European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4105

25.7.2025

Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika, f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)

(C/2025/4105)

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)

“Pineau des Charentes”

PDO-FR-A0489-AM02 — 29.4.2025

1.   Isem il-prodott

“Pineau des Charentes”

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☒

Denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP)

☐

Indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)

☐

Indikazzjoni ġeografika (IĠ)

3.   Settur

☐

Prodotti agrikoli

☒

Inbejjed

☐

Xarbiet spiritużi

4.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika

Franza

5.   Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard

Ministeru għall-Agrikoltura u l-Ikel, id-Direttorat Ġenerali għall-Prestazzjoni Ekonomika u Ambjentali tal-Intrapriżi

6.   Kwalifika bħala emenda standard

L-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huma emendi standard skont id-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143.

L-applikazzjoni għall-emenda tad-DOP Pineau des Charentes ma tinvolvi l-ebda waħda mit-tliet sitwazzjonijiet li jikkostitwixxu emenda tal-Unjoni; b’mod speċifiku:

(a)

ma tinkludix bidla fl-isem jew fl-użu tal-isem, jew fil-kategorija ta’ prodott jew prodotti identifikati bl-indikazzjoni ġeografika;

(b)

ma tirriskjax li xxejjen ir-rabta maż-żona ġeografika;

(c)

ma tinvolvix aktar restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-applikazzjoni hija għal emenda “standard”.

7.   Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i

1.   Żona ġeografika definita

Fil-Kapitolu 1, it-Taqsima IV, il-punt 1, “Żona ġeografika”, il-lista ta’ cantons tħassret u ġiet issostitwita minn lista ta’ muniċipalitajiet.

Din il-lista tfasslet f’konformità mal-Kodiċi Uffiċjali Ġeografiku fis-seħħ. Din l-emenda saret fil-kuntest tal-fużjoni u r-raggruppament tal-muniċipalitajiet. Madanakollu, iż-żona ġeografika ma nbidlitx.

Il-punt 6, “Żona ġeografika demarkata”, tad-Dokument Uniku ġie emendat.

2.   Tqaddim f’kontenituri tal-ballut

Il-partijiet li ġejjin tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġew emendati biex il-kliem “fl-injam” jiġi sostitwit b’“kontenitur tal-ballut” fil-punti fejn l-essenza tal-pjanta ma kinitx speċifikata. L-għan huwa li jkun hemm koerenza fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott bħala ħaġa sħiħa:

—

It-Taqsima IX, “Ipproċessar, produzzjoni, tqaddim, imballaġġ u ħażna”, il-punt 3, “Tqaddim”,

—

It-Taqsima X, “Rabta maż-żona ġeografika”, il-punt 2, “Informazzjoni dwar il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodotti”,

—

It-Taqsima XII, “Regoli dwar il-preżentazzjoni u t-tikkettar”, il-punt 2, “Dispożizzjonijiet speċjali”.

Din il-bidla ma twassalx għal bidla fit-tqaddim tal-Pineau: it-tqaddim diġà jsir fl-injam tal-ballut.

L-emenda tikkonsisti fiż-żieda ta’ dettall mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott billi jissemma t-tip ta’ injam f’dak id-dokument, jiġifieri l-ballut.

Id-Dokument Uniku ġie emendat skont il-punti “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed” u “Kundizzjonijiet addizzjonali”.

3.   Informazzjoni dwar il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodotti

Minbarra l-emendi dwar il-kontenituri tal-ballut, il-punt 2, “Informazzjoni dwar il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodotti”, tat-Taqsima X, “Rabta maż-żona ġeografika”, ġie emendat biex jikkjarifika l-kulur u l-aromi tal-Pineau des Charentes rożè. Dawn l-emendi ma jaffettwawx il-karatteristiċi tal-prodotti.

Il-punt 8, “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed”, tad-Dokument Uniku ġie emendat.

4.   Limitu massimu tar-rendiment

Ir-rendiment massimu għall-inbid likur stabbilit fil-Kapitolu I, it-Taqsima VIII, il-punt 2 ġie emendat. Żdied minn 45 ettolitru għal 52 ettolitru għal kull ettaru.

L-emenda qed issir fil-kuntest li ġej: Il-Pineau des Charentes huwa nbid likur magħmul minn most tal-għeneb imqawwi bil-“Cognac” [proċess magħruf bħala mutage]. Għalhekk, ir-rendiment tad-denominazzjoni Pineau des Charentes huwa kkalkulat abbażi tar-rendiment tal-“Cognac” li jintuża għall-mutage (mis-sena N–1 jew sena preċedenti) u r-rendiment tal-mosti li għandhom jitqawwew mis-sena N.

Għalhekk, il-limitu tar-rendiment għall-Pineau des Charentes jiddependi mir-rendiment tal-“Cognac” (mis-sena N–1 jew sena preċedenti) u r-rendiment tal-mosti maħsuba għall-produzzjoni tal-Pineau des Charentes mis-sena N.

Ir-rendimenti annwali tad-DOP “Cognac” ilhom jiżdiedu sa mill-2018.

Għalhekk, ir-rendiment tal-prodott lest tad-denominazzjoni huwa fil-valur tal-limitu massimu tar-rendiment stabbilit fl-Ispeċifikazzjoni (45 hl/ha). Sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn ma jkunx jista’ jsir progress, il-limitu tar-rendiment għall-inbid likur żdied minn 45 għal 52 hl/ha.

