<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-507/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CO0507</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:157">EU:C:2021:157</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tat‑<DATE ISO="20210303">3.3.2021</DATE> – Kawża C‑507/20</HT></P><P>FGSZ</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20210303">3 ta’ Marzu 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 90</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis tal-ammont taxxabbli</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali tal-prezz</KEYWORD><KEYWORD>Dejn li sar definittivament irrekuperabbli</KEYWORD><KEYWORD>Terminu ta’ preskrizzjoni sabiex jintalab it-tnaqqis <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> tal-ammont taxxabbli tal-VAT</KEYWORD><KEYWORD>Data li fiha jibda jiddekorri t-terminu</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑507/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Pécsi Törvényszék (il-Qorti ta’ Pécs, l-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20200917">17 ta’ Settembru 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20201008">8 ta’ Ottubru 2020</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">FGSZ Földgázszállító Zrt.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn L Bay Larsen, President tas-Sitt Awla, C. Toader (Relatriċi) u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstemgħet l-Avukata Ġenerali, li l-kawża tinqata’ permezz ta’ digriet motivat, konformement mal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 90 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 335, p. 60</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Direttiva tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), moqri flimkien mal-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ effettività, ta’ ekwivalenza u ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn FGSZ Földgázszállító Zrt., kumpannija kummerċjali Ungeriża, u Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága (id-Direttorat tal-Appelli tal-Amministrazzjoni Nazzjonali tat-Taxxa u tad-Dwana, l-Ungerija, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Direttorat<?PAGE NO="2"?> tal-Appelli<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), dwar ir-rifjut ta’ dan tal-aħħar li jagħti lil FGSZ id-dritt għal tnaqqis tal-ammont taxxabbli fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għall-korrispettiv tal-VAT li hija ma kinitx irċeviet minħabba l-insolvenza tad-debitur.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 90 tad-Direttiva tal-VAT jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="090.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ kanċellazzjoni, ċaħda jew nuqqas ta’ pagament totali jew parzjali, jew fejn il-prezz hu mnaqqas wara li l-provvista tkun saret, l-ammont taxxabbli għandu jiġi ridott għaldaqstant skond kondizzjonijet li jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="090.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-paragrafu 1.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 185 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="185.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-aġġustament għandu, b’mod partikolari, isir fejn, wara li ssir id-denunzja tal-VAT, isir xi tibdil fil-fatturi użati biex jiddeterminaw l-ammont li għandu jitnaqqas, per eżempju fejn ix-xirjiet huma kkanċellati jew hu miksub roħs fil-prezzijiet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="185.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Bħala deroga mill-paragrafu 1, m’għandu jsir l-ebda aġġustament fil-każ ta’ transazzjonijiet li jibqgħu totalment jew parzjalment mhux imħallsa jew fil-każ ta’ distruzzjoni, telf jew serq tal-proprjetà li ġie ppruvat jew ikkonfermat kif imiss, jew fil-każ ta’ merkanzija riżervata għall-iskop ta’ għoti ta’ rigali ta’ valur żgħir jew ta’ l-għoti ta’ kampjuni, kif speċifikat fl-Artikolu 16.</ALINEA><ALINEA>Madanakollu, fil-każ ta’ transazzjonijiet li jibqgħu totalment jew parzjalment mhux imħallsa jew fil-każ ta’ serq, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li jsir aġġustament.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 273 tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>L-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi oħrajn li jidhrulhom meħtieġa biex jiżguraw il-ġbir korrett ta’ VAT u biex ma ssirx frodi, soġġett għall-ħtieġa ta’ trattament indaqs bejn transazzjonijiet domestiċi u transazzjonijiet li jsiru bejn Stati Membri minn persuni taxxabbli u sakemm dawn l-obbligi, fin-negozju bejn Stati Membri, ma jagħtux lok għal formalitajiet konnessi mal-qsim ta’ fruntieri.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ungeriż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-az adózás rendjéről 2003. évi XCII. törvény (il-Liġi Nru XCII tal-2003 dwar il-Kodiċi Proċedurali Fiskali) (<HT TYPE="ITALIC">Magyar Közlöny</HT> 2003/131. (XI. 14., p. 9990)), applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali, essenzjalment tipprovdi, fl-Artikolu 4(3)(b) tagħha, li r-rimbors tal-VAT għandu jiġi kklassifikat bħala għajnuna baġitarja u għalhekk huwa suġġett għar-regoli ta’ preskrizzjoni applikabbli għall-għajnuna baġitarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 164(1) tal-Liġi Nru XCII tal-2003 jipprovdi, essenzjalment, li d-dritt li tintalab għajnuna baġitarja jiġi preskritt mal-iskadenza ta’ terminu ta’ ħames snin li jibda jiddekorri mis-sena li matulha jkun inħoloq id-dritt li titressaq tali talba.