|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1508 |
25.7.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1508
tal-24 ta’ Lulju 2025
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Il-Kunsill, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 214/2013 (2), impona dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”, “ir-RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) (“il-miżuri oriġinali”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”. |
|
(2) |
Il-Kunsill, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 215/2013 (3), impona, b’mod parallel, dazji kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw miċ-Ċina. Id-dazji kumpensatorji li hemm fis-seħħ bħalissa jvarjaw minn 13,7 % sa 44,7 %. |
|
(3) |
Wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, fit-2 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni estendiet il-miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-RPĊ permezz tar-Regolament (UE) 2019/687 (ir-“rieżami ta’ skadenza preċedenti”). (4) Id-dazji anti-dumping li bħalissa huma fis-seħħ ivarjaw minn 0 % sa 26,1 %. |
|
(4) |
Il-livell tad-dazji anti-dumping u antisussidji kkombinati jvarja minn 13,7 % sa 58,3 %. |
1.2. Talba għal rieżami ta’ skadenza
|
(5) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ Notifika tal-iskadenza imminenti tal-miżuri anti-dumping definittivi fis-seħħ (5), il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza ta’ dawn il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku (“it-talba”). |
|
(6) |
It-talba tressqet fit-2 ta’ Frar 2024 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar (“EUROFER” jew “l-applikant”) f’isem l-industrija tal-Unjoni ta’ prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku skont it-tifsira tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping x'aktarx tkun twassal għall-kontinwazzjoni tad-dumping u għar-rikorrenza tad-dannu lill-industrija tal-Unjoni. |
1.3. Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza
|
(7) |
Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni, fit-30 ta’ April 2024, bdiet rieżami ta’ skadenza dwar l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fuq il-bażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6) (“in-Notifika tal-Bidu”). |
1.4. Perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami u perjodu kkunsidrat
|
(8) |
L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami” jew “PIR”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”). |
1.5. Partijiet interessati
|
(9) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament informat lill-applikant, lill-produtturi magħrufa tal-Unjoni, lill-importaturi mhux relatati magħrufa fl-Unjoni, lill-utenti mhux relatati magħrufa fl-Unjoni li huma kkonċernati, lill-produtturi magħrufa fir-RPĊ u lill-awtoritajiet tar-RPĊ, dwar il-bidu tal-iskadenza u stednithom jipparteċipaw. |
|
(10) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti relatati mal-kummerċ. |
1.6. Kampjunar
|
(11) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
1.6.1. Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(12) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet b’mod proviżorju kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(13) |
Qabel il-bidu, 14-il produttur tal-Unjoni pprovdew l-informazzjoni mitluba għall-għażla tal-kampjun u esprimew ir-rieda tagħhom li jikkooperaw mal-Kummissjoni. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni, b’mod proviżorju għażlet kampjun ta’ tliet produtturi, li nstab li kienu jirrappreżentaw l-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ volum ta’ produzzjoni u bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jgħoddu mat-28 % tal-produzzjoni totali stmata tal-industrija tal-Unjoni u 26 % tal-volum ta’ bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni għal klijenti mhux relatati fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(14) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Ma wasal l-ebda kumment u l-kampjun proviżorju kien ikkonfermat. Il-kampjun tqies li kien rappreżentattiv għall-industrija tal-Unjoni. |
1.6.2. Kampjunar tal-importaturi
|
(15) |
It-talba għall-bidu tar-rieżami ta’ skadenza identifikat 10 importaturi mhux relatati li ġew mistiedna jipprovdu informazzjoni dwar il-kampjunar. L-ebda wieħed minnhom ma wieġeb. |
1.6.3. Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ
|
(16) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(17) |
L-ebda produttur esportatur ma bagħat lura l-formola tal-kampjunar. Sussegwentement, fit-2 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni informat lill-Gvern taċ-Ċina (“GTĊ”) li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ u għalhekk se tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku fir-rigward tas-sejbiet ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping. |
1.7. Kwestjonarji u żjarat ta’ verifika
|
(18) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-GTĊ. Madankollu, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ dwar din il-kwistjoni. Għalhekk, fit-2 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ bl-intenzjoni tagħha li tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. |
|
(19) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u lil Eurofer. Il-kwestjonarji għall-produtturi tal-Unjoni, għall-importaturi mhux relatati, għall-utent u għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ kienu wkoll disponibbli online (7) fil-jum tal-bidu tal-investigazzjoni. |
|
(20) |
It-tweġibiet għall-kwestjonarji waslu mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u mingħand Eurofer. |
|
(21) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu, u tal-interess tal-Unjoni. Twettqu żjarat ta’ verifika fuq il-post tal-partijiet interessati li ġejjin:
|
1.8. Proċedura sussegwenti
|
(22) |
Fis-6 ta’ Ġunju 2025, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien beħsiebha żżomm id-dazji anti-dumping fis-seħħ. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni. |
|
(23) |
L-ebda parti ma għamlet xi kummenti dwar id-divulgazzjoni finali. L-ebda parti ma talbet seduta ta’ smigħ. |
2. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt rieżami
|
(24) |
Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali u r-rieżami ta’ skadenza preċedenti jiġifieri ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku (“OCS”, Organic Coated Steel) jiġifieri prodotti ċatti rrumblati tal-azzar liga jew mhux liga (ma jinkludix l-azzar inossidabbli) li huma miżbugħa, mogħtija l-verniċ jew miksija bi plastiks fuq mill-anqas naħa waħda, esklużi dawk imsejħa “pannelli sandwich” tat-tip użati għall-applikazzjonijiet fil-kostruzzjoni u li jikkonsistu f’żewġ folji tal-metall fuq barra u b’qalba ta’ stabilizzazzjoni ta’ materjal għall-insulazzjoni marsus bejniethom, u esklużi dawk il-prodotti b’kisi finali tat-trab taż-żingu (żebgħa rikka fiż-żingu, li fiha piż ta’ 70 % jew aktar ta’ żingu), u esklużi dawk il-prodotti b’sottostrat b’kisja metallika ta’ kromu jew landa, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7210 70 80 , ex 7212 40 80 , ex 7225 99 00 u ex 7226 99 70 (kodiċi TARIC 7210 70 80 11, 7210 70 80 91, 7212 40 80 01, 7212 40 80 21, 7212 40 80 82, 7225 99 00 11, 7225 99 00 91, 7226 99 70 11 u 7226 99 70 91; “il-prodott taħt rieżami”, jew “OCS”). |
|
(25) |
Il-prodott taħt rieżami jinkiseb permezz tal-applikazzjoni ta’ kisi b’materjal organiku għall-prodotti ċatti rrumblati tal-azzar. Il-kisi b’materjal organiku jipprovdi protezzjoni u karatteristiċi estetiċi u funzjonali lill-prodotti tal-azzar. |
|
(26) |
L-OCS jintuża prinċipalment fis-settur tal-kostruzzjoni u għall-ipproċessar ulterjuri fi prodotti użati fil-kostruzzjoni. Applikazzjonijiet oħrajn jinkludu apparat domestiku. |
2.2. Prodott ikkonċernat
|
(27) |
Il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni huwa l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”). |
2.3. Prodott simili
|
(28) |
Kif ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, kif ukoll fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kkonfermat mill-ġdid li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TA’ DUMPING
3.1. Kummenti preliminari
|
(29) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet ta’ OCS mir-RPĊ prattikament sparixxew. Skont il-Eurostat, l-importazzjonijiet tal-OCS mir-RPĊ ammontaw għal madwar 0,06 % tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, meta mqabbla ma’ sehem mis-suq ta’ 13,6 % matul l-investigazzjoni oriġinali u 0,1 % matul ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti. F’termini assoluti, l-importazzjonijiet naqsu minn 702 452 tunnellata fl-investigazzjoni oriġinali għal 6 338 tunnellata fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti u għal 2 554 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ta’ dan ir-rieżami ta’ skadenza. Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ma kinux rappreżentattivi biżżejjed biex isiru konklużjonijiet validi dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping. |
|
(30) |
Għalhekk, il-Kummissjoni investigat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping, jekk il-miżuri jitħassru. Ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet fl-Unjoni u fir-RPĊ; ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-valur normali fir-RPĊ; ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni; u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. |
|
(31) |
Kif imsemmi fil-premessa (17), l-ebda wieħed mill-esportaturi/produtturi mir-RPĊ ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet tar-RPĊ li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward tar-RPĊ. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment jew talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta f’dan ir-rigward. |
|
(32) |
Konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-kontinwazzjoni ta’ jew tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari l-istatistika kummerċjali miġbura mill-Eurostat (8) u mill-Atlas tal-Kummerċ Globali (9), id-data tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD, Organisation for Economic Co-operation and Development) dwar il-il-kost tat-trasport internazzjonali u tal-assigurazzjoni tal-kummerċ tal-merkanzija (10), u r-rapport Doing Business (11) mill-Bank Dinji, l-informazzjoni dwar il-fatturi tal-produzzjoni u l-konsum tagħhom minn produttur rappreżentattiv tal-Unjoni, l-informazzjoni dwar l-iżvilupp tas-suq Ċiniż għall-OCS mir-Rapport Annwali MySteel (12). |
|
(33) |
Sabiex tanalizza l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping, b’mod partikolari għall-fini ta’ tqabbil tal-prezzijiet, il-Kummissjoni l-ewwel iddeterminat il-valur normali kif spjegat fit-taqsima 3.2 hawn taħt. |
3.2. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku għall-importazzjonijiet tal-OCS li joriġinaw mir-RPĊ
|
(34) |
Minħabba li l-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni għandha t-tendenza turi, fir-rigward tar-RPĊ, l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(35) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku qabel l-iskadenza. Sussegwentement, fit-2 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. |
