<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTB.0300199901.case.xml"><NO.CASE>C-344/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CO0344</NO.CELEX><NO.SEQ>0031.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-2001</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-2009</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><LEFT>DIGRIET TAL-<DATE ISO="20110324">24.3.2011</DATE> – KAWŻA C-344/09</LEFT><RIGHT>BENGTSSON</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20110324">24 ta’ Marzu 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Isvediż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C-344/09,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Mora kommun, Miljö- och hälsoskyddsnämnden (l-Isvezja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090602">2 ta’ Ġunju 2009</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20090821">21 ta’ Awwissu 2009</DATE>, fil-kuntest tal-eżami ta’ lment ippreżentat minn</P></ORDER.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">Dan Bengtsson</HT></P></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn E. Levits, li qed jaġixxi bħala President tal-Ħames Awla, M. Safjan (Relatur) u M. Berger, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Mazák,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><?PAGE NO="I-2002"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE, tat-<DATE ISO="19990712">12 ta’ Lulju 1999</DATE>, dwar il-limitazzjoni tal-esponiment tal-pubbliku ġenerali għall-kampijiet elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 GHz) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="199" PAGE.FIRST="59" DATE.PUB="1999">ĠU L 199, p. 59</REF.DOC.OJ>), fid-dawl tal-Artikolu 174(2) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata mill-Mora kommun, Miljö- och hälsoskyddsnämnden (kummissjoni tal-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-komun ta’ Mora), wara li tressqet talba quddiemha minn D. Bengtsson sabiex jitnaqqas il-livell ta’ radjazzjoni mhux jonizzata maħruġ mill-bażijiet tal-operaturi ta’ telefonija mobbli stabbiliti viċin tar-residenza tiegħu.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju u mill-osservazzjonijiet ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, waqt is-sena 2006, D. Bengtsson, residenti fil-komun ta’ Mora, indirrizza lment lill-Mora kommun, Miljö- och hälsoskyddsnämnden, li fih afferma li kien<?PAGE NO="I-2003"?> qed ibati bi problemi ta’ saħħa serji kkawżati minn espożizzjoni għar-radjazzjoni mhux jonizzata maħruġa mill-bażijiet ta’ telekomunikazzjoni u ta’ xandir ta’ data bil-wireless stabbiliti viċin tar-residenza tiegħu. Huwa talab li jiġi implementat il-prinċipju ta’ prekawzjoni u li jiġu ordnati miżuri intiżi sabiex titnaqqas l-espożizzjoni tar-residenza tiegħu għal din ir-radjazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-Mora kommun, Miljö- och hälsoskyddsnämnden, hija kummissjoni muniċipali responsabbli għas-sorveljanza fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa fil-komun ikkonċernat, li għandha bħala funzjoni li tadotta l-miżuri korrettivi neċessarji. Abbażi ta’ dan, hija għandha b’mod partikolari tissorvelja l-bażijiet tat-telekomunikazzjoni u tax-xandir ta’ data bil-wireless.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tal-Kapitolu 26 tal-Liġi 1998:808, li tistabbilixxi kodiċi tal-ambjent [miljöbalken (1998:808)], jikkonferixxi fuq il-kummissjonijiet muniċipali bħall-Mora kommun, Miljö- och hälsoskyddsnämnden, is-setgħa sabiex tindirizza lill-operaturi b’ordnijiet, kif ukoll setgħa ta’ projbizzjoni. Bl-applikazzjoni tal-Artikolu 14 tal-Kapitolu 26 ta’ din il-liġi, tali miżuri ta’ ordni jew ta’ projbizzjoni jistgħu jingħataw flimkien ma’ sanzjonijiet pekunjarji.