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Għall-perijodu bejn ix-xahar ta’ Ottubru 2010 u x-xahar ta’ Jannar 2011, FGSZ bagħtet lil EMFESZ Kft., kumpannija msieħba (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>kumpannija debitriċi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), diversi fatturi li jinkludu l-VAT. Matul is-sena 2011, FGSZ iddikjarat u ħallset il-VAT relatata ma’ dawn il-fatturi lill-awtorità fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Qabel ma tħallsu dawn il-fatturi, il-kumpannija debitriċi kienet suġġetta għal proċeduri ta’ stralċ, fosthom dik li nbdiet fit‑<DATE ISO="20140128">28 ta’ Jannar 2014</DATE> mill-Fővárosi Törvényszék (il-Qorti tal-Belt ta’ Budapest, l-Ungerija). Id-dejn li rriżulta mill-imsemmija fatturi ġie ddikjarat minn FGSZ, l-istralċjarja tal-kumpannija debitriċi li, fis‑<DATE ISO="20180507">7 ta’ Mejju 2018</DATE>, ikkonfermat l-ammissibbiltà ta’ dan id-dejn. Fit‑<DATE ISO="20191213">13 ta’ Diċembru 2019</DATE>, din ikkonstatat li l-imsemmi dejn kien sar irrekuperabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, FGSZ ippreżentat talba għall-irkupru tal-VAT fir-rigward ta’ dawn l-istess fatturi u għall-ħlas ta’ interessi moratorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20200124">24 ta’ Jannar 2020</DATE>, l-awtorità fiskali tal-ewwel istanza rrifjutat li tilqa’ din it-talba, għar-raġuni li t-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin, previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, kien skada fil‑<DATE ISO="20161231">31 ta’ Diċembru 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>FGSZ ressqet ilment kontra din id-deċiżjoni ta’ ċaħda quddiem id-Direttorat tal-Appelli, li ġie miċħud fit‑<DATE ISO="20200303">3 ta’ Marzu 2020</DATE>. Dan id-direttorat fakkar li, għalkemm l-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-VAT jipprevedi li l-ammont taxxabbli jitnaqqas meta, bħal fil-kawża prinċipali, il-VAT relatata ma’ fatturi ma tkunx tħallset, madankollu huma l-Istati Membri li għandhom jiddeterminaw il-kundizzjonijiet li fihom għandu jsir dan it-tnaqqis. F’dan ir-rigward, huwa qies li l-Istati Membri setgħu jipprevedu li d-dritt li jinkiseb tnaqqis tal-ammont taxxabbli seta’ jiġi suġġett għal terminu ta’ preskrizzjoni. Fil-fehma tiegħu, dan it-terminu għandu jibda jiddekorri mid-data tal-eżekuzzjoni tal-obbligu ta’ ħlas, jiġifieri dik imsemmija fil-fatturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>FGSZ ippreżentat rikors ġudizzjarju kontra d-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20200303">3 ta’ Marzu 2020</DATE> quddiem il-qorti tar-rinviju. Hija essenzjalment sostniet, billi bbażat ruħha fuq is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180321">21 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Volkswagen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑533/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:204">EU:C:2018:204</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180412">12 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Biosafe – Indústria de Reciclagens</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑8/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:249">EU:C:2018:249</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li t-terminu ta’ preskrizzjoni għandu jibda jiddekorri mhux mid-data tal-eżekuzzjoni tal-obbligu ta’ ħlas inizjalment prevista, iżda minn dik li fiha d-dejn sar irrekuperabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Peress li qieset li din il-kawża kienet tqajjem diffikultajiet ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Pécsi Törvényszék (il-Qorti ta’ Pécs, l-Ungerija) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Prattika ta’ Stat Membru li abbażi tagħha, dan tal-aħħar, billi jinvoka l-effett <HT TYPE="ITALIC">ex tunc</HT> tat-tnaqqis tal-bażi taxxabbli applikabbli f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas definittiv irregolat mill-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-VAT, jikkalkula t-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin li fih it-tnaqqis tal-bażi huwa possibbli, previst mil-leġiżlazzjoni ġenerali ta’ dan l-Istat Membru, mid-data meta l-kunsinna tal-oġġetti kienet inizjalment saret u mhux mill-mument meta dejn isir irrekuperabbli, u, billi jinvoka l-iskadenza ta’ dan it-terminu ta’ preskrizzjoni, iċaħħad lill-persuna taxxabbli b’bona fide mid-dritt tagħha, marbut mal-fatt li d-dejn sar definittivament irrekuperabbli, li tnaqqas il-bażi taxxabbli, f’ċirkustanzi fejn jistgħu jkunu għaddew diversi snin bejn id-data meta saret il-kunsinna tal-oġġetti u l-mument meta d-dejn sar definittivament irrekuperabbli, u li fihom il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru, fil-mument meta d-dejn sar definittivament irrekuperabbli, ma kinitx tippermetti, b’kontradizzjoni mad-dritt Komunitarju, it-tnaqqis tal-bażi taxxabbli marbuta man-natura definittivament irrekuperabbli ta’ dejn, hija kompatibbli mal-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ newtralità fiskali u ta’ effettività, fid-dawl b’mod partikolari tal-punt 63 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Biosafe - Indústria de Reciclagens</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑8/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:927">EU:C:2017:927</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tal-punt 27 tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171123">23 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Di Maura</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑246/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:887">EU:C:2017:887</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tal-punt 36 tas-sentenza tat‑<?PAGE NO="4"?><REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180222">22 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>T‑2</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑396/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:109">EU:C:2018:109</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tal-fatt li Stat Membru ma jistax jiġbor abbażi tal-VAT ammont superjuri minn dak effettivament miġbur mill-fornitur ta’ kunsinna jew servizz għall-kunsinna jew servizz inkwistjoni?<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 90 tad-Direttiva tal-VAT, moqri flimkien mal-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità, għandux jiġi interpretat fis-sens li, meta Stat Membru jistabbilixxi terminu ta’ preskrizzjoni li fi tmiemu l-persuna taxxabbli, li jkollha dejn li jkun sar definittivament irrekuperabbli, ma tistax iktar tinvoka d-dritt tagħha li tikseb tnaqqis tal-bażi taxxabbli, dan it-terminu għandu jibda jiddekorri mid-data tal-eżekuzzjoni tal-obbligu ta’ ħlas inizjalment prevista jew mid-data li fiha d-dejn ikun sar definittivament irrekuperabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, meta r-risposta għal domanda preliminari tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’din il-kawża, hemm lok li tiġi applikata din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar, minn naħa, li l-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-VAT jirrigwarda l-każijiet ta’ annullament, ta’ xoljiment, ta’ ħall, ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali jew ta’ tnaqqis tal-prezz wara l-mument li fih titwettaq it-tranżazzjoni li tkun tat lok għall-ħlas tat-taxxa. Din id-dispożizzjoni tobbliga lill-Istati Membri jnaqqsu l-ammont taxxabbli u, għaldaqstant, l-ammont tal-VAT dovut mill-persuna taxxabbli kull darba li, wara l-konklużjoni ta’ tranżazzjoni, il-persuna taxxabbli ma tiġborx parti mill-korrispettiv jew l-intier tiegħu. L-imsemmija dispożizzjoni tikkostitwixxi l-espressjoni ta’ prinċipju fundamentali ta’ din id-direttiva, il-prinċipju ta’ newtralità fiskali, li jgħid li l-ammont taxxabbli huwa kkostitwit mill-korrispettiv effettivament irċevut u li l-korollarju tiegħu huwa li l-amministrazzjoni fiskali ma tistax tiġbor ammont tal-VAT li jeċċedi dak irċevut mill-persuna taxxabbli (digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191024">24 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Porr Építési Kft.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑292/19</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:901">EU:C:2019:901</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201015">15 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>E. (VAT – Tnaqqis tal-ammont taxxabbli)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑335/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:829">EU:C:2020:829</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-formulazzjoni tal-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-VAT, moqri flimkien ma’ dak tal-Artikolu 273 tagħha, kif ukoll tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, jeħtieġ li l-formalitajiet, li għandhom jiġu ssodisfatti mill-persuni taxxabbli sabiex jeżerċitaw, quddiem l-awtoritajiet fiskali, id-dritt li jsir tnaqqis tal-ammont taxxabbli tal-VAT, ikunu limitati għal dawk li jippermettu li jiġi ġġustifikat li, wara l-konklużjoni tat-tranżazzjoni, parti mill-korrispettiv jew l-intier tiegħu ma jinġabarx definittivament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201015">15 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>E. (VAT – Tnaqqis tal-ammont taxxabbli)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑335/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:829">EU:C:2020:829</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 90(2) tad-Direttiva tal-VAT jippermetti lill-Istati Membri jidderogaw, fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali tal-prezz tat-tranżazzjoni, mir-regola prevista fl-Artikolu 90(1) ta’ din id-direttiva. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-okkażjoni tippreċiża li l-possibbiltà ta’ deroga ma tippermettix lill-Istati Membri jeskludu purament u sempliċement it-tnaqqis tal-ammont taxxabbli għall-VAT fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas. L-imsemmija possibbiltà hija biss intiża li tippermetti lil dawn tal-aħħar jirrimedjaw l-inċertezza marbuta man-nuqqas ta’ ħlas ta’ fattura jew man-natura definittiva tagħha u ma tirregolax il-kwistjoni dwar jekk tnaqqis tal-ammont taxxabbli jistax jitwettaq fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201015">15 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>E. (VAT – Tnaqqis tal-ammont taxxabbli)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑335/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:829">EU:C:2020:829</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, fit‑<DATE ISO="20191213">13 ta’ Diċembru 2019</DATE>, ġiet ikkonstatata n-natura irrekuperabbli