|
24.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 60/4 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9715 — PCG/PCC/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 60/03)
1.
Fis-17 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
PETRONAS Chemicals Group Berhad (“PCG”, il-Malażja), ikkontrollata minn Petroliam Nasional Berhad (“PETRONAS”, il-Malażja), |
|
— |
PCC SE (“PCC”, il-Ġermanja), |
|
— |
PCC Oxyalkylates Malaysia Sdn. Bhd. (“PCC Oxyalkylates”, il-Malażja), ikkontrollata minn PCC. |
PCG takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ PCC Oxyalkylates.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
PCG: attiva primarjament fil-manifattura u l-bejgħ ta’ firxa diversifikata ta’ prodotti petrokimiċi, |
|
— |
PCC: kumpanija azzjonarja u prinċipali tal-PCC Group u l-kumpanji affiljati tiegħu. Il-PCC Group huwa attiv fis-settur tal-kimiċi, fis-settur tal-loġistika u fis-settur tal-enerġija, |
|
— |
fPCC Oxyalkylates: se tkun attiva fil-maifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti prodotti ossialkilati mhux imħallta lesti, prinċipalment fir-reġjun tal-Asja Paċifiku. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9715 – PCG/PCC/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament ddwar l-Għaqdiet”).