<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-108/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CO0108</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:266">EU:C:2021:266</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tal‑<DATE ISO="20210414">14.4.2021</DATE> – Kawża C‑108/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Finanzamt Wilmersdorf</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20210414">14 ta’ April 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 167 u 168</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut</KEYWORD><KEYWORD>Frodi</KEYWORD><KEYWORD>Katina ta’ kunsinni</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut tad-dritt għal tnaqqis meta l-persuna taxxabbli kienet taf jew kellha tkun taf li, bl-akkwist tagħha, hija kienet qiegħda tipparteċipa fi tranżazzjoni involuta fi frodi tal-VAT</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑108/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Finanzgericht Berlin-Brandenburg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Berlin-Brandebourg, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20200205">5 ta’ Frar 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20200227">27 ta’ Frar 2020</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">HR</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Finanzamt Wilmersdorf,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, E. Juhász u I. Jarukaitis (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal HR, minn M. Wulf, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller u S. Eisenberg, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, J. Vláčil u O. Serdula, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Jokubauskaitė u L. Mantl, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ permezz ta’ digriet motivat, konformement mal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 167 u tal-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 335, p. 60</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn HR u l-Finanzamt Wilmersdorf (l-Uffiċċju tat-Taxxa ta’ Wilmersdorf, il-Ġermanja) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Awtorità tat-Taxxa<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) dwar rifjut tad-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud (VAT) imħallsa fuq l-akkwist ta’ xorb magħmul matul is-snin finanzjarji 2009 u 2010.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 167 tad-Direttiva 2006/112, li jinsab fil-Kapitolu 1, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Oriġini u skop tad-dritt ta’ tnaqqis<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, tat-Titolu X ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Tnaqqis<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Dritt ta’ tnaqqis iseħħ fil-ħin meta t-taxxa mnaqqsa tiġi imposta.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Taħt l-istess kapitolu, l-Artikolu 168 ta’ din id-direttiva jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Sakemm il-merkanzija u s-servizzi jintużaw għall-iskopijiet tat-transazzjonijiet taxxabbli ta’ persuna taxxabbli, il-persuna taxxabbli għandha tkun intitolata, fl-Istat Membru li fih twettaq dawn it-transazzjonijiet, li tnaqqas mll-VAT li għandha tħallas dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-VAT dovuta jew imħallsa f’dak l-Istat Membru rigward provvisti li sarulha ta’ merkanzija jew servizzi, li twettqu jew li għad iridu jitwettqu minn persuna taxxabli oħra;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 273 tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>L-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi oħrajn li jidhrulhom meħtieġa biex jiżguraw il-ġbir korrett ta’ VAT u biex ma ssirx frodi, soġġett għall-ħtieġa ta’ trattament indaqs bejn transazzjonijiet domestiċi u transazzjonijiet li jsiru bejn Stati Membri minn persuni taxxabbli u sakemm dawn l-obbligi, fin-negozju bejn Stati Membri, ma jagħtux lok għal formalitajiet konnessi mal-qsim ta’ fruntieri.