|
6.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 35/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-4 ta’ Frar 2010
dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta' ċerti aġenziji tal-ħlas tal-Greċja, Malta, il-Portugall u l-Finlandja li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2007
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 474)
(It-testi bil-Finlandiż, bil-Grieg, bil-Malti, bil-Portugiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)
(2010/62/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 30 u 32(8) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2008/396/KE (2) u 2009/87/KE (3) approvaw, għas-sena finanzjarja 2007, il-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas kollha ħlief l-aġenzija tal-ħlas Griega “OPEKEPE”, l-aġenzija tal-ħlas Taljana “ARBEA”, l-aġenzija tal-ħlas Maltija “MRAE”, l-aġenziji tal-ħlas Portugiżi “IFADAP”, “INGA” u “IFAP” u l-aġenzija tal-ħlas Finlandiża “MAVI”. |
|
(2) |
Wara t-trasmissjoni ta' tagħrif ġdid u wara verifiki addizzjonali, il-Kummissjoni issa tinsab fil-qagħda li tieħu deċiżjoni dwar l-integralità, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet sottomessi mill-aġenzija ta' ħlas Griega “OPEKEPE”, l-aġenzija tal-ħlas Maltija “MRAE”, l-aġenziji tal-ħlas Portugiżi “IFADAP” u “IFAP” u l-aġenzija ta’ ħlas Finlandiża “MAVI”. |
|
(3) |
L-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1290/2005 fir-rigward tal- akkreditazzjoni tal-aġenziji ta’ ħlas u korpi oħra u l-approvazzjonii tal-kontijiet tal-FAEG u tal-EAFRD (4) jistipula li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand, jew imħallsa lil, kull Stat Membru, skont id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament imsemmi, għandhom jiġu stabbiliti billi jitnaqqas is-self imħallas matul is-sena finanzjarja kkonċernata, jiġifieri l-2007, mill-infiq rikonoxxut għal dik is-sena skont il-paragrafu 1. Dawn l-ammonti għandhom jitnaqqsu minn, jew jiżdiedu mas-self skont in-nefqa mit-tieni xahar wara dak li fih tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji ta' nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet għandu jagħmel tajjeb għalihom l-Istat Membru konċernat u 50 % jitħallsu mill-baġit Komunitarju, jekk l-irkupru ta' dawk l-irregolaritajiet ma jkunx sar fi żmien erba' snin mid-deċiżjoni primarja amministrattiva jew ġudizzjarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 32(3) tar-Regolament imsemmi jobbliga lill-Istati Membri biex jissottomettu lill-Kummissjoni, rapport fil-qosor dwar il-proċeduri tal-irkupru meħuda b'reazzjoni għall-irregolaritajiet, flimkien mal-kontijiet annwali. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrappurtaw l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 885/2006. L-Anness III tar-Regolament imsemmi jipprovdi t-tabelli mudelli 1 u 2 li għandhom jiġu pprovduti mill-Istati Membri fl-2008. Abbażi tat-tabelli mimlija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji ta' nuqqas ta' rkupru ta' irregolaritajiet li jmorru lura għal iktar minn erba' snin jew tmien snin, rispettivament. Din id-deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 32(6) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiħdux passi għall-irkupru. Deċiżjoni bħal din tista' tittieħed biss jekk l-ispejjeż li saru diġà u dawk li aktarx isiru flimkien jaqbżu l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jekk jirriżulta li l-irkupru mhux possibbli li jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rikonoxxuta taħt il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk dik id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba' snin mid-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, il-baġit Komunitarju għandu jagħmel tajjeb għal 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas tal-irkupru. Ir-rapport fil-qosor imsemmi fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 juri l-ammonti li għalihom l-Istat Membru ddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni. Dawn l-ammonti ma għandhomx ikunu ddebitati lill-Istati Membri konċernati u konsegwentement għandhom jitħallsu mill-baġit Komunitarju. Din id-deċiżjoni hija bla ħsara għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament imsemmi. |
|
(6) |
Hija u tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas ikkonċernati, il-Kummissjoni għandha tqis l-ammonti li diġà huma miżmuma mill-Istati Membri kkonċernati abbażi tad-Deċiżjonijiet 2008/396/KE u 2009/87/KE. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-Komunità nfiq li ma jiġix effettwat skont ir-regoli Komunitarji, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B'hekk huma approvati l-kontijiet tal-aġenzija tal-ħlas Griega “OPEKEPE”, l-aġenzija tal-ħlas Maltija “MRAE”, l-aġenziji tal-ħlas Portugiżi “IFADAP” u “IFAP” u l-aġenzija ta’ ħlas Finlandiża “MAVI” li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), għas-sena finanzjarja 2007.
