European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1210

18.6.2025

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1210

tas-16 ta’ Ġunju 2025

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2025) 3942)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1), il-punt (c), tiegħu,

Billi:

(1)

L-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) hi marda virali infettiva tal-għasafar u tista’ tħalli impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-pollam li jikkawża tfixkil fil-kummerċ fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi. Il-viruses tal-HPAI jistgħu jinfettaw lill-għasafar migratorji, li mbagħad jistgħu jxerrdu dawn il-viruses fuq distanzi twal waqt il-migrazzjonijiet tagħhom fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Għalhekk, il-preżenza tal-viruses HPAI fl-għasafar selvaġġi toħloq theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawn il-viruses f’azjendi li jżommu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI, hemm riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinxtered f’azjendi oħra li jżommu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi l-qafas leġiżlattiv għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin. L-HPAI taqa’ fid-definizzjoni ta’ marda elenkata f’dak ir-Regolament, u hija soġġetta għar-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard stabbiliti fih. Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat, inkluż il-miżuri għall-kontroll tal-mard għall-HPAI.

(3)

Fl-24 ta’ Ottubru 2023, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2447 (3) abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429, li tistabbilixxi l-miżuri tal-emerġenza fil-livell tal-Unjoni fir-rigward tat-tifqigħat tal-HPAI.

(4)

B’mod partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri, li jridu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati wara t-tifqigħat tal-HPAI, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, iridu jinkludu mqar iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. Tipprevedi wkoll li l-miżuri li jridu jiġu applikati f’dawk iż-żoni, f’konformità ma’ dak ir-Regolament Delegat, iridu jinżammu mqar sad-dati stabbiliti f’dak l-Anness.

(5)

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 ġie emendat dan l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1172 (4) wara tifqigħat ġodda tal-HPAI fil-Latvja u fil-Litwanja fi stabbilimenti li kien iżomm il-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq, li riedu jiġu riflessi f’dak l-Anness..

(6)

Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1172, il-Polonja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-HPAI fi stabbiliment li kien iżomm l-għasafar miżmuma fil-magħluq, li jinsab fil-provinċja ta’ Warmińsko-Mazurskie.

(7)

Wara t-tifqigħa, il-Polonja ħadet il-miżuri għall-kontroll tal-mard meħtieġa f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar it-tifqigħat.

(8)

Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri tal-kontroll tal-mard li ħadet il-Polonja u hi sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti minn dak l-Istat Membru jinsabu ’l bogħod biżżejjed mill-istabbiliment fejn ġiet ikkonfermata t-tifqigħa tal-HPAI.

(9)

Biex ikun evitat kull tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u tkun evitata l-impożizzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ, jenħtieġ li b’kollaborazzjoni mal-Polonja, fil-livell tal-Unjoni jiġu stabbiliti mingħajr dewmien iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti minn dak l-Istat Membru f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

(10)

Għalhekk, iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għall-Polonja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 jenħtieġ li jiġu aġġornati.

(11)

Għaldaqstant, l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 jenħtieġ li jiġi emendat biex tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni ħalli jitqiesu ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mill-Polonja, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, kif ukoll biex tiġi stabbilita d-durata tal-miżuri applikabbli fih.

(12)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(13)

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-HPAI, hu importanti li l-emendi li jridu jsiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 b’din id-Deċiżjoni jsiru effettivi kemm jista’ jkun malajr.

(14)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ġunju 2025.

Għall-Kummissjoni

Olivér VÁRHELYI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2447 tal-24 ta’ Ottubru 2023 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (ĠU L, 2023/2447, 30.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2447/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1172 tas-6 ta’ Ġunju 2025 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (ĠU L, 2025/1172, 11.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1172/oj).


ANNESS

Parti A

Żoni ta’ protezzjoni fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 2:

L-Istat Membru: Il-Bulgarija

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

Burgas region

BG-HPAI(P)-2025-00007

The following villages in Aytos municipality:

—

Aytos

—

Malka polyana

21.6.2025

L-Istat Membru: Iċ-Ċekja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

South Moravian Region

CZ-HPAI(P)-2025-00001

Borotice nad Jevišovkou (607657); Božice (608882); České Křídlovice (608904); Břežany u Znojma (614921); Čejkovice u Znojma (619019); Mackovice (689718); Oleksovice (710121).