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tal-Umsatzsteuergesetz (il-Liġi dwar il-VAT, BGBI. 2005 I, p. 386), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti tal-kawża prinċipali, jistabbilixxi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-imprenditur jista’ jnaqqas it-taxxi tal-input imħallsa segwenti:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>it-taxxa legalment dovuta fuq kunsinni u provvisti oħra mwettqa minn imprenditur ieħor għall-finijiet tal-impriża tiegħu. L-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis jimplika li l-imprenditur ikollu fil-pussess tiegħu fattura maħruġa f’konformità mal-Artikoli 14 u 14a ta’ din il-liġi. […]</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Matul is-snin 2009 u 2010, HR operat, b’kollaborazzjoni ma’ żewġha, kummerċ bl-ingrossa ta’ xorb. Fid-dikjarazzjonijiet tal-VAT tagħha relatati ma’ dawn is-snin finanzjarji, hija naqqset il-VAT tal-input imħallsa fir-rigward tal-fatturi maħruġa minn P GmbH, li tammonta għal EUR <FT TYPE="NUMBER">993164</FT> għas-sena 2009 u għal EUR 108 417.87 għas-sena 2010 u li kienet tirrigwarda kunsinni ta’ xorb li twettqu realment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Minn żewġ sentenzi mogħtija minn qorti kriminali, li saru <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>, jirriżulta li P akkwistat ix-xorb ikkunsinnat lil HR billi wettqet diversi istanzi ta’ frodi fil-qasam tal-VAT. Skont il-konstatazzjonijiet ta’ din il-qorti, il-konjuġi ta’ HR ipprovda lil P kwantitajiet sinjifikattivi ta’ spirti, ta’ kafè u ta’ Red Bull, b’dħul mill-bejgħ ta’ madwar EUR 80 miljun, mingħajr ma ħareġ fatturi għal dawn il-kunsinni. Impjegat ta’ P ħareġ fatturi fittizji dwar ix-xiri ta’ din il-merkanzija li abbażi tagħhom P indebitament invoka d-dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input. Il-konjuġi ta’ HR qiegħed ukoll għad-dispożizzjoni ta’ P listi ta’ prezzijiet u ta’ klijenti potenzjali għal din il-merkanzija. L-imsemmija merkanzija nbiegħet mill-ġdid lil xerrejja differenti, fosthom HR.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Wara l-iskoperta ta’ dawn il-fatti, l-awtorità tat-taxxa rrifjutat lil P il-benefiċċju tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT u għamlet l-istess fir-rigward ta’ HR billi qieset, essenzjalment, li din tal-aħħar kienet tagħmel parti, flimkien mal-impriża tagħha, mill-katina ta’ kunsinni li fiha kienu twettqu l-istanzi ta’ frodi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>HR ressqet kawża quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Finanzgericht Berlin-Brandenburg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Berlin-Brandenburg, il-Ġermanja), li quddiemha hija ssostni li hija tissodisfa l-kundizzjonijiet legali sabiex tibbenefika mid-dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-awtorità tat-taxxa tqis, għall-kuntrarju, li, minħabba l-parteċipazzjoni tal-konjuġi ta’ HR kif ukoll minħabba n-natura mhux tas-soltu ta’ din il-prattika kummerċjali, HR kellha tinduna li hija kienet tagħmel parti, flimkien mal-impriża tagħha, minn katina ta’ kunsinni li fiha kienu twettqu l-istanzi ta’ frodi fil-qasam tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar kif għandu jiġi interpretat il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>katina ta’ kunsinni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni, u dwar jekk ir-relazzjonijiet kummerċjali li huma s-suġġett tal-kawża li tressqet quddiemha jistgħux jaqgħu taħt dan il-kunċett, billi tosserva li la<?PAGE NO="4"?> HR, billi invokat id-dritt tagħha għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa fuq il-kunsinni ta’ xorb imwettqa minn P, u lanqas din tal-aħħar, bħala fornitriċi tal-merkanzija, ma wettqu frodi tal-VAT fil-kuntest tat-tranżazzjonijiet inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-fehma tagħha, jista’ jitqies li s-sempliċi fatt li persuna taxxabbli kienet taf jew kellha tkun taf bi frodi fiskali mwettqa fi stadju preċedenti tat-tranżazzjoni inkwistjoni jċaħħadha mid-dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa. Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>katina ta’ kunsinni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> huwa għalhekk mifhum fis-sens li huwa biżżejjed li l-oġġett ikkunsinnat ikun is-suġġett ta’ diversi tranżazzjonijiet suċċessivi u l-involviment fil-frodi mwettqa upstream jeżisti minħabba s-sempliċi fatt li din tikkonċerna l-istess oġġett, mingħajr ma jkun neċessarju li l-persuna taxxabbli tkun iffaċilitat jew inkoraġġixxiet il-frodi permezz tat-tranżazzjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tqis li tali interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>katina ta’ kunsinni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> hija wiesgħa wisq, fid-dawl