European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6581

10.12.2025

Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)

(C/2025/6581)

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)

“Ribeiras do Morrazo”

Numru ta’ referenza tal-UE: PGI-ES-02238-AM01 - 16.9.2025

1.   Isem il-prodott

Ribeiras do Morrazo

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☐

DOP

☑

IĠP

☐

IĠ

3.   Settur

☐

Prodotti agrikoli

☑

Inbejjed

☐

Xarbiet spiritużi

4.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika

Spanja

5.   Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard

Isem

Il-Ministeru għall-Agrikoltura, għas-Sajd u għall-Ikel. Id-Direttorat Ġenerali għall-Ikel. Is-Subdirettorat Ġenerali għall-Kontroll tal-Kwalità tal-Ikel u għal-Laboratorji Agroalimentari.

6.   Kwalifika bħala emenda standard

L-awtorità kompetenti tqis din l-emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-IĠP Ribeiras do Morrazo bħala emenda standard; ma tistax titqies bħala emenda tal-Unjoni peress li ma tikkorrispondi għall-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2024/1143 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi. Speċifikament, ma: tinkludix bidla fl-isem jew fl-użu tal-isem, jew fil-kategorija ta’ prodott jew prodotti identifikati bl-indikazzjoni ġeografika; tirriskjax li xxejjen ir-rabta maż-żona ġeografika; tinvolvix aktar restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

7.   Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i

7.1.   Bidliet fid-deskrizzjoni tal-inbejjed

Deskrizzjoni

Il-qawwa alkoħolika minima miksuba u totali tal-inbejjed bojod tnaqqset minn 11,5 % għal 11 %.

L-aċidità volatili massima żdiedet minn 17,9 meq/l għal 18 meq/l għall-inbejjed bojod u għal 20 meq/l għall-inbejjed ħomor.

Id-deskrizzjoni organolettika tal-inbejjed ittejbet ukoll.

Il-punt 2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 6 tad-dokument uniku ġew emendati.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku

7.2.   Bidliet fir-rendiment tal-estrazzjoni

Deskrizzjoni

Il-limitu tar-rendiment tal-estrazzjoni żdied minn 68 litru għal 70 litru għal kull 100 kg għeneb għall-varjetajiet bojod, u għal 72 litru għal kull 100 kg għeneb għall-varjetajiet ħomor.

Il-punt 3 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 7 tad-dokument uniku ġew emendati.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku

7.3.   Bidliet fiż-żona definita

Deskrizzjoni

Tneħħiet id-dispożizzjoni li tirrestrinġi l-art adattata għal żoni taħt elevazzjoni ta’ 300 metru fiż-żona definita.

Il-punt 4 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 9 tad-dokument uniku ġew emendati.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku

7.4.   Bidliet fir-rendiment tal-produzzjoni

Deskrizzjoni

Il-limitu fuq ir-rendiment tal-produzzjoni għal kull ettaru żdied minn 10 000 għal 12 000 kg/ha għall-varjetajiet bojod (minn 68 għal 84 hl/ha); u minn 8 000 għal 10 000 kg/ha għall-varjetajiet ħomor (minn 54,4 għal 72 hl/ha).

Il-punt 5 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 7.2 tad-dokument uniku ġew emendati.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku

7.5.   Titjib editorjali

Deskrizzjoni

Aġġornament tar-referenzi leġiżlattivi; titjib editorjali; u aġġornament tal-isem u tad-dettalji ta’ kuntatt tal-korp ta’ kontroll kompetenti.

Din l-emenda tikkonċerna l-punti 2, 7, 8 u 9 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Id-dokument uniku ma huwiex affettwat.

☐

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

DOKUMENT UNIKU

Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbid

Ribeiras do Morrazo

Numru ta’ referenza tal-UE: PGI-ES-02238-AM01 - 16.9.2025

1.   Isem/Ismijiet

Ribeiras do Morrazo

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☐

DOP

☑

IĠP

☐

IĠ

3.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita

Spanja

4.   Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143

2204 – Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009

5.   Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli kif elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

1.

Inbid

6.   Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed

Prodott tad-dwieli

INBID ABJAD

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

Ċar u jgħajjat.

Aroma

Aromi qawwija b’aromi primarji perċepibbli b’mod ċar.

Togħma

L-inbejjed huma friski u fluwidi fuq il-palat. Il-qawwa alkoħolika ġeneralment tkun moderata, b’aċidità bbilanċjata u titħalla togħma ta’ frott fil-ħalq.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

-

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

“maxAlcoholStrength”

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

11

Aċidità totali minima:

5

Unità ta’ aċidità totali minima:

fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

200

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

-

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

INBID AĦMAR

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

Ċar u jgħajjat.