L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew li għandhom jitħallsu lil, kull Stat Membru kkonċernat skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huma stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Direttiva hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika Portugiża u r-Repubblika tal-Finlandja.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2010.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
ANNESS
APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-ĦLAS
SENA FINANZJARJA 2007
AMMONT LI GĦANDU JIĠI RKUPRAT JEW IMĦALLAS LILL-ISTAT MEMBRU.
Nota: Nomenklatura 2010: 05 07 01 06, 05 02 16 02, 6701, 6702, 6803.
|
MS |
|
2007 - Nefqa / Dħul Assenjat għall-Aġenziji tal-Ħlas li għalihom il-kontijiet huma |
Total a + b |
Tnaqqis u sospensjonijiet għas-sena finanzjarja sħiħa |
Tnaqqis skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 (1) |
Total li jinkludi t-tnaqqis u s-sospensjonijiet |
Pagamenti li jkunu saru lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja |
Ammont li għandu jiġi rkuprat minn (–) jew imħallas lill- (+) Istat membru |
Ammont irkuprat minn (–) jew imħallas lill- (+) Istat Membru skont id-Deċiżjoni 2008/396/KE |
Ammont irkuprat minn (–) jew imħallas lill-(+) Istat Membru skont id-Deċiżjoni 2009/87/KE |
Ammont li għandu jiġi rkuprat minn (–) jew imħallas lill- (+) Istat Membru (2) |
|
|
Approvati |
mhux approvati |
|||||||||||
|
= nefqa /dħul assenjat iddikjarat fid-dikjarazzjoni annwali |
= total tan-nefqa / dħul assenjat fid-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar |
|||||||||||
|
|
|
a |
b |
c = a + b |
d |
e |
f = c + d + e |
g |
h = f – g |
i |
i' |
j = h – i – i' |
|
EL |
EUR |
2 377 709 692,71 |
0,00 |
2 377 709 692,71 |
–3 777 975,35 |
–5 925 969,19 |
2 368 005 748,17 |
2 374 149 976,67 |
–6 144 228,50 |
0,00 |
0,00 |
–6 144 228,50 |
|
MT |
EUR |
1 968 874,78 |
0,00 |
1 968 874,78 |
–16 690,38 |
0,00 |
1 952 184,40 |
1 953 932,59 |
–1 748,19 |
0,00 |
0,00 |
–1 748,19 |
|
PT |
EUR |
718 788 155,94 |
0,00 |
718 788 155,94 |
– 283 116,74 |
– 210 898,70 |
718 294 140,50 |
717 209 444,82 |
1 084 695,68 |
0,00 |
295 352,51 |
789 343,17 |
|
FI |
EUR |
579 761 052,62 |
0,00 |
579 761 052,62 |
–1 768 694,94 |
–17 427,95 |
577 974 929,73 |
577 803 602,60 |
171 327,13 |
0,00 |
0,00 |
171 327,13 |
|
MS |
|
Nefqa (3) |
Dħul Assenjat (3) |
Fond taz-Zokkor |
Artikolu 32 (=e) |
Total (=h) |
|
|
Nefqa (4) |
Dħul assenjat (4) |
||||||
|
05 07 01 06 |
6701 |
05 02 16 02 |
6803 |
6702 |
|||
|
i |
j |
k |
l |
m |
n = i + j + k + l + m |
||
|
EL |
EUR |
– 218 259,31 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
–5 925 969,19 |
–6 144 228,50 |
|
MT |
EUR |
–1 682,32 |
–65,87 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
–1 748,19 |
|
PT |
EUR |
1 000 241,87 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
– 210 898,70 |
789 343,17 |
|
FI |
EUR |
189 819,66 |
–1 064,58 |
0,00 |
0,00 |
–17 427,95 |
171 327,13 |
(1) It-tnaqqis u s-sospensjonijiet huma dawk li ġew ikkunsidrati fis-sistema tal-pagament, li għalihom b'mod partikolar qed jiżdiedu l-korrezzjonijiet għan-nuqqas ta' rispett għall-iskadenzi tal-pagamenti stabbiliti f'Awwissu, Settembru u Ottubru 2008
(2) Għall-ikkalkular tal-ammont li għandu jiġi rkuprat minn jew imħallas lill-Istat Membru li għandu jiġi kkalkulat jkun, it-total tad-dikjarazzjonijiet annwali fid-dikjarazzjoni annwali tan-nefqa approvata (kollonna a),jew it-total tad-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar għan-nefqa mhux approvata (kollonna b). Rata tal-kambju applikabbli: Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006
(3) Jekk il-parti tad-dħul Assenjat tkun għal vantaġġ tal-Istat Membru, din għandha tkun iddikjarata taħt 05 07 01 06.
(4) Jekk il-parti tad-dħul Assenjat tal-Fond taz-Zokkor ikun għal vantaġġ tal-Istat Membru, din għandha tkun iddikjarata taħt
Nota: Nomenklatura 2010: 05 07 01 06, 05 02 16 02, 6701, 6702, 6803.