tal-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità. Fil-fehma tagħha, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li r-rifjut tad-dritt għal tnaqqis fil-każ ta’ frodi jista’ jiġi kkunsidrat biss meta mill-kombinazzjoni speċifika tat-tranżazzjonijiet imwettqa suċċessivament tirriżulta n-natura frawdolenti ta’ dawn it-tranżazzjonijiet meħuda fl-intier tagħhom, bħal fil-każ, pereżempju, fejn il-kunsinni suċċessivi jaqgħu fil-kuntest ta’ pjan globali intiż sabiex irendi iktar diffiċli t-traċċabbiltà tal-oġġetti kkunsinnati u, għaldaqstant, l-iskoperta tal-istanzi ta’ frodi mwettqa fil-katina ta’ kunsinni. Tali analiżi hija sostnuta mill-ġurisprudenza li tissuġġetta r-rifjut tad-dritt għal tnaqqis għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>parteċipazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> jew għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>involviment<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> tal-persuna taxxabbli. Fil-fehma tagħha, is-sempliċi fatt li l-persuna taxxabbli kienet taf jew kellha tkun taf bil-frodi ma jistax ikun biżżejjed sabiex jikkaratterizza parteċipazzjoni fil-frodi jew involviment fiha, fejn parteċipazzjoni jew involviment jippreżupponu kontribuzzjoni personali għall-frodi, għall-inqas fil-forma ta’ inkoraġġiment jew ta’ faċilitazzjoni. Il-<HT TYPE="ITALIC">mala fides</HT>, bħala ċirkustanza purament suġġettiva, ma tistax tissostitwixxi l-parteċipazzjoni attiva li hija neċessarja sabiex tiġi kkaratterizzata parteċipazzjoni jew involviment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>B’hekk, fil-fehma tagħha, f’każ bħal dak tal-kawża li tressqet quddiemha, fejn ma kienx hemm ħabi tar-relazzjonijiet ta’ provvista u lanqas tal-fornituri, fejn il-frodi mwettqa upstream hija mitmuma kompletament u ma tistax tiġi ffaċilitata jew inkoraġġita u fejn ma jeżistix pjan globali li jipprevedi li l-kunsinni jifformaw parti minn frodi li testendi fuq diversi tranżazzjonijiet, id-dritt għal tnaqqis ma għandux jiġi rrifjutat. It-tranżazzjoni li torbot lil P u HR tista’, f’tali ċirkustanzi, titqies li hija r-riżultat tar-relazzjoni ta’ provvista, indipendenti mit-tranżazzjoni involuta fil-frodi upstream, b’tali mod li l-katina ta’ kunsinni ntemmet ma’ P. Il-kwistjoni dwar jekk il-konjuġi ta’ HR ipprovdiex jew le l-lista tal-klijenti u dik tal-merkanzija inkwistjoni lil P hija irrilevanti, peress li din iċ-ċirkustanza ma tikkontestax il-fatt li l-kunsinni mwettqa minn P lil HR ma kellhom ebda effett fuq il-frodi mwettqa minn din il-kumpannija preċedentement. Barra minn hekk, it-tranżazzjonijiet inkwistjoni ma ppreġudikawx il-qasam tal-VAT, peress li P kien responsabbli għall-ħlas tal-VAT iffatturata, u ma ġġenerax vantaġġ fiskali li seta’ jmur kontra l-għanijiet tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li, f’tali ċirkustanzi, iż-żamma tal-effetti ta’ frodi mwettqa fi stadju preċedenti fuq it-tranżazzjonijiet kollha sussegwenti meta l-persuna taxxabbli tkun sempliċement taf jew kellha tkun taf bil-frodi tikkostitwixxi restrizzjoni sproporzjonata għall-prinċipju ta’ newtralità fiskali, filwaqt li tosserva li r-rifjut tad-dritt għal tnaqqis ma jistax ikollu n-natura ta’ sanzjoni. Dan il-kunċett ġuridiku jista’ jiġi kkorroborat, fil-fehma tagħha, mill-fatt li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kwistjoni dwar jekk il-VAT dovuta fuq it-tranżazzjonijiet preċedenti jew sussegwenti li jirrigwardaw l-oġġetti kkonċernati tħallsitx lit-Teżor Pubbliku jew le hija mingħajr effett fuq id-dritt tal-persuna taxxabbli li tnaqqas il-VAT<?PAGE NO="5"?> tal-input imħallsa. F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja dejjem enfasizzat li l-miżuri li l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà jadottaw, skont l-Artikolu 273 tad-Direttiva 2006/112, sabiex jiżguraw il-ġbir eżatt tat-taxxa u sabiex tiġi evitata l-frodi, ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu tali għanijiet. Issa, ma jidhirx li interpretazzjoni estensiva tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>katina ta’ provvisti<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> hija ta’ natura li tilħaq dawn l-għanijiet. Fl-aħħar nett, in-natura żbaljata ta’ rifjut li jingħata l-benefiċċju tad-dritt għal tnaqqis f’dawn iċ-ċirkustanzi tista’ tirriżulta wkoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid li ma hemmx lok li ssir distinzjoni, mill-perspettiva tal-VAT, bejn it-tranżazzjonijiet legali