|
(36) |
Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, il-Messiku kien pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, bil-għan li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew ta’ parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kienet se teżamina pajjiżi oħrajn possibbilment xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(37) |
Fid-19 ta’ Marzu 2025, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati permezz ta’ nota dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali (“in-Nota”). F’dik in-Nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni, bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-OCS. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li ggwidaw l-għażla tal-prezzijiet jew tal-parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat il-Messiku bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar in-Nota mingħand l-applikant. L-applikant esprima l-appoġġ tiegħu għall-għażla tal-Kummissjoni ta’ pajjiż rappreżentattiv. |
3.2.1. Valur normali
|
(38) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”. |
|
(39) |
Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[f]il-każ li jiġi determinat […] li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni” , u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (minn hawn ’il quddiem “kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi” jissejħu “SG&A” (selling, general and administrative costs)). |
|
(40) |
Kif spjegat aktar hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi esportaturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. |
3.2.2. Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
|
(41) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza fil-fajl biex tiddeċiedi jekk kienx hemm distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fir-RPĊ, li jagħmlu l-użu tal-prezzijiet u tal-kostijiet domestiċi f’dak il-pajjiż mhux xieraq. Dik l-analiżi kopriet l-elementi evidenzjarji li ġejjin dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. |
|
(42) |
L-ewwel nett, l-evidenza li tinsab fit-talba kienet tinkludi l-elementi li ġejjin li jindikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. |
|
(43) |
L-applikant argumenta li s-suq Ċiniż tal-prodott taħt rieżami huwa servut minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni tal-politika jew il-gwida tal-awtoritajiet Ċiniżi. F’dan ir-rigward, l-applikant enfasizza l-eżistenza ta’ sjieda sinifikanti mill-Istat fis-settur tal-azzar Ċiniż, b’mod partikolari fost produtturi kbar tal-OCS bħal Baowu Group, Ansteel Group u Shandong Steel Group, li kollha huma Intrapriżi tal-Istat (“SOEs”, State Owned Enterprises). |
|
(44) |
L-applikant argumenta wkoll li l-preżenza tal-Istat Ċiniż fil-produtturi tal-OCS tippermetti lill-Istat jinterferixxi fil-prezzijiet u l-kostijiet. L-applikant sostna li dan huwa l-każ kemm għall-SOEs kif ukoll għall-kumpaniji privati. Fil-fatt, l-applikant innota l-obbligu kostituzzjonali, skont l-Artikolu 33 tal-Kostituzzjoni tar-RPĊ, li “organizzazzjonijiet ta’ Partit ta’ livell primarju f’entitajiet mhux tas-settur pubbliku għandhom jimplimentaw il-prinċipji u l-politiki tal-Partit, jiggwidaw u jissorveljaw l-osservanza tal-intrapriżi tagħhom tal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istat”. Barra minn hekk, l-Artikolu 19 tal-liġi dwar il-Kumpaniji tar-RPĊ jenfasizza d-dmir għall-kumpaniji “li jipprovdu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-Partit” u r-rekwiżit li tiġi nnominata fi ħdan il-kumpanija, “organizzazzjoni tal-Partit Komunista taċ-Ċina […] biex twettaq l-attivitajiet tal-Partit”. |
|
(45) |
Fir-rigward tal-produtturi tal-OCS b’mod speċifiku, it-talba nnotat l-inkoraġġiment tal-President Xi Jinping indirizzat lil Baowu Steel Group, biex ikompli jikkollabora mal-ekonomija tal-Istat (13). Barra minn hekk, hija rrimarkat id-dikjarazzjoni tal-President tas-Soċjetà taċ-Ċina għall-Metalli, li “irrieżamina l-istruzzjonijiet importanti rilevanti tal-20 Kungress Nazzjonali tal-Partit Komunista taċ-Ċina” b’mod partikolari fir-rigward tal-ħtieġa “li jiġu implimentati politiki komprensivi f’termini ta’ ottimizzazzjoni tal-istruttura industrijali, kontroll tal-espansjoni tal-kapaċità, promozzjoni tal-konċentrazzjoni industrijali, titjib tal-kwalità u tal-effiċjenza” (14) . Fl-aħħar nett, meta wieħed iqis li l-OCS jintuża l-aktar fil-kostruzzjoni, l-applikant indika l-importanza mogħtija lill-kostruzzjoni f’postijiet rurali u urbani skont l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin taċ-Ċina għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali. |
|
(46) |
Barra minn hekk, l-applikant indika li l-awtoritajiet Ċiniżi jżommu politiki pubbliċi jew miżuri li jiddiskriminaw favur il-fornituri domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles. F’dan ir-rigward, l-applikant innota li s-settur tal-azzar fiċ-Ċina huwa soġġett għal bosta pjanijiet nazzjonali u muniċipali, b’mod partikolari fir-rigward tal-ottimizzazzjoni u r-ristrutturar tal-industrija tal-azzar u l-modernizzazzjoni fil-livell tal-katina tal-provvista. Barra minn hekk, l-Assoċjazzjoni tal-Ħadid u l-Azzar taċ-Ċina, skont l-Artikolu 3 tal-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tagħha, “taderixxi mat-tmexxija ġenerali tal-Partit Komunista taċ-Ċina” u “taċċetta l-gwida, is-superviżjoni u l-ġestjoni tan-negozju mill-entitajiet responsabbli għar-reġistrazzjoni u l-ġestjoni, mill-entitajiet responsabbli għall-bini tal-partit, kif ukoll mid-dipartimenti amministrattivi rilevanti responsabbli għall-ġestjoni tal-industrija”. |
|
(47) |
L-applikant issottolinja wkoll in-nuqqas ta' applikazzjoni, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-fallimenti, il-kumpaniji jew il-proprjetà. Skont l-applikant, dan huwa evidenti mill-influwenza tal-GTĊ fi proċedimenti ta’ insolvenza. Minħabba s-subordinazzjoni tal-qrati lill-GTĊ, ħafna ditti insolventi jibbenefikaw minn pjanijiet ta’ ristrutturar li jirriżultaw minn garanziji governattivi de facto lill-SOEs. Barra minn hekk, l-applikant irrefera għan-nuqqas ta’ trasparenza tar-regoli dwar il-forniment u l-akkwist tal-art. |
|
(48) |
Barra minn hekk, it-talba ssottolinjat li l-kostijiet tal-pagi kienu distorti fiċ-Ċina u speċifikament fis-settur tal-OCS. Tali distorsjonijiet diġà ġew imfakkra fl-ewwel rieżami ta’ skadenza u l-applikant ma sab l-ebda evidenza li s-settur tal-OCS huwa protett mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi. |
|
(49) |
It-tieni, f’investigazzjonijiet reċenti dwar is-settur tal-azzar fir-RPĊ (15), il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. F’dawk l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali tal-gvern fir-RPĊ li jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (16). B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur tal-azzar, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku (17), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku (18). Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista tal-materja prima u tal-inputs, iħallu wkoll effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fis-sitwazzjoni fejn ir-riżorsi jintbagħtu lejn setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-GTĊ, minflok ma jiġu allokati skont il-forzi tas-suq (19). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet b’mod partikolari meta ditti insolventi jinżammu attivi u meta jiġu allokati d-drittijiet tal-użu tal-art fir-RPĊ (20). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur tal-azzar fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż, tar-Regolament bażiku (21), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fir-RPĊ (22). |
|
(50) |
It-tielet, fl-aktar rieżami ta’ skadenza reċenti dwar il-prodott taħt rieżami (23), il-Kummissjoni kkonkludiet li kienu preżenti distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a), il-punt (b) tar-Regolament bażiku. L-ebda bidla strutturali kbira fir-RPĊ, li kapaċi taffettwa dik il-konklużjoni, ma hija magħrufa mill-Kummissjoni. |
|
(51) |
Ir-raba’, evidenza addizzjonali disponibbli fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija taċ-Ċina (24), imħejji mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku, indikat l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti wkoll matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(52) |
Il-ħames, f’din l-investigazzjoni, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma ppreżentaw xi evidenza jew argument li juru l-kuntrarju. |
|
(53) |
Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt rieżami, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħielsa minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li, f’dan il-każ, ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni pproċediet biex tistabbilixxi l-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta' riferiment mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.2.3. Pajjiż rappreżentattiv
3.2.3.1. Kummenti ġenerali
|
(54) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:
|
|
(55) |
Kif spjegat fil-premessa (37), il-Kummissjoni ħarġet Nota għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali. Din in-Nota ddeskriviet il-fatti u l-evidenza sottostanti tal-kriterji rilevanti. Fin-Nota, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tqis il-Messiku bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata. |
3.2.3.2. Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ
|
(56) |
Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni kkonfermat li l-Messiku, li kien magħruf għall-Kummissjoni bħala pajjiż rappreżentattiv possibbli fil-bidu, kien tabilħaqq pajjiż b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ skont il-Bank Dinji, jiġifieri kien ikklassifikat mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross fejn kien magħruf li jiġi mmanifatturat il-prodott taħt rieżami. |
|
(57) |
Fil-kummenti tiegħu dwar in-Nota, l-applikant esprima l-appoġġ tiegħu għall-intenzjoni tal-Kummissjoni li tikkunsidra lill-Messiku bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
3.2.3.3. Produzzjoni tal-prodott taħt rieżami f’dak il-pajjiż
|
(58) |
Fin-Nota, il-Kummissjoni spjegat li l-prodott taħt rieżami ġie mmanifatturat fil-Messiku fi kwantitajiet sinifikanti u permezz ta’ proċess ta’ produzzjoni simili. |
|
(59) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar il-manifattura tal-OCS fil-Messiku. |
3.2.3.4. Disponibbiltà ta’ data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv
|
(60) |
Fin-Nota, il-Kummissjoni indikat li hija sabet informazzjoni finanzjarja disponibbli faċilment għal produttur tal-OCS fil-Messiku, li tkopri s-sena finanzjarja li ntemmet f’Diċembru 2023. Seta’ jiġi stabbilit ukoll kost mingħajr distorsjoni tal-fatturi ewlenin tal-produzzjoni, tal-elettriku, tal-gass u tal-manodopera. |
|
(61) |
Il-Kummissjoni sabet li l-inputs kollha ġew importati fil-Messiku fi kwantitajiet rappreżentattivi. |
