|
14.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 198/2009
tal-10 ta' Marzu 2009
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżidilha kwalunkwe subdiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb tal-applikazzjoni ta' miżuri tariffarji u ta’ miżuri oħrajn li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ ta’ oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanizja deskritta fil-kolonna 1 tat-tabella mfassla fl-Anness għandha tkun ikklassifikata taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2, għar-raġunijiet imsemmija fil-kolonna 3 ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni tariffarja li torbot li nħarġet mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhix skont dan ir-Regolament, tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità. (2) |
|
(5) |
Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
Il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 tat-tabella li tidher fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna 2 ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja li torbot, maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta' tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) |
Raġunijiet |
||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||
|
Oġġett ta' daqs ta' 4m bi 30m, magħmul minn ħjut ta' materjal tal-pjanti (ħaxix tal-baħar) minsuġ. It-tagħma tikkonsisti f'żewġ ħajtiet milwijin u mibrumin fuq xulxin ta' materjal tal-pjanti (ħaxix tal-baħar) tat-tip li jintuża l-iktar biex bih jimtlew il-kuxins. Il-medd jikkonsisti f'ħajta singla mibruma ta' fibra tessili naturali minsuġa minn materjal tal-pjanti (fibra tal-ħaxix tal-baħar) (il-ħajta tkun itwal minn 20 000 decitex). L-oġġett għandu n-naħa ta' wara magħmul minn gomma ċellulari. (kisi tal-art magħmul minn ħaxix tal-baħar) (Ara r-ritratti Nri 648A u 648B) Ir-ritratti juru biċċa maqtugħa mill-oġġett. (*1) |
4601 94 10 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 1 tal-Kapitolu 46, in-Nota 1 tal-Kapitolu 57, in-Nota 3 (A) (e) għat-Taqsima XI u l-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 4601 , 4601 94 u 4601 94 10 . L-oġġett jikkonsisti fi tliet tipi ta' materjali differenti:
|
|
|
|
(*1) Ir-ritratti huma għal għanijiet informattivi biss.