Il-punt 5.2, “Rendimenti massimi għal kull ettaru”, tad-Dokument Uniku ġie emendat.

5.   Tqaddim

Il-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 3, ġie emendat biex jitnaqqas il-perjodu tat-tqaddim għall-inbejjed likuri rożè.

It-tqaddim fil-ballut tal-inbejjed likuri rożè jsir fakultattiv. L-għan ta’ din l-emenda huwa li:

—

tiġi ddifferenzjata l-provvista billi tiżviluppa prodotti b’togħma aktar ta’ frott u inqas ħelwin, filwaqt li żżomm it-“taħlita” essenzjali tal-“Cognac” fil-Pineau des Charentes;

—

tittejjeb il-viżibilità kummerċjali tal-inbejjed rożè billi tpoġġihom fis-suq kmieni fl-istaġun;

—

jiġu evitati problemi ta’ stabbiltà għal żmien qasir tal-kulur rożè (ossidazzjoni) u jinkiseb kontroll aħjar maż-żmien tal-kulur rożè ta’ dawn l-inbejjed likuri.

Il-punt 9, “Rekwiżiti oħra applikabbli (Rekwiżiti speċifiċi tal-imballaġġ, Rekwiżiti speċifiċi tat-tikkettar, Rekwiżiti addizzjonali), tad-Dokument Uniku ġew emendati.

6.   Data tal-introduzzjoni fis-suq għall-konsumatur

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 5(a), id-data tal-introduzzjoni fis-suq għall-konsumatur tmexxiet ’il quddiem mill-1 ta’ Ġunju għall-1 ta’ Marzu tas-sena wara s-sena tal-ħsad.

Din l-emenda hija konsistenti mal-emenda biex it-tqaddim fl-injam isir fakultattiv għall-kulur “rożè” biss. B’mod parallel max-xewqa tiegħu li jagħmilha fakultattiva li l-inbejjed likuri rożè jitqaddmu fil-ballut, il-grupp qassar ukoll il-perjodu minimu tat-tqaddim bi 3 xhur.

L-għan ta’ dawn l-emendi huma biex:

—

tiġi ddifferenzjata l-provvista billi tiżviluppa prodotti b’togħma aktar ta’ frott u inqas ħelwin, filwaqt li żżomm it-“taħlita” essenzjali tal-“Cognac” fil-Pineau des Charentes;

—

tittejjeb il-viżibilità kummerċjali tal-inbejjed rożè billi tpoġġihom fis-suq kmieni fl-istaġun;

—

jiġu evitati problemi ta’ stabbiltà għal żmien qasir tal-kulur rożè (ossidazzjoni) u jinkiseb kontroll aħjar maż-żmien tal-kulur rożè ta’ dawn l-inbejjed likuri.

Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.

7.   Data għaċ-ċirkolazzjoni bejn l-imħażen awtorizzati

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 5(b), il-perjodu li matulu l-inbejjed likuri ma jistgħux jiċċirkolaw bejn il-magazziniera awtorizzati tnaqqas, fil-każ tal-inbejjed likuri rożè, mill-1 ta’ Ġunju sal-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara s-sena tal-ħsad.

Din l-emenda ssegwi l-bidliet preċedenti dwar it-tqaddim u d-data tat-tqegħid fis-suq għall-konsumatur.

Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.

8.   Rekwiżiti ta’ dikjarazzjoni

Fil-Kapitolu II, it-Taqsima I, il-punti 2 u 3, u t-Taqsima II ġew emendati biex:

—

titħassar ir-referenza tal-irqajja’ mid-dikjarazzjoni tal-produzzjoni, billi dawn tal-aħħar diġà jissemmew fid-dikjarazzjoni tal-allokazzjoni tar-roqgħa;

—

jingħaqdu r-reġistru tal-produzzjoni u r-reġistru tal-maħżen għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni amministrattiva.

Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.

9.   Punti ewlenin li għandhom jiġu vverifikati u referenzi li jirrigwardaw il-korpi ta’ spezzjoni

It-tabella fil-Kapitolu III u t-Taqsima II ta’ dak il-kapitolu ġew aġġornati fir-rigward tar-reġistru tal-maħżen.

Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.

10.   Modifiki ulterjuri

Saru emendi formali biex jiġu kkoreġuti jew ikkjarifikati ċerti partijiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:

—

korrezzjoni ta’ żbalji ortografiċi u/jew żbalji tipografiċi

—

tħassir tar-referenza għal miżura tranżitorja, li kienet skadiet (fil-Kapitolu 1, it-Taqsima XI, il-punt 2).

Dawn l-emendi ma jaffettwawx is-sustanza.

Il-punt 8, “Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet”, tad-Dokument Uniku ġie emendat.

11.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Il-lista tal-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid ġiet aġġornata fid-Dokument Uniku sabiex tinġieb konformi mal-Ispeċifikazzjoni wara għadd ta’ ommissjonijiet.

Żdiedu l-varjetajiet li ġejjin: Cot N, Meslier Saint-François B, Sauvignon B, Trousseau Gris G.

Dawn l-emendi m’għandhomx impatt fuq il-prodotti Cot N, Sauvignon B u Meslier St François B, (li) ilhom inklużi fid-digriet dwar id-denominazzjoni tal-inqas sa mill-1998. It-Trousseau Gris ġie inkluż fl-Ispeċifikazzjoni permezz tal-Ordni tal-1 ta’ April 2019.