|
(62) |
Volumi ta’ importazzjoni insinifikanti oriġinaw fir-RPĊ għall-maġġoranza tal-inputs. Fir-rigward taż-żebgħa tal-poliuretan, madwar 20 % ġiet importata mir-RPĊ. Madankollu, il-prezz unitarju tal-importazzjonijiet minn pajjiżi għajr ir-RPĊ kien ogħla b’mod sinifikanti mill-prezz tal-importazzjoni Ċiniż. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li dawk il-prezzijiet ma kinux affettwati mill-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ. |
|
(63) |
L-ebda wieħed mill-inputs użati fil-manifattura tal-OCS ma ġie importat fil-Messiku mir-Russja. Għalhekk, il-Kummissjoni ma analizzatx jekk l-eżistenza potenzjali ta’ sanzjonijiet kontra l-importazzjonijiet mir-Russja setgħetx tfixkel il-prezzijiet tal-importazzjoni fil-Messiku. |
|
(64) |
Biex taċċerta li l-esportazzjonijiet tal-inputs użati fil-produzzjoni tal-OCS ma kienu soġġetti għal ebda restrizzjoni fuq l-esportazzjoni, il-Kummissjoni kkonsultat il-bażi tad-data tat-Twissija Kummerċjali Globali (27) u l-Mappa għall-Aċċess għas-Suq (28). Hija sabet li l-Messiku ma imponiex restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet ta’ inputs użati fil-produzzjoni tal-OCS. Għalhekk ġie konkluż li l-prezzijiet domestiċi kif ukoll il-prezzijiet tal-importazzjoni ta’ dawk l-inputs ma kinux distorti minn żieda artifiċjali fil-provvista tal-inputs fis-suq tal-Messiku. |
|
(65) |
Il-Kummissjoni kompliet teżamina jekk xi pajjiżi terzi applikawx miżuri ta’ difiża tal-kummerċ kontra l-importazzjonijiet tal-OCS li joriġinaw mill-Messiku. L-eżistenza ta’ tali miżuri tista’ tindika li r-riżultati finanzjarji tal-produtturi tal-OCS Messikani kienu distorti minn prattiki ta’ dumping jew minn sussidjar. Instab li ma kien hemm l-ebda miżura ta’ difiża tal-kummerċ fis-seħħ kontra l-importazzjonijiet tal-OCS mill-Messiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(66) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar id-disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-Messiku. |
3.2.3.5. Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali
|
(67) |
Wara li ġie stabbilit li l-Messiku kien l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq disponibbli, abbażi tal-elementi kollha ta’ hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(6a)(a) l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku. |
3.2.3.6. Konklużjoni
|
(68) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Messiku ssodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku sabiex jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
3.2.4. Sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni
|
(69) |
Fin-Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi tal-produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi tal-produzzjoni msemmija f’dik in-nota. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-lista kienet ibbażata fuq il-fatturi ta’ produzzjoni użati minn produttur rappreżentattiv tal-Unjoni. |
|
(70) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat fin-Nota li, sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija se tuża l-GTA biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi tal-produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li se tuża l-informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet regolatorji u statistiċi tal-Messiku, kif ukoll mill-kumpaniji ewlenin tal-utilitajiet biex jiġu stabbiliti l-kostijiet lavorattivi (29) u tal-enerġija (30) mingħajr distorsjoni. |
3.2.5. Kostijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni
3.2.5.1. Fatturi ta’ produzzjoni
|
(71) |
Meta titqies l-informazzjoni kollha bbażata fuq it-talba u l-informazzjoni pprovduta minn produttur rappreżentattiv tal-Unjoni, biex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, ġew identifikati l-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom: Tabella 1 Il-fatturi ta’ produzzjoni tal-azzar miksi b’materjal organiku
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3.2.5.2. Materja prima
|
(72) |
Biex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima kif ikkonsenjata sal-fabbrika ta’ produttur fil-pajjiż rappreżentattiv, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. Il-prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet unitarji tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha minbarra r-RPĊ u l-pajjiżi elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (31) Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fit-taqsima 3.2.2 din ikkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma affettwawx bl-istess mod il-materja prima użata għall-manifattura tal-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara li ġew esklużi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn baqa’ rappreżentattiv. |
|
(73) |
Fir-rigward tad-dazji tal-importazzjoni, il-Kummissjoni żiedet id-dazji tal-importazzjoni mal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni ta’ kull materja prima abbażi tal-kodiċi tal-komodità tagħha u tal-pajjiż ta’ oriġini rispettiv. Sabiex tiddetermina r-rata tad-dazju tal-importazzjoni applikabbli, il-Kummissjoni qagħdet fuq l-informazzjoni miġbura mill-Mappa għall-Aċċess għas-Suq (32). |
|
(74) |
Il-Kummissjoni, meta qieset in-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, użat informazzjoni disponibbli għall-pubbliku biex tistma l-kost normalment imġarrab minn kumpanija fil-Messiku għat-trasport ta’ inputs bejn fornitur u l-binjiet tiegħu. Il-Kummissjoni bbażat din l-istima fuq il-kost tat-trasport domestiku relatat mal-importazzjonijiet fil-Messiku kif ippubblikat fl-aħħar rapport Doing Business (33) . Dan il-kost tat-trasport domestiku huwa inkluż fil-kost mingħajr distorsjoni ppreżentat fit-Tabella 1 hawn fuq. |
3.2.5.3. Manodopera
|
(75) |
L-Istitut Nazzjonali tal-Istatistika u l-Ġeografija (“INEGI”, Instituto Nacional de Estadística y Geografía) jippubblika informazzjoni dettaljata dwar il-pagi u s-sigħat tax-xogħol f’setturi ekonomiċi differenti fil-Messiku. Il-Kummissjoni użat id-data għas-settur 331 – L-industrija tal-metalli bażiċi li tikkorrispondi għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (34). |
|
(76) |
Sabiex tiddetermina kost lavorattiv medju fis-siegħa, il-Kummissjoni qagħdet fuq l-informazzjoni dwar il-pagi totali mħallsa fis-settur 331 u s-sigħat totali maħduma f’dak is-settur. Peress li l-għan ta’ rieżami ta’ skadenza ma huwiex li jiġi stabbilit livell preċiż ta’ dumping, il-Kummissjoni ma żiditx kost addizzjonali relatat mal-manodopera, eż. kontribuzzjonijiet soċjali, mal-parametru referenzjarju użat għal kost lavorattiv mingħajr distorsjoni. Kwalunkwe kost addizzjonali relatat mal-manodopera jżid biss il-valur normali u għalhekk il-marġni tad-dumping li jirriżulta. |
3.2.5.4. Elettriku
|
(77) |
Il-prezz tal-elettriku għall-kumpaniji (utenti industrijali) fil-Messiku kien disponibbli fuq is-sit web ta’ kumpanija ewlenija ta’ utilità elettrika, il-Comisión Federal de Electricidad (“CFE”). Il-Kummissjoni użat id-data dwar il-prezzijiet tal-elettriku industrijali f’żewġ kategoriji ta’ tariffi applikabbli għall-utenti industrijali f’diversi reġjuni tal-Messiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (35). |
3.2.5.5. Gass naturali
|
(78) |
Il-prezz tal-gass naturali fil-Messiku huwa ppubblikat mill-Comisión Reguladora de Energía (“CRE”). Il-Kummissjoni użat l-informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-gass naturali għal kull gigajoule (GJ) f’kull xahar tal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami biex tistabbilixxi prezz medju tal-gass naturali mingħajr distorsjoni (36). |
3.2.5.6. Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG&A u profitti
|
(79) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq. |
|
(80) |
Sabiex tistabbilixxi valur mingħajr distorsjoni tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni bbażat fuq informazzjoni dwar il-kostijiet ġenerali tal-manifattura pprovduta minn produttur tal-OCS rappreżentattiv tal-Unjoni. |
|
(81) |
Biex tistabbilixxi valur mingħajr distorsjoni tal-kost u l-profitt tal-SG&A, il-Kummissjoni użat l-informazzjoni finanzjarja ta’ Ternium S.A., produttur tal-OCS fil-Messiku (37). L-informazzjoni finanzjarja kienet disponibbli faċilment, awditjata, konsolidata u kienet tkopri s-sena 2023. |
|
(82) |
Għalkemm l-informazzjoni finanzjarja kienet konsolidata, il-Kummissjoni sabet li aktar minn nofs il-fatturat totali kien ġej mill-bejgħ fil-Messiku. Kważi l-fatturat kollu nkiseb mill-bejgħ ta’ prodotti tal-azzar u madwar 1/3 tal-fatturat speċifikament mill-bejgħ ta’ prodotti miksija. (38) Konsegwentement, il-Kummissjoni qieset li għall-finijiet ta’ dan ir-rieżami ta’ skadenza, l-informazzjoni finanzjarja kienet rilevanti biżżejjed bħala sors ta’ kost u profitt tal-SG&A mingħajr distorsjoni. |
|
(83) |
Is-sena ta’ referenza magħżula 2023 kienet tikkorrispondi bis-sħiħ għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Fis-sena magħżula, il-kumpanija kienet profittabbli u wriet livell raġonevoli ta’ kost tal-SG&A. |
3.2.6. Kalkolu tal-valur normali
|
(84) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(85) |
L-ewwel, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni bbażat fuq l-informazzjoni pprovduta minn produttur tal-OCS rappreżentattiv tal-Unjoni dwar l-użu ta’ kull fattur ta’ produzzjoni (il-materjali, l-enerġija u l-manodopera) għall-manifattura tal-OCS. Il-konsum tal-unità ta’ kull fattur ta’ produzzjoni ġie mmultiplikat bil-kost mingħajr distorsjoni abbażi ta’ data mill-pajjiż rappreżentattiv. Is-somma tal-kost mingħajr distorsjoni tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera tirrappreżenta l-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura. |
|
(86) |
Ladarba ġew stabbiliti l-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet ġenerali tal-manifattura, il-kost tal-SG&A u l-profitt. |
|
(87) |
Il-kostijiet ġenerali tal-manifattura ta’ produttur tal-OCS rappreżentattiv tal-Unjoni ġew espressi bħala proporzjon tal-kost tal-manifattura tiegħu. Imbagħad, dan il-perċentwal ġie applikat għall-valur mingħajr distorsjoni tal-kost tal-manifattura biex jinkiseb il-valur mingħajr distorsjoni tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura. Il-kostijiet ġenerali tal-manifattura kienu jammontaw għal 1,5-2 % tal-kostijiet tal-manifattura. Billi żiedet il-kostijiet ġenerali tal-manifattura mingħajr distorsjoni mal-kost tal-manifattura mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni stabbiliet il-kost tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni. |
|
(88) |
Il-kost u l-profitt tal-SG&A ġew iddeterminati abbażi tal-informazzjoni finanzjarja ta’ Ternium S.A. għall-2023 kif spjegat fil-premessi (81) sa (83). Il-kost u l-profitt tal-SG&A kienu jammontaw għal 4,7 % u 15,8 % tal-Kostijiet tal-Prodotti Mibjugħa rispettivament. Il-perċentwali rispettivi tal-kost u l-profitt tal-SG&A mingħajr distorsjoni ġew applikati minbarra l-kost tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni. |
|
(89) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Il-valur normali maħdum kien ta’ 14 977,99 CNY/tunnellata. |