Aroma

Aromi qawwija b’aromi primarji perċepibbli b’mod ċar.

Togħma

L-inbejjed huma friski u fluwidi fuq il-palat. Il-qawwa alkoħolika ġeneralment tkun moderata, b’aċidità bbilanċjata u titħalla togħma ta’ frott fil-ħalq.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

-

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

“maxAlcoholStrength”

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

10

Aċidità totali minima:

5

Unità ta’ aċidità totali minima:

fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

150

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

-

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

7.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

7.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom

Prattika tal-produzzjoni tal-inbid

“title”

Tip ta’ prattika enoloġika

Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

Deskrizzjoni

L-għeneb irid jinqata’ billi jintużaw ċestuni tal-ħsad jew kontenituri oħrajn awtorizzati mill-awtorità kompetenti.

Prattika tal-produzzjoni tal-inbid

“title”

Tip ta’ prattika enoloġika

Prattika enoloġika speċifika

Deskrizzjoni

Ir-rendiment massimu tal-inbid huwa ta’ 70 litru għal kull 100 kg għeneb għall-varjetajiet ta’ għeneb abjad, u ta’ 72 litru għal kull 100 kg ta’ għeneb għal dawk ta’ għeneb aħmar.

7.2.   Rendimenti massimi

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet ta’ għeneb abjad

Rendiment massimu:

12 000

Unità ta’ rendiment massimu:

kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet ta’ għeneb abjad

Rendiment massimu:

84

Unità ta’ rendiment massimu:

ettolitri għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet ta’ għeneb aħmar

Rendiment massimu:

10 000

Unità ta’ rendiment massimu:

kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Varjetajiet ta’ għeneb aħmar

Rendiment massimu:

72

Unità ta’ rendiment massimu:

ettolitri għal kull ettaru

8.   Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed

—

ALBARÍN BLANCO - BRANCO LEXÍTIMO

—

ALBARIÑO

—

BRANCELLAO

—

CAÍÑO BLANCO

—

CAÍÑO TINTO

—

ESPADEIRO - TORNEIRO

—

GODELLO

—

LOUREIRA

—

LOUREIRO TINTO

—

MENCÍA

—

PEDRAL

—

SOUSÓN

—

TORRONTÉS

—

TREIXADURA

9.   Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika definita

Din tinkludi l-art adattata għall-produzzjoni tal-għeneb fil-muniċipalitajiet ta’ Bueu, Cangas, Marín, Moaña, Poio, Pontevedra, Redondela u Vilaboa.

10.   Rabta maż-żona ġeografika

Ir-rabta kawżali mal-oriġini ġeografika hija bbażata fuq:

☐

Reputazzjoni

☐

Kwalità nominali

☑

Karatteristiċi oħra

Kategorija tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

Sommarju tar-rabta

Iż-żona għandha klima umduża u marittima, b’2 100 siegħa ta’ xemx fis-sena, temperaturi moderati u medda żgħira ta’ temperaturi (bejn 7,3 °C u 25,7 °C) matul l-istaġun tat-tkabbir, b’temperaturi għoljin matul ix-xitwa, nuqqas kważi totali ta’ ġlata, u preċipitazzjoni ta’ bejn 1 300 mm u 1 800 mm. Iż-żona hija protetta minn bosta formazzjonijiet muntanjużi, li jirriżultaw f’inqas xita matul is-sajf. Dan, flimkien mat-temperaturi relattivament għoljin tas-sajf, jipproduċi livelli għoljin ta’ evapotraspirazzjoni. B’riżultat ta’ dan, tinħass influwenza Mediterranja notevoli ħafna f’dak iż-żmien tas-sena, b’temperaturi medji ta’ madwar 18 °C. Dan ċertament jiffavorixxi l-kultivazzjoni tad-dwieli.

