2005D0464 — MT — 19.10.2005 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ stħarriġ li għandhom jitwettqu fl-Istati Membri dwar l-influwenza tat-tjur fit-tjur ta' l-irziezet u l-għasafar selvaġġi (notifikata taħt id-dokument C(2005) 1827) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 164, 24.6.2005, p.52) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 273 |
21 |
19.10.2005 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ Ġunju 2005
dwar l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ stħarriġ li għandhom jitwettqu fl-Istati Membri dwar l-influwenza tat-tjur fit-tjur ta' l-irziezet u l-għasafar selvaġġi
(notifikata taħt id-dokument C(2005) 1827)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2005/464/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju ( 1 ) u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tagħha,
Billi:|
(1) |
Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tipprevedi kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja biex jittieħdu l-miżuri tekniċi u xjentifiċi meħtieġa għall-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni veterinarja Komunitarja u għal edukazzjoni u taħriġ veterinarju. |
|
(2) |
Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Saħħa ta’ l-Annimali u l-Benesseri ta’ l-Annimali f’rapport ta' nhar is-27 ta’ Ġunju 2000 irrakkomanda li jsir stħarriġ dwar l-influwenza tat-tjur fuq qatgħat tat-tjur ta' l-irziezet u għasafar selvaġġi, l-iktar biex tiġi ddeterminata l-prevalenza ta' l-infezzjonijiet mas-sottotipi tal-virus ta' l-influwenza tat-tjur H5 u H7. |
|
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/40/KEE tad-19 ta’ Mejju 1992 li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur ( 2 ) tiddefinixxi l-miżuri ta’ kontroll Komunitarji li jridu jiġu applikati fil-każ ta’ tifqigħa ta’ l-influwenza tat-tjur fit-tjur ta' l-irziezet. Madankollu, ma tipprevedix stħarriġ regolari ta’ dik il-marda fit-tjur ta' l-irziezet u fl-għasafar selvaġġi. |
|
(4) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2002/649/KE ( 3 ) u 2004/111/KE ( 4 ) ipprevedew il-preżentazzjoni ta’ programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. |
|
(5) |
Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2002/673/KE ( 5 ) u 2004/630/KE ( 6 ) approvaw programmi mressqa mill-Istati Membri għall-istħarriġ dwar l-influwenza tat-tjur fit-tjur ta' l-irziezet u l-għasafar selvaġġi għall-perjodi speċifikati f’dawk il-programmi. |
|
(6) |
Waqt dan l-istħarriġ, f’bosta Stati Membri nstabet il-preżenza ta’ sottotipi differenti ta’ virus ta’ l-influwenza tat-tjur H5 u H7. Għalkemm il-prevalenza bħalissa tal-virus ta’ l-influwenza tat-tjur tista’ tiġi kkunsidrata bħala pjuttost baxxa, huwa importanti li s-sorveljanza titkompla u titjib sabiex tkun tista’ tinftehem iktar l-epidemjoloġija tal-virus ta’ l-influwenza patoġenika baxxa u l-vajruses ma jitħallewx jiċċirkulaw mingħajr wieħed ma jintebaħ bihom fil-popolazzjoni tat-tjur ta' l-irziezet. Ir-riżultati ta’ l-istħarriġ mwettaq fl-Istati Membri kienu verament utili fl-immonitorjar tal-preżenza tas-sottotipi tal-virus ta’ l-influwenza tat-tjur li tista’ tippreżenta riskju sostanzjali jekk jgħaddu minn mutazzjoni għal forma iktar virulenti. Meta jitqiesu r-riżultati miksuba u s-sitwazzjoni ta' bħalissa tal-mard fil-Komunità, jidher xieraq li għandu jiżdied l-ammont totali tal-kontribuzzjoni Komunitarja biex tiġi żgurata sorveljanza aħjar |
|
(7) |
Skond dan, l-Istati Membri għandhom iressqu il-programmi tagħhom għas-servejs għall-influwenza tat-tjur lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni sabiex tingħata l-għajnuna finanzjarja mill-Komunità. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:
Artikolu 1
Sat- ►M1 13 ta’ Settembru 2005 ◄ , l-Istati Membri jridu jressqu għall-approvazzjoni programmi lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tas-servejs dwar l-influwenza tat-tjur u l-għasafar selvaġġi bi qbil ma’ dan l-Anness.