3.3. Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ
|
(90) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-OCS fiċ-Ċina żdiedet gradwalment matul il-perjodu kkunsidrat peress li mtieħen tal-azzar integrati vertikalment investew fil-manifattura ta’ prodotti downstream, bħal prodotti tal-azzar miksija bil-kulur. Il-kapaċità totali tal-produzzjoni tal-OCS żdiedet minn 50 miljun tunnellata fl-2020 għal aktar minn 55 miljun tunnellata fl-2023. (39) |
|
(91) |
Fl-2020, żdiedu tmien linji ta’ produzzjoni ġodda ta' azzur miksija bil-kulur, b’kapaċità totali ta’ 1,59 miljun tunnellata. Fl-2021 bdew jitħaddmu ħames linji ta’ produzzjoni ġodda, b’kapaċità ta’ 800 000 tunnellata. Fl-2022, kien previst li tinbena kapaċità addizzjonali ta’ 2,3 miljun tunnellata mifruxa fuq 11-il linja ta’ produzzjoni ġdida f’diversi provinċji inklużi Tianjin, Liaoning, Fujian, Guangdong, Hebei u Fujian. (40) Madankollu, xi wħud mill-proġetti ġew ittardjati minħabba domanda domestika staġnata għall-kojls miksija bil-kulur. Fl-2023, tnedew tmien linji ta’ produzzjoni ġodda b’kapaċità totali ta’ 1,9 miljun tunnellata. L-industrija Ċiniża tal-OCS kellha tkompli tikber ukoll fl-2024 b’kapaċità addizzjonali ta’ 2,07 miljun tunnellata ppjanata għal tmien linji ta’ produzzjoni ġodda. (41) |
|
(92) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni fiċ-Ċina qiegħda tkompli tikber fuq skala kbira minkejja r-rata ta’ użu tagħha. Il-kapaċità l-ġdida miżjuda matul il-perjodu kkunsidrat biss tkun tista’ tissodisfa bis-sħiħ id-domanda fis-suq tal-Unjoni. |
|
(93) |
L-investimenti addizzjonali fil-linji ta’ produzzjoni tal-OCS twettqu minkejja li l-użu tal-kapaċità baqa’ kontinwament baxx. Matul il-perjodu kkunsidrat, l-użu tal-kapaċità naqas minn 68 % fl-2020 (42) għal madwar 50 % fl-2022 u fl-2023 (43). Għalhekk, fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-produtturi tal-OCS Ċiniżi kellhom kapaċità ta’ riżerva disponibbli li kienet ugwali għal kważi seba’ darbiet id-domanda għall-OCS fl-Unjoni. |
|
(94) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni qieset li jekk il-miżuri jitħassru, il-produtturi tal-OCS Ċiniżi jkunu jistgħu jgħarrqu s-suq tal-Unjoni bil-prodott tagħhom. |
3.4. Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-valur normali fir-RPĊ
3.4.1. Valur normali
|
(95) |
Il-Kummissjoni ddeterminat il-valur normali kif spjegat fit-taqsima 3.2. |
3.4.2. Prezz tal-esportazzjoni
|
(96) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi mir-RPĊ, il-prezz tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi ġie ddeterminat abbażi tal-istatistika kummerċjali mill-GTA. |
|
(97) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni identifikat it-Tajlandja, l-Indoneżja, l-Indja, il-Korea t’Isfel u t-Turkija (fl-ordni tal-volumi tal-esportazzjoni) bħala s-swieq ewlenin tal-esportazzjoni għall-OCS Ċiniż fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. L-importazzjonijiet lejn dawn il-ħames pajjiżi kienu jirrappreżentaw 38 % tal-importazzjonijiet dinjija ta’ OCS li joriġinaw mir-RPĊ. |
|
(98) |
Il-prezz medju ponderat tal-importazzjoni għal kull pajjiż fil-livell ta’ kost, assigurazzjoni u nol (CIF, cost, insurance and freight) ġie kkoreġut għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. Għalhekk, il-kost tat-trasport bil-baħar u tal-assigurazzjoni u l-kost tat-trasport domestiku tnaqqsu mill-prezz CIF. |
|
(99) |
Il-Kummissjoni bbażat it-tnaqqis tal-prezz CIF għall-prezz ta' kif joħroġ mill-fabbrika għat-trasport tal-merkanzija bil-baħar u l-assigurazzjoni fuq il-koeffiċjent CIFgħall-FOB ippubblikat mill-OECD fil-bażi tad-data tal-ITIC. Il-koeffiċjent medju applikabbli ġie ddeterminat għal kull wieħed mill-erba’ pajjiżi individwalment u abbażi tal-erba’ kodiċijiet HS4 li jkopru l-prodott taħt rieżami. |
|
(100) |
Il-Kummissjoni stmat il-kost tat-trasport domestiku abbażi ta’ data relatata mal-esportazzjonijiet mir-RPĊ kif ippubblikata fl-aħħar rapport Doing Business (44). |
|
(101) |
Il-prezzijiet tal-esportazzjoni fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika iddeterminati kif dettaljat fil-premessi (96) sa (100) varjaw minn 5 177,18 CNY/tunnellata għat-Tajlandja għal 6 563,66 CNY/tunnellata għall-Indja. |
3.4.3. Tqabbil u differenza fil-prezz
|
(102) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali maħdum stabbilit f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku mal-prezz tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(103) |
Il-Kummissjoni esprimiet ukoll id-differenza fil-prezz bħala perċentwal tal-prezz CIF prevalenti f’kull wieħed mis-swieq ewlenin tal-esportazzjoni. |
|
(104) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-RPĊ esportat l-OCS lejn is-suq ewlieni tal-esportazzjoni bi prezz li kien ferm anqas mill-valur normali tal-OCS. Id-differenza fil-prezz varjat minn 118 % għall-Indja għal 173 % għat-Tajlandja. |
|
(105) |
Dawk is-sejbiet jirriflettu l-imġiba tal-ipprezzar tal-esportaturi Ċiniżi tal-OCS fis-swieq tal-esportazzjoni kollha. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni x’aktarx li jsiru bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping jekk il-miżuri ma jibqgħux jeżistu. |
3.5. Attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(106) |
Kif diskuss fit-taqsima 3.3, il-produtturi tal-OCS Ċiniżi għandhom kapaċità ta’ produzzjoni ta’ riżerva vasta. Is-suq tal-Unjoni jirrappreżenta opportunità attraenti biex iservi suq ta’ daqs sinifikanti bi prezzijiet li jaqbżu b’mod konsiderevoli l-prezzijiet domestiċi Ċiniżi tal-OCS kif ukoll il-prezzijiet tal-esportazzjoni imposti fuq il-klijenti fis-swieq ewlenin tal-esportazzjoni taċ-Ċina, u b’hekk jiżdied l-użu ġenerali tal-kapaċità. Dan jgħodd b’mod partikolari peress li għadd ta’ pajjiżi terzi jirregolaw l-aċċess għas-suq tagħhom għall-azzar miksi miċ-Ċina bl-użu ta’ miżuri ta' salvagwardja u miżuri anti-dumping (ara t-taqsima 3.5.3). |
3.5.1. Daqs tas-suq tal-Unjoni
|
(107) |
Skont ir-Rapporti Annwali MySteel tal-2022 u tal-2023, il-volum annwali totali tal-esportazzjonijiet tal-azzar miksi bil-kulur miċ-Ċina baqa’ ogħla minn 6 miljun tunnellata mill-2018, u laħaq 6,4 miljun tunnellata fl-2023. |
|
(108) |
L-Unjoni b’konsum ta’ 3,9 miljun tunnellata ta’ OCS fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għalhekk tirrappreżenta opportunità attraenti biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet b’aktar minn 60 %. |
|
(109) |
Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li d-daqs tas-suq tal-Unjoni x’aktarx li jimmotiva lill-produtturi Ċiniżi biex jerġgħu jattivaw il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni mhux użati tagħhom u jżidu l-esportazzjonijiet immirati lejn is-suq tal-Unjoni. |
3.5.2. Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni
|
(110) |
Fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-prezz tal-produtturi tal-Unjoni kien 30 sa 60 % ogħla mill-prezz tal-esportazzjoni mitlub mill-esportaturi Ċiniżi tal-OCS fil-ħames swieq ewlenin tal-esportazzjoni aġġustati għall-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni. |
|
(111) |
Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-livelli tal-prezzijiet prevalenti fis-suq tal-Unjoni jirrappreżentaw inċentiv għall-esportaturi tal-OCS Ċiniżi biex jirridirezzjonaw l-esportazzjonijiet tagħhom minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni jekk il-miżuri ma jibqgħux jeżistu. |
3.5.3. Aċċess għal swieq ta’ pajjiżi terzi
|
(112) |
Il-miżuri anti-dumping kontra l-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-OCS huma fis-seħħ fl-Awstralja (45), fil-Malażja (46), fil-Messiku (47), fil-Pakistan (48), fl-Unjoni Doganali tan-Nofsinhar tal-Afrika (“SACU”, Southern African Customs Union) (49), fit-Tajlandja (50), fir-Renju Unit (51) u fil-Vjetnam (52). |
|
(113) |
Barra minn hekk, l-importazzjonijiet ta’ l-OCS Ċiniżi, fost oħrajn, huma soġġetti għal miżuri ta’ salvagwardja (53) fil-Kanada, fl-Indja, fil-Marokk, fit-Turkija, fir-Renju Unit, fiż-Żambja, kif ukoll fil-pajjiżi tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf u tal-SACU. |
|
(114) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li, f’każ li l-miżuri kurrenti jitħassru, x'aktarx li l-produtturi tal-OCS Ċiniżi jerġgħu jidderieġu l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping. |
3.6. Konklużjoni
|
(115) |
Il-prezzijiet fis-swieq tal-esportazzjoni ewlenin Ċiniżi jissuġġerixxu li l-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-OCS x’aktarx jinbiegħu bi prezzijiet oġġett ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Il-kapaċità ta’ riżerva eżistenti fiċ-Ċina hija biżżejjed biex tkopri l-konsum kollu tal-Unjoni. Is-suq tal-Unjoni nstab li kien attraenti għall-produtturi tal-OCS Ċiniżi f’termini tad-daqs tiegħu, kif ukoll f’termini ta’ prezzijiet. Il-konsum totali tal-OCS fl-Unjoni joffri opportunità għar-RPĊ biex tkabbar b’mod sinifikanti l-esportazzjonijiet tagħha. |
|
(116) |
Barra minn hekk, il-prezzijiet prevalenti fis-suq tal-Unjoni huma konsiderevolment ogħla mill-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn is-swieq tal-esportazzjoni ewlenin. Il-fatt li għadd ta’ swieq terzi għadhom magħluqa jew b’aċċessibbiltà limitata minħabba miżuri ta’ difiża tal-kummerċ fis-seħħ jikkontribwixxi għall-attraenza tas-suq tal-Unjoni. |
|
(117) |
Dan kollu ta’ hawn fuq iservi bħala inċentiv qawwi għall-produtturi Ċiniżi biex (a) jerġgħu jattivaw il-kapaċità tal-produzzjoni mhux użata u/jew (b) jirridirezzjonaw il-bejgħ domestiku jew il-bejgħ tagħhom lejn swieq terzi lejn l-Unjoni. Tali esportazzjonijiet lejn l-Unjoni x’aktarx li jkunu bi prezzijiet oġġett ta’ dumping filwaqt li jwaqqgħu l-prezz tal-produtturi tal-Unjoni. |
|
(118) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping jekk il-miżuri jitħassru. |
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(119) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-OCS ġie mmanifatturat minn aktar minn 20 produttur magħrufa fl-Unjoni, xi wħud minnhom relatati ma’ xulxin. Diversi minn dawn il-produtturi jappartjenu għal gruppi li jipproduċu l-azzar. |
|
(120) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni ġiet stmata li hija 3 981 155 tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami abbażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju li ġew ippreżentati mill-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni u d-data li ġiet sottomessa mill-applikant. Il-produtturi tal-Unjoni li huma responsabbli għall-produzzjoni totali tal-Unjoni jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
|
(121) |