Il-punt 7 tad-Dokument Uniku ġie emendat.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/Ismijiet

Pineau des Charentes

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP — Denominazzjoni ta’ oriġini protetta

3.   Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli

3.1.   Inbid likur

3.2.   Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda

—

22 — XARBIET, SPIRTI U ĦALL

2204 — Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009

4.   Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed

DESKRIZZJONI QASIRA

Il-Pineau des Charentes huwa inbid likur magħmul billi jiżdied mal-most tal-għeneb spirtu mqaddem bid-denominazzjoni tal-oriġini “Cognac” (spirtu minn ċiklu ta’ distillazzjoni preċedenti). Huwa abjad, rożè jew aħmar; id-denominazzjoni tista’ tiġi ssupplimentata bit-termini vieux [“qadim”], très vieux [“qadim ħafna”] jew extra vieux [“qadim ekstra”], skont kemm idum jitqaddem f’kontenituri tal-ballut.

Il-Pineau des Charentes jiġi kkonsmat prinċipalment bħala aperitiv. Fil-ħalq, għandu t-togħma friska u tonda tal-most ta’ għeneb frisk. Il-“Cognac”, li jikkontribwixxi għall-korporatura u l-bilanċ ġenerali tal-prodott, jitħallat miegħu, parzjalment permezz tat-tqaddim tiegħu f’kontenituri tal-ballut.

Il-Pineau des Charentes ivarja fil-kulur minn isfar lewn it-tiben għal isfar dehbi ċar, u ta’ spiss jiżviluppa aromi qawwijin, li huma ta’ frott (frott frisk jew konfettura) u ta’ fjuri (fjuri bojod) kif ukoll noti ta’ għasel. Il-Pineau des Charentes aħmar, li għandu kulur qawwi, spiss jiżviluppa aromi qawwijin ta’ frott aħmar u frott iswed maqtugħ frisk, flimkien ma’ noti ta’ ħwawar mhux qawwijin. Il-Pineau des Charentes rożè huwa ta’ kulur ċar għal fuchsia. Spiss jiżviluppa aromi tal-frott u noti ta’ frott ħomor u frott tal-foresta.

Il-valuri analitiċi mhux irrappurtati jikkonformaw mal-limiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): 22

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): 16

—

Aċidità totali minima: —

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 10

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) 75

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Metodu ta’ kultivazzjoni

Id-densità minima ta’ tħawwil tal-vinji hija ta’ 2 200 dielja għal kull ettaru, u l-ispazju bejn il-flanni huwa 3 metri jew inqas.

Il-vinji jinżabru b’massimu ta’ 50 000 għajn għal kull ettaru bl-użu tat-tekniki li ġejjin:

—

il-metodu Guyot sempliċi jew doppju, bil-pjanta jkollha żarġuna waħda jew tnejn u rimja waħda jew tnejn;

—

iż-żbir bis-sistema tal-cordon, b’rimjiet maqtugħin b’massimu ta’ tliet għejun.

L-irrigazzjoni hija pprojbita.

5.2.   Rendimenti massimi

1.

Inbid likur

52 ettolitru għal kull ettaru

2.

Most

85 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika definita

Il-ħsad tal-għeneb, il-produzzjoni tal-most u l-produzzjoni, it-tqaddim u l-imballaġġ tal-inbejjed likuri jsiru fil-muniċipalitajiet inizjalment definiti bid-Digriet tal-1 ta’ Mejju 1909, kif emendat, dwar regolamenti amministrattivi li jistabbilixxu l-konfini tar-reġjun bid-dritt esklużiv għall-isem “Cognac” għall-ispirti tiegħu.

Iż-żona ġeografika tkopri t-territorju tas-739 muniċipalità jew partijiet minn muniċipalitajiet, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali mill-1 ta: Jannar 2023:

—

Għal Charente (16):

Muniċipalitajiet sħaħ (266)