Artikolu 2
Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-miżuri previsti fl-Artikolu 1 se tkun ta’ rata ta’ 50 % ta’ l-infiq mġarrab fl-Istati Membri sa total massimu ta’ EUR 1 200 000 għall-Istati Membri.
Artikolu 3
L-ammonti massimi ta’ l-infiq ta’ l-ittestjar li jrid jintradd lura m’għandux jeċċedi:
|
it-test ELISA |
: |
1 EUR kull test; |
|
agal gel immune diffusion test |
: |
0,6 EUR kull test; |
|
it-test HI għall-H5/H7 |
: |
4 EUR kull test; |
|
test għall-iżolament tal-virus |
: |
30 EUR kull test; |
|
Test PCR: |
: |
EUR 10 għal kull test. |
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
Programmi ta’ stħarriġ li għandhom jitwettqu fl-Istati Membri dwar l-influwenza tat-tjur fit-tjur u għasafar selvaġġi fl-2005 u fl-2006.
A. GĦANIJIET
1. L-istima tal-prevalenza ta’ l-infezzjonijiet mis-sottotipi tal-virus ta’ l-influenza H5 u H7 fl-ispeċi differenti tat-tjur ta' l-irziezet bir-repetizzjoni ta’ eżerċizzji ta’ screening minn qabel previsti fid-Deċiżjonijiet 2004/111/KE u 2004/630/KE f’mod modifikat u aktar iffukat.
2. Biex titkompla s-sorveljanza ta’ l-influenza tat-tjur fuq bażi volontarja fl-għasafar selvaġġi. Ir-riżultat ta’ sorveljanza bħal din għandha tipprovdi informazzjoni utli għal sistema ta’ twissija bikrija tal-varjetajiet li jistgħu jiddaħħlu fil-qatgħat tat-tjur ta’ l-irziezet mill-għasafar selvaġġi.
3. Biex tikkontribwixxi għall-għarfien dwar it-theddid ta’ l-influwenza tat-tjur fuq is-saħħa ta’ l-annimali mill-ambjent naturali selvaġġ.
4. Sabiex titrawwem il-konnessjoni u l-integrazzjoni tan-netwerks umani u veterinarji għas-sorveljanza tal-influwenza.
B. REKWIŻITI U KRITERJI ĠENERALI GĦALL-ISTĦARRIĠ DWAR IT-TJUR TA’ L-IRZIEZET
1. Il-kampjunar se jkopri l-perjodu xieraq għall-perjodi ta’ produzzjoni għal kull kategorija tat-tjur ta’ l-irziezet kif meħtieġ. Per eżempju, f’ħafna Stati Membri f’żmien il-Milied jinqatlu ammont kbir ta’ tjur ta’ l-irziezet (partikolarment, id-dundjani u l-wiżż). Il-kampjunar mhux se jiġi estiż lil hinn mill-31 ta’ Jannar 2006.
2. Il-31 ta’ Marzu 2006 se tkun id-data għat-tressiq tar-riżultati finali tas-stħarriġ.
3. L-ittestjar tal-kampjunar mhux se jsir fil-Laboratorji Nazzjonali għall-influwenza tat-tjur (NL) fl-Istati Membri jew minn laboratorji oħra awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti jew taħt il-kontroll ta’ l-NL.
4. Ir-riżultati kollha (kemm seroloġiċi u kemm viroloġiċi) se jintbagħatu lil-Laboratorju tar-Referenza Komunitarja (CRL) biex jinġabru flimkien. Għandu jiġi żgurat fluss tajjeb ta’ informazzjoni. Is-CRL se jipprovdi appoġġ tekniku u se jżomm stokk ikbar ta’ reaġenti diagnostiċi. L-antiġeni għall-użu fl-istħarriġ se jiġu fornuti lill-NL mis-CRL biex tiġi żgurata l-uniformità.