L-investigazzjoni sabet li sehem tal-industrija tal-Unjoni juża l-produzzjoni tagħha għal użu intern, li spiss jiġi sempliċiment ittrasferit (mingħajr fattura) u/jew jingħata fi prezzijiet ta’ trasferiment fi ħdan l-istess kumpanija jew grupp ta’ kumpaniji għal aktar ipproċessar downstream. Bħal fl-investigazzjoni oriġinali (il-premessi (68)-(69) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/687 tat-2 ta’ Mejju 2019), ġie kkunsidrat li l-indikaturi ekonomiċi bħall-produzzjoni, il-kapaċità, l-użu tal-kapaċità, l-investimenti, l-istokks, l-impjiegi, il-produttività, il-pagi u l-kapaċità li jiżdied il-kapital jiddependu fuq l-attività sħiħa, irrispettivament minn jekk il-produzzjoni hijiex għal użu kaptiv jew mibjugħa fis-suq ħieles. Madankollu, il-volum ta’ bejgħ u l-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, il-volum tal-esportazzjoni u l-prezzijiet jiffukaw fuq is-sitwazzjoni prevalenti fis-suq ħieles (u b’hekk, jeskludu attivitajiet kaptivi). Għalhekk, l-indikaturi tad-dannu ġew ikkoreġuti għall-użu u l-bejgħ kaptiv magħrufa fl-industrija tal-Unjoni. B’riżultat ta’ dan il-kalkolu, minħabba li, minn naħa waħda, il-volum użat b’mod kaptiv kien fih innifsu limitat (bejn 5 u 10 % tal-produzzjoni) u, min-naħa l-oħra, kien żviluppa f’konformità mal-volumi mibjugħa fis-suq ħieles, ma ġiex analizzat aktar separatament. |
|
(122) |
Il-konsum fl-Unjoni ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ (i) l-istatistika tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet u (ii) il-volumi tal-bejgħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni, kif sottomessi mill-applikant. Dawn il-volumi ta’ bejgħ ġew kontroverifikati u aġġornati meta kien meħtieġ fir-rigward ta’ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun bħala riżultat taż-żjarat ta’ verifika fil-binjiet tagħhom. |
|
(123) |
Matul il-perjodu kkunsidrat il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 2 Konsum tal-Unjoni (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||
|
(124) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum tal-Unjoni naqas bi 8 %. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun spjegaw it-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami permezz tal-prestazzjoni ekonomika aktar baxxa tal-Ġermanja u domanda aktar baxxa ta’ OCS li akkumpanjatha. |
4.3. Importazzjonijiet miċ-Ċina
4.3.1. Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(125) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volumi ta’ importazzjonijiet u prezzijiet abbażi ta’ statistika tal-importazzjoni fil-livell TARIC permezz ta’ informazzjoni miġbura fuq il-bażi tal-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku. |
|
(126) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-Unjoni żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Kwantità tal-importazzjoni (tunnellati) u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(127) |
Il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kien negliġibbli matul il-perjodu kollu kkunsidrat. |
4.3.2. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u t-twaqqigħ tal-prezz
|
(128) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezz tal-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 4 Prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/ tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||
|
(129) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu b’97 %, madankollu dejjem ġew applikati għal volumi minimi ta’ importazzjonijiet. Dawk il-volumi minimi ta’ importazzjonijiet ma jistgħux jitqiesu bħala rappreżentattivi, u ma jippermettu l-ebda kalkolu sinifikattiv tat-twaqqigħ tal-prezz. |
4.4. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra ċ-Ċina
|
(130) |
L-importazzjonijiet ta’ azzar miksi b’materjal organiku minn pajjiżi terzi minbarra ċ-Ċina kienu prinċipalment mill-Indja, mir-Repubblika tal-Korea, mir-Renju Unit, mill-Vjetnam, mit-Turkija, mit-Tajwan, mill-Maċedonja ta’ Fuq u mir-Russja. |
|
(131) |
Il-volum tal-importazzjonijiet fl-Unjoni kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet tal-prezzijiet għall-importazzjonijiet ta’ azzar miksi b’materjal organiku minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppaw kif ġej: Tabella 5 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(132) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi żdied biex jilħaq sehem mis-suq ta’ 16,5 %. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn l-importazzjonijiet kienu mill-Indja u l-Korea, segwiti mir-Renju Unit, mill-Vjetnam, mit-Turkija u mit-Tajwan. L-importazzjonijiet mill-Indja u mir-Repubblika tal-Korea żdiedu b’mod sinifikanti u s-sehem mis-suq ikkombinat tagħhom kważi rdoppja u laħqu 9,7 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-Indja u mir-Repubblika tal-Korea kienu taħt il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, u dan ikkawża pressjoni fuq il-prezzijiet tal-OCS prevalenti fis-suq tal-Unjoni. |
4.5. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.5.1. Kummenti ġenerali
|
(133) |
Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(134) |
Kif imsemmi fil-premessa (12), il-kampjunar intuża għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(135) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġiba vverifikata għall-kwestjonarju tal-applikant, kontroverifikata mat-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun (ara l-premessa (21)). Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(136) |
L-indikaturi makroekonomiċi (il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, l-impjiegi, il-produttività, it-tkabbir, il-kobor tal-marġni tad-dumping u l-irkupru mill-effetti ta’ dumping tal-passat) ġew ivvalutati fil-livell tal-industrija sħiħa tal-Unjoni. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikant, kontroverifikata mat-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
|
(137) |
L-analiżi tal-indikaturi mikroekonomiċi (l-istokks, il-prezzijiet tal-bejgħ, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, il-possibbiltà li jiżdied il-kapital, u l-pagi) twettqet fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni tagħhom li ġiet debitament verifikata matul żjara ta’ verifika fuq il-post. |
4.5.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.5.2.1. Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
(138) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(139) |
Il-volum tal-produzzjoni żdied għall-ewwel darba fl-2021, hekk kif is-settur tal-kostruzzjoni kellu prestazzjoni tajba matul il-pandemija tal-COVID-19 fl-2020 u fl-2021. Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet ukoll. Madankollu, matul il-perjodu kkunsidrat kien hemm tnaqqis ġenerali fil-volum tal-produzzjoni (-16 %) u fl-użu tal-kapaċità (-17 %) billi, mill-2022, l-ekonomija tal-Unjoni ffaċċjat tnaqqis fil-prestazzjoni ekonomika, żieda fl-inflazzjoni u żieda fil-kost tal-produzzjoni (żieda fil-pagi u żieda fil-prezzijiet għall-materjali tal-kostruzzjoni). |
4.5.2.2. Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
(140) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Volum tal-bejgħ (tunnellati) u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(141) |
Il-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas bi 15 % matul il-perjodu kkunsidrat wara x-xejra ekonomika deskritta fil-premessi (124) u (139). |
|
(142) |
Kif muri fit-Tabella 7, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas matul il-perjodu kkunsidrat minn 89,6 % għal 83,5 %. |
4.5.2.3. Tkabbir
|
(143) |
L-industrija tal-Unjoni rnexxielha tibbenefika temporanjament mit-tkabbir fis-suq tal-Unjoni fir-rigward tal-prestazzjoni ogħla tas-settur tal-kostruzzjoni u domanda ogħla għall-prodotti tal-azzar fl-2020 u fl-2021. L-industrija tal-Unjoni żammet ishma mis-suq sinifikanti matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Madankollu, wara l-isfidi ekonomiċi deskritti fil-premessa (139), il-kapaċità futura għat-tkabbir titqiegħed f’riskju. |
4.5.2.4. Impjiegi u produttività
|
(144) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 8 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(145) |
Kemm l-impjiegi kif ukoll il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-produtturi tal-Unjoni, imkejla bħala output (tunnellati) għal kull persuna impjegata fis-sena, naqsu matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn ix-xejriet ta’ tnaqqis jirriflettu t-tnaqqis globali fil-produzzjoni u l-volum ta’ bejgħ. |
4.5.2.5. Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat
|
(146) |
Billi l-volumi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina kienu baxxi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet Ċiniżi fil-perjodu kkunsidrat ma kinux il-bażi għal sejba ta’ dumping jew id-daqs tiegħu. Il-Kummissjoni stabbiliet fil-premessa (160) hawn taħt li l-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi wriet irkupru minn dumping fil-passat matul l-2021 u l-2022. Madankollu, dan l-irkupru kien dovut għal ċirkostanzi eċċezzjonali, b’mod partikolari l-boom fis-settur tal-kostruzzjoni kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19. Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (166) hawn taħt li d-dannu materjali tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien ikkawżat miż-żieda fil-kost tal-produzzjoni, mit-tnaqqis fil-konsum u miż-żieda fl-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn, b’mod partikolari l-Indja u r-Repubblika tal-Korea. |
4.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.5.3.1. Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(147) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 9 Prezzijiet tal-bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(148) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied bi 52 %. Din iż-żieda fil-kost kienet b’saħħitha b’mod partikolari fl-2021 u fl-2022, minħabba l-gwerra ta’ aggressjoni mhux iġġustifikata u mhux ipprovokata tar-Russja kontra l-Ukrajna li kkawżat il-prezzijiet tal-enerġija biex jilħqu livelli għoljin bla preċedent, żieda f’ċerti prezzijiet oħrajn tal-materja prima, inflazzjoni dejjem tiżdied u pagi dejjem jiżdiedu. Barra minn hekk, it-tnaqqis sinifikanti fid-domanda tal-Unjoni fl-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami rriżultaw f’volumi ta’ produzzjoni ferm aktar baxxi li barra minn hekk żiedu mal-kostijiet unitarji fissi. Fl-2023 din ix-xejra nqalbet bi ftit u l-kost tal-produzzjoni naqas b’6 % meta mqabbel mal-2022. |
|
(149) |
Madankollu, filwaqt li fl-2021 u fl-2022 l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha saħansitra aktar milli billi tgħaddi dawn il-kostijiet addizzjonali, dan ma baqax possibbli fl-2023. It-tnaqqis fid-domanda tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, flimkien mal-prezzijiet baxxi tal-importazzjonijiet mill-Indja u r-Repubblika tal-Korea b’mod partikolari, ikkawża lill-industrija tal-Unjoni tbigħ taħt il-kost tal-produzzjoni tagħha fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
4.5.3.2. Kostijiet lavorattivi
|
(150) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||||
|
(151) |
Il-livelli medji tal-pagi żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat bi 12 %, parzjalment minħabba r-rata għolja ta’ inflazzjoni. |
4.5.3.3. Inventarji
|
(152) |
Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(153) |
