32000D0604



Official Journal L 257 , 11/10/2000 P. 0028 - 0031


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tad-29 ta' Settembru 2000

dwar il-kompożizzjoni u l-istatuti tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika

(2000/604/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Kumitat tal-Politika Ekonomika (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Kumitat") ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill [1].

(2) Il-Kumitat eżerċita l-funzjonijiet kollha li ngħataw s'issa lill-Kumitat tal-Politika Ekonomika fil-Qasir li ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1960 dwar il-koordinament tal-politika konġunzjonali ta' l-Istati Membri [2], il-Kumitat tal-Politika dwar il-Budget li ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Mejju 1964 dwar il-kooperazzjoni bejn id-dipartimenti kompetenti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri fil-kamp tal-politika dwar il-budget [3], u l-Kumitat tal-Politika Ekonomika fit-terminu Medju li ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' April 1964 li tistabbilixxi Kumitat tal-Politika Ekonomika fit-Terminu Medju [4].

(3) Il-Kumitat huwa previst fl-Artikolu 272 tat-Trattat.

(4) L-istatuti tal-Kumitat għandhom jirriflettu l-ambjent istituzzjonali ġdid stabbilit bid-dħul fit-tielet stadju ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja; jidher rakkmandabbli li tinżamm l-istruttura bażika tal-Kumitat filwaqt li jsiru t-tibdiliet meħtieġa biex tittejjeb il-ħidma tiegħu u li l-kompiti tiegħu jiġu deskritti b' mod aktar preċiż.

(5) Il-kompitu mogħti lill-Kumitat għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li tifformola rakkmandazzjonijiet jew tagħti opinjonijiet dwar materji previsti fit-Trattat.

(6) L-introduzzjoni ta' l-euro issaħħaħ il-ħtieġa għall-koordinament qrib tal-politiki ekonomiċi u l-konverġenza kontinwa fl-attività ekonomika ta' l-Istati Membri; skond ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew tat-13 ta' Diċembru 1997 dwar il-koordinament tal-politika ekonomika fl-istadju 3 ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja [5] il-koordinament imtejjeb tal-politika ekonomika għandu jinkludi sorveljanza eqreb ta' l-iżvilupp u makroekonomiċi fl-Istati Membri u tal-politiki strutturali ta' l-Istati Membri fis-swieq tax-xogħol, tal-prodotti u tas-servizzi, kif ukoll tat-tendenzi ta' l-ispejjeż u tal-prezzijiet, b'mod partikolari sa fejn jaffettwaw l-opportunitajiet li jintlaħqu tkabbir kontinwu li mhux minħabba l-inflazzjoni u l-ħolqien ta' l-impiegi.

(7) Il-gwidi wesgħin tal-politika ekonomika u l-proċedura tas-sorveljanza multilaterali previsti fl-Artikolu 99 tat-Trattat huma fil-qalba tal-koordinament tal-politika ekonomika; mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-Kumitat għandu jipprovdu appoġġ għall-formolazzjoni tal-gwidi u jikkontribwixxi għall-proċedura tas-sorveljanza multilaterali fil-kampijiet imsemmija f'din id-Deċiżjoni.

(8) Fil-laqgħa tiegħu f'Cardiff tas-16 ta' Ġunju 1998 il-Kunsill Ewropew ta merħba lid-deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-Ecofin u l-Ministri li ltaqgħu f'dak il-Kunsill fl-1 ta' Mejju 1998 [6] li jistabbilixxu proċedura ħafifa, li għal kollox tħares il-prinċipju tas-sussidjarjetà, għas-sorveljanza tal-progress fir-riforma ekonomika.

(9) Ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew tat-3 u l-4 ta' Ġunju 1999 beda proċess ta' djalogu makroekonomiku fuq livell Komunitarju. Dan id-djalogu makroekonomiku huwa mmirat lejn it-titjib ta' l-interazzjoni bejn l-iżviluppi fil-pagi u l-politiki makroekonomiċi. Il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li d-djalogu makroekonomiku fuq livell tekniku għandu jsir f'Grupp ta' Ħidma stabbilit fil-qafas tal-Kumitat b' kollaborazzjoni mal-Kumitat tas-Suq ta' l-Impieg u tax-Xogħol, bil-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti taż-żewġ kumitati (li jinkludi l-Bank Ċentrali Ewropew), tal-Kummissjoni u tal-Grupp Makroekonomiku tad-Djalogu Soċjali. Il-Kumitat għandu b'mod partikolari jorganizza l-kontribut tar-rappreżentanti tal-gvern lejn id-djalogu fuq dan il-livell.