5. L-iżolati tal-virus ta’ l-influwenza tat-tjur (AI) se jingħataw lis-CRL bi qbil mal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Il-vajruses tas-sottotip H5/H7 se jingħataw mingħajr dewmien u se jkunu soġġetti għat-testijiet standard ta’ karatterizzazzjoni (nucleotide sequencing/IVPI) skond id-Direttiva 92/40/KEE. Barraminnhekk, is-CRL jeħtieġ li l-H5 u l-H7 sera pożittiva miġbura mill-anseriformes jiġu ppreżentati “blind” sabiex l-arkivju jiġi stabbilit biex jiffaċilita l-izvilupp tat-testijiet ġejjiena.
6. Kull sejbiet pożittivi se jiġu investigati retrospettivament fl-istabbiliment u l-konklużjonijiet ta’ din l-investigazzjoni se jiġu rrapportati lill-Kummissjoni u lis-CRL.
7. Il-protokolli speċifiċi li jakkumpanjaw il materjal li qed jintbgħat lis-CRL u t-tabelli tar-rapportar għall-ġbir tad-data ta' l-istħarriġ se jipprovdihom is-CRL. F’dawk it-tabelli se jintwerew il-metodi tat-testijiet fil-laboratorju: It-tabelli provduti se jintużaw biex jagħtu r-riżultati f’dokument wieħed.
8. Se jinġabru kampjuni tad-demm għall-eżami seroloġiku mill-ispeċi kollha tat-tjur ta’ l-irziezet li jinkludu dawk mrobbija fis-sistemi fejn t-tjur jistgħu jimirħu, minn għall-inqas 5 sa 10 għasafar (minbarra papri, wizz u summien) għal kull stabbiliment, u minn kmamar differenti, jekk hemm iktar minn kamra waħda f'kull stabbiliment.
9. Il-kampjunar se jiġi stratifikat mat-territorju ta’ l-Istat Membru kollu, biex il-kampjuni jistgħu jitqiesu bħala rappreżentattivi għat-total ta’ l-Istat Membru.
a) in-numru ta’ stabbilimenti għall-kampjunar (minbarra papri, wizz u dundjani); dak in-numru se jiġi ddefinit sabiex tkun żgurata l-identifikazzjoni ta’ mill-inqas stabbiliment wieħed infettat jekk il-prevalenza ta’ l-istabbilimenti infettati huwa ta’ mill-inqas 5 %, b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 95 %; (ara tabella 1) u
b) se jiġi ddefinit in-numru ta’ għasafar ikkampjunati minn kull stabbiliment sabiex tiġi żgurata l-probabbilità ta' 95 % li jiġi identifikat għall-inqas għasfur wieħed bħala pożittiv jekk il-prevalenza ta’ l-għasafar seropożittivi huwa ≥ 30 %.
10. Id-disinn tal-kampjunar se jqis ukoll:
a) It-tipi ta’ produzzjoni u r-riskji speċifiċi tagħhom se jiġu immirati għall-produzzjoni free-range u dawk it-tjur ta' l-irziezet li jinżammu jimirħu fil-beraħ kif ukoll jitqiesu fatturi oħra bħall-multi age, l-użu ta’ l-ilma tal-wiċċ, tul ta’ ħajja relattivament itwal, il-preżenza ta’ wieħed jew iktar mill-ispeċi fl-istabbiliment u fatturi rilevanti oħra.
