Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [tad-Dwana] /* KUMM/2006/0696 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 17.11.2006 KUMM(2006)696 finali Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [tad-Dwana] (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1) IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA - Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha L-għan ta' dan l-abbozz ta' Regolament tal-Kunsill huwa li jissospendi, fuq bażi awtonoma u għal żmien indefinit, id-dazji tat-tariffa doganali komuni fuq ċerti oġġetti mniżżla fil-Kapitlu 30 (prodotti farmaċewtiċi) u, għaldaqstant, jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni. - Il-kuntest ġenerali - Kapitlu 30 tan-Nomenklatura Magħquda (NM) jkopri prodotti farmaċewtiċi. - Protezzjoni mhux adeżiva sterili kirurġiċi jew dentali kemm jekk assorbabbli jew le, fl-2006 huma kklassifikati f'Kapitlu 39 jew 60 (skond il-materjal kostitwenti tagħhom) tal-verżjoni ta' l-2002 tas-Sistema Armonizzata. L-apparati identifikabbli għall-użu fl-ostomija huma, fl-2006, ikklassifikati f'kapitlu 39 tal-verżjoni tas-Sistema Armonizzata ta' l-2002. Dawk il-prodotti huma soġġetti għal rata ta' dazju tad-dwana ta' 6,5%. - Prodotti bħal dawn, mill-1 ta' Jannar ta' 2007, ikunu klassifikabbli f'Kapitlu 30 tan-Nomenklatura Magħquda wara t-traspożizzjoni tan-NM fis-SA 2007 (b'riżultat ta' l-emendi fin-nomenklatura mehmuża bħala anness mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema ta' Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni tal-Merkanzija aċċettata permezz tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali tas-26 ta' Ġunju 2004). - Bħala riżultat tan-negozjati tar-Rawnd ta’ l-Urugwaj dwar il-prodotti farmaċewtiċi, il-Kapitlu 30 huwa eżentat minn dazji tad-dwana. - Għal raġunijiet ta' saħħa pubblika, huwa fl-interess tal-Komunità li testendi b’mod awtonomu l-eżenzjoni minn dazji tad-dwana għal dawn il-prodotti. - Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta - Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali. - Konsistenza ma’ politika u għanijiet oħra ta’ l-Unjoni Skond il-politiki tal-kummerċ, ta' l-intrapriża, tas-saħħa u tar-relazzjonijiet esterni. 2) Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u evalwazzjoni ta' l-impatt - Konsultazzjoni mal-partijiet interessati Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali tar-rispondenti It-Taqsima tan-Nomenklatura tat-Tariffi u ta' l-Istatistika (Settur NM) tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana. Sommarju tat-tweġibiet u kif tqiesu Is-sospensjoni tikkorrispondi mal-ftehim tal-konsultazzjoni tal-grupp. - Ġbir u użu ta' għarfien espert Oqsma xjentifiċi/Oqsma ta’ għarfien espert ikkonċernati Esperti tad-Dwana fil-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana li jirrappreżentaw l-Istati Membri. Il-metodoloġija użata Laqgħat. L-organizzazzjonijiet/esperti ewlenin ikkonsultati Esperti maħtura minn kull SM. Sinteżi tal-pariri li ngħataw u li ntużaw Ma ssemmietx l-eżistenza ta’ riskji potenzjalment serji b’konsegwenzi irriversibbli. Il-mezzi użati biex il-pariri ta' l-esperti jsiru disponibbli għall-pubbliku Pubblikazzjoni tal-Proposta. - L-evalwazzjoni ta' l-impatt Konsultazzjoni ta' bejn is-servizzi. Benefiċċju għas-saħħa. 3) ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA - Sommarju ta’ l-azzjoni proposta Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali - Il-bażi legali Art 26 tat-Trattat. - Prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. - Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja/in. Mhux applikabbli. Din is-sensiela ta' miżuri hija konformi mal-prinċipji stabbiliti biex jissimplifikaw il-proċeduri għall-operaturi involuti fil-kummerċ barrani. - Għażla ta’ strumenti Strumenti proposti: regolament. Mezzi oħrajn ma jkunux adattati għar-raġuni(jiet) li ġejja/in. Bis-saħħa ta' l-Artikolu 26 tat-Trattat tal-KE sospensjonijiet awtonomi ta' tariffi u kwoti jiġu approvati mill-Kunsill b'maġġoranza kkwalifikata fuq il-bażi ta' proposta tal-Kummissjoni. 4) Implikazzjoni għall-baġit Dazji tad-dwana mhux miġbura. Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [tad-Dwana] IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1], Billi: (1) Wara n-negozjati fil-qafas tar-Rawnd ta’ l-Urugwaj, saret dispożizzjoni fin-Nomenklatura Magħquda (NM), stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87[2] għal eżenzjoni minn taxxi tariffarji għal prodotti farmaċewtiċi mniżżla f'Kapitlu 30. (2) Protezzjoni mhux adeżiva sterili kirurġiċi jew dentali kemm jekk assorbabbli jew le, u apparati identifikabbli għall-użu ta' l-osotomija, huma bħalissa kklassifikati f'kapitli varji tan-Nomenklatura Magħquda u huma soġġetti għal rata ta' dazju ta' 6,5%. Madankollu, wara l-1 ta' Jannar 2007, huma għandhom jiġu kklassifikati f'Kapitlu 30 tan-Nomenklatura Magħquda bħala riżultat ta' l-emendi fin-Nomenklatura mehmuża bħala anness mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema ta' Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni tal-Merkanzija, aċċettata permezz tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali tas-26 ta' Ġunju 2004. (3) Għal raġunijiet ta' saħħa pubblika, huwa fl-interess tal-Komunità li testendi b’mod awtonomu għal dawk l-oġġetti l-eżenzjoni għal prodotti farmaċewtiċi mniżżla f'Kapitlu 30. Dan għandu jsir permezz ta' sospensjoni ta' dmirijiet għal żmien indefinit. (4) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. (5) Peress li l-emenda li ġiet introdotta permezz ta' dan ir-Regolament għandha tiġi applikata mill-istess data tan-Nomenklatura Magħquda ta' l-2007, imniżżla fir-Regolament (KE) Nru 1549/2006, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufiħ u għandu jiġi applikat mill-1 ta' Jannar 2007, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 -Sezzjoni VI, f'Kapitlu 30 tat-Tieni Parti (Skeda ta' Dmirijiet) ta' l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 ġiet emendata kif ġejja: (a) fid-daħla taħt l-intestatura NM 3006 10 30, it-test fit-tielet kolonna ġie mibdul b'dan li ġej: “6,5* ___________________ * Dazji doganali sospiżi fuq bażi awtonoma għal zmien indefinit." (b) fid-daħla taħt l-intestatura NM 3006 91 00, it-test fit-tielet kolonna jinbidel b'dan li ġej: “6,5* ___________________ * Dazji doganali sospiżi fuq bażi awtonoma għal zmien indefinit." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea . Jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2007. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Maghmul fi Brussel, Ghall-Kunsill Il-President DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI JKOLLHOM IMPATT FINANZJARJU ESKLUSSIVAMENT FUQ L-INTROJTU 1. L-ISEM TAL-PROPOSTA : Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [tad-Dwana] 2. LINJI TAL-BAĠIT: Kapitlu u Artikolu: Kap. 12 art. 120 3. IMPATT FINANZJARJU ( Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju X Il-proposta ma għandha l-ebda impatt fuq l-infiq, imma għandha impatt finanzjarju fuq l-introjtu – l-effett huwa kif ġej: Stima tat-telf ta’ riżorsi proprji involut hija diffiċli ħafna. Ma hemm ebda statistika preċiża disponibbli ma' l-importazzjoni għal dawn iż-żewġ kategoriji ta' prodotti għaliex ġew ikklassifikati, fl-2006, f'subintestaturi residwi differenti fejn il-volum tal-kummerċ huwa għoli ħafna. Fuq il-bażi ta' l-importazzjoni milħuqa fl-2005, it-telf massimu ta' l-introjtu ġie stmat għall-1.104. 000 EURO (qabel it-tnaqqis ta' 25%) għaż-żewġ prodotti, li jfisser it-telf stmat għall-merkanziji ta' l-2005, trasferiti bl-istess mod fl-eżerċizzju ta' qabel tas-SA. (€ miljuni espressi sa ċifra deċimali waħda) Linja tal-baġit | Introjtu[3] | bidu | [Sena n] | Artikolu 120 | Impatt fuq ir-riżorsi proprji | 1/1/2007 | 828.000 | 4. MIŻURI KONTRA L-FRODI Applikazzjoni tal-miżuri normali previsti taħt il-Kodiċi Doganali tal-Komunità. 5. RIMARKI OĦRA [1] ĠU C [...] [2] ĠU L 256, tas-07.09.1987. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/06 (ĠU L 301, 31.10.2006, p. 1). [3] F'dak li għandu x'jaqsam ma' riżorsi proprji tradizzjonali (dazji agrikoli, taxex imposti fuq iz-zokkor, dazji tad-dwana) jeħtieġ li l-ammonti indikati jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara t-tnaqqis ta' 25% ta' l-ispejjeż tal-ġbir.