Il-produtturi tal-Unjoni naqqsu l-istokk tagħhom fil-perjodu kkunsidrat, f’konformità mat-tnaqqis fil-produzzjoni u fil-bejgħ. Madankollu, dan l-indikatur, ma jitqiesx bħala rilevanti ħafna għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-produtturi tal-Unjoni. L-OCS jiġi prodott l-aktar abbażi ta’ ordnijiet. Fi kwalunkwe każ, l-istokks kienu jirrappreżentaw anqas minn 2 % tal-bejgħ totali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. |
4.5.3.4. Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
|
(154) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 12 Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(155) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala persentaġġ tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. |
|
(156) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni kienet profittabbli fl-2021 u fl-2022. B’mod ġenerali, is-settur tal-kostruzzjoni kellu prestazzjoni tajba matul il-pandemija tal-COVID-19 fl-2020 u l-konsegwenzi tagħha fl-2021 u fl-2022. Ir-rati tal-imgħax baxxi, il-lockdowns qosra fis-settur tal-kostruzzjoni, iż-żieda fl-investimenti u fix-xogħlijiet ta’ rinnovazzjonijiet tal-proprjetà stimulaw id-domanda għall-prodotti tal-kostruzzjoni. B’riżultat ta’ dan, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżid il-volum tal-bejgħ u tal-produzzjoni tagħha kif ukoll il-prezzijiet tal-bejgħ u laħqet marġnijiet ta’ profitt sinifikanti, kollha fis-snin ta’ wara l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali. Madankollu, wara li l-konsum kien beda jonqos fl-2022 u dak it-tnaqqis kompla fl-2023, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni saret negattiva, u l-industrija tal-Unjoni ġarrbet telf sinifikanti ta’ 5,7 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(157) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett segwiet l-iżvilupp tal-profittabbiltà ġenerali tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(158) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’persentaġġ tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni, li għandha ħafna kapital, għamlet investimenti regolari għall-ottimizzazzjoni u t-titjib tal-makkinarju eżistenti tal-produzzjoni. Barra minn hekk, saru investimenti sinifikanti sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti legali għall-effiċjenza tal-enerġija, għall-ħarsien tal-ambjent u għal aktar sikurezza fuq il-post tax-xogħol. Skont il-kumpanija, kien hemm investimenti mmirati lejn it-tnaqqis tal-kostijiet, l-ottimizzazzjoni tal-enerġija u/jew ukoll biex jiġu rranġati l-faċilitajiet li kienu affettwati b’mod negattiv mill-użu aktar baxx tal-kapaċità osservata matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali. |
|
(159) |
Ir-redditu fuq l-investimenti matul il-perjodu kkunsidrat segwa mill-qrib ix-xejra tal-profittabbiltà. Minn mindu ġew imposti l-miżuri, tjiebet il-kapaċità li jinġabar il-kapital. |
4.6. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(160) |
L-investigazzjoni sabet li l-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi wriet irkupru minn dumping tal-passat matul l-2021 u l-2022. Madankollu, dan l-irkupru kien dovut għal ċirkostanzi eċċezzjonali, b’mod partikolari l-boom fis-settur tal-kostruzzjoni kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19. Ladarba s-sitwazzjoni tas-suq marret lura għan-normal, kien hemm treġġigħ lura ta’ dan l-irkupru. |
|
(161) |
Dan huwa evidenti b’mod partikolari fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni, peress li, minħabba n-nuqqas ta’ kapaċità tagħha li żżid il-prezzijiet f’konformità mal-kostijiet dejjem jiżdiedu, l-industrija tal-Unjoni ġarrbet telf fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Id-dannu huwa viżibbli wkoll f’indikaturi importanti oħrajn, bħal telf sinifikanti tal-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ kif ukoll tas-sehem mis-suq. |
|
(162) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
5. KAWŻALITÀ
|
(163) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni tilfet volumi sinifikanti ta’ bejgħ fis-suq tal-Unjoni, billi l-bejgħ tal-Unjoni tagħha naqas bi 15 %. Billi l-konsum naqas bi 8 %, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas ukoll b’mod sinifikanti, b’6,1 punti perċentwali minn 89,6 % għal 83,5 %. |
|
(164) |
L-importazzjonijiet Ċiniżi ma kellhomx rwol fid-dannu tal-industrija tal-Unjoni. Kif indikat fil-premessa (129), il-livell tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kien negliġibbli matul il-perjodu kkunsidrat. L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn kellhom rwol: dawn kellhom sehem mis-suq ta’ 10,3 % fl-2020 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, is-sehem tagħhom mis-suq tal-Unjoni kien żdied għal 16,5 %. Barra minn hekk, il-prezzijiet miż-żewġ sorsi l-aktar importanti ta’ importazzjonijiet li kull wieħed minnhom kellu sehem mis-suq ta’ madwar 5 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-Indja u r-Repubblika tal-Korea, naqqsu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Il-prezzijiet baxxi tagħhom għamluha impossibbli għall-industrija tal-Unjoni li tirrifletti l-kost sħiħ tal-produzzjoni tagħha fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħha fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(165) |
L-industrija tal-Unjoni kienet ikkonfrontata b’żieda qawwija fil-prezzijiet tal-enerġija u ta’ materjali ta’ input ewlenin wara l-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. L-industrija tal-Unjoni inizjalment setgħet tkampa ma’ dan, billi ħadet vantaġġ mis-suq tal-kostruzzjoni li kien qiegħed jiffjorixxi fis-snin ta’ wara l-pandemija tal-COVID-19, fl-2021 u fl-2022, u għalhekk irriflettiet dawn il-kostijiet fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħha. Madankollu, fl-2023 dan ma baqax possibbli. |
|
(166) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet Ċiniżi ma kkontribwewx għad-dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni, iżda li fatturi oħrajn, b’mod partikolari ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni, it-tnaqqis fil-konsum u ż-żieda fl-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn, b’mod partikolari l-Indja u r-Repubblika tal-Korea, ikkawżaw dak id-dannu. |
|
(167) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tivvaluta aktar, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu oriġinarjament ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ li kieku l-miżuri kontra dawn l-importazzjonijiet jitħallew jiskadu. |
6. PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU
|
(168) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-elementi li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ; l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq ta’ pajjiżi terzi; il-kapaċità tal-assorbiment possibbli tas-swieq ta’ pajjiżi terzi; il-livelli probabbli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni. |
6.1. Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ
|
(169) |
Kif stabbilit fil-premessi (90) sa (94), hemm kapaċità ta’ produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva sostanzjali fiċ-Ċina li jkunu jippermettu li jiżdiedu l-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni malajr f’każ li l-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu. Il-kapaċità ta’ produzzjoni fiċ-Ċina ammontat għal 55 miljun tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Peress li r-rata tal-użu tal-kapaċità kienet ta’ 50 %, il-kapaċità ta’ riżerva waħedha hija 6-7 darbiet il-konsum tal-Unjoni. |
6.2. L-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq ta’ pajjiżi terzi
|
(170) |
Kif stabbilit fil-premessi (106)-(114), is-suq tal-Unjoni huwa suq attraenti kemm fid-daqs kif ukoll f’termini ta’ prezzijiet. Fl-2023, b’suq ħieles ta’ 4,2 miljun tunnellata, is-suq tal-Unjoni huwa wieħed mill-akbar swieq madwar id-dinja. Barra minn hekk, il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni huma ogħla b’mod sinifikanti mill-prezzijiet domestiċi Ċiniżi tal-OCS u l-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn is-swieq tal-esportazzjoni ewlenin kurrenti taċ-Ċina. |
6.3. Kapaċità tal-assorbiment possibbli tas-swieq ta’ pajjiżi terzi
|
(171) |
Kif stabbilit fil-premessa (112), il-miżuri anti-dumping kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-OCS huma fis-seħħ f’sitt swieq importanti ta’ pajjiżi terzi. Dan jagħmel lil dawn is-swieq anqas attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi u huwa element addizzjonali li jappoġġa s-sejba li l-kapaċità ta’ produzzjoni kurrenti tar-RPĊ x’aktarx tintuża biex taqdi s-suq tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitħassru. |
6.4. Livelli probabbli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni
|
(172) |
Kif spjegat fil-premessi (110)-(111), il-prezzijiet Ċiniżi fis-suq ewlieni tal-esportazzjoni tagħhom huma ferm anqas mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Hemm probabbiltà li l-produtturi tal-OCS Ċiniżi jadottaw imġiba ta’ pprezzar komparabbli meta jesportaw lejn l-Unjoni jekk jiskadu l-miżuri oriġinali. Fin-nuqqas ta’ kontinwazzjoni tal-miżuri anti-dumping, dawn il-prezzijiet se jwaqqgħu b’mod sever il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u jirriżultaw f’soppressjoni tal-prezzijiet ikkawżata mill-importazzjonijiet Ċiniżi. |
6.5. Konklużjoni
|
(173) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa konkluż li n-nuqqas tal-miżuri x’aktarx jirriżulta f’żieda sinifikanti ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina bi prezzijiet dannużi u, għalhekk, ikompli jaggrava s-sitwazzjoni ta’ dannu tal-industrija tal-Unjoni. |
7. INTERESS TAL-UNJONI
|
(174) |
F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni. |
7.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(175) |
L-investigazzjoni wriet li jekk il-miżuri jiskadu, dan x’aktarx ikollu effett negattiv sinifikanti fuq l-industrija tal-Unjoni. Is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni se tkompli tiddeterjora malajr f’termini ta’ volumi aktar baxxi ta’ bejgħ u prezzijiet li jirriżultaw f’telf dejjem akbar. Il-kontinwazzjoni tal-miżuri se tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tisfrutta aktar il-potenzjal tagħha f’suq tal-Unjoni b'kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni. |
|
(176) |
Għaldaqstant, iż-żamma tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ hija fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
7.2. Interess ta’ importaturi mhux relatati
|
(177) |
Kif imsemmi fil-premessa (15) hawn fuq, għaxar importaturi magħrufa ġew ikkuntattjati f’din l-investigazzjoni u ġew mistiedna jikkooperaw. L-ebda minnhom ma ppreżenta ruħu jew ma kkoopera b’xi mod fl-investigazzjoni. |
|
(178) |
Huwa mfakkar li fl-investigazzjoni oriġinali nstab li, minħabba l-profitti u s-sorsi tal-provvista tal-importaturi, kwalunkwe impatt negattiv tal-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-importaturi, jekk hemm, ma jkunx sproporzjonat. |
|
(179) |
Fl-investigazzjoni kurrenti ma hemm l-ebda evidenza fil-fajl li tissuġġerixxi l-oppost, u għalhekk jista’ jiġi kkonfermat li l-miżuri fis-seħħ bħalissa ma kellhom l-ebda effett negattiv sostanzjali fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-importaturi u li t-tkomplija tal-miżuri ma kinitx se taffettwahom aktar milli hemm bżonn. |
