|
9.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 214/70 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta’ Lulju 2008
dwar l-ammissibilità tan-notifiki dwar it-tiġdid ta’ l-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tas-sustanzi attivi azimsulfuron, azoxystrobin, fluroxypyr, imazalil, kresoxim-methyl, prohexadion-calcium u spiroxamin, u t-twaqqif tal-lista tan-notifikanti kkonċernati
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3855)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/656/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 737/2007 tas-27 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment tal-proċedura għat-tiġdid ta’ l-inklużjoni ta’ l-ewwel grupp ta’ sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxi l-lista ta’ dawk is-sustanzi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 91/414/KEE tipprovdi li fuq talba, l-inklużjoni ta’ sustanza attiva tista’ tiġġedded darba jew aktar għal perjodu ta’ mhux iktar minn 10 snin. |
|
(2) |
Il-produtturi tas-sustanzi attivi elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 737/2007 ressqu notifiki lill-Istati Membri rapporteur ikkonċernati fejn talbu li jiġġeddu l-inklużjonijiet ta’ dawk is-sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(3) |
L-Istati Membri rapporteur ikkonċernati evalwaw in-notifiki u għarrfu lill-Kummissjoni bl-evalwazzjonijiet tagħhom. Fuq il-bażi ta’ dawk l-evalwazzjonijiet in-notifiki għandhom jitqiesu ammissibbli. |
|
(4) |
L-ismijiet u l-indirizzi tal-produtturi li n-notifika tagħhom tqieset ammissibbli għandhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jsiru kuntatti għall-preżentazzjoni ta’ dossiers konġunti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
In-notifiki mressqa mill-produttui elenkati fl-Anness huma ammissibbli.
L-ismijiet u l-indirizzi ta’ dawk il-produtturi huma kif stipulat fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/70/KE (ĠU L 185, 12.7.2008, p. 40).
ANNESS
|
Sustanza attiva |
Isem il-produttur |
Indirizz |
||
|
Azimsulfuron |
DuPont de Nemours (Deutschland) GmbH |
|
||
|
Azoxystrobin |
Syngenta Limited |
|
||
|
Hermoo Belgium NV |
|
|||
|
Makhteshim Agan International Coordination Center |
|
|||
|
fluroxypyr |
Inter-Trade R & D APS |
|
||
|
Hermoo Belgium NV |
|
|||
|
Makhteshim Agan International Coordination Center |
|
|||
|
DowAgroSciences |
|
|||
|
AgriChem BV |
|
|||
|
United Phosphorus Limited |
|
|||
|
Imazalil |
Inter-Trade R & D APS |
|
||
|
Makhteshim Agan International Coordination Center |
|
|||
|
AgriChem BV |
|
|||
|
Certis Europe BV |
|
|||
|
United Phosphorus Limited |
|
|||
|
Janssen Pharmaceutica NV |
|
|||
|
Laboratorios Agrochem SL |
|
|||
|
Kresoxim-methyl |
Hermoo Belgium NV |
|
||
|
BASF Agro SAS |
|
|||
|
Prohexadion-calcium |
BASF Agro SAS |
|
||
|
Fine Agrochemicals Ltd |
|
|||
|
Spiroxamin |
Bayer CropScience AG |
|