b) In-numru ta’ stabbilimenti ta’ dundjani, papri u wizz biex jiġu kkampjunati, se jiġi ddefinit sabiex tkun żgurata l-identifikazzjoni ta’ mill-inqas stabbiliment wieħed infettat jekk il-prevalenza ta’ l-istabbilimenti infettati huwa ta’ mill-inqas 5 %, b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 99 % (ara tabella 2);
c) Meta fi Stat Membru ikun hemm numru sinifikanti ta’ stabbilimenti li jipproduċu r-ratiti (għasafar li ma jtirux) u s-summien dawn se jiġu inklużi fil-programm. Fir-rigward għas-summien se jiġu kkampjunati biss dawk is-summien adulti (jew dawk li qed ibidu)
d) Il-perjodu ta’ żmien għall-kampjunar se jaħbat mal-produzzjoni ta’ l-istaġun. Madankollu, fejn jinħtieġ, il-kampjunar jista’ jiġi adattat għal perjodi oħra identifikati fil-livell lokali, li f’dan iż-żmien il-preżenza ta’ tjur ta’ l-irziezet oħra li fuqhom jgħix il-mard fl-istabbiliment iżid iktar iċ-ċans li jidħol il-mard.
e) L-Istati Membri li għandhom jieħdu kampjuni għall-marda tan-Newcastle, biex iżommu l-istatus tagħhom bħala pajjiżi li ma jlaqqmux kontra il-marda tan-Newcastle fi qbil mad-Deċiżjoni tal-94/327/KE ( 7 ), jistgħu jużaw dawn il-kampjuni mill-qatgħat li qed ibidu għas-sorveljanza ta’ l-antikorpi H5/H7.
Tabella 1
Numru ta’ razez għall-kampjunar ta’ kull kategorija tat-tjur ta' l-irziezet (minbarra l-istabbilimenti tad-dundjani, tal-papri u tal-wizz)
|
In-numru ta’ rziezet għall kull kategorija tat-tjur ta' l-irziezet Kull Stat Membru Ġdid |
In-numru ta' rziezet għall-kampjunar |
|
Sa limitu ta' 34 |
Kollha |
|
35-50 |
35 |
|
51-80 |
42 |
|
81-250 |
53 |
|
> 250 |
60 |
Tabella 2
In-Numru ta’ stabbilimenti tad-dundjani, tal-papri u tal-wizz għall-kampjunar
|
Numru ta’ stabbilimenti kull Stat Membru |
In-numru ta' stabbilimenti għall-kampjunar |
|
Sa limitu ta' 46 |
Kollha |
|
47-60 |
47 |
|
61-100 |
59 |
|
101-350 |
80 |
|
> 350 |
90 |
C. ĦTIĠIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-IDENTIFIKAZZJONI TA’ L-INFEZZJONIJIET BIS-SOTTOTIPI H5/H7 TA’ L-INFLUENZA TAT-TJUR FIL-PAPRI, IL-WIZZ U S-SUMMIEN
1. Kampjuni tad-demm għall-ittestjar seroloġiku se jittieħdu preferibbilment mill-għasafar li qegħdin jinżammu barra fl-għelieqi.
2. Minn kull stabbiliment magħżul, se jittieħdu minn 40 sa 50 kampjun tad-demm għall-ittestjar seroloġiku.
D. STĦARRIĠ GĦALL-INFLUWENZA TAT-TJUR FL-GĦASAFAR SELVAĠĠI
F’ dawk l-Istati Membri fejn is-sorveljanza ser tinvolvi wkoll l-għasafar selvaġġi, il-linji ta’ gwida li ġejjin għandhom jiġu segwiti.
D.1. Għamla u implimentazzjoni ta’ l-istħarriġ
1. Ser tkun meħtieġa kooperazzjoni ma’ l-istituzzjonijiet ta’ konservazzjoni u ta’ l-osservazzjoni ta’ l-għasafar u ta’ l-istazzjonijiet fejn jiġu mmarkati l-għasafar. Il-ġbir tal-kampjuni fejn huwa xieraq għandu jsir minn personal minn dawn il-gruppi/stazzjonijiet jew minn kaċċaturi.
