<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>F-36/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014FJ0036</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2015:48">EU:F:2015:48</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>TFP</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20150518">18.5.2015</DATE> — KAWŻA F‑36/14</P><P>BISCHOFF vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku</HT></P><P><HT TYPE="UC">tal-Unjoni Ewropea</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20150518">18 ta’ Mejju 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P><P>[test rettifikat bid-Digriet tat-<DATE ISO="20151030">30 ta’ Ottubru 2015</DATE>]</P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Servizz pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Uffiċjali</KEYWORD><KEYWORD>Irtirar ex officio</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 23(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal</KEYWORD><KEYWORD>Età ta’ rtirar</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut li jiġi estiż il-perijodu ta’ xogħol</KEYWORD><KEYWORD>It-tieni paragrafu tal-Artikolu 52 tar-Regolamenti tal-Persunal</KEYWORD><KEYWORD>Interess tas-servizz</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża F‑36/14,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA bis-saħħa tal-Artikolu 106a tiegħu,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Hartwig Bischoff</HT>, ex uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea, residenti fi Brussell (il-Belġju), irrappreżentat minn C. Bernard‑Glanz u A. Blot, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn J. Currall u C. Ehrbar, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn K. Bradley (Relatur), President, H. Kreppel u M. I. Rofes i Pujol, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: P. Cullen, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat‑<DATE ISO="20150113">13 ta’ Jannar 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz ta’ talba li waslet ir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit‑<DATE ISO="20140418">18 ta’ April 2014</DATE>, H. Bischoff jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tat‑<DATE ISO="20140328">28 ta’ Marzu 2014</DATE>, li tiċħad it-talba tiegħu ta’ estensjoni tal-perijodu ta’ xogħol tiegħu u, b’hekk, li tikkonferma l-irtirar tiegħu <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill‑<DATE ISO="20140601">1 ta’ Ġunju 2014</DATE>. H. Bischoff jitlob ukoll il-kumpens għad-danni li setgħu jirriżultaw minn din id-deċiżjoni.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 52 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, kif emendati fl-aħħar lok bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat‑<DATE ISO="20131022">22 ta’ Ottubru 2013</DATE>, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Regolamenti tal-Persunal<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-Artikolu 50, uffiċjal għandu jirtira:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jew awtomatikament fl-aħħar ġurnata tax-xahar li fih jilħaq l-età ta’ 66 sena,</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Madanakollu, uffiċjal jista’, fuq it-talba tiegħu stess u fil-każ li l-awtorità tal-ħatra tikkunsidraha ġġustifikata fl-interessi tas-servizz, ikompli jaħdem sal-età ta’ 67, jew eċċezzjonalment sal-età ta’ 70, f’liema każ huwa għandu jirtira awtomatikament fl-aħħar jum tax-xahar li fih jagħlaq dak iż-żmien.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Madankollu, l-Artikolu 23(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Meta japplika l-[ewwel paragrafu] (a) tal-Artikolu 52 tar-Regolamenti tal-Persunal mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 50, uffiċjal fis-servizz qabel l‑<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE> għandu jirtira awtomatikament fl-aħħar jum tax-xahar li fih jagħlaq 65 sena. […]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Ir-rikorrent daħal fis-servizz mad-Direttorat Ġenerali (DĠ) <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Impriżi u industrija<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> tal-Kummissjoni fl‑<DATE ISO="19940601">1 ta’ Ġunju 1994</DATE>. Fil-mument tal-preżentata tar-rikors tiegħu, huwa kien uffiċjal fi grad AD 12 u kien jaħdem fi ħdan id-diviżjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Politika u riċerka spazjali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> tad-Direttorat G <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Industrija aerospazjali, marittima, ta’ sigurtà u ta’ difiża<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Meta laħaq l-età ta’ 65 sena f’Mejju 2014, ir-rikorrent talab, permezz ta’ nota indirizzata lid-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Impriżi u industrija<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> fit‑<DATE ISO="20140108">8 ta’ Jannar 2014</DATE>, estensjoni tal-karriera tiegħu sa Mejju 2016 (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>talba ta’ żamma fis-servizz<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Permezz ta’ nota tas‑<DATE ISO="20140206">6 ta’ Frar 2014</DATE> (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>nota tas‑<DATE ISO="20140206">6 ta’ Frar 2014</DATE><QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), id-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Impriżi u industrija<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> informa lir-rikorrent li fl-opinjoni tiegħu l-interess tas-servizz ma kienx jiġġustifika risposta favorevoli għat-talba tiegħu u indikalu li kien ser jittrażmetti t-talba tiegħu, flimkien mal-opinjoni tiegħu, lid-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Riżorsi umani u sigurtà<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>DĠ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Riżorsi umani<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/><QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), u lill-Awtorità tal-Ħatra f’dan ir-rigward.