|
19.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 365/70 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1353/2014
tal-15 ta' Diċembru 2014
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1156/2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2011/16/UE tirrikjedi li l-iskambju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni jsir bl-użu ta' formoli u formati kompjuterizzati standard. |
|
(2) |
Il-formoli standard li jridu jintużaw għall-iskambju ta' informazzjoni fuq talba, għall-iskambju spontanju ta' informazzjoni, notifiki u informazzjoni ta' feedback għandhom jikkonformaw mal-Annessi I sa IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1156/2012 (2). |
|
(3) |
Irid jintuża format kompjuterizzat għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni dwar ċerti kategoriji speċifiċi ta' dħul u kapital li jkun ibbażat fuq format kompjuterizzat eżistenti skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE (3). |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1156/2012 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
L-emendi għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2015 b'konformità mal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tad-dħul fis-seħħ tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi fl-Istati Membri meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 8 tad-Direttiva rigward l-iskambju awtomatiku obbligatorju tal-informazzjoni. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva għat-Tassazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1156/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 1a li ġej: “Artikolu 1a Il-format kompjuterizzat li jrid jintuża għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2011/16/UE għandu jikkonforma mal-Anness V ta' dan ir-Regolament.” |
|
(2) |
L-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 1156/2012 huwa miżjud kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1156/2012 tas-6 ta' Diċembru 2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 335, 7.12.2012, p. 42).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' riżervi fuq id-dħul fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax (ĠU L 157, 26.6.2003, p. 38).
ANNESS
“ANNESS V
Format kompjuterizzat imsemmi fl-Artikolu 1a
Il-format kompjuterizzat għall-iskambju awtomatiku obbligatorju tal-informazzjoni skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2011/16/UE jikkonforma mal-istruttura ġerarkika li ġejja u jinkludi l-klassijiet ta' elementi li ġejjin (*1):
|
(a) |
Fir-rigward tal-messaġġ ġenerali: – Intestatura (“HEADER”) li tinkludi: –– Pajjiż tal-Oriġini (“ORIGINATING COUNTRY”), –– ID tal-Messaġġ (“MESSAGE ID”) uniku, –– ID ta’ Korrelazzjoni (“CORRELATION ID”), –– Kronogramma (“TIMESTAMP”) u –– Kronogramma (“TIMESTAMP”) u –– Indikazzjoni tat-Tip ta’ Messaġġ (“MESSAGE TYPE INDIC”); – U Korp (“BODY”) li jsegwi l-istruttura ġerarkika u l-klassijiet ta’ elementi ta’ kwalunkwe wieħed mill-korpi inklużi f’dan l-anness taħt il-punti (b) sa (g) skont in-natura tal-informazzjoni li trid tiġi skambjata awtomatikament. |
|
(b) |