Agris, Aigre, Ambérac, Anais, Angeac-Champagne, Angeac-Charente, Angeduc, Angoulême, Ars, Asnières-sur-Nouère, Aubeterre-sur-Dronne, Aunac-sur-Charente, Aussac-Vadalle, Baignes-Sainte-Radegonde, Balzac, Barbezières, Barbezieux-Saint-Hilaire, Bardenac, Barret, Bassac, Bazac, Bécheresse, Bellevigne, Bellon, Berneuil, Bessac, Bessé, Birac, Blanzaguet-Saint-Cybard, Boisbreteau, Boisné-La Tude, Bonnes, Bonneuil, Bors (Canton de Charente-Sud), Bors (Canton de Tude-et-Lavalette), Bouëx, Bourg-Charente, Bouteville, Boutiers-Saint-Trojan, Brettes, Bréville, Brie, Brie-sous-Barbezieux, Brie-sous-Chalais, Brossac, Bunzac, Cellettes, Chadurie, Chalais, Challignac, Champagne-Vigny, Champmillon, Champniers, Chantillac, La Chapelle, Charmé, Charras, Chassors, Châteaubernard, Châteauneuf-sur-Charente, Châtignac, Chazelles, Chenon, Cherves-Richemont, Chillac, Claix, Cognac, Combiers, Condéon, Coteaux-du-Blanzacais, Coulgens, Coulonges, Courbillac, Courcôme, Courgeac, Courlac, La Couronne, Criteuil-la-Magdeleine, Curac, Deviat, Dignac, Dirac, Douzat, Ébréon, Échallat, Édon, Les Essards, Étriac, Feuillade, Fléac, Fleurac, Fontenille, Fouquebrune, Fouqueure, Foussignac, Garat, Gardes-le-Pontaroux, Genac-Bignac, Gensac-la-Pallue, Genté, Gimeux, Gond-Pontouvre, Les Gours, Grassac, Graves-Saint-Amant, Guimps, Guizengeard, Gurat, Hiersac, Houlette, L’Isle-d’Espagnac, Jarnac, Jauldes, Javrezac, Juignac, Juillac-le-Coq, Juillé, Julienne, Lachaise, Ladiville, Lagarde-sur-le-Né, Laprade, Lichères, Ligné, Lignières-Ambleville, Linars, Longré, Lonnes, Louzac-Saint-André, Lupsault, Luxé, Magnac-Lavalette-Villars, Magnac-sur-Touvre, Maine-de-Boixe, Mainxe-Gondeville, Mainzac, Mansle-les-Fontaines, Marcillac-Lanville, Mareuil, Marsac, Marthon, Médillac, Mérignac, Merpins, Mesnac, Les Métairies, Mons, Montboyer, Montignac-Charente, Montignac-le-Coq, Montmérac, Montmoreau, Mornac, Mosnac-Saint-Simeux, Moulidars, Mouthiers-sur-Boëme, Mouton, Moutonneau, Nabinaud, Nanclars, Nercillac, Nersac, Nonac, Oradour, Oriolles, Orival, Palluaud, Passirac, Pérignac, Pillac, Plassac-Rouffiac, Poullignac, Poursac, Pranzac, Puymoyen, Puyréaux, Raix, Ranville-Breuillaud, Reignac, Réparsac, Rioux-Martin, Rivières, La Rochette, Ronsenac, Rouffiac, Rougnac, Rouillac, Roullet-Saint-Estèphe, Ruelle-sur-Touvre, Saint-Amant-de-Boixe, Saint-Amant-de-Nouère, Saint-Aulais-la-Chapelle, Saint-Avit, Saint-Bonnet, Saint-Brice, Saint-Ciers-sur-Bonnieure, Saint-Cybardeaux, Saint-Félix, Saint-Fort-sur-le-Né, Saint-Fraigne, Saint-Front, Saint-Genis-d’Hiersac, Saint-Germain-de-Montbron, Saint-Groux, Saint-Laurent-de-Cognac, Saint-Laurent-des-Combes, Saint-Martial, Saint-Médard, Saint-Même-les-Carrières, Saint-Michel, Saint-Palais-du-Né, Saint-Preuil, Saint-Quentin-de-Chalais, Saint-Romain, Saint-Saturnin, Saint-Séverin, Saint-Simon, Saint-Sulpice-de-Cognac, Saint-Vallier, Saint-Yrieix-sur-Charente, Sainte-Sévère, Sainte-Souline, Salles-d’Angles, Salles-de-Barbezieux, Salles-de-Villefagnan, Salles-Lavalette, Sauvignac, Segonzac, Sers, Sigogne, Sireuil, Souffrignac, Souvigné, Soyaux, Le Tâtre, Torsac, Tourriers, Touvérac, Touvre, Triac-Lautrait, Trois-Palis, Tusson, Val des Vignes, Val-d’Auge, Val-de-Bonnieure, Valence, Vars, Vaux-Lavalette, Vaux-Rouillac, Verdille, Verrières, Verteuil-sur-Charente, Vervant, Vibrac, Vignolles, Villebois-Lavalette, Villefagnan, Villejoubert, Villognon, Vindelle, Vœuil-et-Giget, Vouharte, Voulgézac, Vouzan, Xambes, Yviers.

Muniċipalitajiet inklużi parzjalment biss (2):

Moulins-sur-Tardoire, iżda biss għaż-żona tal-muniċipalità delegata ta’ Rancogne (16274); La Rochefoucauld-en-Angoumois, iżda biss għaż-żona tal-muniċipalità delegata ta’ Saint-Projet-Saint-Constant (16344).

—

Għal Charente-Maritime (17):

Muniċipalitajiet sħaħ (458)