(10) Ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew tas-16 ta' Ġunju 1997 dwar it-tkabbir u l-impieg [7] talbet koordinament imtejjeb tal-Politika Ekonomika biex tiġi komplementata l-proċedura kif prevista fit-Titolu ġdid dwar l-impieg fit-Trattat, u talbet li l-Kumitat dwar l-Impieg għandu jaħdem qrib ħafna u flimkien mal-Kumitat.

(11) It-Trattat jipprevedi l-istabbiliment ta' Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Il-kompiti tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju huma stabbiliti fl-Artikolu 114(2) tat-Trattat. L-istatuti tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju ġew addottati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru tal-31 ta' Diċembru 1998 [8]. Il-Kumitat għandu jaħdem b'kooperazzjoni qrib mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju meta jassisti lill-Kunsill.

(12) It-Trattat jitlob l-stabbiliment ta' Kumitat ta' l-impieg. Hija meħtieġa wkoll kooperazzjoni qrib ma' dan il-Kumitat.

(13) Id-deskrizzjoni tal-kompiti tal-Kumitat għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe leġiżlazzjoni futura possibbli dwar il-proċedura tas-sorveljanza multilaterali kif previst fl-Artikolu 99(5) tat-Trattat.

(14) L-Istati Membri, l-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew għandhom jiġu rappreżentati b' mod xieraq fil-Kumitat. Għandhom jinnominaw erba' membri kull wieħed.

(15) Membri tal-Kumitat għandhom jinħatru fil-kapaċità personali tagħhom u għandhom jiġu gwidati fil-prestazzjoni tad-dmirijiet tagħhom mill-interessi ġenerali tal-Komunità.

(16) Il-President tal-Kumitat għandu jiġi elett għal perjodu ta' sentejn. Bħala regola, dan it-terminu m'għandux ikun jistà jiġġedded. Għandu jkun possibbli li t-terminu jiġi estiż jekk ma' hemm ebda kandidat ieħor għall-Presidenza.

(17) Il-possibilita' li l-membri tal-Kumitat huma uffiċjali mill-Bank Ċentrali Ewropew u minn banek ċentrali nazzjonali għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 108 tat-Trattat,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-istatuti tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika previst fl-Artikolu 272 tat-Trattat ("Il-Kumitat") huma b'dan addottati.

It-test ta' l-istatuti huwa stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 74/122/EEC hija hawnhekk imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett mit-tielet jum mill-pubblikazzjoni tagħha.

Iffirmata f'Brussel, 29 ta' Settembru 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

L. Fabius

[1] ĠU L 63, 5.3.1974, p. 21.

[2] ĠU C 31, tad-9.5.1960, p. 764/60.

[3] ĠU C 77, tal-21.5.1964, p. 1205/64.

[4] ĠU C 64, tat-22.4.1964, p. 1031/64.

[5] ĠU C 35, tat-2.2.1998, p. 1.

[6] ĠU L 139, 11.5.1998, p. 28.

[7] ĠU C 236, tat-2.8.1997, p. 3.

[8] ĠU L 5, 9.1.1999, p. 71.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Statuti tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika.

PARTI I

KOMPITI TAL-KUMITAT

Artikolu 1

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 114 u 207 tat-Trattat, il-Kumitat tal-Politika Ekonomika (hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Kumitat"), għandu jikkontribwixxi għall-preparazzjoni tal-ħidma tal-Kunsill li jikkoordina l-politika ekonomika ta' l-Istati Membri u tal-Komunità u jagħti parir lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.

