<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑150/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0150</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:388">EU:C:2017:388</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20170518">18.5.2017</DATE> – KAWŻA C-150/16</P><P>FONDUL PROPRIETATEA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: ir-Rumen.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Dejn miżmum minn kumpannija li l-maġġoranza tal-kapital tagħha huwa miżmum mill-Istat Rumen, fil-konfront ta’ kumpannija li dan l-Istat huwa l-uniku azzjonist tagħha</KEYWORD><KEYWORD><HT TYPE="ITALIC">Datio in solutum</HT> </KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu li l-Kummissjoni Ewropea tiġi nnotifikata</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑150/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Curtea de Apel Craiova (qorti tal-appell ta’ Craiova, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160303">3 ta’ Marzu 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20160314">14 ta’ Marzu 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Fondul Proprietatea SA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Complexul Energetic Oltenia SA,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn J. L. da Cruz Vilaça (Relatur), President tal-Awla, M. Berger, A. Borg Barthet, E. Levits u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Fondul Proprietatea SA, minn C. Dontu, D. Petrache u A. Dăscălescu, avocați,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, minn R.-H. Radu kif ukoll minn R. Mangu u M. Bejenar, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Nicolae u P. Němečková, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikolu 107 TFUE u tal-Artikolu 108(3) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Fondul Proprietatea SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Fondul<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u Complexul Energetic Oltenia SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>CE Oltenia<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali ta’ CE Oltenia li taċċetta <HT TYPE="ITALIC">datio in solutum</HT> fir-rigward ta’ dejn miżmum minnha fil-konfront ta’ Electrocentrale Grup SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Electrocentrale<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Id-dritt Rumen</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1469(2) tal-Kodiċi Ċivili, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>[i]l-ħlas jikkonsisti fit-trasferiment ta’ somma ta’ flus jew fl-eżekuzzjoni ta’ kwalunkwe prestazzjoni oħra li tikkostitwixxi s-suġġett stess tal-obbligu<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1609 tal-imsemmi kodiċi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>(1)</NO.P><TXT>Ikun hemm novazzjoni meta d-debitur jagħmel mal-kreditur tiegħu obbligu ġdid, u dan jitqiegħed flok il-qadim, li jispiċċa.</TXT></NP><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Ikun hemm novazzjoni wkoll meta debitur ġdid jitqiegħed flok il-qadim, li jiġi meħlus mill-kreditur; l-obbligu l-qadim jispiċċa. F’dan il-każ, in-novazzjoni ssir mingħajr il-kunsens tal-ewwel debitur.</TXT></NP><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Ikun hemm novazzjoni wkoll meta, bis-saħħa ta’ kuntratt ġdid, kreditur ġdid jitqiegħed flok il-qadim, li lejh id-debitur jiġi meħlus; l-obbligu l-qadim jispiċċa.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>CE Oltenia, li 77.17 % mill-kapital azzjonarju tagħha huwa miżmum mill-Istat Rumen u 21.53 % minn Fondul, kienet kreditriċi fil-konfront ta’ Electrocentrale, li l-Istat Rumen huwa l-uniku azzjonist tagħha, ta’ somma ta’ <FT TYPE="DECIMAL">28709475.13</FT> lei Rumeni (RON) (madwar EUR 6.4 miljuni).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20130927">27 ta’ Settembru 2013</DATE>, il-laqgħa ġenerali ta’ CE Oltenia approvat it-trasferiment ta’ proprjetà, favur tagħha, tal-impjant termoelettriku ta’ Chișcani (ir-Rumanija), li kien il-proprjetà ta’ Electrocentrale, taħt titolu ta’ <HT TYPE="ITALIC">datio in solutum</HT> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>deċiżjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Peress li l-impjant termoelettriku ta’ Chișcani kien stmat li kellu valur ta’ RON <FT TYPE="NUMBER">36810200</FT> (madwar EUR 8.2 miljuni), CE Oltenia ħallset id-differenza bejn dan l-ammont u l-ammont tad-dejn li kellha Electrocentrale billi għamlet pagament lil din tal-aħħar fis-somma ta’ RON <FT TYPE="DECIMAL">8100724.87</FT> (madwar EUR 1.8 miljuni). Barra minn hekk, CE Oltenia assumiet 280 impjegat ta’ Electrocentrale li kienu jaħdmu fl-impjant termoelettriku ta’ Chișcani u kisbet it-trasferiment, favur tagħha, tal-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20131224">24 ta’ Diċembru 2013</DATE>, Fondul ressqet, quddiem qorti tal-ewwel istanza, kawża għall-annullament tad-deċiżjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Peress li t-talba għal annullament tagħha ġiet miċħuda, Fondul ippreżentat appell quddiem il-Curtea de Apel Craiova (qorti tal-appell ta’ Craiova, ir-Rumanija).