Fir-rigward tal-korp għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni dwar id-dħul mill-impjieg jew il-miżati tad-direttur: – ID tal-Applikazzjoni (“APPLICATION ID”) li tiddikjara n-natura tal-informazzjoni skambjata, – Sena Fiskali (“TAX YEAR”) u – Wieħed jew aktar elementi kostitwenti li jkun fihom: –– Wieħed jew aktar Riċevituri (“RECIPIENTS”) li jipprovdu informazzjoni dwar kull riċevitur u li jinkludu: ––– Wieħed jew aktar Kontribwenti (“PAYERS”) li jipprovdu informazzjoni dwar kull kontribwent u li jinkludu: –––– Waħda jew aktar Relazzjonijiet (“RELATIONSHIPS”) li jipprovdu informazzjoni dwar in-natura ta’ kull relazzjoni bejn ir-riċevitur u l-kontribwent u li jinkludu: ––––– Post tax-xogħol (“WORKPLACE”) wieħed jew aktar fejn isseħħ ir-relazzjoni u ––––– Dħul (“INCOMES”) wieħed jew aktar li jipprovdi informazzjoni dwar kull dħul jew miżata fi ħdan ir-relazzjoni u li jinkludi: –––––– Kwantità (“QUANTITY”) tal-jiem imqatta’ jew maħduma mir-riċevitur; –– U/jew waħda jew aktar Invalidazzjonijiet tar-Riċevitur (“RECIPIENT INVALIDATIONS”) fil-każ ta’ korrezzjoni jew kanċellazzjoni tal-informazzjoni skambjata preċedentement. |
|
(c) |
Fir-rigward tal-korp għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni dwar il-pensjonijiet: – ID tal-Applikazzjoni (“APPLICATION ID”) li tiddikjara n-natura tal-informazzjoni skambjata, – Sena Fiskali (“TAX YEAR”) u – Wieħed jew aktar elementi kostitwenti li jkun fihom: –– Wieħed jew aktar Riċevituri (“RECIPIENTS”) li jipprovdu informazzjoni dwar kull riċevitur u li jinkludu: ––– Wieħed jew aktar Kontribwenti (“PAYERS” li jipprovdu informazzjoni dwar kull kontribwent u li jinkludu: –––– Waħda jew aktar Skemi (“SCHEMES”) li jipprovdu informazzjoni dwar kull pensjoni u li jinkludu: ––––– Informazzjoni ta’ referenza tal-iskema (“SCHEME REFERENCE INFOS”) waħda jew aktar, ––––– Wieħed jew aktar Valuri Kapitali (“CAPITAL VALUES”), ––––– Amministratur (“ADMINISTRATOR”), ––––– Wieħed jew aktar Proprjetarji (“OWNERS”), ––––– Wieħed jew aktar Eventi (“EVENTS”) li jipprovdu informazzjoni ġenerali dwar kull event fi ħdan l-iskema u li jinkludu: –––––– Informazzjoni dwar l-Event (“EVENT INFO”) waħda jew aktar li tinkludi informazzjoni dettaljata dwar l-event u Informazzjoni Finanzjarja (“FINANCIAL INFO”) waħda jew aktar u/jew –––––– Informazzjoni Fiskali (“TAX INFO”) waħda jew aktar li tinkludi informazzjoni dettaljata dwar it-taxxi u Informazzjoni Finanzjarja (“FINANCIAL INFO”) waħda jew aktar; –– U/jew waħda jew aktar Invalidazzjonijiet tar-Riċevituri (“RECIPIENT INVALIDATIONS”) fil-każ ta’ korrezzjoni jew kanċellazzjoni tal-informazzjoni skambjata preċedentement. |
|
(d) |
Fir-rigward tal-korp għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni dwar il-prodotti ta' assigurazzjoni tal-ħajja: – ID tal-Applikazzjoni (“APPLICATION ID”) li tiddikjara n-natura tal-informazzjoni skambjata, – Sena Fiskali (“TAX YEAR”) u – Wieħed jew aktar elementi kostitwenti li jkun fihom: –– Waħda jew aktar Poloz (“POLICIES”)li jipprovdu informazzjoni dwar kull prodott u li jinkludu: ––– Tul taż-żmien tal-kontribuzzjoni (“CONTRIBUTION DURATION”), ––– Tul ta’ żmien tal-benefiċċju (“BENEFIT DURATION”), ––– Għażliet Kuntrattwali tal-Polza (“POLICY OPTIONS”), ––– Wieħed jew aktar Valuri tal-Kapital tal-Polza (“POLICY CAPITAL VALUES”), ––– Assiguratur/Aġent ta’ pagament (“INSURER/PAYING AGENT”), ––– Wieħed jew