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tal-Kapitolu 19 tal-imsemmija liġi, id-deċiżjonijiet tal-imsemmija kummissjonijiet muniċipali jistgħu jkunu s-suġġett ta’ lment quddiem il-Länsstyrelse (l-Awtorità Reġjonali), u d-deċiżjonijiet ta’ din tal-aħħar jistgħu mbagħad ikunu s-suġġett ta’ azzjoni quddiem il-Miljödomstolen (Il-Qorti Ambjentali).</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-operaturi tat-telefonija mobbli li għandhom il-bażijiet tagħhom installati viċin tar-residenza ta’ D. Bengtsson ġew mistiedna mill-Mora kommun, Miljö- och hälsoskyddsnämnden, sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuq l-ilment tiegħu. F’dan ir-rigward, dawn l-operaturi kollha affermaw li rrispettaw il-leġiżlazzjoni fis-seħħ peress li l-espożizzjoni ta’ radjazzjoni kienet inqas mil-livell ta’ referenza<?PAGE NO="I-2004"?> previst mir-rakkomandazzjoni 1999/519. Konsegwentement, huma ma pproċedewx volontarjament għal tnaqqis tar-radjazzjoni mhux jonizzata sa livell ikkunsidrat bħala aċċettabbli mill-persuna li tilmenta.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>B’risposta għall-osservazzjonijiet tal-imsemmija operaturi ta’ telefonija mobbli, D. Bengtsson enfasizza li l-imsemmija livelli ta’ referenza jindikaw biss fuq liema espożizzjonijiet ġie pprovat xjentifikament effett ta’ tisħin u għaldaqstant, huma irrilevanti għall-evalwazzjoni tal-effetti l-oħra fuq is-saħħa fid-dawl tal-prinċipju ta’ prekawzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil-kwalità tagħha bħala l-awtorità ta’ sorveljanza tal-bażi għat-telekomunikazzjoni u għax-xandir ta’ data bil-wireless, il-Mora kommun, Miljö- och hälsoskyddsnämnden, għandha tiddeċiedi fuq l-azzjoni li għandha tittieħed fuq l-ilment ta’ D. Bengtsson.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Mora kommun, Miljö- och hälsoskyddsnämnden iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><P>“[F]ir-rigward tal-Artikolu 174(2) KE, il-livelli ta’ referenza tal-kampijiet elettromanjetiċi previsti mir-Rakkomandazzjoni 1999/519 [...] għandhomx jiġu interpretati fis-sens li dawn għandhom jiġu kkunsidrati bħala linji gwida għall-implementazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni jew jekk l-imsemmi prinċipju huw[iex] kumplimentarju għar-Rakkomandazzjoni 1999/519?</P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-2005"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 92(1) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, applikabbli għar-rinviju preliminari abbażi tal-Artikolu 103(1) tal-istess regoli, meta l-Qorti tal-Ġustizzja hija manifestament inkompetenti sabiex tieħu konjizzjoni ta’ rikors jew fil-każ li tali rikors huwa manifestament inammissibbli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, wara li tisma’ lill-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat, mingħajr ma tkompli l-proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Mora kommun, Miljö- och hälsoskyddsnämnden, b’risposta għal talba għal xi kjarifikazzjonijiet li ġew indirrizzati lilha abbażi tal-Artikolu 104(5) tar-Regoli tal-Proċedura, issostni li, fil-kuntest tal-attività ta’ sorveljanza tagħha, hija tikkostitwixxi awtorità amministrattiva li teżerċita funzjonijiet ġudizzjarji. Fid-dawl ta’ dan, hija tissodisfa l-kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza sabiex tikkwalifika bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> fis-sens tal-Artikolu 234 KE. Barra minn hekk, tinsab pendenti quddiemha kwistjoni, u hija ntalbet sabiex tiddeċiedi fil-kuntest ta’ proċedura intiża sabiex tirriżulta f’deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>TeliaSonera Mobile Networks AB hija tal-opinjoni li l-Mora kommun, Miljö- och hälsoskyddsnämnden, ma hijiex qorti jew tribunal fis-sens tal-Artikolu 234 KE, minħabba l-fatt li d-dover ta’ sorveljanza tagħha ma jistax jiġi kkunsidrat bħala eżerċizzju ta’ funzjoni ġudizzjarja.