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Quddiem dik il-qorti, Fondul sostniet li, peress li l-impjant termoelettriku ta’ Chişcani ma kienx profittabbli, id-<HT TYPE="ITALIC">datio in solutum</HT> inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma kien jissarraf f’ebda benefiċċju għal CE Oltenia u kien ta’ benefiċċju biss għal Electrocentrale li, meħlusa mill-oneru li kien jikkostitwixxi dan l-impjant, setgħet tkompli topera fis-suq tal-provvista tal-enerġija elettrika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Curtea de Apel Craiova (qorti tal-appell ta’ Craiova) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1)</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni tal-assemblea ġenerali tal-azzjonisti ta’ CE Oltenia, adottata b’vot tal-Istat Rumen, permezz tad-dipartiment tal-enerġija tal-Ministeru tal-Ekonomija, fil-kapaċità tiegħu ta’ azzjonist li jżomm 77.17 % mill-kapital azzjonarju ta’ din il-kumpannija, li permezz tagħha ġie aċċettat, minn naħa, li jiġi estint id-dejn ta’ RON <FT TYPE="DECIMAL">28709457.13</FT> li [Electrocentrale] kellha lejn CE Oltenia billi jiġi ttrasferit assi kkostitwit mill-beni rreġistrati taħt in-Nru 70301 fil-katast tal-komun ta’ Chişcani, distrett ta’ Brăila u, min-naħa l-oħra, li titħallas lil [Electrocentrale] id-differenza bejn il-valur tal-bejgħ tal-assi u l-valur tad-dejn ta’ CE Oltenia, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE u, iktar preċiżament, miżura i) iffinanzjata mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, ii) li hija ta’ natura selettiva u iii) li hija suxxettibbli li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-għajnuna mill-Istat kienet suġġetta għall-obbligu ta’ notifika msemmi fl-Artikolu 108(3) TFUE?<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ din id-domanda, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, id-deċiżjoni ta’ kumpannija, li l-azzjonist maġġoritarju tagħha huwa Stat Membru, li taċċetta, sabiex jiġi estint dejn, <HT TYPE="ITALIC">datio in solutum</HT> ta’ assi li huwa l-proprjetà ta’ kumpannija oħra, li l-uniku azzjonist tagħha jkun dan l-Istat Membru, u li tħallas somma li tikkorrispondi għad-differenza bejn il-valur stmat ta’ dan l-assi u l-ammont ta’ dan id-dejn, tistax tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi osservat li l-kompetenza tal-Kummissjoni Ewropea sabiex tevalwa l-kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern ma tipprekludix lil qorti nazzjonali milli tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari, dwar l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tipprovdi lill-qorti tar-rinviju l-elementi ta’ interpretazzjoni marbuta mad-dritt tal-Unjoni li jippermettulha tiddetermina jekk miżura nazzjonali tistax tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> fis-sens tad-dritt tal-Unjoni (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150319">19 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>OTP Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑672/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:185">EU:C:2015:185</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-klassifikazzjoni ta’ miżura nazzjonali bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, teħtieġ li l-kundizzjonijiet segwenti kollha jkunu ssodisfatti. L-ewwel nett, għandu jkun hemm intervent mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat. It-tieni nett, dan l-intervent għandu jkun jista’ jolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri. It-tielet nett, dan l-intervent għandu jagħti vantaġġ selettiv lill-benefiċjarju tiegħu. Ir-raba’ nett, huwa għandu jwassal għal distorsjoni jew għal theddida ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Association Vent De Colère! <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑262/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:851">EU:C:2013:851</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151022">22 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>EasyPay u Finance Engineering</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑185/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:716">EU:C:2015:716</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs World Duty Free Group SA <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/15 P u C‑21/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:981">EU:C:2016:981</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kundizzjoni tal-finanzjament tal-miżura mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Għandu jiġi speċifikat, qabel kollox, li, sabiex vantaġġi jkunu jistgħu jiġu kklassifikati bħala għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, dawn għandhom, minn naħa, jingħataw direttament jew indirettament permezz ta’ riżorsi tal-Istat u, min-naħa l-oħra, ikunu imputabbli lill-Istat (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020516">16 ta’ Mejju 2002</DATE>, <NAME.CASE>Franza vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑482/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Association Vent De Colère! <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑262/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:851">EU:C:2013:851</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-kundizzjoni marbuta mal-fatt li l-vantaġġ jingħata direttament jew indirettament permezz ta’ riżorsi tal-Istat, minn ġurisprudenza ferm stabbilita jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> huwa iktar ġenerali minn dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>sussidju<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> peress li l-kunċett ta’ għajnuna ma jinkludix biss prestazzjonijiet pożittivi, bħalma huma s-sussidji stess, iżda wkoll interventi li, taħt forom differenti, jagħmlu inqas onerużi l-piżijiet li normalment jaffettwaw il-baġit ta’ impriża u li, minħabba f’hekk, mingħajr ma jkunu sussidji fis-sens strett tal-kelma, ikollhom l-istess natura u effetti identiċi (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060110">10 ta’ Jannar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Cassa di Risparmio di Firenze <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑222/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:8">EU:C:2006:8</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0131">131</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150319">19 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>OTP Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑672/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:185">EU:C:2015:185</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-Artikolu 107(1) TFUE jinkludi r-riżorsi pekunjarji kollha li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu effettivament jużaw sabiex isostnu impriżi, mingħajr ma huwa rilevanti jekk dawn ir-riżorsi jappartjenux jew le b’mod permanenti lill-patrimonju tal-Istat. Għaldaqstant, anki jekk is-somom li jikkorrispondu għall-miżura inkwistjoni ma jkunux jinsabu b’mod permanenti fil-pussess tat-Teżor pubbliku, il-fatt li dawn jibqgħu b’mod kostanti taħt kontroll pubbliku, u għalhekk għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, huwa biżżejjed sabiex jiġu kklassifikati bħala riżorsi tal-Istat (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Association Vent De Colère! <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑262/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:851">EU:C:2013:851</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod iktar partikolari, tal-impriżi pubbliċi, bħalma hija CE Oltenia, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li l-Istat jinsab f’pożizzjoni, bl-eżerċizzju tal-influwenza dominanti tiegħu fuq tali impriżi, li jiggwida l-użu tar-riżorsi tagħhom sabiex jiġu ffinanzjati, jekk ikun il-każ, vantaġġi speċifiċi favur impriżi oħra (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020516">16 ta’ Mejju 2002</DATE>, <NAME.CASE>Franza vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑482/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-kundizzjoni marbuta mal-imputabbiltà lill-Istat ta’ miżura ta’ għajnuna meħuda minn impriża pubbliku, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li din tista’ tiġi dedotta minn numru ta’ indizji li jirriżultaw miċ-ċirkustanzi tal-każ u mill-kuntest ta’ din il-miżura (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020516">16 ta’ Mejju 2002</DATE>, <NAME.CASE>Franza vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑482/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari, ħadet inkunsiderazzjoni l-fatt li l-organu inkwistjoni ma setax jieħu d-deċiżjoni kkontestata mingħajr ma jieħu inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti tal-awtoritajiet pubbliċi jew li, minbarra elementi ta’ natura organika li jorbtu lill-impriżi pubbliċi