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz ta’ nota tal‑<DATE ISO="20140210">10 ta’ Frar 2014</DATE> indirizzata lid-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Riżorsi umani<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, ir-rikorrent ikkontesta l-opinjoni tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Impriżi u industrija<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ nota tat‑<DATE ISO="20140328">28 ta’ Marzu 2014</DATE>, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Riżorsi umani<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> informa lir-rikorrent li, fl-opinjoni tiegħu, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Impriżi u industrija<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> kien itratta t-talba tiegħu ta’ żamma fis-servizz billi osserva r-regoli.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ nota tal-istess ġurnata, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Riżorsi umani<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> informa lid-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Impriżi u industrija<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> dwar id-deċiżjoni tiegħu li jagħti risposta fin-negattiv għat-talba ta’ żamma fis-servizz tar-rikorrent, li għalhekk kienet tikkonferma l-irtirar ta’ dan tal-aħħar għall‑<DATE ISO="20140601">1 ta’ Ġunju 2014</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20140328">28 ta’ Marzu 2014</DATE><QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> jew id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>). Din id-deċiżjoni kienet immotivata mit-trasferiment dejjem jikber tal-ġestjoni ta’ programmi lejn l-aġenziji eżekuttivi u mit-tnaqqis tal-impjegati u l-konsegwenzi ta’ dan fuq id-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Impriżi u industrija<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, u dan inkluż fil-qasam tar-riċerka spazjali.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Ir-rikorrent ġie informat bid-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20140328">28 ta’ Marzu 2014</DATE> permezz ta’ nota tas‑<DATE ISO="20140407">7 ta’ April 2014</DATE> tal-Aġent Direttur tad-DG <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Impriżi u industrija<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>nota tas‑<DATE ISO="20140407">7 ta’ April 2014</DATE><QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20140418">18 ta’ April 2014</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta lment kontra <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>d-deċiżjoni […] tat‑<DATE ISO="20140328">28 ta’ Marzu 2014</DATE> […], ikkunsidrata flimkien [man-nota] tas‑<DATE ISO="20140407">7 ta’ April 2014</DATE> [...]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, u talab, fl-istess ġurnata, il-waqfien mill-eżekuzzjoni ta’ dawn iż-żewġ atti. Din it-talba ġiet miċħuda permezz ta’ digriet tal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat‑<DATE ISO="20140522">22 ta’ Mejju 2014</DATE>, Bischoff vs Il‑Kummissjoni (F‑36/14 R, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:112">EU:F:2014:112</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ nota tal‑<DATE ISO="20140521">21 ta’ Mejju 2014</DATE>, ir-rikorrent ġie informat dwar id-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Riżorsi umani<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> sabiex jinżamm fis-servizz sat‑<DATE ISO="20140630">30 ta’ Ġunju 2014</DATE>. Fis‑<DATE ISO="20140627">27 ta’ Ġunju 2014</DATE>, l-Awtorità tal-Ħatra ddeċidiet li żżomm lir-rikorrent fis-servizz għal xahar addizzjonali, sal‑<DATE ISO="20140731">31 ta’ Lulju 2014</DATE>. Fl-aħħar nett, permezz ta’ tielet deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20140729">29 ta’ Lulju 2014</DATE>, annullata u ssostitwita permezz ta’ deċiżjoni tal‑31 ta’ Lulju segwenti, din iż-żamma fis-servizz ġiet imtawwla sat‑<DATE ISO="20140930">30 ta’ Settembru 2014</DATE>. Dawn id-deċiżjonijiet kienu mmotivati bil-fatt li r-rikorrent kien ressaq il-kandidatura tiegħu għal post vakanti fi ħdan il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Grupp ta’ sostenn għall-Ukrajna<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, li l-Kummissjoni kienet fil-proċess li toħloq.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20140725">25 ta’ Lulju 2014</DATE>, l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet l-ilment (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>). Din id-deċiżjoni ġiet innotifikata lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil‑<DATE ISO="20140731">31 ta’ Lulju 2014</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ posta elettronika tas‑<DATE ISO="20140926">26 ta’ Settembru 2014</DATE>, ir-rikorrent ġie informat li l-kandidatura tiegħu fi ħdan il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Grupp ta’ sostenn għall-Ukrajna<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> ma kinitx intgħażlet.