aktar Benefiċjarji (“BENEFICIARIES”), ––– Assigurat fuq il-ħajja (“LIFE INSURED”) waħda jew aktar, ––– Wieħed jew aktar Pagaturi tal-Primjums (“PAYERS OF PREMIUMS”), ––– Wieħed jew aktar Detenturi tal-Polza (“POLICY OWNERS”), ––– Wieħed jew aktar Eventi (“EVENTS”) li jipprovdu informazzjoni ġenerali dwar kull event fi ħdan il-polza u li jinkludu: –––– Informazzjoni dwar l-Event (“EVENT INFO”) waħda jew aktar li tinkludi informazzjoni dettaljata dwar l-event u Informazzjoni Finanzjarja (“FINANCIAL INFO”) waħda jew aktar u/jew –––– Informazzjoni Fiskali (“TAX INFO”) waħda jew aktar li tinkludi informazzjoni dettaljata dwar it-taxxi u Informazzjoni Finanzjarja (“FINANCIAL INFO”) waħda jew aktar; –– U/jew waħda jew aktar Invalidazzjonijiet tal-Polza (“POLICY INVALIDATIONS”) fil-każ ta’ korrezzjoni jew kanċellazzjoni tal-informazzjoni skambjata preċedentement. |
|
(e) |
Fir-rigward tal-korp għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni dwar is-sjieda ta' proprjetà immobbli u d-dħul minnha: – ID tal-Applikazzjoni (“APPLICATION ID”) li tiddikjara n-natura tal-informazzjoni skambjata, – Sena Fiskali (“TAX YEAR”) u – Wieħed jew aktar elementi kostitwenti li jkun fihom: –– Waħda jew aktar Partijiet (“PARTIES”) li jipprovdu informazzjoni dwar kull riċevitur u li jinkludu: ––– Sieħeb (“PARTNER”) li jipprovdi informazzjoni dwar il-konjuġi u ––– Għażla 1 meta l-informazzjoni tirrigwarda dħul li ma jistax ikun marbut (lanqas indirettament) ma’ proprjetà identifikata waħda jew aktar: Dħul wieħed jew aktar (“INCOMES”) jew ––– Għażla 2 meta l-informazzjoni tkun relatata jew ma’ informazzjoni oħra għajr dħul jew ma’ dħul li jista’ jkun relatat (anki indirettament) ma’ proprjetà identifikata waħda jew aktar: waħda jew aktar Proprjetajiet (“PROPERTIES”) b’informazzjoni dwar kull proprjetà u li jinkludu: –––– Sjieda (“OWNERSHIPS”) waħda jew aktar u d-dritt (“RIGHT”) assoċjat magħha li jipprovdu informazzjoni dwar kull sjieda u d-dritt assoċjat fil-proprjetà u li jinkludu: ––––– Waħda jew aktar Tranżazzjonijiet (“TRANSACTIONS”) li jipprovdu informazzjoni dwar kull tranżazzjoni u li jinkludu il-proprjetà, ––––– Dħul (“INCOMES”) wieħed jew aktar li jipprovdi informazzjoni dwar kull dħul relatat mal-proprjetà; –– U/jew waħda jew aktar Invalidazzjonijiet tal-Parti (“PARTY INVALIDATIONS”) fil-każ ta’ korrezzjoni jewkanċellazzjoni tal-informazzjoni skambjata preċedentement. |
|
(f) |
Fir-rigward tal-korp f'każ li ma tiġi kkomunikata l-ebda informazzjoni b'rabta ma' kategorija speċifika: - ID tal-Applikazzjoni (“APPLICATION ID”) li tiddikjara n-natura tal-informazzjoni skambjata, - Dettall (“DETAIL”) li jiddikjara r-raġuni għan-nuqqas ta’ dejta u - Sena (“YEAR”). |
|
(g) |
Fir-rigward tal-korp għal konferma tal-wasla tal-informazzjoni għal kategorija speċifika: – ID tal-Applikazzjoni (“APPLICATION ID”) li tiddikjara n-natura tal-informazzjoni skambjata, – “STATUS” li jipprovdi informazzjoni dwar l-aċċettazzjoni jew iċ-ċaħda ta’ messaġġ riċevut u – Żball (“ERROR”) wieħed jew aktar li jipprovdi informazzjoni dwar l-iżbalji identifikati f’messaġġ riċevut. ” |
(*1) Madankollu, huma biss l-attributi attwalment disponibbli u applikabbli f'każ partikolari, li jridu jidhru fil-format kompjuterizzat użat f'dak il-każ.