12.6.2025

L-Istat Membru: Il-Latvja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

LV-HPAI(P)-2025-00001

Daļa no Ogres novada Birzgales pagasta 3 km rādiusā ap uzliesmojuma GPS WGS84 koordinātām centrā – Lat.56.6298723, Long. 24.6930177

21.6.2025

L-Istat Membru: Il-Litwanja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

LT-HPAI(NON-P)-2025-00004

Kaišiadorių r. sav. Žiežmarių sen. Tarpumiškio k,. Stasiūnų k., Liutonių k., Bačkonių k., Triliškių k., Turloviškių k., Strošiūnų k., Mūro Strėvininkų k., Žiežmarių m., Dirgalonių k., Žalvarnių k., Martiniškių k., Graužų k.,

Elektrėnų sav. Gilučių sen. Strošiūnų k.

18.6.2025

L-Istat Membru: Il-Polonja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

PL-HPAI(NON-P)-2025-00058

W województwie warmińsko-mazurskim:

1.

powiat elbląski:

a.

gmina Elbląg, miejscowości: Tropy Elbląskie, Nowe Pole, Raczki Elbląskie, w granicach administracyjnych miejscowości Gronowo Górne na południe od torów kolejowych;

b.

gmina Gronowo Elbląskie: w granicach administracyjnych miejscowości Gajewiec, na wschód od linii poprowadzonej przez miejscowości Wikrowo i Balewo, w granicach administracyjnych miejscowości Karczowiska Górne na wschód od linii poprowadzonej przez miejscowości Władysławowo i Jasionno;

c.

gmina Markusy: w granicach administracyjnych miejscowości Jezioro na północ od linii poprowadzonej przez miejscowości Dłużyna i Jasionno, w granicach administracyjnych miejscowości Węgle Żukowo na północ od linii poprowadzonej przez miejscowości Nowina i Zwierzeńskie Pole, Żurawiec;

d.

w mieście Elbląg na południe od linii poprowadzonej przez miejscowości Nowina i Janowo

27.6.2025

Parti B

Żoni ta’ sorveljanza fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 3:

L-Istat Membru: Il-Bulgarija

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

Burgas region

BG-HPAI(P)-2025-00007

The following villages in Aytos municipality

—

Lyaskovo

—

Sadievo

—

Pirne

—

Polyanovo

—

Karageorgievo

The following villages in Kameno municipality:

—

Krastina

—

Vinarsko

The following villages in Burgas municipality:

—

Balgarovo

—

Mirolyubovo

30.6.2025

The following villages in Aytos municipality:

—

Aytos

—

Malka polyana

22.6.2025–30.6.2025

L-Istat Membru: Iċ-Ċekja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

South Moravian Region

CZ-HPAI(P)-2025-00001

Bantice (600881); Damnice (624675); Dolenice (628492); Hodonice (640395); Domčice (642851); Hostěradice na Moravě (645672); Chlupice (645681); Míšovice (645699); Hrušovany nad Jevišovkou (648809); Jiřice u Miroslavi (661058); Kadov (661961); Krhovice (674419); Křídlůvky (776734); Kyjovice (678554); Lechovice (679861); Litobratřice (685356); Miroslav (695378); Miroslavské Knínice (695394); Morašice (698466); Práče (726966); Pravice (732991); Prosiměřice (733466); Skalice u Znojma (747947); Stošíkovice na Louce (755648); Strachotice (755885); Suchohrdly u Miroslavi (759210); Šanov nad Jevišovkou (762016); Tasovice nad Dyjí (765121); Těšetice u Znojma (766691); Troskotovice (768553); Velký Karlov (634158); Vítonice u Znojma (783145); Želetice u Znojma (796026); Žerotice (796603); Hrádek u Znojma (647349) – vymezeny východně GPS 48.7843292 16.2882478, západně GPS 48.7877053 16.2491950; Našiměřice (701661) – vymezeny východně GPS 48.9575264 16.3914553, západně GPS 48.9649875 16.3524539; Valtrovice (776742) - vymezeny východně GPS 48.7999217 16.2334122, západně GPS 48.8051844 16.2155258.

22.6.2025

Borotice nad Jevišovkou (607657); Božice (608882); České Křídlovice (608904); Břežany u Znojma (614921); Čejkovice u Znojma (619019); Mackovice (689718); Oleksovice (710121).