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ nota tat‑<DATE ISO="20140930">30 ta’ Settembru 2014</DATE>, ir-rikorrent ġie informat li kien ser jibda jirċievi l-pensjoni ta’ rtirar tiegħu mill‑<DATE ISO="20141001">1 ta’ Ottubru 2014</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra li waslet ir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil‑<DATE ISO="20141031">31 ta’ Ottubru 2014</DATE>, ir-rikorrent talab il-possibbiltà li jadatta t-talbiet inizjali tiegħu b’tali mod li r-rikors tiegħu jitlob l-annullament tal-atti kollha adottati mill-Kummissjoni wara l-preżentata tar-rikors tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tar-Reġistratur tal‑<DATE ISO="20141114">14 ta’ Novembru 2014</DATE>, il-partijiet ġew informati dwar il-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kien qed jirriżerva d-deċiżjoni tiegħu dwar it-talba tar-rikorrent tal‑<DATE ISO="20141031">31 ta’ Ottubru 2014</DATE>. Permezz tal-istess ittra, it-Tribunal talab ċerti preċiżazzjonijiet mingħand ir-rikorrent dwar it-talbiet li kienu saru fl-imsemmija talba.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet u l-proċedura</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jitlob lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>jannulla d-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20140328">28 ta’ Marzu 2014</DATE> adottata flimkien man-nota tas‑<DATE ISO="20140407">7 ta’ April 2014</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>jikkumpensa d-danni li rriżultaw jew li jistgħu jirriżultaw mid-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20140328">28 ta’ Marzu 2014</DATE> u min-nota tas‑<DATE ISO="20140407">7 ta’ April 2014</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fl-ittra tiegħu tal‑<DATE ISO="20141031">31 ta’ Ottubru 2014</DATE>, ir-rikorrent jelenka t-talbiet intiżi għall-annullament:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment;</P></ITEM><ITEM><P>tad-deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20140521">21 ta’ Mejju 2014</DATE>, li tawtorizzah jibqa’ fis-servizz sat‑<DATE ISO="20140630">30 ta’ Ġunju 2014</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>tad-deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20140627">27 ta’ Ġunju 2014</DATE>, li tawtorizzah jibqa’ fis-servizz sal‑<DATE ISO="20140731">31 ta’ Lulju 2014</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>tad-deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20140731">31 ta’ Lulju 2014</DATE>, li tawtorizzah jibqa’ fis-servizz sat‑<DATE ISO="20140930">30 ta’ Settembru 2014</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>tan-nota tat‑<DATE ISO="20140930">30 ta’ Settembru 2014</DATE>, li tinformah dwar il-ħlas tal-pensjoni tiegħu mill‑<DATE ISO="20141001">1 ta’ Ottubru 2014</DATE>.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob lit‑Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>jiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>jikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Waqt is-seduta, ir-rikorrent irrinunzja għat-talbiet tiegħu kontra n-nota tas‑<DATE ISO="20140407">7 ta’ April 2014</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talbiet li jirriżultaw fl-ittra tal‑31 ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ Ottubru 2014</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 35 tar-Regoli tal-Proċedura fis-seħħ fil-mument tal-preżentata tar-rikors, li, wara li ġie emendat, sar l-Artikolu 50 tar-Regoli ta’ Proċedura, huma biss it-talbiet esposti fir-rikors promotur li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni. Għalhekk, ħlief sabiex issir tibdila fis-suġġett tal-kawża, bħala prinċipju, parti ma tistax, fil-mori, tippreżenta talbiet ġodda jew testendi s-suġġett tat-talbiet eżistenti. Huwa biss fil-preżenza ta’ element ġdid li jista’ jkollu effett fuq is-suġġett tar-rikors, bħal, b’mod partikolari, l-adozzjoni fil-mori tal-kawża ta’ att li jħassar u li jissostitwixxi l-att ikkontestat, li rikorrent jista’ jadatta t-talbiet tiegħu (sentenza Glantenay <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, F‑23/12 u F‑30/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2013:127">EU:F:2013:127</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 34).