Agudelle, Aigrefeuille-d’Aunis, Allas-Bocage, Allas-Champagne, Anais, Angliers, Angoulins, Annepont, Annezay, Antezant-la-Chapelle, Arces, Archiac, Archingeay, Ardillières, Ars-en-Ré, Arthenac, Arvert, Asnières-la-Giraud, Aujac, Aulnay, Aumagne, Authon-Ébéon, Avy, Aytré, Bagnizeau, Balanzac, Ballans, Ballon, La Barde, Barzan, Bazauges, Beaugeay, Beauvais-sur-Matha, Bedenac, Belluire, Benon, Bercloux, Bernay-Saint-Martin, Berneuil, Beurlay, Bignay, Biron, Blanzac-lès-Matha, Blanzay-sur-Boutonne, Bois, Le Bois-Plage-en-Ré, Boisredon, Bords, Boresse-et-Martron, Boscamnant, Bougneau, Bouhet, Bourcefranc-le-Chapus, Bourgneuf, Boutenac-Touvent, Bran, La Brée-les-Bains, Bresdon, Breuil-la-Réorte, Breuillet, Breuil-Magné, Brie-sous-Archiac, Brie-sous-Matha, Brie-sous-Mortagne, Brives-sur-Charente, Brizambourg, La Brousse, Burie, Bussac-Forêt, Bussac-sur-Charente, Cabariot, Celles, Cercoux, Chadenac, Chaillevette, Chambon, Chamouillac, Champagnac, Champagne, Champagnolles, Champdolent, Chaniers, Chantemerle-sur-la-Soie, La Chapelle-des-Pots, Chartuzac, Le Château-d’Oléron, Châtelaillon-Plage, Chatenet, Chaunac, Le Chay, Chenac-Saint-Seurin-d’Uzet, Chepniers, Chérac, Cherbonnières, Chermignac, Chevanceaux, Chives, Cierzac, Ciré-d’Aunis, Clam, Clavette, Clérac, Clion, La Clisse, La Clotte, Coivert, Colombiers, Consac, Contré, Corignac, Corme-Écluse, Corme-Royal, La Couarde-sur-Mer, Coulonges, Courant, Courcelles, Courcerac, Courçon, Courcoury, Courpignac, Coux, Cozes, Cram-Chaban, Cravans, Crazannes, Cressé, Croix-Chapeau, La Croix-Comtesse, Dampierre-sur-Boutonne, La Devise, Dœuil-sur-le-Mignon, Dolus-d’Oléron, Dompierre-sur-Charente, Dompierre-sur-Mer, Le Douhet, Échebrune, Échillais, Écoyeux, Écurat, Les Éduts, Les Églises-d’Argenteuil, L’Éguille, Épargnes, Esnandes, Les Essards, Essouvert, Étaules, Expiremont, Fenioux, Ferrières, Fléac-sur-Seugne, Floirac, La Flotte, Fontaine-Chalendray, Fontaines-d’Ozillac, Fontcouverte, Fontenet, Forges, Le Fouilloux, Fouras, Geay, Gémozac, La Genétouze, Genouillé, Germignac, Gibourne, Le Gicq, Givrezac, Les Gonds, Gourvillette, Grandjean, Le Grand-Village-Plage, La Grève-sur-Mignon, Grézac, La Gripperie-Saint-Symphorien, Le Gua, Le Gué-d’Alleré, Guitinières, Haimps, L’Houmeau, Île-d’Aix, La Jard, Jarnac-Champagne, La Jarne, La Jarrie, La Jarrie-Audouin, Jazennes, Jonzac, Juicq, Jussas, Lagord, La Laigne, Landes, Landrais, Léoville, Loire-les-Marais, Loiré-sur-Nie, Loix, Longèves, Lonzac, Lorignac, Loulay, Louzignac, Lozay, Luchat, Lussac, Lussant, Macqueville, Marennes-Hiers-Brouage, Marignac, Marsais, Marsilly, Massac, Matha, Les Mathes, Mazeray, Mazerolles, Médis, Mérignac, Meschers-sur-Gironde, Messac, Meursac, Meux, Migré, Migron, Mirambeau, Moëze, Mons, Montendre, Montguyon, Montils, Montlieu-la-Garde, Montpellier-de-Médillan, Montroy, Moragne, Mornac-sur-Seudre, Mortagne-sur-Gironde, Mortiers, Mosnac, Le Mung, Muron, Nachamps, Nancras, Nantillé, Néré, Neuillac, Neulles, Neuvicq, Neuvicq-le-Château, Nieul-lès-Saintes, Nieulle-sur-Seudre, Nieul-le-Virouil, Nieul-sur-Mer, Les Nouillers, Nuaillé-d’Aunis, Nuaillé-sur-Boutonne, Orignolles, Ozillac, Paillé, Pérignac, Périgny, Pessines, Le Pin, Pisany, Plassac, Plassay, Polignac, Pommiers-Moulons, Pons, Pont-l’Abbé-d’Arnoult, Port-d’Envaux, Port-des-Barques, Les Portes-en-Ré, Pouillac, Poursay-Garnaud, Préguillac, Prignac, Puilboreau, Puy-du-Lac, Puyravault, Puyrolland, Réaux sur Trèfle, Rétaud, Rioux, Rivedoux-Plage, Rochefort, La Rochelle, Romazières, Romegoux, Rouffiac, Rouffignac, Royan, Sablonceaux, Saint-Agnant, Saint-Aigulin, Saint-André-de-Lidon, Saint-Augustin, Saint-Bonnet-sur-Gironde, Saint-Bris-des-Bois, Saint-Césaire, Saint-Christophe, Saint-Ciers-Champagne, Saint-Ciers-du-Taillon, Saint-Clément-des-Baleines, Saint-Coutant-le-Grand, Saint-Crépin, Saint-Cyr-du-Doret, Saint-Denis-d’Oléron, Saint-Dizant-du-Bois, Saint-Dizant-du-Gua, Saint-Eugène, Saint-Félix, Saint-Fort-sur-Gironde, Saint-Froult, Saint-Genis-de-Saintonge, Saint-Georges-Antignac, Saint-Georges-de-Didonne, Saint-Georges-de-Longuepierre, Saint-Georges-des-Agoûts, Saint-Georges-des-Coteaux, Saint-Georges-d’Oléron, Saint-Georges-du-Bois, Saint-Germain-de-Lusignan, Saint-Germain-de-Vibrac, Saint-Germain-du-Seudre, Saint-Grégoire-d’Ardennes, Saint-Hilaire-de-Villefranche, Saint-Hilaire-du-Bois, Saint-Hippolyte, Saint-Jean-d’Angély, Saint-Jean-d’Angle, Saint-Jean-de-Liversay, Saint-Julien-de-l’Escap, Saint-Just-Luzac, Saint-Laurent-de-la-Prée, Saint-Léger, Saint-Loup, Saint-Maigrin, Saint-Mandé-sur-Brédoire, Saint-Mard, Saint-Martial, Saint-Martial-de-Mirambeau, Saint-Martial-de-Vitaterne, Saint-Martial-sur-Né, Saint-Martin-d’Ary, Saint-Martin-de-Coux, Saint-Martin-de-Juillers, Saint-Martin-de-Ré, Saint-Médard, Saint-Médard-d’Aunis, Saint-Nazaire-sur-Charente, Saint-Ouen-d’Aunis, Saint-Ouen-la-Thène, Saint-Palais-de-Négrignac, Saint-Palais-de-Phiolin, Saint-Palais-sur-Mer, Saint-Pardoult, Saint-Pierre-d’Amilly, Saint-Pierre-de-Juillers, Saint-Pierre-de-l’Isle, Saint-Pierre-d’Oléron, Saint-Pierre-du-Palais, Saint-Pierre-La-Noue, Saint-Porchaire, Saint-Quantin-de-Rançanne, Saint-Rogatien, Saint-Romain-de-Benet, Saint-Saturnin-du-Bois, Saint-Sauvant, Saint-Sauveur-d’Aunis, Saint-Savinien, Saint-Seurin-de-Palenne, Saint-Sever-de-Saintonge, Saint-Séverin-sur-Boutonne, Saint-Sigismond-de-Clermont, Saint-Simon-de-Bordes, Saint-Simon-de-Pellouaille, Saint-Sorlin-de-Conac, Saint-Sornin, Saint-Sulpice-d’Arnoult, Saint-Sulpice-de-Royan, Saint-Thomas-de-Conac, Saint-Trojan-les-Bains, Saint-Vaize, Saint-Vivien, Saint-Xandre, Sainte-Colombe, Sainte-Gemme, Sainte-Lheurine, Sainte-Marie-de-Ré, Sainte-Même, Sainte-Radegonde, Sainte-Ramée, Sainte-Soulle, Saintes, Saleignes, Salignac-de-Mirambeau, Salignac-sur-Charente, Salles-sur-Mer, Saujon, Seigné, Semillac, Semoussac, Semussac, Le Seure, Siecq, Sonnac, Soubise, Soubran, Soulignonne, Souméras, Sousmoulins, Surgères, Taillant, Taillebourg, Talmont-sur-Gironde, Tanzac, Ternant, Tesson, Thaims, Thairé, Thénac, Thézac, Thors, Le Thou, Tonnay-Boutonne, Tonnay-Charente, Torxé, Les Touches-de-Périgny, La Tremblade, Trizay, Tugéras-Saint-Maurice, La Vallée, Vanzac, Varaize, Varzay, Vaux-sur-Mer, Vénérand, Vergeroux, La Vergne, Vergné, Vérines, Vervant, Vibrac, Villars-en-Pons, Villars-les-Bois, La Villedieu, Villedoux, Villemorin, Villeneuve-la-Comtesse, Villexavier, Villiers-Couture, Vinax, Virollet, Virson, Voissay, Vouhé, Yves.