13.6.2025–22.6.2025

L-Istat Membru: Il-Latvja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

LV-HPAI(P)-2025-00001

Daļa no Ogres novada Birzgales un Tomes pagasta, un Bauskas novada Vecumnieku un Valles pagasta 10 km rādiusā ap uzliesmojuma GPS WGS84 koordinātām centrā - Lat. 56.6298723, Long. 24.6930177

30.6.2025

Daļa no Ogres novada Birzgales pagasta 3 km rādiusā ap uzliesmojuma GPS WGS84 koordinātām centrā – Lat.56.6298723, Long. 24.6930177

22.6.2025–30.6.2025

L-Istat Membru: Il-Litwanja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

LT-HPAI(NON-P)-2025-00004

Kaišiadorių r. sav.

Žaslių sen. Rasavos k., Petkaučiznos k., Pajautiškių k., Talpūnų k., Žaslių k. vakarinė dalis, Cineikių k., Guronių k., Naujažerio k., Žaslių mstl., Juodo Gojaus k., Vaidžionių k., Neveliškių k., Baruolių k., Buivūnų k., Žuvų k.,

Kaišiadorių apyl. sen. Šaknių k., Gudienos k., Ilgakiemio k., Gudzenkos k., Kurniškių k., Paltininkų k., Kalniškių k., Rečionių k., Keturokų k., Navasodų k., Bartaičių k.,

Kaišiadorių miesto sen.,

Kruonio sen. Palimšių k., Žydeikiškių k. rytinė dalis, Pavuolio k., Avinėlių k., Girgždų k.,

Nemaitonių sen. Medinų k., Žirgaičių k.,

Palomenės sen. Miežonių k.,

Rumšiškių sen. Mažųjų k., Juodiškių k., Grėbliaučiškių k., Antakalnio k., Būblių k., Pavuolio k.,

Žiežmarių apylinkės sen. Žiežmarių vs., Sutartiškių k., Kertauninkų k., Būdiškių k., Buivydonių k., Pažardžio k., Kairiškių k., Eigeniškių k., Radutiškių k., Pakertiškių k., Pakertų k., Pridotkų k., Strėvininkų Babilių k., Gajaučiznos k., Bulotų k., Matelskų k., Kairiškėlių k., Juknonių k., Karveliškių k., Dalinonių k., Verdinių k., Dauginavos k., Kaišiadorėlių k., Eglinkos k., Krasnasėlio k., Girelės k., Kiemelių k., Juknonių Babilių k., Klenaukos k., Kulukiškių k., Bundiškių k., Palimšio k., Padūmio k., Titnagų k., Stoniavos k., Dainių k., Kaukinės k., Naujosios Slabados k., Burbiškių k., Kudonių k., Zaslonės k., Skudenių k., Gerų Vakarų k., Medinių Strėvininkų k., Avilių k., Kibučių k., Paltininkų k., Vladikiškių k., Rečionių k., Kasilionių k., Žiežmarių k., Mažųjų Vladikiškių k., Aleksiejūniškių k., Šarkiškių k., Užubalio vs., Kriaučiškių k., Balceriškių k., Piktakiemio k.,

Elektrėnų sav.:

Elektrėnų sen.,

Gilučių sen. Gilučių k., Naujųjų Migūčionių k., Talpūnų k., Koncepto k., Lubakos k., Diekcioriškių k., Kalninių Mijaugonių k.,

Kietaviškių sen. Ašakienių k., Jagėlonių k., Šilonių k., Gojaus k., Kareivonių k., Kloninių Mijaugonių k., Obenių k., Šuolių k., Krokšlių k., Naujųjų Kietaviškių k., Gilūšio k., Žikaronių k., Būdos k., Senųjų Kietaviškių k., Lingių k., Kloninių Jagėlonių k., Dainiškių k.;

27.6.2025

Kaišiadorių r. sav. Žiežmarių sen. Tarpumiškio k,. Stasiūnų k., Liutonių k., Bačkonių k., Triliškių k., Turloviškių k., Strošiūnų k., Mūro Strėvininkų k., Žiežmarių m., Dirgalonių k., Žalvarnių k., Martiniškių k., Graužų k.,

Elektrėnų sav. Gilučių sen. Strošiūnų k.