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan il-każ, qabel kollox, fir-rigward tat-talbiet kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment, għandu jiġi kkonstatat li din id-deċiżjoni, adottata wara l-preżentata tar-rikors, tikkonferma d-deċiżjoni li ma tintlaqax it-talba ta’ żamma fis-servizz, filwaqt li tipprovdi l-motivazzjoni tagħha. Fl-istess ipoteżi, hija effettivament l-illegalità tal-att inizjali li jikkawża preġudizzju li għandha tiġi eżaminata billi tittieħed inkunsiderazzjoni l-motivazzjoni li tinsab fid-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment, fejn din il-motivazzjoni hija intiża li tikkoinċidi ma’ dan l-att (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il-Kummissjoni vs Birkhoff, T‑377/08 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:485">EU:T:2009:485</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 57 sa 59, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-talbiet kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment huma neqsin minn kontenut awtonomu u r-rikors għandu jitqies li huwa dirett kontra d-deċiżjoni kontenzjuża, li l-motivazzjoni tagħha hija spjegata mid-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Eveillard vs Il‑Kummissjoni, T‑258/01, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2004:177">EU:T:2004:177</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 31 u 32, u Buxton vs Il‑Parlament, F‑50/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2012:51">EU:F:2012:51</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 21).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Sussegwentement, fir-rigward tat-talbiet kontra d-deċiżjonijiet tal‑21 ta’ Mejju, tas‑27 ta’ Ġunju u tal‑<DATE ISO="20140731">31 ta’ Lulju 2014</DATE> li jawtorizzaw lir-rikorrent jibqa’ fis-servizz, rispettivament sat‑30 ta’ Ġunju, il‑31 ta’ Lulju u t‑<DATE ISO="20140930">30 ta’ Settembru 2014</DATE>, għandu jiġi kkonstatat li dawn id-deċiżjonijiet jillimitaw ruħhom sabiex jawtorizzaw lir-rikorrent jibqa’ fis-servizz għal perijodu totali ta’ erba’ xhur wara d-data li fiha, fin-nuqqas tal-imsemmija deċiżjonijiet, huwa kellu jirtira, jiġifieri l‑<DATE ISO="20140601">1 ta’ Ġunju 2014</DATE>, madankollu mingħajr ma jaffettwaw id-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal żamma fis-servizz. Dawn id-deċiżjonijiet, li ma jikkawżawx preġudizzju lir-rikorrent, ma għandhom ebda effett fuq is-suġġett ta’ din il-kawża, fejn għalhekk it-talba tar-rikorrent li jadatta t-talbiet tiegħu għandha tiġi miċħuda fejn jirrigwardahom.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>L-istess jgħodd, fl-aħħar nett, għat-talbiet li jirrigwardaw in-nota tat‑<DATE ISO="20140930">30 ta’ Settembru 2014</DATE>. Fil-fatt, l-imsemmija nota tillimita ruħha sabiex tinforma lir-rikorrent li, wara l-iskadenza tal-effetti tad-deċiżjoni sabiex jinżamm fis-servizz sat‑<DATE ISO="20140930">30 ta’ Settembru 2014</DATE>, huwa għandu jibda jirċievi l-pensjoni tiegħu mill‑<DATE ISO="20141001">1 ta’ Ottubru 2014</DATE>. Nota ta’ dan it-tip ma tipproduċix effetti legali vinkolanti li jistgħu jaffettwaw direttament u immedjatament l-interessi tar-rikorrent billi tbiddel, b’mod ikkaratterizzat, is-sitwazzjoni ġuridika tiegħu u għaldaqstant ma tistax tikkostitwixxi att li jikkawża preġudizzju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Pimlott vs Europol, F‑52/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2007:210">EU:F:2007:210</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 48, u l-ġurisprudenza ċċitata). Konsegwentement, it-talba tar-rikorrent li jadatta t-talbiet tiegħu għandha tiġi miċħuda fir-rigward tat-talbiet tiegħu li jirrigwardaw in-nota tat‑<DATE ISO="20140930">30 ta’ Settembru 2014</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talbiet għal annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Ir-rikorrent iqajjem motiv uniku, maqsum f’erba’ partijiet, ibbażati, rispettivament, fuq il-ksur tal-Artikolu 52 tar-Regolamenti tal-Persunal, fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u d-dmir ta’ premura, u fuq il-ksur tal-Artikolu 5 tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jirrikonoxxi li, fil-kuntest tat-talba mressqa skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 52 tar-Regolamenti tal-Persunal, l-amministrazzjoni għandha setgħa diskrezzjonali wiesgħa fid-determinazzjoni tal-interess tas-servizz; madankollu, huwa jqis li l-interpretazzjoni ta’ dan il-kunċett għandha tkun kompatibbli mar‑<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>regoli superjuri<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, fosthom, l-ewwel nett, l-Artikolu 52 tar-Regolamenti tal-Persunal. Barra minn hekk, l-eżami tal-interess tas-servizz għandu jsir b’reqqa u b’imparzjalità u konformement mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-uffiċjali. Sussegwentement, l-amministrazzjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni wkoll l-interessi tal-uffiċjal ikkonċernat u żżomm lilha nnifisha f’limiti raġonevoli.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan il-każ, skont ir-rikorrent, l-Awtorità tal-Ħatra kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar it-talba tiegħu ta’ żamma fis-servizz ma wettaqx tali eżami tal-interessi.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>B’mod partikolari, fir-rigward tal-interess tas-servizz, ir-rikorrent jikkontesta, l-ewwel nett, il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża li l-politika ta’ esternalizzazzjoni tal-ġestjoni tal-programmi ta’ riċerka spazjali tiġġustifika ċ-ċaħda tat-talba tiegħu ta’ żamma fis-servizz. F’dan ir-rigward, huwa jesponi l-fatt li din il-politika hija stabbilita sa mill‑2009. Barra minn hekk, tliet membri tal-persuna oħra ġew irreklutati fi ħdan l-ex diviżjoni tiegħu fi Frar 2014. Fil-fehma tar-rikorrent, il-membri tal-persunal li fadal f’din id-diviżjoni wara l-irtirar tiegħu, barra minn hekk, diffiċilment jistgħu jmexxu<?PAGE NO="6"?