbiltà tar-regola ta’ speċjalità fir-rigward tal-ewwel mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-Prosekutur ta’ Hannover fit-<DATE ISO="20160823">23 ta’ Awwissu 2016</DATE> ma tirriżultax minn waħda mill-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 27(3) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 iżda mill-fatt li l-kawża prinċipali issa taqa’ fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tat-tieni mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ fil-konfront ta’ XC mill-Prosekutur ta’ Flensburg fid-<DATE ISO="20180919">19 ta’ Settembru 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, li jiġi rikjest, sabiex persuna tkun tista’ tiġi suġġetta għal prosekuzzjoni, ikkundannata jew miżmuma sabiex tiġi eżegwita piena jew ordni ta’ detenzjoni għal reat imwettaq qabel il-konsenja tagħha minbarra dak li ta lok għall-konsenja tagħha, li jingħata kunsens kemm mill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tal-Istat Membru li kkonsenja l-persuna li tkun ġiet suġġetta għal prosekuzzjoni abbażi tal-ewwel mandat ta’ arrest Ewropew, kif ukoll mill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tal-Istat Membru li kkonsenja l-imsemmija persuna fuq il-bażi tat-tieni mandat ta’ arrest Ewropew, jipprekludi l-effettività tal-proċedura ta’ konsenja u b’hekk iqiegħed f’riskju l-għan segwit mid-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif dan jirriżulta mill-ġurisprudenza stabbilita mfakkra fil-punt 35 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għaldaqstant, peress li, f’dan il-każ, XC telaq b’mod volontarju mit-territorju Ġermaniż wara li f’dan l-Istat Membru skonta l-piena li għaliha kien ġie kkundannat għall-fatti msemmija fl-ewwel mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-Prosekutur ta’ Hannover fit-<DATE ISO="20160823">23 ta’ Awwissu 2016</DATE>, din il-persuna ma għadx għandha d-dritt li tinvoka r-regola ta’ speċjalità relatata ma’ dan l-ewwel mandat ta’ arrest<?PAGE NO="10"?> Ewropew. F’dan il-kuntest, l-imsemmija persuna tista’ tinvoka r-regola ta’ speċjalità biss fir-rigward tal-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-Prosekutur ta’ Flensburg fid-<DATE ISO="20180919">19 ta’ Settembru 2018</DATE> u eżegwit mill-awtorità ta’ eżekuzzjoni Taljana.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-Artikolu 27(3)(g) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 jirriżulta li r-regola ta’ speċjalità prevista fil-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu ma tapplikax meta l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni li tkun ikkonsenjat il-persuna kkonċernata tagħti l-kunsens tagħha sabiex din tkun is-suġġett ta’ prosekuzzjoni, ikkundannata jew miżmuma bil-għan tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jew ta’ ordni ta’ detenzjoni, għal reat imwettaq qabel il-konsenja tagħha, minbarra dak li ta lok għall-konsenja tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Sa fejn, kif jirriżulta mill-punt 43 ta’ din is-sentenza, f’kawża bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, is-sempliċi konsenja rilevanti sabiex tiġi evalwata l-osservanza tar-regola ta’ speċjalità hija dik imwettqa abbażi tat-tieni mandat ta’ arrest Ewropew, il-kunsens meħtieġ fl-Artikolu 27(3)(g) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 għandu jingħata biss mill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tal-Istat Membru li jkun ikkonsenja l-persuna li tkun is-suġġett ta’ prosekuzzjoni abbażi tal-imsemmi mandat ta’ arrest Ewropew.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 27(2) u (3) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 għandu jiġi interpretat fis-sens li r-regola ta’ speċjalità stabbilita fil-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu ma tipprekludix miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà meħuda kontra persuna koperta mill-ewwel mandat ta’ arrest Ewropew minħabba fatti differenti minn dawk li jkunu kkostitwixxew ir-raġuni għall-konsenja tagħha b’eżekuzzjoni ta’ dan il-mandat u preċedenti għal dawn il-fatti, meta din il-persuna tkun telqet b’mod volontarju mit-territorju tal-Istat Membru li jkun ħareġ l-ewwel mandat u tkun ġiet ikkonsenjata mill-ġdid hemmhekk b’eżekuzzjoni tat-tieni mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ wara dan it-tluq għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jekk kemm‑il darba, abbażi tat-tieni mandat ta’ arrest Ewropew, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tiegħu tkun tat il-kunsens tagħha għall-finijiet tal-estensjoni tal-prosekuzzjonijiet għall-fatti li jkunu wasslu għall-miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Dwar l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 27(2) u (3) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE> dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-regola ta’ speċjalità stabbilita fil-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu ma tipprekludix miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà meħuda kontra persuna koperta mill-ewwel mandat ta’ arrest Ewropew minħabba fatti differenti minn dawk li jkunu kkostitwixxew ir-raġuni għall-konsenja tagħha b’eżekuzzjoni ta’ dan il-mandat u preċedenti għal dawn il-fatti, meta din il-persuna tkun telqet b’mod volontarju mit-territorju tal-Istat Membru li jkun ħareġ l-ewwel mandat u tkun ġiet ikkonsenjata mill-ġdid hemmhekk b’eżekuzzjoni tat-tieni mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ wara dan it-tluq għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jekk kemm‑il darba, abbażi tat-tieni mandat ta’ arrest Ewropew, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tiegħu tkun tat il-kunsens tagħha għall-finijiet tal-estensjoni tal-prosekuzzjonijiet għall-fatti li jkunu wasslu għall-miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><?PAGE NO="11"?><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>