2. Il-Kumitat għandu jikkontribwixxi għall-preparazzjoni tax-xogħol tal-Kunsill billi jagħti analiżi ekonomiċi, opinjonijiet dwar metodoloġiji u formolazzjonijiet għal rakkmandazzjonijiet politiċi, b'mod partikolari dwar politiki strutturali għat-titjib tal-potenzal tat-tkabbir u l-impieg fil-Komunità. F'dan il-kuntest, għandu jiffoka b' mod partikolari fuq:

- il-ħidma tas-swieq tal-merkanzija, tal-kapital, tas-servizzi u tax-xogħol, li jinkludi żviluppi fil-pagi, fil-produttività, fl-impiegi u fil-kompetittività,

- ir-rwol u l-effiċjenza tas-settur pubbliku u s-sostenibbilta' fit-tul ta' finanzi pubbliċi,

- l-implikazzjonijiet għall-ekonomija kollha ta' politiki speċifiċi, bħal dawk li jirrelataw għall-ambjent, għar-riċerka u l-iżvilupp u għall-koeżjoni soċjali.

3. Fl-oqsma msemmija fuq, il-Kumitat għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 114 u 207 tat-Trattat, jipprovdi appoġġ għall-ħidma tal-Kunsill, b'mod partikolari fil-formolazzjoni tal-gwidi wesgħin tal-politika ekonomikau jikkontribwixxi għall-proċedura tas-sorveljanza multilaterali fil-kampijiet imsemmija fl-Artikolu 99(3) tat-Trattat. F'dan il-kuntest, il-Kumitat għandu jagħmel rivisti regolari dwar il-pajjiżi ffukati b' mod partikolari fuq riformi strutturali fl-Istati Membri.

4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 130 u 207 tat-Trattat, il-Kumitat għandu jikkontribwixxi għall-ħidma tal-Kunsill taħt it-Titolu dwar l-Impieg fit-Trattat.

5. Il-Kumitat għandu jappoġġja lill-Kunsill Ekonomiku u Finanzjarju, b'mod partikolari billi jżomm taħt għajnejh l-iżviluppi fil-qosor u fit-terminu medju l-iżviluppi makroekonomiċi ta' l-Istati Membri u tal-Komunità billi jagħti analiżi u opinjonijiet l-aktar dwar kwistjonijiet metodoloġiċi li jirrelataw għall-interazzjoni bejn politiki strutturali u makroekonomiċi u dwar l-iżviluppi fil-pagi fl-Istati Membri u fil-Komunità.

6. Il-Kumitat għandu jipprovdi l-qafas li fih id-djalogu makroekonomiku li jinvolvi rappreżentanti tal-Kumitat (li jinkludi l-Bank Ċentrali Ewropew), tal-Kunsill Ekonomiku u Finanzjarju, tal-Kumitat dwar l-Impieg, tal-Kummissjoni u ta' sħab soċjali isir fuq livell tekniku.

7. Il-Kumitat għandu jiġi konsultat mill-Kummissjoni fuq ir-rata massima ta' żieda għall-ispiża mhux obbligatorja tal-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej kif previst fl-Artikolu 272 tat-Trattat.

Artikolu 2

Il-Kumitat għandu jagħti opinjonijiet fuq talba tal-Kunsill, tal-Kummissjoni jew tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju jew fuq inizzjattiva proprja.

Artikolu 3

Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu l-Kumitat għandu jaħdem b'relazzjoni qrib mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju meta jirrapporta lill-Kunsill. Meta jikkontribwixxi għall-preparament tal-gwidi wesgħin tal-Politika Ekonomika, il-Kumitat għandu jirrapporta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Għandu jikkoordina xogħlu mal-Kumitat dwar l-Impjieg u kumitati oħrajn u gruppi ta' ħidma li jippreparaw ix-xogħol tal-Kunsill fl-oqsma fejn huma kompetenti dawn il-kumitati jew gruppi ta' ħidma.

PARTI II

KOMPOZIZZJONI

Artikolu 4

1. L-Istati Membri, l-Kummissoni u l-Bank Ċentrali Ewropew għandhom jaħtru erba' membri tal-Kumitat kull wieħed.

2. Il-membri tal-Kumitat għandhom jintgħażlu minn fost uffiċjali anzjani li għandhom kompetenza eċċellenti fl-oqsma tal-formolazzjoni tal-politika ekonomika u strutturali.

Artikolu 5

Membri tal-Kumitat għandhom jiġu gwidati, fil-prestazzjoni tad-dmirijiet tagħhom, mill-interessi ġenerali tal-Komunità.