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Tele2 Sverige AB tikkunsidra li l-attività deċiżjonali tal-Mora kommun, Miljö- och hälsoskyddsnämnden, taqa’ taħt l-attività eżekuttiva tagħha u ma tistax tixxebbah ma’ attività ġudizzjarja. Barra minn hekk, ma hemmx kwistjoni bejn il-partijiet kif deskritta mill-korp tar-rinviju.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2006"?><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Gvern Ċek jesponi li l-Mora kommun, Miljö- och hälsoskyddsnämnden, ma taqax taħt is-sistema ġudizzjarja tal-Istat Membru kkonċernat. Peress li d-deċiżjonijiet tagħha jistgħu jkunu s-suġġett ta’ azzjoni quddiem il-Länsstyrelse u li, fil-każ ta’ awtorità kważi-ġudizzjarja għandhom jiġu applikati b’mod iktar strett il-kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħtieġa ta’ indipendenza, hija ma hijiex qorti jew tribunal fis-sens tal-Artikolu 234 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Gvern Franċiż jiddubita jekk il-Mora kommun, Miljö- och hälsoskyddsnämnden, tistax tiġi kklassifikata bħala qorti jew tribunal fis-sens tal-Artikolu 234 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni Ewropea tal-Komunitajiet Ewropej tirrileva li, bħala awtorità ta’ sorveljanza, il-Mora kommun, Miljö- och hälsoskyddsnämnden, tista’ tindirizza ordnijiet fuq l-operaturi tat-telefonija mobbli, u dan jikkostitwixxi funzjoni amministrattiva. Għaldaqstant, ma tistax tiġi adita bi kwistjoni quddiemha, u hija ma tintalabx sabiex tiddeċiedi fil-kuntest ta’ proċedura intiża sabiex tirriżulta f’deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja. Barra minn hekk, peress li l-kunsill muniċipali jista’ jirrevoka l-ħatra tal-membri kollha ta’ din il-kummissjoni meta l-maġġoranza politika tal-kunsill muniċipali ma tibqax tikkorrispondi għal dik eżistenti fi ħdan l-imsemmija kummissjoni, jew fil-każ ta’ emenda fl-organizzazzjoni ta’ din tal-aħħar, skont l-Artikolu 10a tal-Kapitolu 4 tal-Liġi komunali 1991:900 [kommunallagen (1991:900)], ir-rekwiżit tal-indipendenza tal-korp tar-rinviju ma huwiex sodisfatt.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, mill-Artikolu 234 KE jirriżulta li l-qrati nazzjonali jistgħu jadixxu lill-Qorti tal-Ġustizzja biss meta jkollhom kwistjoni pendenti quddiemhom u meta jkunu msejħa jiddeċiedu fil-kuntest ta’ proċeduri intiżi sabiex iwasslu għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja (ara d-digriet tat-<DATE ISO="19800618">18 ta’ Ġunju 1980</DATE>, Borker, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="138/80" PAGE.ECR="1975" YEAR="1980">138/80, Ġabra p. 1975</REF.DOC.ECR>, punt 4; is-sentenzi tal-<DATE ISO="20050531">31 ta’ Mejju 2005</DATE>, Syfait <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="53/03" PAGE.ECR="I-4609" YEAR="2005">53/03, Ġabra p. I-4609</REF.DOC.ECR>, punt 29 kif ukoll tal-<DATE ISO="20090625">25 ta’ Ġunju 2009</DATE>, Roda Golf &amp; Beach Resort, C-14/08, Ġabra p. I 5439, punt 34).</TXT></NP><?PAGE NO="I-2007"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>B’hekk, meta jagħmel deċiżjoni amministrattiva mingħajr fl-istess ħin ma jkun mitlub jiddeċiedi kwistjoni, fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-korp tar-rinviju ma jistax jitqies li qiegħed jeżerċita funzjoni ġudizzjarja (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tad-<DATE ISO="19951019">19 ta’ Ottubru 1995</DATE>, Job Centre, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-111/94" PAGE.ECR="I-3361" YEAR="1995">C-111/94, Ġabra p. I-3361</REF.DOC.ECR>, punt 11; tal-<DATE ISO="20020115">15 Jannar 2002</DATE>, Lutz <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-182/00" PAGE.ECR="I-547" YEAR="2002">C-182/00, Ġabra p. I-547</REF.DOC.ECR>, punt 14, kif ukoll Roda Golf &amp; Beach Resort, iċċitata iktar ’il fuq, punt 35).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-kawża preżenti, għandu jiġi kkonstatat li, fil-kuntest tal-ilment ippreżentat quddiemha minn D. Bengtsson, il-Mora kommun, Miljö- och hälsoskyddsnämnden, teżerċita funzjonijiet ta’ natura amministrattiva.