u t-tranżazzjonijiet illegali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Finanzgericht Berlin-Brandenburg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Berlin-Brandebourg) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>L-Artikoli 167 u 168a tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112[…] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li d-dritt għal tnaqqis [tal-VAT tal-input imħallsa] għandu jiġi rrifjutat ukoll fil-każ ta’ frodi [fil-qasam tal-VAT imwettqa upstream u] li fir-rigward tiegħu [tagħha] l-persuna taxxabbli kellha konoxxenza jew kellu jkollha konoxxenza, minkejja li, fir-rigward tat-tranżazzjoni li kienet id-destinatarja tagħha, ma pparteċipatx fil-frodi fiskali jew kienet involuta fih, u la inkoraġġiet u lanqas iffaċilitat l-imsemmi frodi?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta risposta għal domanda preliminari tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza jew meta r-risposta għad-domanda magħmula ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull mument, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Hemm lok li din id-dispożizzjoni tiġi applikata fil-kuntest ta’ din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva 2006/112 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi prattika nazzjonali li tipprovdi li l-benefiċċju tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa jiġi rrifjutat lil persuna taxxabbli li akkwistat oġġetti li kienu s-suġġett ta’ frodi tal-VAT imwettqa upstream fil-katina ta’ provvisti u li kienet taf jew kellha tkun taf biha, minkejja li ma pparteċipatx b’mod attiv f’din il-frodi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret repetutament li l-ġlieda kontra eventwali frodi, evażjoni tat-taxxa u abbużi hija għan irrikonoxxut u inkoraġġut mid-Direttiva 2006/112. F’dan ir-rigward, hija ddeċidiet li l-individwi ma jistgħux jinvokaw in-normi tad-dritt tal-Unjoni b’mod frawdolenti jew abbużiv u li, għaldaqstant, huwa l-obbligu tal-awtoritajiet u tal-qrati nazzjonali li jirrifjutaw id-dritt għal tnaqqis jekk jintwera, fid-dawl ta’ elementi oġġettivi, li dan id-dritt ikun qiegħed jiġi invokat għal għanijiet frawdolenti jew abbużivi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060706">6 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Kittel u Recolta Recycling</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑439/04 u C‑440/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:446">EU:C:2006:446</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191016">16 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Glencore Agriculture Hungary</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑189/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:861">EU:C:2019:861</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret ukoll diversi drabi li l-benefiċċju tad-dritt għal tnaqqis għandu jiġi rrifjutat mhux biss meta frodi titwettaq mill-persuna taxxabbli nnifisha, iżda wkoll meta jiġi stabbilit li l-persuna taxxabbli, li lilha l-oġġetti jew is-servizzi li jservu ta’ bażi sabiex fuqhom ikun ibbażat id-dritt għal tnaqqis ikunu ġew ikkunsinnati jew ipprovduti, kienet taf jew kellha tkun taf li, permezz tal-akkwist ta’ dawn l-oġġetti jew ta’ dawn is-servizzi, hija kienet qiegħda tipparteċipa fi tranżazzjoni involuta fi frodi tal-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060706">6 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Kittel u Recolta Recycling</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑439/04 u C‑440/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:446">EU:C:2006:446</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120621">21 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Mahagében u Dávid</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑80/11 u C‑142/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:373">EU:C:2012:373</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191016">16 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Glencore Agriculture Hungary</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑189/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:861">EU:C:2019:861</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ġie meqjus li tali persuna taxxabbli għandha, għall-ħtiġijiet tad-Direttiva 2006/112, titqies li tkun ipparteċipat fil-frodi, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk tibbenefikax jew le