Din hija żona kostali, fejn id-dwieli jiġu kkultivati fuq l-għoljiet, bi żrieżaq ħfief u inklinazzjonijiet protetti, kważi dejjem f’inqas minn 150 m ’il fuq mil-livell tal-baħar. Il-biċċa l-kbira tal-ħamrija hija moderatament aċiduża u permeabbli, b’kapaċità baxxa ta’ żamma tal-ilma u b’kontenut limitat ta’ materja organika fis-saff ta’ fuq nett tagħha. Il-ħamrija hija pjuttost antika, fonda biżżejjed u msaħħna sew mix-xemx. Dan jagħmilha adattata għat-tkabbir. Is-substrat litoloġiku huwa fil-parti l-kbira magħmul minn promontorji granitiċi mill-perjodu Ersinjan u blat sedimentarju xi ftit metamorfosizzat. Hemm ammont moderat ta’ materjal mhux raffinat, li jagħmel il-ħamrija permeabbli ħafna u faċli biex tinħadem. L-aktar tipi ta’ ħamrija komuni huma dik ramlija ġulġliena jew ġulġliena, b’sawra fina, skular tajjeb u arjazzjoni ottimali. Barra minn hekk, din il-ħamrija hija ratba u ftit aċidika, b’mod partikolari fiż-żrieżaq baxxi. Dawn il-kwalitajiet jagħmluha adattata biex jitkabbar għeneb ta’ kwalità eċċellenti.

L-inbejjed huma friski, b’qawwa alkoħolika bbilanċjata. L-inbejjed bojod għandhom tonalitajiet sofor dehbin brillanti, u aromi notevoli ta’ fjuri u ta’ frott. Fuq il-palat huma ħfief u friski, b’potenzjal aromatiku tajjeb u jħallu togħma ħafifa ta’ ċitru fil-ħalq. Bħala kulur, l-inbejjed ħomor għandhom intensità medja, bi sfumaturi ta’ aħmar lewn iċ-ċirasa u laqtiet ta’ vjola. Għandhom struttura medja u jinħassu bilanċjati fuq il-palat, b’aromi ta’ frott aħmar u frott tal-bosk, u jħallu togħma naqra tannika fil-ħalq.

L-inbejjed huma riflessjoni ċara tal-effetti tat-temperatura, tax-xita u tal-kundizzjonijiet agronomiċi, li magħhom wieħed għandu jżid l-effetti tal-fattur uman. Dan jidher mill-varjetajiet adattati sew li jintużaw (li kollha huma varjetajiet nattivi adattati għal dan l-ambjent), u mit-tħawwil tad-dwieli f’żoni esposti sew b’ħamrija sħuna u permeabbli jew f’kundizzjonijiet partikolari bħal f’ħamrija ramlija u tal-għaram jew fi żrieżaq tal-blat granitiku li huma karatteristiċi ta’ din iż-żona ġeografika. Is-sistemi tradizzjonali tat-tħarriġ u taż-żbir għandhom it-tendenza li joħolqu vinji li jinżabru qosra u ta’ densità għolja, li għalhekk jesponu d-dwieli aħjar għall-influwenzi tal-baħar. Dawn il-kundizzjonijiet kollha jirriżultaw fi nbejjed ibbilanċjati u armonjużi li jżommu tajjeb u għandhom profil aromatiku eċċellenti.

11.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga

IBBOTTILJAR

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri

L-imballaġġ fiż-żona ġeografika definita

Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga

L-inbejjed iridu jiġu prodotti u bbottiljati fiż-żona ġeografika ta’ produzzjoni definita. It-trasport u l-ibbottiljar tal-inbid barra miż-żona tal-produzzjoni tal-inbid jistgħu jipperikolaw il-kwalità, peress li l-inbid jista’ jkun espost għall-ossidazzjoni u għar-riduzzjoni, għal varjazzjonijiet fit-temperatura u għal influwenzi oħra. Aktar ma l-inbid jivvjaġġa ’l bogħod, aktar ikun kbir ir-riskju. L-ibbottiljar fiż-żona ta’ oriġini jippermetti li jinżammu l-karatteristiċi u l-kwalità tal-inbid. Dan, flimkien mal-esperjenza u mal-għarfien profond tal-kwalitajiet partikolari tal-inbejjed, li l-produtturi lokali akkumulaw tul is-snin, jeħtieġu li l-inbejjed jiġu bbottiljati fiż-żona ta’ oriġini, u b’hekk jiġu ppreservati l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi kollha tagħhom.

Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga

TIKKETTAR

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga

Il-fliexken kollha jrid ikollhom tikketta taċ-ċertifikazzjoni nnumerata, ipprovduta mill-awtorità ta’ kontroll, li trid titwaħħal fil-fabbrika tal-inbid stess. Din it-tikketta trid tinkludi l-logo tal-indikazzjoni ġeografika.

Referenza elettronika (URL) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://agacal.xunta.gal/sites/default/files/calidade-alimentaria/vinos/Pliego-Condiciones-IGP-Ribeiras-do-Morrazo-Julio-2025_ES.pdf


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6581/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)