European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/1021

17.11.2023

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11352 - SVP / APCOA)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2023/1021)

1.   

Fl-10 ta’ Novembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Strategic Value Partners LLC (“SVP”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

APCOA Parking Holdings GmbH (“APCOA”, il-Ġermanja) ikkontrollata minn Centerbridge Partners, L.P. (“Centerbridge”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

SVP se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ APCOA kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

SVP hija ditta ta’ investiment attiva primarjament fl-Ewropa u fl-Istati Uniti tal-Amerka, li tiffoka fuq il-ġestjoni ta’ strument ta’ fondi spekulattivi u fondi ibridi ta’ ekwità privata li jinvestu fi swieq ta’ ekwità pubbliċi u privati, swieq tad-dejn u investimenti alternattivi oħra,

—

APCOA hija fornitur pan-Ewropew ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-parkeġġ, servizzi ta’ konsulenza dwar l-ipparkjar u ta’ infurzar, u soluzzjonijiet ta’ ġestjoni ta’ taxis jew shuttle.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11352 - SVP / APCOA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1021/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)