mill-bejgħ mill-ġdid tal-oġġetti jew mill-użu tas-servizzi fil-kuntest tat-tranżazzjonijiet intaxxati mwettqa minnha downstream, peress li din il-persuna taxxabbli, f’tali sitwazzjoni, tkun qiegħda tgħin lill-awturi ta’ din il-frodi u ssir kompliċi fiha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060706">6 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Kittel u Recolta Recycling</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑439/04 u C‑440/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:446">EU:C:2006:446</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120621">21 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Mahagében u Dávid</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑80/11 u C‑142/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:373">EU:C:2012:373</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121206">6 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Bonik</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑285/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:774">EU:C:2012:774</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140213">13 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Maks Pen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑18/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:69">EU:C:2014:69</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151022">22 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>PPUH Stehcemp</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑277/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:719">EU:C:2015:719</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat ukoll repetutament, f’sitwazzjonijiet fejn il-kundizzjonijiet materjali tad-dritt għal tnaqqis kienu ssodisfatti, li l-benefiċċju tad-dritt għal tnaqqis jista’ jiġi rrifjutat lill-persuna taxxabbli biss jekk jiġi stabbilit, fid-dawl ta’ elementi oġġettivi, li hija kienet taf jew kellha tkun taf li, permezz tal-akkwist tal-oġġetti jew tas-servizzi li jservu ta’ bażi sabiex jiġi stabbilit id-dritt għal tnaqqis, hija kienet qiegħda tipparteċipa fi tranżazzjoni involuta f’tali frodi mwettqa mill-fornitur jew minn operatur ieħor li jintervjeni upstream jew downstream fil-katina ta’ kunsinni jew ta’ servizzi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121206">6 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Bonik</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑285/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:774">EU:C:2012:774</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140213">13 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Maks Pen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑18/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:69">EU:C:2014:69</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u d-digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Vikingo Fővállalkozó</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑610/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:673">EU:C:2020:673</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, f’dan ir-rigward, li ma huwiex kompatibbli mas-sistema tad-dritt għal tnaqqis prevista mid-Direttiva 2006/112 li tiġi ssanzjonata, bir-rifjut ta’ dan id-dritt, persuna taxxabbli li ma kinitx taf jew li ma setgħetx tkun taf li t-tranżazzjoni kkonċernata kienet involuta fi frodi mwettqa mill-fornitur jew li tranżazzjoni oħra li tagħmel parti mill-katina ta’ kunsinni, qabel jew wara dik imwettqa mill-imsemmija persuna taxxabbli, kienet ivvizzjata bi frodi tal-VAT, peress li l-istabbiliment ta’ sistema ta’ responsabbiltà mingħajr nuqqas tmur fil-fatt lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jiġu ssalvagwardati d-drittijiet tat-Teżor Pubbliku (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120621">21 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Mahagében u Dávid</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑80/11 u C‑142/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:373">EU:C:2012:373</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121206">6 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Bonik</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑285/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:774">EU:C:2012:774</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll id-digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Vikingo Fővállalkozó</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑610/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:673">EU:C:2020:673</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, kuntrarjament għall-interpretazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja magħmula mill-qorti tar-rinviju, mill-ġurisprudenza esposta fil-punti 21 sa 25 ta’ dan id-digriet jirriżulta b’mod ċar li s-sempliċi fatt li l-persuna taxxabbli akkwistat oġġetti jew servizzi meta kienet taf, bi kwalunkwe mod possibbli, li, permezz ta’ dan l-akkwist, hija kienet qiegħda tipparteċipa fi tranżazzjoni involuta fi frodi tal-VAT imwettqa upstream fil-katina ta’ kunsinni<?PAGE NO="7"?