mal-Istat, dawn tal-aħħar, li permezz tagħhom tkun ingħatat l-għajnuna, kellhom jieħdu inkunsiderazzjoni direttivi mogħtija minn organi tal-Istat. Jekk ikun il-każ, indizji oħra jistgħu jkunu rilevanti sabiex jiġi konkluż li miżura ta’ għajnuna meħuda minn impriża pubblika hija imputabbli lill-Istat, bħalma huma, b’mod partikolari:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-integrazzjoni tagħha fl-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika,</P></ITEM><ITEM><P>in-natura tal-attivitajiet tagħha u l-eżerċizzju tagħhom fis-suq f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni ma’ operaturi privati,</P></ITEM><ITEM><P>l-istatus legali tal-impriża, li tkun irregolata mid-dritt pubbliku jew mid-dritt komuni dwar il-kumpanniji,</P></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><P>l-intensità tas-sorveljanza eżerċitata mill-awtoritajiet pubbliċi fuq il-ġestjoni tal-impriża,</P></ITEM><ITEM><P>jew kwalunkwe indizju ieħor li jindika, f’każ konkret, li hemm involviment mill-awtoritajiet pubbliċi jew li ma huwiex probabbli li ma kienx hemm involviment fl-adozzjoni ta’ miżura, fid-dawl ukoll tal-portata tagħha, tal-kontenut tagħha jew tal-kundizzjonijiet marbuta magħha (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020516">16 ta’ Mejju 2002</DATE>, <NAME.CASE>Franza vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑482/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Is-sempliċi fatt li impriża pubblika tkun ġiet inkorporata fil-forma ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju rregolata mid-dritt komuni ma jistax, fid-dawl tal-awtonomija li din il-forma ġuridika tista’ tagħtiha, jitqies li huwa suffiċjenti sabiex jiġi eskluż li miżura ta’ għajnuna meħuda minn tali kumpannija tkun imputabbli lill-Istat. Fil-fatt, l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ kontroll u l-possibbiltajiet reali ta’ eżerċizzju ta’ influwenza dominanti li tali sitwazzjoni timplika fil-prattika jipprekludu li tiġi eskluża <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> kwalunkwe imputabbiltà lill-Istat ta’ miżura meħuda minn tali kumpannija u, għaldaqstant, ir-riskju ta’ evitar tar-regoli tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat, minkejja r-rilevanza bħala tali tal-forma ġuridika tal-impriża pubbliku bħala indizju, fost indizji oħra, li jippermetti li jiġi stabbilit f’każ konkret l-involviment jew le tal-Istat (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020516">16 ta’ Mejju 2002</DATE>, <NAME.CASE>Franza vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑482/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk id-deċiżjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, minn naħa, tikkostitwixxix vantaġġ mogħti direttament jew indirettament permezz ta’ riżorsi tal-Istat u, min-naħa l-oħra, fid-dawl tal-indizji msemmija fil-punti 19 u 20 ta’ din is-sentenza, jekk hijiex imputabbli lill-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kundizzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ selettiv</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Wieħed mill-elementi li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, huwa l-eżistenza ta’ vantaġġ selettiv mogħti lil impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fondul tqis li d-<HT TYPE="ITALIC">datio in solutum</HT> inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat mogħtija lil Electrocentrale minħabba li l-impjant termoelettriku ta’ Chișcani, li t-titolu ta’ proprjetà tiegħu ġie ttrasferit lil CE Oltenia, ma kienx profittabbli. Għaldaqstant, l-Istat Rumen ma aġixxiex fl-interess ġenerali jew fl-interess ta’ CE Oltenia, iżda aġixxa bl-iskop waħdieni li jagħti vantaġġ patrimonjali lil Electrocentrale, sabiex din tibqa’ topera fis-suq tal-elettriku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li <HT TYPE="ITALIC">datio in solutum</HT> approvat minn kumpannija li l-Istat huwa l-azzjonist maġġoritarju tagħha ma jikkostitwixxix neċessarjament għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita, il-kundizzjonijiet li miżura għandha tissodisfa sabiex taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE, ma jkunux issodisfatti jekk l-impriża benefiċjarja setgħet tikseb l-istess vantaġġ bħal dak li tqiegħed għad-dispożizzjoni tagħha permezz ta’ riżorsi tal-Istat f’ċirkustanzi li jikkorrispondu għall-kundizzjonijiet normali tas-suq. Din l-evalwazzjoni titwettaq, f’sitwazzjoni fejn kreditur pubbliku jagħti faċilitajiet ta’ pagament fir-rigward ta’ dejn li jkun dovut lilu minn impriża, bl-applikazzjoni, bħala prinċipju, tal-kriterju tal-kreditur privat (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130124">24 