|
30.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/3 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta’ Diċembru 2018 dwar abbozz preliminarju ta’ deċiżjoni marbuta mal-Każ M.8674 — BASF/Solvay's EP and P&I Business
Relatur: Id-Danimarka
(2019/C 325/03)
Ġurisdizzjoni
|
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv (seba’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
|
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv (seba’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata għandha dimensjoni tal-UE fis-sens tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
Definizzjoni tas-swieq
|
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv (seba’ Stati Membri) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni għas-swieq ġeografiċi u tal-prodotti rilevanti kif iddikjarat fl-abbozz tad-Deċiżjoni. B’mod iktar speċifiku:
|
Il-valutazzjoni kompetittiva
|
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv (seba’ Stati Membri) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat fir-rigward tas-suq madwar iż-ŻEE tal-ADN C4 huwa speċifiku għall-fużjoni. |
|
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv (seba’ Stati Membri) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata ma tidhirx li twassal għal impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva bħala riżultat ta’
|
|
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv (seba’ Stati Membri) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata ma tidhirx li twassal għall-effetti orizzontali mhux koordinati jew effetti vertikali mhux koordinati minħabba esklużjoni ta’ input li twassal għall-impediment sinifikanti tal-kompetizzjoni effettiva fil-bqija tas-swieq orizzontali jew tas-swieq vertikali affettwati identifikati fl-abbozz tad-Deċiżjoni. |
|
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv (seba’ Stati Membri) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata ma tidhirx li twassal għall-effetti orizzontali mhux koordinati minħabba l-esklużjoni tal-konsumatur li twassal għall-impediment sinifikanti tal-kompetizzjoni effettiva fiż-ŻEE. |
|
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv (seba’ Stati Membri) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata ma tidhirx li twassal għall-effetti konglomerati li jwasslu għall-impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fiż-ŻEE. |
Impenji
|
9. |
Il-Kumitat Konsultattiv (seba’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji finali offruti mill-parti notifikanti fil-31 ta’ Ottubru 2018 (*1) jindirizzaw it-tħassib tal-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni (il-mistoqsija 4a u 4b). |
|
10. |
Il-Kumitat Konsultattiv (seba’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li, soġġett għall-konformità sħiħa mal-impenji finali offruti mill-parti notifikanti fil-31 ta’ Ottubru 2018, it-tranżazzjoni notifikata ma tidhirx li tfixkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu. |
ltà mas-suq intern u mal-Ftehim dwar iż-ŻEE
|
11. |
Il-Kumitat Konsultattiv (seba’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata għalhekk trid tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE f’konformità mal-Artikoli 2(2) u 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(*1) Fl-31 ta’ Ottubru 2018, ġew ippreżentati lill-Kummissjoni impenji riveduti li jqisu l-feedback riċevut waqt it-test tas-suq. Il-Partijiet ippreżentaw is-sett finali tal-Impenji (l-“Impenji Finali”) fil-11 ta’ Diċembru 2018.