2. Sorvelljanza attiva fuq għasafar li huma ħajjin jew kaċċati ser tkun immirata lejn:
a) il-popolazzjoni ta’ speċi ta’ għasafar selvaġġi li jippreżentaw riskju ogħla biex jiġu identifikati, bbażat fuq:
i) l-oriġini u r-rotti ta’ migrazzjoni;
ii) in-numri ta’ għasafar selvaġġi fil-Komunita; u
iii) il-possibbiltà ta’ kuntatt ma’ tjur domestiċi.
b) l-identifikazzjoni tas-siti li qegħdin f’ riskju, bbażata fuq:
i) siti ta’ taħlit ta’ numru għoli ta’ għasafar migratorji li jinvolvu speċi differenti u b’ mod partikolari dawk li huma elemkati fil-Parti F;
ii) qrubija mal-farms tat-tjur domestiċi, u;
iii) lokazzjoni matul ir-rotti migratorji.
Il-ġbir tal-kampjuni għandu jqis il-bixra migratorja skond l-istaġun, li jista’ jvarja fi Stati Membri differenti, u l-ispeċi ta’ għasafar li huma elenkati fl-Anness F.
3. Is-sorveljanza passiva ta’ l-għasafar selvaġġi li jinstabu mejtin tista’ timmira primarjament lejn l-okkorrenza ta’ mortalità mhux normali jew lejn tfaqqigħ sinifikanti ta’ mard fil-:
a) speċi ta’ għasafar selvaġġi li huma elenkati fil-Parti F u għasfar selvaġġi oħrajn li jgħixu f’ kuntatt magħhom; u
b) f’siti li jissmemmew fil-punt 2 (b) (i).
L-okkorrenza tal-mortalità f’ bosta speċi fl-istess sit għandha tkun fattur ieħor li għandu jitiqes.
D.2. Proċeduri ta’ ġbir tal-kampjuni
1. Imselħiet mill-kavità ġenitali u intestinali għall-eżaminazzjoni viroloġika għandhom jittieħdu. Aktar minn hekk għall-għasafar ‘ta’ l-ewwel sena’ fil-ħarifa, l-ispeċi ospitanti li għandhom suxxettibbiltà għolja u iktar kuntatt mat-tjur (bħalma huma l-papri Mallard) jistgħu joffru l-ogħla ċans ta’ suċċess.
2. Minbarra l-imselħiet mill-kavità ġenitali jew mill-feċi, għandhom ukoll jinġabru kampjuni mit-tessuti (il-moħħ, il-qalb, il-pulmuni, il-kliewi u l-imsaren) ta’ għasafar selvaġġi li jinstabu mejtin jew li ġew sparati għall-iżolazzjoni virali u l-analiżi molekolari (PCR). Tekniċi molekolari għandhom isiru biss f’ laboratorji li jistgħu jiggarantixxu assikurazzjoni tal-kwalità u billi jintużaw metodi li huma rikonoxxuti mis-CRL għall-influwenza tat-tjur.
3. Il-kampjuni għandhom jinġabru minn speċi differenti ta’ għasfar ħajjin u ħielsa. Għasafar ta’ l-ilma u għasafar tax-xtut għandhom ikunu dawk li huma l-iktar fil-mira
4. Imselħiet li fihom il-feċi, jew il-feċi miġbur reċentament għandhom jittieħdu minn għasafar selvaġġi li ġew minsuba, kkaċċati u misjuba mejtin reċentement.
5. Jista’ jiġi permess il-ġbir ta’ ħames kampjuni mill-istess speċi miġbura fl-istess sit u fl-istess ħin. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ħażna u t-trasport tal-kampjuni. Jekk it-trasport rapidu fi żmien 48 siegħa lejn il-laboratorju (fil-medju għat-trasport f’ temperatura ta’ 4° Celsius) mhux garantit, il-kampjuni għandhom jinħażnu biex jiġu trasportati fid-dry ice f’ temperatura ta’ -70° Celsius.