> jew ta’ servizzi għandu jitqies, għall-ħtiġijiet tad-Direttiva 2006/112, bħala parteċipazzjoni f’din il-frodi. Kif isostni l-Gvern Ġermaniż, l-uniku att pożittiv li huwa determinanti sabiex jiġġustifika rifjut tad-dritt għal tnaqqis f’tali sitwazzjoni huwa l-akkwist ta’ dawn l-oġġetti jew ta’ dawn is-servizzi. Għaldaqstant, sabiex jiġi ġġustifikat tali rifjut, ma hemmx bżonn li jiġi stabbilit li din il-persuna taxxabbli tkun ipparteċipat attivament fl-imsemmija frodi, b’xi mod jew ieħor, anki jekk sempliċement billi tinkoraġġixxi jew tiffaċilita attivament din il-frodi. Ma jimportax wkoll li hija ma ħbietx ir-relazzjonijiet ta’ provvista tagħha u l-fornituri tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Dan huwa iktar u iktar minnu peress li, skont din il-ġurisprudenza, il-persuna taxxabbli li kellha tkun taf li, bl-akkwist tagħha, hija kienet qiegħda tipparteċipa fi tranżazzjoni involuta fi frodi tal-VAT imwettqa upstream fil-katina ta’ kunsinni jew ta’ servizzi, hija wkoll imċaħħda mid-dritt għal tnaqqis. F’tali sitwazzjoni, huwa n-nuqqas li titwettaq ċerta diliġenza li twassal għal rifjut tad-dritt għal tnaqqis.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet diversi drabi li ma huwiex kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni li jiġi rikjest li operatur jieħu l-miżuri kollha li jistgħu raġonevolment ikunu meħtieġa sabiex jiġi żgurat li t-tranżazzjoni li huwa jwettaq ma twasslux sabiex jipparteċipa fi frodi fiskali, peress li d-determinazzjoni tal-miżuri li jistgħu, f’każ partikolari, ikunu raġonevolment rikjesti minn persuna taxxabbli li tixtieq teżerċita d-dritt għat-tnaqqis tal-VAT sabiex tiżgura ruħha li t-tranżazzjonijiet tagħha ma jkunux involuti fi frodi mwettqa minn operatur upstream tiddependi essenzjalment miċ-ċirkustanzi tal-każ inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120621">21 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Mahagében u Dávid</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑80/11 u C‑142/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:373">EU:C:2012:373</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171019">19 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Paper Consult</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑101/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:775">EU:C:2017:775</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li, meta jkunu jeżistu indizji li jippermettu li tiġi ssuspettata l-eżistenza ta’ irregolaritajiet jew ta’ frodi, operatur avżat jista’, skont iċ-ċirkustanzi tal-każ, ikun obbligat jikseb informazzjoni dwar operatur ieħor li mingħandu huwa għandu l-intenzjoni li jixtri oġġetti jew servizzi sabiex jiżgura ruħu mill-affidabbiltà tiegħu (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120621">21 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Mahagében u Dávid</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑80/11 u C‑142/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:373">EU:C:2012:373</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; digrieti tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130516">16 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Hardimpex</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑444/12</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:318">EU:C:2013:318</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Vikingo Fővállalkozó</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑610/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:673">EU:C:2020:673</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, peress li l-qorti tar-rinviju ssostni, essenzjalment, li l-<HT TYPE="ITALIC">mala fides</HT> tal-persuna taxxabbli ma tistax tikkostitwixxi kriterju li jista’ jissostitwixxi dak