18.6.2025–27.6.2025

L-Istat Membru: Il-Polonja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

PL-HPAI(NON-P)-2025-00058

W województwie warmińsko-mazurskim:

1.

powiat elbląski:

a.

gmina Elbląg, miejscowości: Czechowo, Nowina, Sierpin, Przezmark, Komorowo Żuławskie, Pilona, Myślęcin, Jezioro Drużno, Władysławowo, Adamowo, Kazimierzowo, Janowo, w granicach administracyjnych miejscowości Kępa Rybacka na południe od linii poprowadzonej przez miejscowości Stobna i Jagodnik, w granicach administracyjnych miejscowości Nowakowo na południe od linii poprowadzonej przez miejscowości Stobna i Jagodnik, w granicach administracyjnych miejscowości Bogaczewo na zachód od linii poprowadzonej przez miejscowości Pomorska Wieś i Rychliki, w granicach administracyjnych miejscowości Pasieki na zachód od linii poprowadzonej przez miejscowości Pomorska Wieś i Rychliki, w granicach administracyjnych miejscowości Weklice na zachód od linii poprowadzonej przez miejscowości Pomorska Wieś i Rychliki, w granicach administracyjnych miejscowości Gronowo Górne na północ od torów kolejowych, w granicach administracyjnych miejscowości Węzina na zachód od linii poprowadzonej przez miejscowości Pomorska Wieś i Rychliki, Dłużyna;

b.

gmina Gronowo Elbląskie, miejscowości: Szopy, Jegłownik, Nogat, Wikrowo, Kopanka Druga, Kopanka Pierwsza, Mojkowo, Błotnica, Jasionno, Gronowo Elbląskie, Różany, Oleśno, Rozgart, w granicach administracyjnych miejscowości Fiszewo na wschód od linii poprowadzonej przez miejscowości Błotnica i Stalewo, w granicach administracyjnych miejscowości Gajewiec na zachód od linii poprowadzonej przez miejscowości Wikrowo i Balewo, w granicach administracyjnych miejscowości Karczowiska Górne na zachód od linii poprowadzonej przez miejscowości Władysławowo i Jasionno;

c.

gmina Markusy, miejscowości: Jurandowo, Żółwiniec, Krzewsk, Balewo, Markusy, Zwierzeńskie Pole, Dzierzgonka, Wiśniewo, Rachowo, Zwierzno, w granicach administracyjnych miejscowości Jezioro na południe od linii poprowadzonej przez miejscowości Dłużyna i Jasionno, w granicach administracyjnych miejscowości Węgle Żukowo na południe od linii poprowadzonej przez miejscowości Nowina i Zwierzeńskie Pole, w granicach administracyjnych miejscowości Stankowo na północ od linii poprowadzonej przez miejscowości Jasna i Nowe Kusy, w granicach administracyjnych miejscowości Nowe Dolno na północ od linii poprowadzonej przez miejscowości Jasna i Nowe Kusy, w granicach administracyjnych miejscowości Kępniewo na północ od linii poprowadzonej przez miejscowości Stalewo i Stankowo, w granicach administracyjnych miejscowości Złotnica na północ od linii poprowadzonej przez miejscowości Fiszewo i Kępniewo;

d.

gmina Milejewo, miejscowości Wilkowo, w granicach administracyjnych miejscowości Kamiennik Wielki na zachód od linii poprowadzonej przez miejscowości Jagodnik i Wilkowo;

e.

Miasto Elbląg na północ od linii poprowadzonej przez miejscowości Nowina i Janowo oraz na południe od linii poprowadzonej przez miejscowości Zastawno i Nowakowo.

6.7.2025

W województwie warmińsko-mazurskim:

1.

powiat elbląski:

a.

gmina Elbląg, miejscowości: Tropy Elbląskie, Nowe Pole, Raczki Elbląskie, w granicach administracyjnych miejscowości Gronowo Górne na południe od torów kolejowych;

b.

gmina Gronowo Elbląskie: w granicach administracyjnych miejscowości Gajewiec, na wschód od linii poprowadzonej przez miejscowości Wikrowo i Balewo, w granicach administracyjnych miejscowości Karczowiska Górne na wschód od linii poprowadzonej przez miejscowości Władysławowo i Jasionno;

c.

gmina Markusy: w granicach administracyjnych miejscowości Jezioro na północ od linii poprowadzonej przez miejscowości Dłużyna i Jasionno, w granicach administracyjnych miejscowości Węgle Żukowo na północ od linii poprowadzonej przez miejscowości Nowina i Zwierzeńskie Pole, Żurawiec;

d.

w mieście Elbląg na południe od linii poprowadzonej przez miejscowości Nowina i Janowo

28.6.2025–6.7.2025

Parti C

Żoni ristretti ulterjuri fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (b), u fl-Artikolu 4:

L-Istat Membru: L-ebda

Żona li tinkludi:

Data sa meta l-miżuri jridu jibqgħu applikabbli f’konformità mal-Artikolu 4

 

 

*

F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Qafas ta’ Windsor (ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023, ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87) flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Qafas, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istat Membru jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1210/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)