E. L-ITTESTJAR FIL-LABORATORJU;
It-testijiet fil-laboratorju se jsiru fi qbil mal-proċeduri diagnostiċi għall-konfermazzjoni u d-diagnostika differenzjali ta’ l-influenza fit-tjur (AI) stabbiliti fl-Anness III għad-Direttiva 92/40/KEE (inkluża l-eżaminazzjoni tas-sera mill-papri u l-wizz permezz tat-test tal-haemagglutination-inhibition (HI). Madankollu jekk huma previsti testijiet tal-laboratorju mhux stabbiliti fid-Direttiva 92/40/KEE, jew deskritti fil-Manwal OIE Terrestriali, l-Istati Membri se jipprovdu d-data ta’ validazzjoni meħtieġa lis-CRL, waqt li jressqu il-programm tagħhom għall-approvazzjoni lill-Kummissjoni. Is-sejbiet kollha seroloġiċi pożittivi se jkunu kkonfermati mill-laboratorji Nazzjonali għall-influenza tat-tjur permezz ta’ test tal-haemagglutination-inhibition, billi jużaw razez deżinjati mill-Laboratorju tar-Referenza Komunitarja:
|
H5 |
a) Test inizjali fejn jintuża id-Duck/Denmark/64650/03 (H5N7) b) Tittestja is-sjeropożittivi kollha bl-Ostrich/Denmark/72420/96 (H5N2) sabiex telimina l-antikorp bir-reazzjoni inkroċjata N7. |
|
H7 |
a) Test inizjali fejn jintuża Turkey/England/647/77 (H7N7) b) Tittestja is-sjeropożittivi kollha bl-African Starling/983/79 (H7N1) sabiex telimina l-antikorp bir-reazzjoni inkroċjata N7. |
F. IL-LISTA TA’ L-ISPEĊI TA’ GĦASAFAR SELVAĠĠI LI JIPPREŻENTAW RISKJU OGĦLA FIR-RIGWARD TA’ L-INFLUWENZA TAT-TJUR ( 8 )
|
Isem bil-Latin |
Isem bil-Malti (bl-Ingliż u bl-isem ġenerali Malti, fejn mhux disponibbli) |
|
|
1. |
Anser albifrons |
White-fronted Goose (wiżża) |
|
2. |
Anser fabalis |
Bean Goose (wiżża) |
|
3. |
Anas platyrhynchos |
Kuluvert |
|
4. |
Anas strepera |
Borka sekonda/Kuluvert griż ta’ l-ilma ħelu |
|
5. |
Anas acuta |
Silfjun |
|
6. |
Anas clypeata |
Northern Shoveler |
|
7. |
Anas Penelope |
Eurasian Wigeon |
|
8. |
Anas crecca |
Sarsella |
|
9. |
Anas querquedula |
Sarsella Ħamra |
|
10. |
Aythya ferina |
Common Pochard (papra tal-ġenus Aythya) |
|
11. |
Aythya fuligula |
Tufted Duck (bħal fuq) |
|
12. |
Vanellus vanellus |
Venewwa |
|
13. |
Philomachus pugnax |
Girwiel |
|
14. |
Larus ribibundus |
Gawwija Rasha Kannella |
|
15. |
Larus canus |
Gawwija Sekonda |
( 1 ) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31).
( 2 ) ĠU L 167, 22.6.1992, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
( 3 ) ĠU L 213, 9.8.2002, p. 38.
( 4 ) ĠU L 32, 5.2.2004, p. 20. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjnoi 2004/615/KE (ĠU L 278, 27.8.2004, p. 59).
( 5 ) ĠU L 228, 24.8.2002, p. 27. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjnoi 2003/21/KE (ĠU L 8, 14.1.2003, p. 37).
( 6 ) ĠU L 287, 8.9.2004, p. 7. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar minn 2004/679/KE (ĠU L 310, 7.10.2004, p. 75).
( 7 ) ĠU L 146, 11.6.1994, p. 17.
( 8 ) Kull speċi ta’ għasafar selvaġġi li jgħixu fil-Komunità, inklużi l-ispeċi li huma elenkati fit-tabella f’ din il-Parti, huma koperti mir-reġim ta’ protezzjoni tad-Direttiva 79/409/KEE dwar il-konservazzjoni ta’ l-għasafar selvaġġi u għalhekk għandha tingħata kull konsiderazzjoni lejn il-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għal kull sorveljanza għall-Influwenza tat-Tjur.