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Frucona Košice vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑73/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:32">EU:C:2013:32</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130321">21 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Buczek Automotive</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑405/11 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:186">EU:C:2013:186</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Tali faċilitajiet ta’ pagament jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE jekk, fid-dawl tan-natura sostanzjali tal-vantaġġ ekonomiku mogħti b’dan il-mod, l-impriża benefiċjarja manifestament ma kinitx ser tikseb faċilitajiet komparabbli minn kreditur privat li jkun jinsab fl-iktar sitwazzjoni qrib possibbli ta’ dik tal-kreditur pubbliku u li jkun qiegħed jipprova jikseb il-pagament tas-somom dovuti lilu minn debitur li jkun jinsab f’diffikultajiet finanzjarji (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130124">24 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Frucona Košice vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑73/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:32">EU:C:2013:32</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq evalwazzjoni globali li tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti kollha fil-kawża prinċipali, jiġifieri, b’mod partikolari, il-valur tal-assi li kien is-suġġett tad-<HT TYPE="ITALIC">datio in solutum</HT> u l-ammont tal-bilanċ imħallas minn CE Oltenia, sabiex tiddetermina jekk Electrocentrale kinitx ser tikseb faċilitajiet komparabbli minn tali kreditur privat (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130124">24 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Frucona Košice vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑73/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:32">EU:C:2013:32</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kundizzjonijiet tal-impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>L-Artikolu 107(1) TFUE jipprojbixxi l-għajnuna li tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri u li twassal għal distorsjoni jew għal theddida ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ miżura nazzjonali bħala għajnuna mill-Istat, ma huwiex meħtieġ li jiġi stabbilit li l-għajnuna kellha impatt reali fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u li kien hemm distorsjoni effettiva tal-kompetizzjoni, iżda huwa meħtieġ biss li jiġi eżaminat jekk l-għajnuna tistax tolqot dan il-kummerċ u jekk tistax twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090430">30 ta’ April 2009</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja u Wam</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑494/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:272">EU:C:2009:272</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161026">26 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orange vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑211/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:798">EU:C:2016:798</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Madankollu, impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri ma jistax ikun purament ipotetiku jew preżunt. B’hekk, għandha tiġi ddeterminata r-raġuni għaliex il-miżura inkwistjoni twassal għal distorsjoni jew għal theddida ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u għaliex hija ta’ natura tali li tista’, permezz tal-effetti prevedibbli tagħha, tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090430">30 ta’ April 2009</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja u Wam</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑494/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:272">EU:C:2009:272</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>B’mod partikolari, meta għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża fil-konfront ta’ impriżi oħra li jkunu kompetituri fil-kummerċ intra-Komunitarju, dawn tal-aħħar għandhom jitqiesu li huma influwenzati mill-għajnuna (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060110">10 ta’ Jannar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Cassa di Risparmio di Firenze <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑222/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:8">EU:C:2006:8</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0141">141</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ma huwiex meħtieġ li l-impriżi benefiċjarji jipparteċipaw huma stess fil-kummerċ intra-Komunitarju. Fil-fatt, meta