—

Għal Dordogne (24):

Muniċipalitajiet sħaħ (3)

Parcoul-Chenaud, La Roche-Chalais, Saint Aulaye-Puymangou.

—

Għal Deux-Sèvres (79):

Muniċipalitajiet sħaħ (10)

Beauvoir-sur-Niort, Le Bourdet, La Foye-Monjault, Granzay-Gript, Mauzé-sur-le-Mignon, Plaine-d’Argenson, Prin-Deyrançon, La Rochénard, Val-du-Mignon, Le Vert.

7.   Varjetà jew varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid

 

Cabernet Franc N

 

Cabernet Sauvignon N

 

Colombard B

 

Cot N – Malbec

 

Folle Blanche B

 

Jurançon Blanc B

 

Merlot N

 

Merlot Blanc B

 

Meslier Saint-François B – Gros Meslier

 

Montils B

 

Sauvignon B – Sauvignon Blanc

 

Semillon B

 

Trousseau Gris G – Chauché Gris

 

Ugni Blanc B

8.   Deskrizzjoni tar-rabta jew tar-rabtiet

Pineau des Charentes

Iż-żona ġeografika hija identika għal dik tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Cognac”, u tikkorrispondi għat-tarf tat-Tramuntana tal-baċir Aquitain. B’mod aktar speċifiku, hija kkonfinata fil-Punent mill-Oċean Atlantiku, miż-żona tul l-estwarju ta’ Gironde fin-Nofsinhar sal-Île de Ré u l-Île d’Oléron fit-Tramuntana, u fil-Lvant, lejn Angoulême, mill-ewwel għoljiet baxxi f’qiegħ il-Massif Central. Din testendi fuq erba’ dipartimenti.