7.3. Interess tal-utenti
|
(180) |
59 utent magħruf ġew ikkuntattjati f’din l-investigazzjoni u ġew mistiedna jikkooperaw. L-ebda utent ma ppreżenta ruħu jew ma kkoopera b’xi mod fl-investigazzjoni. |
|
(181) |
Huwa mfakkar li fl-investigazzjoni oriġinali għaxar utenti ssottomettew tweġibiet għall-kwestjonarju. F’dak iż-żmien instab li, minħabba l-profitti u s-sorsi tal-provvista tal-utenti, l-impatt tal-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-utenti, jekk ikun hemm, ma jkunx sproporzjonat. |
|
(182) |
Fl-investigazzjoni kurrenti ma hemm l-ebda evidenza fil-fajl li tissuġġerixxi li l-miżuri fis-seħħ affettwawhom b’xi mod negattiv. Fil-fatt l-applikant issottometta evidenza li l-utenti ewlenin esperjenzaw titjib fil-profittabilità matul il-perjodu taħt rieżami. Skont it-talba, il-miżuri fis-seħħ ma għandhomx impatt notevoli fuq l-utenti u l-konsumaturi, minħabba li l-OCS jirrappreżenta parti negliġibbli mill-kost tal-prodotti downstream (pereżempju EUR 0.42 tal-kost tal-produzzjoni ta’ magna tal-ħasil jew 0,4 % tal-investiment ta’ binja ta’ fabbrika vojta). |
|
(183) |
Fuq dik il-bażi huwa kkonfermat li l-miżuri fis-seħħ bħalissa ma kellhomx effett negattiv sostanzjali fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-utenti u li t-tkomplija tal-miżuri ma kinitx se taffettwahom aktar milli hemm bżonn. |
7.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(184) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemmx raġunijiet konvinċenti għall-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ azzar miksi b’materjal organiku li joriġinaw miċ-Ċina. |
8. MIŻURI ANTI-DUMPING
|
(185) |
Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni ta’ dumping, ir-rikorrenza ta’ dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri anti-dumping fuq l-azzar miksi b’materjal organiku miċ-Ċina jenħtieġ li jinżammu. |
|
(186) |
Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, l-importazzjonijiet jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”. |
|
(187) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jeħtiġilhom jwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u sabiex jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju aktar baxxa tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(188) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost affarijiet oħra, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
|
(189) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott soġġett għal rieżami li joriġina miċ-Ċina u manifatturat mill-entitajiet legali msemmijin. L-importazzjonijiet tal-azzar miksi b’materjal organiku mmanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”. Jenħtieġ li dawn ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali. |
|
(190) |
Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk hija sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (54). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(191) |
Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Huma ngħataw ukoll perjodu biex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni. Ma wasal l-ebda kumment. |
|
(192) |
Jenħtieġ li esportaturi jew produtturi li ma esportawx il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu użat biex jiġi stabbilit il-livell tad-dazju li huwa applikabbli bħalissa għall-esportazzjonijiet tagħhom ikunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni sabiex ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju anti-dumping għall-kumpaniji li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tilqa’ talba bħal din dment li jiġu ssodisfati tliet kundizzjonijiet. Il-produttur esportatur il-ġdid ikollu juri li: (i) ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu li ntuża sabiex jiġi stabbilit il-livell tad-dazju applikabbli għall-esportazzjonijiet tiegħu; (ii) mhuwiex relatat ma’ kumpanija li għamlet dan u, għalhekk, huwa soġġett għad-dazji anti-dumping; u (iii) esporta l-prodott ikkonċernat wara dan jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jagħmel dan fi kwantitajiet sostanzjali. |
|
(193) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (55) meta jkollu jiġi rrimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-kapital tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(194) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilita mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. B'dan qed jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku, jiġifieri prodotti ċatti rrumblati tal-azzar liga jew mhux liga (ma jinkludix l-azzar inossidabbli) li huma miżbugħa, mogħtija l-verniċ jew miksija bi plastiks fuq mill-anqas naħa waħda, esklużi dawk imsejħa “pannelli sandwich” tat-tip użati għall-applikazzjonijiet fil-kostruzzjoni u li jikkonsistu f’żewġ folji tal-metall fuq barra u b’qalba ta’ stabilizzazzjoni ta’ materjal għall-insulazzjoni marsus bejniethom, u esklużi dawk il-prodotti b’kisi finali tat-trab taż-żingu (żebgħa rikka fiż-żingu, li fiha piż ta’ 70 % jew aktar ta’ żingu), u esklużi dawk il-prodotti b’sottostrat b’kisja metallika ta’ kromu jew landa, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7210 70 80 , ex 7212 40 80 , ex 7225 99 00 , ex 7226 99 70 (kodiċi TARIC 7210 70 80 11, 7210 70 80 91, 7212 40 80 01, 7212 40 80 21, 7212 40 80 82, 7225 99 00 11, 7225 99 00 91, 7226 99 70 11 u 7226 99 70 91) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:
|
Kumpanija |
Dazju (%) |
Kodiċi TARIC Addizzjonali |
|
Union Steel China |
0 |
B311 |
|
Zhangjiagang Panhua Steel Strip Co., Ltd, Chongqing Wanda Steel Strip Co., Ltd, u Zhangjiagang Free Trade Zone Jiaxinda International Trade Co., Ltd. |
26,1 |
B312 |
|
Zhejiang Huadong Light Steel Building Material Co. Ltd u Hangzhou P.R.P.T. Metal Material Company, Ltd. |
5,9 |
B313 |
|
Angang Steel Company Limited |
16,2 |
B314 |
|
Anyang Iron Steel Co., Ltd. |
0 |
B315 |
|
Baoshan Iron & Steel Co., Ltd. |
0 |
B316 |
|
Baoutou City Jialong Metal Works Co., Ltd. |
16,2 |
B317 |
|
Changshu Everbright Material Technology Co., Ltd. |
16,2 |
B318 |
|
Changzhou Changsong Metal Composite Material Co., Ltd. |
16,2 |
B319 |
|
Cibao Modern Steel Sheet Jiangsu Co., Ltd. |
0 |
B320 |
|
Inner Mongolia Baotou Steel Union Co., Ltd. |
16,2 |
B321 |
|
Jiangyin Ninesky Technology Co., Ltd. |
0 |
B322 |
|
Jiangyin Zhongjiang Prepainted Steel Mfg Co., Ltd. |
0 |
B323 |
|
Jigang Group Co., Ltd. |
16,2 |
B324 |
|
Maanshan Iron&Steel Company Limited |
16,2 |
B325 |
|
Qingdao Hangang Color Coated Sheet Co., Ltd. |
16,2 |
B326 |
|
Shandong Guanzhou Co., Ltd. |
16,2 |
B327 |
|
Shenzen Sino Master Steel Sheet Co., Ltd. |
16,2 |
B328 |
|
Tangshan Iron And Steel Group Co., Ltd. |
16,2 |
B329 |
|
Tianjin Xinyu Color Plate Co., Ltd. |
16,2 |
B330 |
|
Wuhan Iron And Steel Company Limited |
16,2 |
B331 |
|
Wuxi Zhongcai New Materials Co., Ltd. |
0 |
B332 |
|
Xinyu Iron And Steel Co., Ltd. |
0 |
B333 |
|
Zhejiang Tiannu Color Steel Co., Ltd. |
16,2 |
B334 |
|
L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
13,6 |
B999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jiena, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum f’tunnellati) ta’ prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea koperti minn din il-fattura ġew manifatturati minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi TARIC addizzjonali) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi ppreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
4. L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat sabiex jiżdiedu produtturi esportaturi ġodda miċ-Ċina u jsiru soġġetti għar-rata ta’ dazju anti-dumping medja ponderata xierqa għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Produttur esportatur ġdid għandu jipprovdi evidenza li:
|
(a) |
ma esportax il-prodotti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw miċ-Ċina matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2010 u t-30 ta’ Settembru 2011 (“il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali”); |
|
(b) |
ma huwiex relatat ma’ esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament, u li kkoopera jew seta’ kkoopera fl-investigazzjoni li wasslet għad-dazju; u |
|
(c) |
jew effettivament esporta l-prodott taħt rieżami li joriġina miċ-Ċina jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali. |
5. Jekk id-dazji kumpensatorji definittivi imposti bl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1506 (56) jiġu mmodifikati jew jitneħħew, id-dazji speċifikati fil-paragrafu 2 se jiżdiedu bl-istess proporzjon limitat għall-marġni tad-dumping reali misjub jew għall-marġni tad-dannu misjub kif xieraq għal kull kumpanija u mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
6. F’każijiet fejn id-dazju kompensatorju jkun tnaqqas mid-dazju anti-dumping għal ċerti produtturi esportaturi, ir-rikjesti għar-rifużjonijiet skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (57) għandhom ukoll iwasslu għall-valutazzjoni tal-marġni ta’ dumping għal dak il-produttur esportatur prevalenti waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rifużjoni. L-ammont li għandu jiġi rimborżat lill-applikant għal rifużjoni ma jistax jaqbeż id-differenza bejn id-dazju miġbur u d-dazju kumpensatorju u anti-dumping ikkombinat stabbilit fl-investigazzjoni tar-rifużjoni.
7. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/2020-08-11.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 214/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 73, 15.3.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/214/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 215/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 li jimponi dazju kumpensatorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 73, 15.3.2013, p.16, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/215/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/687 tat-2 ta’ Mejju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 116, 3.5.2019, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/687/oj).
(5) Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping (ĠU C 273, 2.8.2023, p. 4).
(6) In-Notifika tal-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C, C/2024/2970, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2970/oj).
(7) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2720.
(8) Il-bażi tad-data Comext tal-Eurostat. Disponibbli fuq https://ec.europa.eu/eurostat/comext/newxtweb/ (ikkonsultat l-aħħar fit-23 April 2025).
(9) L-Atlas tal-Kummerċ Globali minn S&P Global. Disponibbli fuq https://connect.ihsmarkit.com/gta/home/ (ikkonsultat l-aħħar fit-23 ta’ April 2025).
(10) Data Explorer tal-OECD. Il-kostijiet tat-trasport internazzjonali u tal-assigurazzjoni tal-kummerċ tal-merkanzija. Disponibbli fuq https://data-explorer.oecd.org/vis?tm=ITIC&pg=0&snb=1&df[ds]=dsDisseminateFinalDMZ&df[id]=DSD_ITIC%40DF_ITIC&df[ag]=OECD.SDD.TPS&dq=.....A.&pd=%2C&to[TIME_PERIOD]=false (ikkonsultat l-aħħar fid-19 ta’ Marzu 2025).