> waħedhom il-piż tax-xogħol tad-diviżjoni, li, sabiex tiffaċċja l-missjonijiet tagħha fil-kuntest tal-programm ta’ ħidma għas-snin 2014 u 2015, għandha bżonn persunal li, bħalu, għandu jkollu kwalifiki u esperjenzi ta’ livell għoli.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrent jikkritika li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li t-talba tiegħu ta’ żamma fis-servizz kienet ġiet sostnuta mill-kap tad-diviżjoni tiegħu u d-direttur tiegħu, suġġett għall-fatt, għal dan tal-aħħar, li ż-żamma tiegħu fix-xogħol tkun <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>newtrali<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> f’termini ta’ riżorsi umani.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>It-tielet nett, ir-rikorrent iqis li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li ż-żamma tiegħu fil-kariga sal‑2016 ma jipprekludix it-twettiq tal-għan ta’ tnaqqis tal-persunal ta’ 5 % fl‑2017.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-interess personali tiegħu, ir-rikorrent jikkrittika lill-Kummissjoni talli ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li ż-żamma tiegħu fis-servizz kien jippermettilu jżid kunsiderevolment id-drittijiet tiegħu għal pensjoni u li jżidhom mill-40 % tal-aħħar remunerazzjoni tiegħu għal madwar 50 % tagħha, filwaqt li jkun jista’ jkompli l-attività professjonali tiegħu, kif kien xtaq.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrent isostni li l-fatt li d-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Impriżi u industrija<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> qatt ma laqa’ talba ta’ żamma fil-kariga lil hinn mil-limitu ta’ età, filwaqt li talbiet bħal dawn huma aċċettati wisq iżjed faċilment fid-direttorati ġenerali l-oħra, jagħti lok għall-kwistjoni tal-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn uffiċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-motiv jiġi miċħud kollu kemm hu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Rimarki preliminari</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Meta l-Awtorità tal-Ħatra tieħu inkunsiderazzjoni l-interess tas-servizz sabiex tiddeċiedi dwar talba ta’ uffiċjal li jibqa’ fis-servizz lil hinn mil-limitu ta’ età previst fl-ewwel paragrafu (a) tal-Artikolu 52 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-irtirat <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, hija għandha setgħa diskrezzjonali wiesgħa u t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jista’ jiċċensura l-evalwazzjoni tal-Awtorità tal-Ħatra biss fil-każ ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni jew ta’ użu ħażin ta’ poter (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, fir-rigward ta’ deċiżjoni ta’ tiġdid ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju, is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Macchia, T‑368/12 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:266">EU:T:2014:266</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 49).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li żball jista’ biss jiġi kkwalifikat bħala manifest meta jista’ jiġi identifikat b’faċilità fid-dawl tal-kriterji li għalihom il-leġiżlatur kellu l-intenzjoni jissuġġetta l-eżerċizzju mill-amministrazzjoni tas-setgħa diskrizzjonali wiesgħa tiegħu. Konsegwentement, sabiex jiġi stabbilit li twettaq żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti li jiġġustifika l-annullament ta’ deċiżjoni, il-provi li għandhom jiġu prodotti mir-rikorrent għandhom ikunu suffiċjenti sabiex titneħħa kull plawżibbiltà mill-evalwazzjoni tal-fatti kkunsidrata mill-amministrazzjoni fid-deċiżjoni tagħha. Fi kliem ieħor, il-motiv ibbażat fuq il-ksur manifest għandu jiġi miċħud jekk, minkejja l-ilmenti mressqa mir-rikorrent, l-evalwazzjoni mqiegħda inkwistjoni tista’ tiġi ammessa bħala waħda li għadha veritiera jew valida (sentenzi BB vs Il‑Kummissjoni, F‑17/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2013:14">EU:F:2013:14</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 60, u DG vs ENISA, F‑109/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:259">EU:F:2014:259</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 44, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq l-allegata assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-interess tas-servizz</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-fajl jirriżulta li d-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali ta’ assenjazzjoni tar-rikorrent eżamina sew it-talba ta’ żamma fis-servizz tar-rikorrent u spjegalu, permezz tan-nota tas‑<DATE ISO="20140206">6 ta’ Frar 2014</DATE>, ir-raġunijiet għalfejn huwa kien iqis li l-interess tas-servizz ma kienx jiġġustifika eżitu favorevoli għal din it-talba, hekk kif ġie spjegat fil-punt 6 ta’ din is-sentenza. Barra minn hekk,<?PAGE NO="7"?> id-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>Riżorsi umani<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> ħa inkunsiderazzjoni t-talba tar-rikorrent, billi ssottoskriva ruħu mar-raġunijiet esposti mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>Impriżi u industrija<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>. Fl-aħħar nett, id-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tikkonferma l-analiżi tal-interess tas-servizz imwettqa mill-amministrazzjoni, filwaqt li tippreċiżaha.