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel nett, jidher li din il-kummissjoni muniċipali hija responsabbli għas-sorveljanza fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa u għandha bħala funzjoni li tadotta l-miżuri korrettivi neċessarji.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>It-tieni nett, mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja b’ebda mod ma jirriżulta li s-sitwazzjoni ta’ D. Bengtsson, qabel ma l-Qorti tal-Ġustizzja ġiet adita mill-Mora kommun, Miljö- och hälsoskyddsnämnden, kienet tat lok għal deċiżjoni li kontriha ġiet ippreżentata azzjoni quddiem dik il-kummissjoni. Għalhekk, din hija l-ewwel awtorità li semgħet it-talba sabiex jitnaqqsu r-radjazzjonijiet mhux jonizzati maħruġa mill-bażijiet fil-qrib tar-residenza ta’ D. Bengtsson (ara, b’analoġija, b’mod partikolari, id-digrieti tad-<DATE ISO="20010710">10 ta’ Lulju 2001</DATE>, HSB-Wohnbau, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-86/00" PAGE.ECR="I-5353" YEAR="2001">C-86/00, Ġabra p. I-5353</REF.DOC.ECR>, punt 15; tat-<DATE ISO="20020122">22 ta’ Jannar 2002</DATE>, Holto, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-447/00" PAGE.ECR="I-735" YEAR="2002">C-447/00, Ġabra p. I-735</REF.DOC.ECR>, punt 21, kif ukoll tat-<DATE ISO="20100112">12 ta’ Jannar 2010</DATE>, Amiraike Berlin, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-497/08" PAGE.ECR="I-0101" YEAR="2010">C-497/08, Ġabra p. I-0101</REF.DOC.ECR>, punt 20).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Konsegwentement, fil-kuntest li ta lok għal din id-domanda preliminari, il-Mora kommun, Miljö- och hälsoskyddsnämnden, ma għandhiex l-funzjoni li tistħarreġ il-legalità ta’ deċiżjoni. Il-funzjoni tagħha tikkonsisti f’li tieħu pożizzjoni, għall-ewwel darba, fuq ilment ta’ individwu. F’dawn iċ-ċirkustanzi, hija ma tintalabx sabiex<?PAGE NO="I-2008"?> tiddeċiedi kwistjoni, fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="19981112">12 ta’ Novembru 1998</DATE>, Victoria Film, C-134/97, Ġabra p. I 7023, punti 16 u 18).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni ma tistax titqiegħed f’dubju mill-fatt li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kkonċernati jistgħu jippreżentaw xi osservazzjonijiet quddiem il-Mora kommun, Miljö- och hälsoskyddsnämnden, peress li tali fakultà ma taffettwax in-natura tal-attività imwettqa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20010714">14 ta’ Lulju 2001</DATE>, Salzmann, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-178/99" PAGE.ECR="I-4421" YEAR="2001">C-178/99, Ġabra p. I-4421</REF.DOC.ECR>, punt 18).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, fil-kuntest tal-eżami tal-ilment ippreżentat quddiemha minn D. Bengtsson, il-Mora kommun, Miljö- och hälsoskyddsnämnden qiegħda taġixxi bħala awtorità amministrattiva mingħajr ma hija mitluba, fl-istess ħin, tiddeċiedi kwistjoni, fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’tali mod li qiegħda teżerċita funzjoni mhux ġudizzjarja.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, għandu jiġi kkonstatat, skont l-Artikoli 92(1) u 103(1) tar-Regoli tal-Proċedura, li l-Qorti tal-Ġustizzja manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar id-domanda magħmula mill-Mora kommun, Miljö- och hälsoskyddsnämnden.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward ta’ D. Bengtsson, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-Mora kommun, Miljö- och hälsoskyddsnämnden, hija din li<?PAGE NO="I-2009"?> tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk ta’ D. Bengtsson, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tordna:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domanda magħmula mill-Mora kommun, Miljö- och hälsoskyddsnämnden (l-Isvezja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090602">2 ta’ Ġunju 2009</DATE>.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></ORDER>