Official Journal L 311 , 17/11/1988 P. 0023 - 0024
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 6 P. 0242
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 6 P. 0242
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3564/88 tas-16 ta' Novembru 1988 dwar il-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar it-tariffa u nomenklatura dwar l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, skond l-aħħar emendi permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1315/88 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9, Billi sabiex tiġi assigurata applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa ma’ l-imsemmi Regolament, hu meħtieġ li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifika ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament; Billli r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li tkun kollha kemm hi jew parzjalment bażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjonijiet addizzjonali għaliha u li hi stabbilita permezz ta' disposizzjonijiet speċifiċi tal-Komunita’, bil-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra dwar kummerċ tal-merkanzija; Billi, bis-saħħa ta' l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti għandhom ikunu klassifikati taħt il-kodiċijiet CN xierqa indikati fil-kolonna 2, skond ir-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna 3; Billi l-kumitat tan-Nomenklatura ma tax opinjoni fil-ħin stabbilit mill-president tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritt fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċijiet CN xierqa indikati fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella. Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, nhar is-16 ta' Novembru 1988. Għall-Kummissjoni Cockfield Viċi-President [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, pġ. 1. [2] ĠU L 123, tas-17.5.1988, pġ. 2. -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni ta' l-Oġġetti | Klassifika Kodiċi NM | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | 1.Pannelli ħfief ta' daqs minimu ta' 75 cm × 100 cm (30 pulzier × 40 pulzier) u ħxuna totali ta' 9,6 mm (3,8 pulzier) magħmul minn plate jew polisterin imfettaħ ta' ħxuna ta' bejn wieħed u ieħor 9,5 mm miksi fuq iż-żewġ naħat b'biċċa karta jew paperboard. | 39211100 | Klassifika hi stabbilita permezz tad-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1,3 b) u 6 u t-testi tal-kodiċi nm 3921 u 39211100. Il-prodotti ma jistgħux jiġu klassifikati fil-kapitolu 48; il-karatteristika essenzjali tiegħu hija stabbilita mill-plastik li jagħti lill-artikolu l-kwalitajiet fiżiċi tieg3ħu, b'mod partikolari s-saħħa tiegħu, fejn il-karta jkollha biss rwol sekondarju. | 2.Pannelli ħfief ta' daqs minimu ta' 80 cm × 100 cm (32 pulzier × 40 pulzier) u ħxuna totali ta' 3,2 mm (1/8 ta' pulzier), magħmula minn strixxa ta' polisterin imfettaħ ta' ħxuna ta' bejn wieħed u ieħor 3,1 mm miksi fuq iż-żewġ naħat permezz ta' folja ta' karta bajda miksija bil-kawlina jew paperboard li ma jkollhiex fibri miksuba bi proċess mekkaniku u ta' piż ta' aktar minn 150 g/m2. | 48101200 | Il-klassifika hi stabbilita permezz tad-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1, 3 b) u 6 u nota legali 7 tal-Kapitolu 48 u bit-testi tal-kodiċi nm 48101200. Il-prodott ma jistax jiġi klassifikat fil-kapitolu 39; il-karattru essenzjali tiegħu hu mogħti permezz tal-karta jew komponenti tal-kartun ippressat, l-istrixx tal-plastik isservi biss bħala rinforz. | 3.Formoli ta' kambjali ta' daqs ta' 29 × 10 ċm, miġbura flimkien fi blokki ta' 100 unita’. Il-formoli, li għandhom spazji għal intestaturi u jkollhom test stampat, huma maħsuba li jkunu mimlija jew manwalment jew permezz ta' tajprajter. | 49070099 | Il-kalssifika hi stabbilita permezz tad-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 u t-testi tal-kodiċijiet nm 4907 u 19070099. Dawn l-Artikoli huma magħrufa fin-"noti ta' spjegazzjoni għas-sistema armonizzata", intestatura 4907, ittra e. | --------------------------------------------------