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Għalhekk, sa fejn ir-rikorrent jallega li l-Awtorità tal-Ħatra f’dan il-każ ma wettqitx l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>eżami tal-interessi inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> konformement mal-proċedura stabbilita mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 52 tar-Regolamenti tal-Persunal, l-argumenti tiegħu huma fattwalment żbaljati u għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Biex juri li d-deċiżjoni kontenzjuża hija vvizzjata minn żball manifest ta’ evalwazzjoni, ir-rikorrent jallega, fl-ewwel lok, li l-politika ta’ esternalizzazzjoni tal-ġestjoni tal-programmi ta’ riċerka spazjali ma tiġġustifikax iċ-ċaħda tat-talba tiegħu ta’ żamma fis-servizz.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan il-każ, min-nota tas‑<DATE ISO="20140206">6 ta’ Frar 2014</DATE> jirriżulta li l-imsemmija politika kienet timplika li r-rwol tad-dipartimenti tal-Kummissjoni huwa limitat għall-kontroll u għall-iżvilupp tal-politika spazjali tagħha, fejn il-ġestjoni ta’ kuljum ta’ din il-politika llum hija fdata lill-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka u lill-Aġenzija Spazjali Ewropea. Barra minn hekk, fl-istess nota, ġie kkonstatat li kien meħtieġ li jsir tnaqqis ta’ persunal fi ħdan id-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>Impriżi u industrija<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> u għal assenjazzjoni mill-ġdid ta’ pożizzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Issa, ir-rikorrent jillimita ruħu jsostni, l-ewwel nett, li l-applikazzjoni tal-imsemmija politika ta’ esternalizzazzjoni diġà kienet bdiet fl‑2009. Madankollu, ċirkustanza bħal din bl-ebda mod ma tikkostitwixxi indikazzjoni tal-fatt li l-imsemmija politika ma setgħetx tiġġustifika deċiżjoni meħuda fl‑2014.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrent jindika li fi Frar 2014, tliet membri tal-persunal ġodda ġew irreklutati fl-ex diviżjoni tiegħu. Madankollu, il-fatt li, bħalma enfasizza r-rikorrent innifsu, dawn il-membri tal-persunal ma għandhomx esperjenza fil-qasam tar-riċerka spazjali u ġew irreklutati fil-qasam amministrattiv, ġuridiku u politiku huwa għalkollox koerenti mal-indikazzjoni tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>Impriżi u industrija<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> li din l-unità kellha tieħu ħsieb il-kontroll u l-iżvilupp tal-politika spazjali pjuttost milli aspetti xjentifiċi ta’ din il-politika. Għalhekk, dan l-element ma jistax jitqies li jista’ jipprova l-eżistenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>It-tielet nett, ir-rikorrent jenfasizza l-importanza tal-oneru tax-xogħol fuq l-ex diviżjoni tiegħu u jqis li d-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>Impriżi u industrija<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> għandu bżonn l-esperjenza tiegħu u l-kwalitajiet professjonali tiegħu sabiex iwettaq b’suċċess il-missjonijiet li huma fdati lilu.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Madankollu, anki li kieku kellu jitqies li dawn l-affermazzjonijiet tar-rikorrent huma minnhom fir-rigward tal-persunal tal-ex diviżjoni tiegħu u tal-importanza tal-oneru ta-xogħol tiegħu, l-evalwazzjoni tal-bżonnijiet ta’ persunal neċessarji għall-funzjonament tajjeb ta’ diviżjoni taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Awtorità tal-Ħatra. Is-sempliċi affermazzjoni tar-rikorrent li l-persunal fil-kariga <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>diffiċilment jista’ [...] jwettaq b’suċċess<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> il-kompiti fdati lid-diviżjoni bl-ebda mod ma juri l-eżistenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-interess tas-servizz.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>L-istess jgħodd għall-kunsiderazzjonijiet tar-rikorrent fir-rigward tal-portata tal-esperjenza tiegħu, li ma ġietx ikkontestata mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-fatt, affermazzjonijiet bħal dawn fihom innifishom ma humiex tali li juru li l-Awtorità tal-Ħatra wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-eżami tal-interess tas-servizz. Kif enfasizzat il-Kummissjoni fir-risposta tagħha u waqt is-seduta, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-interess tas-servizz fil-kuntest tal-eżami ta’ talba għal żamma fil-kariga lil hinn mil-limitu ta’ età stabbilit għall-irtirar <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> ma<?PAGE NO="8"?> huwiex limitat għas-sempliċi kwistjoni tal-konformità tal-kompetenzi tal-parti kkonċernata mal-funzjonijiet eżerċitati, liema konformità, barra minn hekk, ma hijiex suġġetta għall-iċken kontestazzjoni fil-każ inkwistjoni. Fil-fatt, hija l-Awtorità tal-Ħatra li għandha tieħu inkunsiderazzjoni elementi oħra, bħall-implementazzjoni ta’ politika ġenerali fil-qasam tal-persunal jew il-ħtieġa li jsir tnaqqis fil-persunal, jew ukoll il-possibbiltà li l-uffiċjali li jilħqu l-età għall-irtirar <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jiġu ssostitwiti b’uffiċjali ta’ grad inferjuri jew saħansitra minn membri tal-persunal temporanju jew bil-kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Għaldaqstant għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrent ma weriex li l-Awtorità tal-Ħatra wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-interess tas-servizz sa fejn hija ħadet inkunsiderazzjoni l-politika ta’ esternalizzazzjoni implementata mill‑2009.