Iż-żona ġeografika hija magħmula minn unitajiet sedimentarji kbar, li prinċipalment imorru lura għall-Aħħar tal-Perjodu Ġurassiku (saffi tal-ġir li jirriżultaw minn sediment tal-baħar), fit-Tramuntana ta’ linja ta’ Rochefort-Cognac, u minn Kretaċju (degradazzjoni tal-ġebel tal-ġir tal-perjodu Ġurassiku li jifformaw tafal mid-dekalċifikazzjoni u d-depożiti ta’ tafal, ramel u karbonat tal-kalċju), fin-Nofsinhar.

Għandha klima marittima moderata. It-temperatura medja annwali hija ta’ madwar 13 °C u hemm ħafna dawl tax-xemx, madwar 2 100 siegħa fis-sena. Din il-klima hija omoġenja fiż-żona ġeografika, ħlief fir-reġjuni kostali, li jaraw aktar dawl tax-xemx u li għandhom inqas varjazzjoni fit-temperatura.

Ix-xitwa hija kajmana u umda, b’għadd limitat ta’ jiem ta’ ġlata. Ir-riskju ta’ ġlata tar-rebbiegħa huwa żgħir iżda jista’ jseħħ sal-aħħar ta’ Mejju. Is-sjuf huma sħan, iżda mhux b’mod eċċessiv, għalkemm perjodu ta’ nixfa huwa possibbli.

Ix-xita medja annwali ta’ 800 mm sa 1 000 mm hija mifruxa fuq 130 jum sa 150 jum matul is-sena.

L-aktar ħamrija komuni li tinstab hemmhekk hija dik bil-ġir u t-tafal fuq il-ġir, għalkemm din il-kategorija ta’ ħamrija hija varjata ħafna. Is-sawra tal-ħamrija li tinsab fiż-żoni kostali, b’mod partikolari fl-Île de Ré u l-Île d’Oléron, għandha t-tendenza li tkun ramlija. L-art fiż-żoni li huma suxxettibbli għall-għargħar ma tistax tintuża għad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.

Deskrizzjoni tal-fatturi umani rilevanti għar-rabta

Id-dwieli ilhom jitkabbru fiż-żona sa minn żmien ir-Rumani. L-ewwel vinja kienet tħawlet f’Saintonge fit-tielet seklu, u minn hemmhekk infirxet lejn in-Nofsinhar u ’l ġewwa, f’Aunis u f’Augoumois (it-tmien seklu).

Skont leġġenda dwar il-Pineau des Charentes, fl-1589, meta Henri IV sar rè, vitikultur traskurat ferra bi żball il-most tal-għeneb frisk f’bettija li kien fiha l-ispirtu “Cognac”. Fir-rabja li kellu minħabba t-traskuraġni tiegħu, huwa poġġa l-bettija fir-rokna l-aktar mudlama tal-kantina tal-inbid tiegħu. Xi ftit snin wara huwa ried jerġa’ juża l-kontenitur u skopra li kien fih likwidu ċar, dehbi, b’riħa ta’ frott u qawwi li kien pjuttost uniku.

Għalhekk jista’ jingħad li l-inbejjed likuri jeżistu bis-saħħa tal-ispirtu “Cognac”, u għandhom storja kondiviża miegħu.

Għal żmien twil, l-inbejjed likuri kienu jiġu kkunsmati fl-azjenda. L-identità tal-Pineau des Charentes hija msejsa fuq din it-tradizzjoni, peress li anke llum l-għeneb użat għall-produzzjoni tal-inbid (kemm jekk jintużaw għall-produzzjoni tal-mosti jew għall-ispirtu “Cognac”) irid jiġi minn azjenda waħda.

Maż-żmien, il-vitikulturi żviluppaw gradwalment il-prattiki tagħhom biex jiksbu għarfien prattiku uniku li jkopri: il-produzzjoni tal-ispirtu “Cognac”, l-għażla tal-aktar għeneb misjur, il-mutage li jirriżulta fi prodott stabbli u bilanċjat mill-aspett organolettiku, u l-arti li jitħalltu lottijiet u vendemmji tal-inbejjed Pineau des Charentes.

Fis-snin 20, is-settur organizza lilu nnifsu billi stabbilixxa s-“Syndicat des Producteurs de Pineau des Charentes”, li, fl-1943, sar is-“Syndicat des producteurs, de promotion et de propagande du Pineau des Charentes”.

Fil-5 ta’ Lulju 1935, ġiet ippromulgata liġi bil-għan li l-Artikolu 12 tal-Att tas-6 ta’ Mejju 1919 dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini jiġi applikat għall-inbejjed likuri eliġibbli biex jiġu ddenominati bħala Pineau des Charentes.

Id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Pineau des Charentes hija rikonoxxuta bid-Digriet tat-12 ta’ Ottubru 1945. B’hekk, il-Pineau des Charentes huwa wieħed mill-ewwel inbejjed likuri li bbenefika minn dan ir-rikonoxximent fi Franza.

