|
23.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 423/21 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9217 — Engie/EDPR/Repsol/Windplus)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 423/08)
1.
Fis-16 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Engie S.A. (“Engie”, Franza), |
|
— |
EDP Renewables, SGPS, S.A. (“EDPR”, il-Portugall), ikkontrollata minn EDP - Energias de Portugal S.A. (“EDP”, il-Portugall), |
|
— |
Repsol Nuevas Energías S.A. (“Repsol”, Spanja), ikkontrollata minn Repsol S.A. (Spanja), |
|
— |
Windplus S.A. (“Windplus”, il-Portugall), li bħalissa hi kkontrollata minn EDPR u Repsol. |
Engie, EDPR u Repsol jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Windplus.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ kuntratt ta’ ġestjoni jew kwalunkwe mezzi oħrajn.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Engie hija kumpanija tal-enerġija internazzjonali attiva matul il-katina tal-valur kollha kemm hi; |
|
— |
EDPR hija attiva fil-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli u finalment ikun ikkontrollat minn EDP, kumpanija tal-utilitajiet attiva fil-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista tal-elettriċità fil-Portugall u Spanja; |
|
— |
Repsol tiżviluppa negozju relatat mal-enerġija rinnovabbli u hija kkontrollata minn Repsol S.A., kumpanija tal-enerġija integrata fl-industrija taż-żejt u l-gass; |
|
— |
Windplus żviluppat u qed tibni proġett ta’ park eoliku fuq il-baħar biex tkun attiva fil-ġenerazzjoni u l-forniment bl-ingrossa tal-elettriċità fil-Portugall. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9217 — Engie/EDPR/Repsol/Windplus
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).