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kontenzjuża ma tiħux inkunsiderazzjoni l-livell ta’ appoġġ li minnu bbenefika min-naħa tas-superjuri ġerarkiċi tiegħu. Madankollu, mill-fajl jirriżulta li l-appoġġ tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali ta’ assenjazzjoni tar-rikorrent kien suġġett għall-osservanza tal-pjanifikazzjoni tar-riżorsi tal-imsemmi direttorat u li d-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>Impriżi u industrija<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> ta opinjoni fin-negattiv. Barra minn hekk, l-Awtorità tal-Ħatra kompetenti sabiex teżamina talbiet ta’ żamma fis-servizz ibbażati fuq it-tieni paragrafu tal-Artikolu 52 tar-Regolamenti tal-Persunal ma huwiex id-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>Impriżi u industrija<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, iżda d-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>Riżorsi umani<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>. Għalhekk l-imsemmi appoġġ, fi kwalunkwe każ, kien mingħajr rilevanza għall-evalwazzjoni tal-fondatezza tad-deċiżjoni kontenzjuża, ġaladarba l-Awtorità tal-Ħatra kompetenti effettivament setgħet kellha evalwazzjoni tal-interess tas-servizz għalkollox differenti minn dik tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>Impriżi u industrija<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, fejn kien assenjat ir-rikorrent.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-rikorrent jikkritika lill-Awtorità tal-Ħatra talli ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-aċċettazzjoni tat-talba tiegħu ta’ żamma fis-servizz ma pprekludietx lill-Kummissjoni tilħaq l-għan tagħha ta’ tnaqqis tal-persunal b’5 % fl-2017, peress li, anki li kieku t-talba tiegħu kellha tiġi aċċettata, fi kwalunkwe każ, huwa kellu jirtira mill-kariga qabel l-2017. Issa, argument bħal dan bl-ebda mod ma juri l-eżistenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-interess tas-servizz. Fil-fatt, hekk kif osservat il-Kummissjoni fir-risposta tagħha, huwa għalkollox kompatibbli, jekk mhux saħansitra iktar kompatibbli, mal-interess tas-servizz li jitnaqqas il-persunal ta’ istituzzjoni b’mod progressiv pjuttost milli wieħed jistenna l-iskadenza tat-terminu sabiex jiġi implementat dan it-tnaqqis.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Għalhekk hemm lok li jiġi miċħud l-ilment ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni tal-interess tas-servizz, peress li r-rikorrent ma pprovax l-eżistenza ta’ tali żball.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq l-allegat ksur tad-dmir ta’ premura tal-Awtorità tal-Ħatra</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Ir-rikorrent isostni li, billi applikat t-tieni paragrafu tal-Artikolu 52 tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Awtorità tal-Ħatra għandha l-obbligu, bis-saħħa tal-obbligu tagħha ta’ premura lejn l-uffiċjal ikkonċernat, li tieħu inkunsiderazzjoni l-interessi ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza ċċitata mir-rikorrent innifsu jirriżulta li d-dmir ta’ premura tal-amministrazzjoni fir-rigward tal-membri tal-persunal tagħha jirrifletti l-ekwilibriju tad-drittijiet u tal-obbligi reċiproċi li r-Regolamenti tal-Persunal ħolqu fir-relazzjonijiet bejn l-awtorità pubblika u l-membri tal-persunal tas-servizz pubbliku. Dan id-dmir jimplika b’mod partikolari li, meta tiddeċiedi fir-rigward tas-sitwazzjoni ta’ uffiċjal jew ta’ membru tal-persunal, l-awtorità għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi kollha li jistgħu jiddeterminaw id-deċiżjoni tagħha u li, b’hekk, hija ma tiħux biss inkunsiderazzjoni l-interess tas-servizz, iżda wkoll l-interess tal-uffiċjal ikkonċernat. Mandankollu, il-protezzjoni tad-drittijiet u tal-interess tal-uffiċjali għandha dejjem issib il-limiti tagħha fl-osservanza tar-regoli fis-seħħ (sentenza Angelidis vs Il‑Parlament, T‑416/03, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:375">EU:T:2006:375</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 117, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>L-interess tas-servizz u l-interess tal-uffiċjal huma għaldaqstant żewġ kunċetti differenti. Fil-każ speċifiku tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 52 tar-Regolamenti tal-Persunal, l-interess tal-uffiċjal ikkonċernat huwa diġà meħud inkunsiderazzjoni mill-fatt li huwa għandu jitlob li jibqa’ fil-kariga lil hinn mil-limitu ta’ età statutorjament previst għal irtirar <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>. Skont il-kliem innfishom ta’ din id-dispożizzjoni, id-deċiżjoni li għandha tadotta l-Awtorità tal-Ħatra kompetenti fuq tali talba tiddependi esklużivament mill-interess tas-servizz, mingħajr ma l-imsemmija awtorità ma għandha tiħu inkunsiderazzjoni l-interess tal-uffiċjal li jressaq it-talba. Għaldaqstant l-uffiċjal ma għandux bżonn juri lill-Awtorità tal-Ħatra l-eżistenza tal-interess personali tiegħu li jibqa’ fil-kariga, bħalma għamel ir-rikorrent fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, fejn dan l-interess huwa mingħajr rilevanza fil-kuntest tat-talba tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>L-ilment tar-rikorrent ibbażat fuq ksur eventwali mill-Awtorità tal-Ħatra tad-dmir tiegħu ta’ premura għaldaqstant ma jistax jiġi milqugħ.