Stat Membru jagħti għajnuna lil impriżi, l-attività interna tista’ b’hekk tinżamm jew tissaħħaħ, bil-konsegwenza li l-opportunitajiet ta’ impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra li jidħlu fis-suq ta’ dan l-Istat Membru jkunu minħabba f’hekk limitati (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150114">14 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Eventech</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑518/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:9">EU:C:2015:9</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kundizzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni, għandu jitfakkar li l-għajnuna li tkun intiża li teħles lil impriża minn spejjeż li normalment kien ikollha ġġarrab fil-kuntest tal-ġestjoni kwotidjana tagħha jew tal-attivitajiet normali tagħha twassal, bħala prinċipju, għal distorsjoni tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090430">30 ta’ April 2009</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja u Wam</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑494/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:272">EU:C:2009:272</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li settur ekonomiku, bħal dak tal-enerġija, kien is-suġġett ta’ liberalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni huwa ta’ natura li jikkaratterizza impatt reali jew potenzjali tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni, kif ukoll l-effett tagħha fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060110">10 ta’ Jannar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Cassa di Risparmio di Firenze <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑222/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:8">EU:C:2006:8</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0142">142</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150305">5 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Banco Privado Português u Massa Insolvente do Banco Privado Português</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑667/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:151">EU:C:2015:151</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Issa, kif il-Kummissjoni osservat fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, sa fejn l-elettriku huwa s-suġġett ta’ kummerċ transkonfinali, l-għoti ta’ għajnuna permezz tad-deċiżjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa ta’ natura li jista’ jkollu impatt fuq il-kummerċ. Tali għajnuna tista’ twassal ukoll għal distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq tal-elettriku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fit-tilwima fil-kawża prinċipali, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina, fil-fatt, fid-dawl tal-elementi ta’ interpretazzjoni preċedenti, jekk iż-żewġ kundizzjonijiet eżaminati humiex issodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda magħmula hija li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, id-deċiżjoni ta’ kumpannija, li l-azzjonist maġġoritarju tagħha huwa Stat Membru, li taċċetta, sabiex jiġi estint dejn, <HT TYPE="ITALIC">datio in solutum</HT> ta’ assi li huwa l-proprjetà ta’ kumpannija oħra, li l-uniku azzjonist tagħha jkun dan l-Istat Membru, u li tħallas somma li tikkorrispondi għad-differenza bejn il-valur stmat ta’ dan l-assi u l-ammont ta’ dan id-dejn, tista’ tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE, meta:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>din id-deċiżjoni tikkostitwixxi vantaġġ mogħti direttament jew indirettament permezz ta’ riżorsi tal-Istat u hija imputabbli lill-Istat,</P></ITEM><ITEM><P>l-impriża benefiċjarja ma kinitx ser tikseb faċilitajiet komparabbli mingħand kreditur privat, u</P></ITEM><ITEM><P>l-imsemmija deċiżjoni tista’ tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri u tista’ twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Huma l-qrati nazzjonali li għandhom jivverifikaw jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex issodisfatti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju qiegħda tistaqsi, permezz tat-tieni domanda tagħha, jekk l-għajnuna mill-Istat inkwistjoni fil-kawża prinċipali hijiex suġġetta għall-obbligu ta’ notifika previst fl-Artikolu 108(3) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>L-Artikolu 108(3) TFUE jistabbilixxi kontroll preventiv fuq il-proġetti ta’ għajnuna ġodda. Il-prevenzjoni organizzata b’dan il-mod hija intiża li tiġi implementata biss l-għajnuna kompatibbli. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, l-implementazzjoni ta’ proġett ta’ għajnuna għandha tiġi differita sakemm id-dubju dwar il-kompatibbiltà ta’ din l-għajnuna jitneħħa permezz ta’ deċiżjoni finali min-naħa tal-Kummissjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131121">21 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Lufthansa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑284/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:755">EU:C:2013:755</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>L-implementazzjoni tas-sistema ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat hija r-responsabbiltà, minn naħa, tal-Kummissjoni, u, min-naħa l-oħra, tal-qrati nazzjonali, li r-rwoli rispettivi tagħhom huma komplementari iżda distinti (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140213">13 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mediaset</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑69/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:71">EU:C:2014:71</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Filwaqt li l-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ miżuri ta’ għajnuna mas-suq intern taqa’ fil-kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni, li taġixxi taħt l-istħarriġ mill-qrati tal-Unjoni, il-qrati nazzjonali jiżguraw li, sad-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni, ikunu mħarsa d-drittijiet tal-individwi fid-dawl ta’ eventwali ksur, mill-awtoritajiet Statali, tal-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 108(3) TFUE (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131121">21 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Lufthansa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑284/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:755">EU:C:2013:755</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, fil-każ li d-deċiżjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat favur Electrocentrale, l-awtoritajiet nazzjonali jkunu obbligati li jinnotifikaw din l-għajnuna lill-Kummissjoni qabel l-implementazzjoni tagħha, skont l-Artikolu 108(3) TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda magħmula hija li, jekk qorti nazzjonali tikklassifika bħala għajnuna mill-Istat id-deċiżjoni ta’ kumpannija, li l-azzjonist maġġoritarju tagħha huwa Stat Membru, li taċċetta, sabiex jiġi estint dejn, <HT TYPE="ITALIC">datio in solutum</HT> ta’ assi li huwa l-proprjetà ta’ kumpannija oħra, li l-uniku azzjonist tagħha jkun dan l-Istat Membru, u li tħallas somma li tikkorrispondi għad-differenza bejn il-valur stmat ta’ dan l-assi u l-ammont ta’ dan id-dejn, l-awtoritajiet tal-imsemmi Stat Membru huma obbligati jinnotifikaw din l-għajnuna lill-Kummissjoni qabel l-implementazzjoni tagħha, skont l-Artikolu 108(3) TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">F’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, id-deċiżjoni ta’ kumpannija, li l-azzjonist maġġoritarju tagħha huwa Stat Membru, li taċċetta, sabiex jiġi estint dejn, <HT TYPE="ITALIC">datio in solutum</HT> ta’ assi li huwa l-proprjetà ta’ kumpannija oħra, li l-uniku azzjonist tagħha jkun dan l-Istat Membru, u li tħallas somma li tikkorrispondi għad-differenza bejn il-valur stmat ta’ dan l-assi u l-ammont ta’ dan id-dejn, tista’ tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE, meta:</HT></TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">din id-deċiżjoni tikkostitwixxi vantaġġ mogħti direttament jew indirettament permezz ta’ riżorsi tal-Istat u hija imputabbli lill-Istat,</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">l-impriża benefiċjarja ma kinitx ser tikseb faċilitajiet komparabbli mingħand kreditur privat, u</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">l-imsemmija deċiżjoni tista’ tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri u tista’ twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni.</HT></P></ITEM></LIST><P>Huma l-qrati nazzjonali li għandhom jivverifikaw jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex issodisfatti.</P></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk qorti nazzjonali tikklassifika bħala għajnuna mill-Istat id-deċiżjoni ta’ kumpannija, li l-azzjonist maġġoritarju tagħha huwa Stat Membru, li taċċetta, sabiex jiġi estint dejn, <HT TYPE="ITALIC">datio in solutum</HT> ta’ assi li huwa l-proprjetà ta’ kumpannija oħra, li l-uniku azzjonist tagħha jkun dan l-Istat Membru, u li tħallas somma li tikkorrispondi għad-differenza bejn il-valur stmat ta’ dan l-assi u l-ammont ta’ dan id-dejn, l-awtoritajiet tal-imsemmi Stat Membru huma obbligati jinnotifikaw din l-għajnuna lill-Kummissjoni qabel l-implementazzjoni tagħha, skont l-Artikolu 108(3) TFUE.</TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>