|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1294 |
6.5.2024 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1294
tal-1 ta’ Marzu 2024
li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament Delegat (UE) 2023/2867 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-prinċipji ta’ gwida u l-kriterji biex jiġu definiti l-proċeduri għall-verifika tal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief fis-servizz (verifika waqt is-servizz)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4), it-tieni subparagrafu tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-verżjonijiet bil-lingwa Ġermaniża u Olandiża tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2867 (2) fihom żball fl-Artikolu 1(2)(b), fir-rigward taċ-ċirkostanzi li fihom dak ir-regolament ma jkunx japplika għal ċerti manifatturi. L-iżball jaffettwa s-sustanza tal-att. |
|
(2) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjonijiet bil-lingwa Ġermaniża u Olandiża tar-Regolament Delegat (UE) 2023/2867 jiġu kkoreġuti kif xieraq. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/631/oj?locale=mt.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2867 tal-5 ta’ Ottubru 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-prinċipji ta’ gwida u l-kriterji biex jiġu definiti l-proċeduri għall-verifika tal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief fis-servizz (verifika waqt is-servizz), (ĠU L, 2023/2867, 18.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2867/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1294/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)