(11) Doing Business 2020. Economy profile – China, p. 84. Disponibbli fuq https://archive.doingbusiness.org/content/dam/doingBusiness/country/c/china/CHN.pdf (ikkonsultat l-aħħar fis-26 ta’ Frar 2025).
(12) Rapport Annwali MySteel: Market review of colour-coated coils in 2022 and outlook for 2023. Disponibbli fuq https://m.mysteel.com/23/0110/11/2D53D06744974F96_abc.html (ikkonsultat l-aħħar fl-24 ta’ April 2025). Rapport Annwali MySteel: Market review of colour-coated coils in 2023 and outlook for 2024. Disponibbli fuq https://m.mysteel.com/a/24010418/66232834598618F7_abc.html (ikkonsultat l-aħħar fl-24 ta’ April 2025).
(13) State Council Information Office of the PRC, Xi encourages steel company to grow in integrated development of Yangtze River Delta, l-20 ta’ Awwissu 2020.
(14) CISDI Group, 13th Iron and Steel Annual Conference Summary, it-30 ta’ Novembru 2022.
(15) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666 tas-6 ta’ Ġunju 2024 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar ikkonsenjati mill-Marokk u mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi u sew jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2024/1666, 7.6.2024,, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1666/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444 tal-11 ta’ Lulju 2023 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Turkija (ĠU L 177, 12.7.2023, p. 63, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1444/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100 tal-11 ta’ Jannar 2023 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ kartelli tal-azzar inossidabbli li jistgħu jimtlew mill-ġdid u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 10, 12.1.2023, p. 36,http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/100/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068 tas-26 ta’ Ottubru 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Federazzjoni Russa wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 149 http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/2068/oj).
(16) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1666, il-premessa 76; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 66; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/100, il-premessa 58; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 80.
(17) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1666, il-premessa 60; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 45; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa 38; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 64.
(18) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1666, il-premessi 66-68; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 58; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/100, il-premessa 40; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 66. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ persunal ewlieni tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tal-Partit Komunist Ċiniż (PKĊ) fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw kanal importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tal-PKĊ (li jkollha mill-anqas tliet membri tal-PKĊ kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tal-PKĊ) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, jidher li dan ir-rekwiżit mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, mill-anqas mill-2016, il-PKĊ saħħaħ l-affermazzjonijiet tiegħu li jikkontrolla d-deċiżjonijiet tan-negozju fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li l-PKĊ jeżerċita pressjoni fuq kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u jsegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrapportat li ċ-ċelloli tal-partit kienu jeżistu f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija ta’ proprjetà privata, bi pressjoni dejjem tikber biex l-organizzazzjonijiet tal-PKĊ ikollhom l-aħħar kelma dwar id-deċiżjonijiet tan-negozju fi ħdan il-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott taħt rieżami u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.
(19) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1666, il-premessi 61-65; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 59; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/100, il-premessa 43; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 68.
(20) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1666, il-premessa 54; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 62; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/100, il-premessa 52; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 74.
(21) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1666, il-premessa 72; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 45; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/100, il-premessa 33; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 75.
(22) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1666, il-premessa 73; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 64; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/100, il-premessa 54; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 76.
(23) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/687 il-premessi 61-88.
(24) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-10 ta’ April 2024, SWD (2024) 91 final.
(25) World Bank Open Data – Upper Middle Income, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.
(26) Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe pajjiż li jkollu livell simili ta’ żvilupp, tista’ titqies il-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott taħt rieżami.
(27) Global Trade Alert – GTA Data Centre. Disponibbli fuq https://globaltradealert.org/data-center (ikkonsultat l-aħħar fit-28 ta’ Frar 2025).
(28) Market Access Map – Regulatory Requirements. Disponibbli fuq https://www.macmap.org/en/query/regulatory-requirement (ikkonsultat l-aħħar fit-28 ta’ Frar 2025).
(29) L-Istitut Nazzjonali tal-Istatistika u l-Ġeografija. Disponibbli fuq https://en.www.inegi.org.mx/ (ikkonsultat l-aħħar fl-24 ta’ April 2025).
(30) Għall-gass naturali: Comisión Reguladora de Energía. Disponibbli fuq https://www.gob.mx/cre (ikkonsultat l-aħħar fl-24 ta’ April 2025). Għall-elettriku: Comisión Federal de Electricidad. Disponibbli fuq https://www.cfe.mx/Pages/default.aspx (ikkonsultat l-aħħar fl-24 ta’ April 2025).
(31) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/755/oj).
(32) Market Access Map. Disponibbli fuq https://www.macmap.org/ (ikkonsultat l-aħħar fl-24 ta’ April 2025).
(33) Doing Business 2020. Economy profile – Mexico, p. 88 u 92. Disponibbli fuq https://archive.doingbusiness.org/content/dam/doingBusiness/country/m/mexico/MEX.pdf (ikkonsultat l-aħħar fl-24 ta’ April 2025).
(34) INEGI – Banco de Informacion Economica. Disponibbli fuq https://www.inegi.org.mx/app/indicadores/?tm=0&t=1010#D1010 (ikkonsultat l-aħħar fit-28 ta’ Frar 2025).
(35) CFE – Industry, tariffs. Disponibbli fuq https://app.cfe.mx/Aplicaciones/CCFE/Tarifas/TarifasCREIndustria/Acuerdos/AcuerdosIndustria.aspx (ikkonsultat l-aħħar fit-28 ta’ Frar 2025).
(36) CRE – Índices de Referencia de Precios de Gas Natural. Disponibbli fuq https://www.cre.gob.mx/IPGN/ (ikkonsultat l-aħħar fit-28 ta’ Frar 2025).
(37) Ternium S.A. – Rapport Annwali 2023. Disponibbli fuq https://s2.q4cdn.com/156255844/files/doc_news/archive/AGSM/2024/Annual-Report-2023.pdf (ikkonsultat l-aħħar fit-28 ta’ Frar 2025).
(38) Ibid. Informazzjoni dwar is-segment, p. 93 u 94.
(39) Rapport Annwali MySteel: Market review of colour-coated coils in 2022 and outlook for 2023 (“Rapport Annwali MySteel 2022”). Disponibbli fuq https://m.mysteel.com/23/0110/11/2D53D06744974F96_abc.html (ikkonsultat l-aħħar fl-24 ta’ April 2025). Rapport Annwali MySteel: Market review of colour-coated coils in 2023 and outlook for 2024 (“Rapport Annwali MySteel 2023”). Disponibbli fuq https://m.mysteel.com/a/24010418/66232834598618F7_abc.html (ikkonsultat l-aħħar fl-24 ta’ April 2025).
(40) Ir-Rapport Annwali MySteel 2022.
(41) Ir-Rapport Annwali MySteel 2023.
(42) Ir-Rapport Annwali MySteel 2022.
(43) Ir-Rapport Annwali MySteel 2023.
(44) Doing Business 2020. Economy profile – China, p. 84. Disponibbli fuq https://archive.doingbusiness.org/content/dam/doingBusiness/country/c/china/CHN.pdf (ikkonsultat l-aħħar fis-26 ta’ Frar 2025).
(45) WTO Trade Remedies Data Portal. Australia – Anti-dumping measures on imports of painted steel strapping originating in the PRC. Disponibbli fuq https://trade-remedies.wto.org/en/antidumping/investigations/investigation/aus-adc-553-ad-1-2 (ikkonsultat l-aħħar fl-4 ta’ Ġunju 2025).
(46) WTO Trade Remedies Data Portal. Malaysia – Anti-dumping measures on imports of prepainted, painted or colour coated steel coils originating in the PRC. Disponibbli fuq https://trade-remedies.wto.org/en/antidumping/investigations/measures/mys-ad0215chn-1 (ikkonsultat l-aħħar fl-4 ta’ Ġunju 2025).
(47) RESOLUCIÓN Final del procedimiento administrativo de examen de vigencia de las cuotas compensatorias impuestas a las importaciones de aceros planos recubiertos originarias de la República Popular China y del Taipéi Chino, independientemente del país de procedencia. Disponibbli fuq https://www.gob.mx/cms/uploads/attachment/file/861182/publicaciones_dof_acerosplanosrecubiertos_130923.pdf (ikkonsultat l-aħħar fl-4 ta’ Ġunju 2025).
(48) Notice of Final Determination and Imposition of Definitive Anti-dumping Duties against Dumped Imports of Color Coated Steel Coils/Sheets into Pakistan Originating in and/or Exported from the People’s Republic of China and Republic of South Africa. Disponibbli fuq https://ntc.gov.pk/wp-content/uploads/2018/06/CCC-FD-notice.pdf (ikkonsultat l-aħħar fl-4 ta’ Ġunju 2025).
(49) WTO Trade Remedies Data Portal. SACU member states – Anti-dumping measures on imports of flat rolled iron or non-alloy steel, painted, plated or coated origination in the PRC. Disponibbli fuq https://trade-remedies.wto.org/en/antidumping/investigations/measures/zaf-121022a (ikkonsultat l-aħħar fl-4 ta’ Ġunju 2025).
(50) WTO Trade Remedies Data Portal. Thailand – Anti-dumping measures on imports of painted hot dip plated or coated with aluminium-zinc alloys of cold-rolled steel originating in the PRC. Disponibbli fuq https://trade-remedies.wto.org/en/antidumping/investigations/measures/tha-ad2019-01-2 (ikkonsultat l-aħħar fl-4 ta’ Ġunju 2025).
(51) WTO Trade Remedies Data Portal. United Kingdom – Anti-dumping measures on imports of organic coated steel products originating in the PRC. Disponibbli fuq https://trade-remedies.wto.org/en/antidumping/investigations/measures/gbr-2020-28-cn (ikkonsultat l-aħħar fl-4 ta’ Ġunju 2025).
(52) WTO Trade Remedies Data Portal. Vietnam – Anti-dumping measures on imports of flat rolled iron or non-alloy steel, painted, plated or coated originating in the PRC. Disponibbli fuq https://trade-remedies.wto.org/en/antidumping/investigations/measures/vnm-ad04-chn-1 (ikkonsultat l-aħħar fl-4 ta’ Ġunju 2025).
(53) Global Trade Alert – GTA Data Center. Disponibbli fuq https://globaltradealert.org/data-center (ikkonsultat l-aħħar fit-22 ta’ April 2025).
(*1) Nuqqas ta’ data statistika għall-2020 – il-volum u l-valur indikati għall-2020 huma stima, li tirrappreżenta l-medja aritmetika tal-perjodu 2021-PIR.
(54) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat G, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.
(55) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).
(56) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1506 tal-24 ta’ Lulju 2025 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar b’kisja organika li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (ĠU L, 2025/1506, 25.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1506/oj).
(57) Ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1037/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1508/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)