Bħala medja, il-produzzjoni tal-Pineau des Charentes teħtieġ l-użu tal-ekwivalenti ta’ żewġ irqajja’ art għall-produzzjoni tal-ispirtu “Cognac” u ta’ roqgħa art għall-produzzjoni tal-mosti tal-għeneb. Għalhekk, f’konformità mal-għarfien prattiku li nibet minn prattiki storiċi, kull produttur jagħżel dawk l-irqajja’ fl-azjenda tiegħu li huma l-aktar adattati għall-produzzjoni tal-mosti bl-aktar kontenut għoli ta’ zokkor, filwaqt li jżomm il-bqija tal-erja tar-roqgħa art għall-produzzjoni tal-inbejjed aċidużi li għandhom kontenut ta’ alkoħol baxx u li huma adattati għall-produzzjoni tal-ispirtu “Cognac”.

Il-“Pineau des Charentes” jitqaddem fl-injam b’ħila kbira, u jirrifletti l-prattiki u l-għarfien prattiku użati għall-produzzjoni tal-ispirtu “Cognac”, u dan jippermetti li l-inbid jitjieb u jakkwista l-karatteristiċi speċifiċi aromatiċi u tat-togħma tiegħu.

Ir-rekwiżit li l-prodott jiġi mballat fiż-żona ġeografika huwa marbut mal-prattiki tal-produzzjoni u mat-tradizzjoni li l-Pineau des Charentes jiġi kkunsmat id-dar. Għandu l-għan li jippreżerva l-karatteristiċi u l-ispeċifiċità tal-prodott, li jitħejja skont metodu speċjali, bi tqaddim fit-tul, filwaqt li jkun hemm lok għal spezzjoni effiċjenti tal-prodott.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Tqaddim u imballaġġ

Qafas legali

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali

Imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit

L-inbejjed likuri rożè jridu jitqaddmu mill-inqas sal-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.

L-inbejjed likuri ħomor jitqaddmu għal mill-inqas 12-il xahar, inkluż tal-anqas għal 8 xhur f’kontenituri tal-ballut.

L-inbejjed likuri bojod jitqaddmu għal mill-inqas 18-il xahar, inkluż tal-anqas għal 12-il xahar f’kontenituri tal-ballut.

L-inbejjed likuri eliġibbli għat-terminu vieux [“qadim”] jitqaddmu għal aktar minn 7 snin f’kontenituri tal-ballut.

Taħlita ta’ diversi nbejjed likuri tista’ tiġi ttikkettata bħala vieux, sakemm l-inbejjed likuri kollha jkunu tqaddmu għal aktar minn 7 snin f’kontenituri tal-ballut.

L-inbejjed likuri eliġibbli għat-terminu très vieux [“qadim ħafna”] jew l-ekwivalenti tiegħu extra vieux [“qadim esktra”] jitqaddmu għal aktar minn 12-il sena f’kontenituri tal-ballut.

Taħlita ta’ bosta nbejjed likuri tista’ tiġi ttikkettata bħala très vieux, jew l-ekwivalenti tagħha extra vieux, sakemm l-inbejjed likuri kollha jkunu tqaddmu għal aktar minn 12-il sena f’kontenituri tal-ballut.

Ir-rekwiżit li l-prodott jiġi mballat fiż-żona ġeografika tirriżulta mill-prattiki tal-produzzjoni u mit-tradizzjoni li l-Pineau des Charentes inizjalment kien jiġi kkunsmat id-dar, u għandu l-għan li jippreserva l-karatteristiċi u l-ispeċifiċità tal-inbid.

Il-prodott irid jitħejja bl-użu tal-għarfien prattiku speċifiku kemm fir-rigward tat-taħlit tal-inbid kif ukoll it-tqaddim tiegħu fl-injam f’ambjent ossidattiv. Għal din ir-raġuni, il-prodott ma bl-ebda mod ma jista’ jiġi ttrasportat, u kwalunkwe maniġġ wara t-tqaddim irid ikun limitat, sabiex ma jiġux mittiefsa l-kwalitajiet miksuba permezz ta’ metodu ta’ produzzjoni li ġie pperfezzjonat teknikament. Barra minn hekk, il-limitazzjoni tal-imballaġġ għaż-żona ġeografika ttejjeb it-traċċabbiltà u tiffaċilita l-ispezzjoni tal-prodott.

L-inbejjed jitpoġġew fis-suq għall-konsumatur fi fliexken tal-ħġieġ mgħammra b’kapsula jew timbru ta’ garanzija.

Rekwiżiti speċifiċi tat-tikkettar

Qafas legali

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit

—

Il-vendemmja tista’ tiġi indikata għall-inbid likur jekk 100 % tal-nbid ikun mill-istess sena ta’ produzzjoni tal-Pineau des Charentes.

—

L-isem tad-denominazzjoni jista’ jiġi ssupplimentat bit-termini vieux [“qadim”] jew très vieux [“qadim ħafna”] (jew l-ekwivalenti tiegħu extra vieux [“qadim ekstra”]) fil-każ ta’ nbejjed likuri li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni stabbiliti għal dawk it-termini f’din l-Ispeċifikazzjoni.

—

Referenza għall-età hija awtorizzata għall-Pineau des Charentes meta jkun hemm perjodu ta’ tqaddim ta’ 3 snin f’kontenitur tal-ballut. L-età indikata ma tistax taqbeż il-perjodu ta’ żmien li l-prodott ikun tqaddem f’kontenitur tal-ballut. Fil-każ ta’ nbid imħallat, l-età indikata hija dik tal-lott bl-iqsar perjodu ta’ tqaddim f’kontenitur tal-ballut.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-e7eb365b-7e69-4429-af7a-ceb0d91ad85e


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4105/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)