tal-parteċipazzjoni attiva ta’ din il-persuna taxxabbli, għandu jiġi osservat li ma jmurx kontra d-dritt tal-Unjoni li operatur jintalab jaġixxi <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190328">28 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Vinš</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑275/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:265">EU:C:2019:265</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191017">17 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Unitel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑653/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:876">EU:C:2019:876</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Madankollu, ma huwiex neċessarju li l-<HT TYPE="ITALIC">mala fides</HT> tal-persuna taxxabbli tiġi stabbilita sabiex jiġi rrifjutat lilha l-benefiċċju tad-dritt għal tnaqqis, peress li mill-ġurisprudenza esposta fil-punti 21 sa 25 ta’ dan id-digriet u mill-motivi preċedenti jirriżulta li l-fatt li l-persuna taxxabbli akkwistat oġġetti jew servizzi meta kienet taf jew kellha tkun taf, billi tieħu il-miżuri li setgħu raġonevolment jiġu rikjesti minnha sabiex tiżgura ruħha li din it-tranżazzjoni ma kinitx twassalha sabiex tipparteċipa fi frodi, li, permezz ta’ dan l-akkwist, hija kienet qiegħda tipparteċipa f’tranżazzjoni implikata fi frodi huwa biżżejjed sabiex jitqies, għall-finijiet tad-Direttiva 2006/112, li l-imsemmija persuna taxxabbli pparteċipat f’din il-frodi u sabiex tiġi mċaħħda mill-benefiċċju tad-dritt għal tnaqqis.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ma tistax tiġi aċċettata l-interpretazzjoni li tgħid li, minn naħa, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>katina ta’ kunsinni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> għandu jinftiehem bħala li jkopri biss il-każijiet fejn il-frodi tirriżulta minn kombinazzjoni speċifika ta’ tranżazzjonijiet suċċessivi jew minn pjan globali li jipprevedi li l-kunsinni jkunu parti minn frodi li testendi fuq diversi tranżazzjonijiet u, min-naħa l-oħra, it-tranżazzjoni mwettqa mill-persuna taxxabbli u dik upstream ivvizzjata bi frodi għandhom, apparti minn dawn il-każijiet, jitqiesu bħala tranżazzjonijiet indipendenti, b’mod partikolari meta t-twettiq tal-frodi kien mitmum fil-mument meta seħħet l-ewwel waħda minn dawn it-tranżazzjonijiet, b’tali mod li din il-frodi ma setgħetx tiġi ffaċilitata jew inkoraġġita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-fatt, tali interpretazzjoni żżid kundizzjonijiet addizzjonali għar-rifjut tad-dritt għal tnaqqis fil-każ ta’ frodi li ma jirriżultawx mill-ġurisprudenza esposta fil-punti 21 sa 25 ta’ dan id-digriet. Kif ġie osservat fil-punt 31 ta’ dan id-digriet, il-fatt li l-persuna taxxabbli akkwistat oġġetti jew servizzi meta kienet taf jew kellha tkun taf li, permezz tal-akkwist ta’ dawn l-oġġetti jew ta’ dawn is-servizzi, hija kienet qiegħda tipparteċipa fi tranżazzjoni involuta fi frodi mwettqa upstream huwa biżżejjed sabiex jitqies li din il-persuna taxxabbli pparteċipat f’din il-frodi u sabiex tiġi mċaħħda mill-benefiċċju tad-dritt għal tnaqqis.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, tali interpretazzjoni tinjora l-fatt li frodi mwettqa fi stadju tal-katina ta’ kunsinni jew ta’ servizzi tkun riflessa fl-istadji sussegwenti ta’ din il-katina jekk l-ammont tal-VAT miġbur ma jikkorrispondix għall-ammont dovut minħabba t-tnaqqis fil-prezz tal-oġġetti jew tas-servizzi minħabba l-VAT tal-input mhux miġbura. Fil-każijiet kollha, l-akkwist mill-persuna taxxabbli ta’ oġġetti li kienu s-suġġett ta’ tranżazzjoni upstream ivvizzjata bi frodi jippermetti l-bejgħ tagħhom, kif juru l-fatti tal-kawża prinċipali, b’tali mod li, kif josserva l-Gvern Ċek, dan jiffaċilita l-frodi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, sabiex jiġi evalwat jekk il-persuna taxxabbli pparteċipatx fi frodi, huwa irrilevanti jekk it-tranżazzjoni inkwistjoni tathiex jew le vantaġġ fiskali. Fil-fatt, b’differenza minn dak li ġie deċiż fil-qasam tal-prattiki abbużivi (ara s-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060221">21 ta’ Frar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Halifax <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑255/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:121">EU:C:2006:121</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>WebMindLicenses</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑419/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:832">EU:C:2015:832</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190710">10 