PARTI III

PRESIDENT U SEGRETARJAT

Artikolu 6

1. Il-Kumitat għandu jelegġi minn fost il-membri tiegħu, b'maġġoranza tal-membri tiegħu, president u sa erba' viċi-presidenti għal perjodu ta' sentejn. Bħala regola, t-terminu ta' sentejn ma tistax tiġġedded.

2. Il-President għandu jiddelega d-dritt tiegħu/tagħha tal-votazzjoni lil membru ieħor tad-delegazzjoni tiegħu/tagħha.

Artikolu 7

F'każ li ma jkunx jista' jaderixxi/ma tkunx tista' taderixxi għad-dmirijiet tiegħu/tagħha, il-President għandu jiġi sostitwit minn wieħed mill-Viċi-Presidenti tal-Kumitat.

Artikolu 8

1. Il-Kumitat għandu jiġi assistit minn segretarjat taħt id-direzzjoni ta' Segretarju. Is-Segretarju u l-impjegati tas-segretarjat meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tas-segretarjat għandhom jiġu provduti mill-Kummissjoni. Is-Segretarju għandu jinħatar mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat. Is-Segretarju u l-impjegati tiegħu/tagħha għandhom jaġixxu fuq l-istruzzjonijiet tal-Kumitat meta jwettqu r-responsabbilitajiet tagħhom lill-Kumitat.

2. L-ispejjeż tal-Kumitat għandhom jiġu inklużi fl-istimi tal-Kummissjoni.

PARTI IV

PROCEDURI

Artikolu 9

L-opinjonijiet u r-rapporti għandhom jiġu addottati b'maġġoranza tal-membri jekk tintalab votazzjoni. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Madankollu, meta jingħata parir jew opinjoni dwar kwistjonijiet li dwarhom il-Kunsill jista' jieħu deċiżjonijiet sussegwentement, il-membri minn banek ċentrali u mill-Kummissjoni jistgħu jipparteċipaw b'mod sħiħ fid-diskussjoni iżda m'għandhomx jipparteċipaw f'votazzjoni. Il-Kumitat għandu wkoll jirrapporta dwar opinjonijiet tal-minoranza jew dissententi espressi fil-kors tad-diskussjoni.

Artikolu 10

Bħala regola, jistgħu jitkellmu biss il-membri matul il-laqgħat tal-Kumitat. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, il-President jista' jaqbel ma' arranġamenti alternattivi.

Artikolu 11

Il-Kumitat jista' jafda l-istudju ta' kwistjnijiet speċifiċi lil subkumitati jew gruppi ta' ħidma. Il-presidenza ta' dawn il-gruppi għandha tiġi assunta minn membru tal-Kumitat, maħtur mill-Kumitat.

Artikolu 12

Il-Kumitat, is-subkumitati jew il-partijiet tal-ħidma jistgħu jistiednu lill-esperti biex jassistuhom.

Artikolu 13

Il-Kumitat għandu jissejjaħ biex jiltaqa' mill-the President fuq l-inizzjattiva proprja, jew fuq talba mill-Kunsill, mill-Kummissjoni jew għall-inqas ħames membri.

Artikolu 14

1. Bħala regola, il-President għandu jirrappreżenta lill-Kumitat, b'mod partikolari l-President jista' jkun awtorizzat mill-Kumitat biex jirrapporta dwar diskussjonijiet u jagħti kummenti orali dwar opinjonijiet u rapporti ppreparati mill-Kumitat.

2. Il-President tal-Kumitat għandu jkollu r-responsabbilita' li jżomm ir-relazzjonijiet tal-Kumitat mal-Parlament Ewropew, li għandu jinżamm informat dwar il-ħidma tal-Kumitat, kif xieraq.

Artikolu 15

1. Kemm-il darba jiġix deċiż mod ieħor, il-proċedimenti tal-Kumitat għandhom ikunu kunfidenzali. L-istess regola għandha tgħodd għall-proċeduri tas-sotto-kumitati tiegħu jew tal-gruppi tal-ħidma tiegħu.

2. Ir-rapporti jew l-opinjonijiet ippreparati mill-Kumitati għandhom ikunu pubblikament disponibbli wara li jiġu trażmessi lill-indirizzat kemm-il darba m'hemmx raġunijiet akbar biex jinżammu kunfidenzali.

Artikolu 16

Il-Kumitat għandu jadotta l-arranġamenti proċedurali tiegħu.

--------------------------------------------------