31994R3162



Official Journal L 335 , 23/12/1994 P. 0005 - 0005
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 3 P. 0225
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 3 P. 0225


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KE, EURATOM) Nru 3162/94

tad-19 ta' Diċembru 1994

li jemenda r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi Kunsill Wieħed u Kummissjoni Waħda tal-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikulari l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 28 tiegħu,

Wara li kkonsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitaijiet tal-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkonsidra il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi huwa xieraq li tiġi estiża l-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitaijiet Ewropej, fuq termini u bi qbil mal-proċedura stabbilita fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 [3], għas-salarji, għall-pagi u emolumenti tal-membri ta' l-organi tal-Fond ta' l-Investiment Ewropew waqt il-qadi ta' dmirijiethom bħala tali u għall-persunal tal-Fond,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

"L-Artikolu 12b

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-membri ta' l-organi tal-Fond ta' l-Investiment Ewropew waqt il-qadi ta' dmirijiethom bħala tali, għall-membri tal-persunal tiegħu u għal dawk li jirċievu l-pensjonijiet imħallsa mill-Fond li huma inklużi fil-kategoriji ddeterminati mill-Kunsill skond l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 16 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet, fir-rigward ta' salarji, pagi u emolumenti, u għall-penzjonijiet għal disabilità, irtirar u lil superstiti imħallsa mill-Fond."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Diċembru 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

K. Kinkel

[1] ĠU C 162, 14.6.1994, p. 8.

[2] ĠU C 323, 21.11.1994.

[3] ĠU L 56, 4.3.1968, p. 8 Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (Euratom, KEFA, KE) Nru 3606/93 (ĠU L 332, 31.12.1993, p. 10.

--------------------------------------------------