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq l-allegat ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba u tal-Artikolu 5 tar-Regolamenti tal-Persunal</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Ir-rikorrent isostni li d-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>Impriżi u industrija<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> qatt ma laqa’ talba ta’ żamma fil-kariga lil hinn mil-limitu tal-età, kuntrarjament għall-prassi tad-direttorati ġenerali l-oħra, u li ċirkustanza bħal din <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>tqajjem mistoqsijiet fir-rigward tal-osservanza [...] tal-prinċipju ta’ ugwaljanza bejn uffiċjal, hekk kif stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regolamenti tal-Persunal<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jikkonstata li, minbarra n-natura ġenerali ħafna tal-affermazzjonijiet tiegħu, ir-rikorrent ma espona ebda argument legali insostenn tal-allegazzjoni tiegħu li, billi adottat id-deċiżjoni kontenzjuża, l-Awtorità tal-Ħatra ma osservatx il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. B’mod partikolari, huwa ma pprovax juri li ġie ttrattat b’mod inqas favorevoli minn uffiċjal ieħor li kien jinsab f’sitwazzjoni legali simili għal tiegħu. Dan l-ilment jista’ biss jiġi ddikjarat inammissibbli konformement mal-Artikolu 35(1)(e) tar-Regoli tal-Proċedura applikabbli fil-mument tal-preżentata tar-rikors, li sar, wara emendi, l-Artikolu 50(1)(e) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>L-istess jgħodd għall-argumenti li r-rikorrent jislet mill-allegat ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, li huwa mfakkar fil-punt 21 tar-rikors tiegħu, mingħajr l-iċken espożizzjoni tal-motivi jew tal-argumenti ta’ liġi li jistgħu jsostnu l-pożizzjoni tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Għaldaqstant hemm lok li jiġi miċħud il-motiv uniku tar-rikorrent bħala nieqes minn kull bażi legali.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talbiet għal kumpens</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkonstata li, filwaqt li r-rikorrent jitlob il-kumpens għad-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>danni li [rriżultaw] jew li jistgħu jirriżultaw [mid-Deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20140328">28 ta’ Marzu 2014</DATE> u min-nota tas‑<DATE ISO="20140407">7 ta’ April 2014</DATE>]<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, ir-rikors ma jinkludi ebda żvilupp li jirrigwarda din it-talba u lanqas ma jispeċifika n-natura, materjali jew morali, tad-dannu li għalih ir-rikorrent jitlob il-kumpens, b’tali mod li t-talbiet għal kumpens għandhom jiġu miċħuda bħala inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, peress li t-talbiet għal annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati mir-rikorrent ġew miċħuda, għandhom jiġu miċħuda wkoll it-talbiet għal kumpens, intiżi għall-kumpens għad-dannu li allegatament irriżulta mill-imsemmija deċiżjonijiet (ara s-sentenza CT vs EACEA, F‑36/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2013:190">EU:F:2013:190</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 79 u 80, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li r-rikors għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 101 tar-Regoli tal-Proċedura, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra tat-Tmien Kapitolu tat-Tieni Titolu tal-imsemmija regoli, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż tagħha u għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-parti l-oħra, jekk dawn ikunu ntalbu. Skont l-Artikolu 102(1) tal-istess regoli, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jista’ jiddeċiedi, fejn ikun meħtieġ għal raġunijiet ta’ ekwità, li parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha, iżda li għandha tiġi kkundannata parzjalment biss għall-ispejjeż sostnuti mill-parti l-oħra, jew saħansitra li ma tiġix ikkundannata f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Mill-motivi stabbiliti f’din is-sentenza jirriżulta li r-rikorrent tilef ir-rikors tiegħu. Barra minn hekk, fit-talbiet tagħha l-Kummissjoni talbet espressament li r-rikorrent jiġi kkundannat għall-ispejjeż. Peress li ċ-ċirkustanzi tal-każ ma jiġġustifikawx l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 102(1) tar-Regoli tal-Proċedura, ir-rikorrent għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji fil-Kawża F‑36/14 R.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU(It-Tieni Awla)</P><P>jaqta’ u jiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">H. Bischoff għandu jbati l-ispejjeż kollha tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż kollha esposti mill-Kummissjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Bradley</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kreppel</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Rofes i Pujol</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit‑<DATE ISO="20150518">18 ta’ Mejju 2015</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Reġistratur</P><P>W. Hakenberg</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Il-President</P><P>K. Bradley</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>