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Kuršu zeme</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑273/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:588">EU:C:2019:588</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-konstatazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-persuna taxxabbli fi frodi tal-VAT ma hijiex suġġetta għall-kundizzjoni li din it-tranżazzjoni tkun tatha vantaġġ fiskali li l-għoti tiegħu jmur kontra l-għan imfittex mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112. Bl-istess mod, huwa irrilevanti li t-tranżazzjoni inkwistjoni ma tat lill-persuna taxxabbli ebda vantaġġ ekonomiku, kif tfakkar fil-punti 23 u 34 ta’ dan id-digriet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fl-aħħar lok, mill-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punti 23 u 25 ta’ dan id-digriet, li jgħidu li, minn naħa, l-istabbiliment ta’ sistema ta’ responsabbiltà mingħajr nuqqas imur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jiġu protetti d-drittijiet tat-Teżor Pubbliku u, min-naħa l-oħra, il-persuna taxxabbli li kienet taf jew kellha tkun taf li, bl-akkwist tagħha, hija kienet qiegħda tipparteċipa fi tranżazzjoni involuta fi frodi tgħin lill-awturi ta’ din il-frodi u ssir kompliċi fiha jirriżulta li tali parteċipazzjoni tikkostitwixxi nuqqas li għalih hija responsabbli din il-persuna taxxabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija ta’ natura li tostakola t-tranżazzjonijiet frawdolenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060706">6 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Kittel u Recolta Recycling</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑439/04 u C‑440/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:446">EU:C:2006:446</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), billi b’mod partikolari ċċaħħad l-oġġetti u s-servizzi li kienu s-suġġett ta’ tranżazzjoni involuta fi frodi mill-kummerċjabbiltà tagħhom, u, għaldaqstant, tipparteċipa fil-ġlieda kontra l-frodi li hija, kif tfakkar fil-punt 21 ta’ dan id-digriet, għan irrikonoxxut u inkoraġġit mid-Direttiva 2006/112. Billi ddeċidiet b’mod kostanti li l-benefiċċju tad-dritt għal tnaqqis għandu jiġi rrifjutat meta l-persuna taxxabbli kienet taf jew kellha tkun taf li, bl-akkwist tagħha, hija pparteċipat fi tranżazzjoni involuta fi frodi, il-Qorti tal-Ġustizzja neċessarjament qieset li<?PAGE NO="9"?> rifjut li jkun sar f’dawn il-kundizzjonijiet ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan. Bl-istess mod, hija neċessarjament iddeċidiet li tali rifjut ma jistax jitqies bħala ksur tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, li, barra minn hekk, ma jistax jiġi invokat għall-finijiet tat-tnaqqis tal-VAT minn persuna taxxabbli li pparteċipat fi frodi fiskali (ara, b’analoġija, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190328">28 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Vinš</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑275/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:265">EU:C:2019:265</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191017">17 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Unitel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑653/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:876">EU:C:2019:876</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula hija li d-Direttiva 2006/112 għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix prattika nazzjonali li tipprovdi li l-benefiċċju tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa jiġi rrifjutat lil persuna taxxabbli li akkwistat oġġetti li kienu s-suġġett ta’ frodi tal-VAT imwettqa upstream fil-katina ta’ provvisti u li kienet taf jew kellha tkun taf biha, minkejja li ma pparteċipatx b’mod attiv f’din il-frodi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix prattika nazzjonali li tipprovdi li l-benefiċċju tad-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud (VAT) imħallsa jiġi rrifjutat lil persuna taxxabbli li akkwistat oġġetti li kienu s-suġġett ta’ frodi tal-VAT imwettqa upstream fil-katina ta’ provvisti u li kienet taf jew kellha tkun taf biha, minkejja li ma pparteċipatx b’mod attiv f’din il-frodi.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>