tad-dejn miżmum minn FGSZ minħabba n-nuqqas ta’ ħlas totali tal-fatturi mill-kumpannija debitriċi. Fid‑<DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, FGSZ ippreżentat talba għall-finijiet tal-irkupru tal-VAT fir-rigward ta’ dawn il-fatturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, fid-data tal-preżentata ta’ din it-talba, ġiet stabbilita n-natura definittivament irrekuperabbli tad-dejn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-possibbiltà li tiġi ppreżentata talba għar-rimbors tal-VAT mingħajr ebda limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tmur kontra l-prinċipju ta’ ċertezza legali li jeżiġi li s-sitwazzjoni fiskali tal-persuna taxxabbli, fir-rigward tad-drittijiet u tal-obbligi ta’ din tal-aħħar lejn l-amministrazzjoni fiskali, ma tkunx tista’ tiġi kkontestata b’mod indefinit. Filwaqt li l-eżistenza ta’ terminu ta’ preskrizzjoni li l-iskadenza tiegħu jkollha bħala konsegwenza li kreditur ma jkunx jista’ jitlob iktar it-tnaqqis tal-ammont taxxabbli tal-VAT marbuta ma’ ċerti krediti ma tistax titqies li hija inkompatibbli mad-Direttiva tal-VAT, id-determinazzjoni tad-data li fiha jibda jiddekorri dan it-terminu taqa’ taħt id-dritt nazzjonali, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100121">21 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Alstom Power Hydro</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑472/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:32">EU:C:2010:32</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180412">12 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Biosafe – Indústria de Reciclagens</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑8/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:249">EU:C:2018:249</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ ekwivalenza, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandha ebda prova tali li tqajjem dubju dwar il-konformità tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma’ dan il-prinċipju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ effettività, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fir-rigward tal-Artikolu 185 tad-Direttiva tal-VAT, li l-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li dan għandu jkun is-suġġett ta’ interpretazzjoni koerenti mal-Artikolu 90 ta’ din id-direttiva (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180222">22 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>T‑2</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑396/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:109">EU:C:2018:109</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li, sa fejn il-persuna taxxabbli ma tkunx uriet nuqqas ta’ diliġenza, u fl-assenza ta’ abbuż jew ta’ kollużjoni frawdolenti, terminu li beda jiddekorri minn meta nħarġu l-fatturi inizjali u li, għal ċerti tranżazzjonijiet, skada qabel ir-regolarizzazzjoni, ma jistax jipprekludi validament l-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180412">12 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Biosafe – Indústria de Reciclagens</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑8/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:249">EU:C:2018:249</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-fatt, tali modalitajiet ta’ kalkolu tat-terminu ma jistgħux jiġu ġġustifikati min-neċessità li tittieħed inkunsiderazzjoni l-inċertezza fir-rigward tan-natura definittivament irrekuperabbli tad-dejn (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201015">15 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>E. (VAT – Tnaqqis tal-ammont taxxabbli)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑335/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:829">EU:C:2020:829</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, f’dan ir-rigward, li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li d-dritt tal-Unjoni jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li l-benefiċċju tad-dritt għar-rimbors tal-VAT lill-persuna taxxabbli jiġi rrifjutat, għar-raġuni li t-terminu ta’ dekadenza previst minn din il-leġiżlazzjoni għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt kien beda jiddekorri mid-data tal-kunsinna tal-beni u skada qabel it-tressiq tat-talba għal rimbors (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180321">21 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Volkswagen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑533/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:204">EU:C:2018:204</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), jew li beda jiddekorri mid-data tal-ħruġ tal-fatturi inizjali u skada (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180412">12 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Biosafe – Indústria de Reciclagens</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑8/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:249">EU:C:2018:249</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, meta Stat Membru jkun ippreveda li d-dritt, għal kreditur, li jikseb it-tnaqqis tal-ammont taxxabbli msemmi fl-Artikolu 90 tad-Direttiva tal-VAT ikun suġġett għal terminu ta’ preskrizzjoni, dan it-terminu għandu jibda jiddekorri mhux mid-data tal-eżekuzzjoni tal-obbligu ta’ ħlas inizjalment prevista, iżda minn dik li fiha d-dejn ikun sar definittivament irrekuperabbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għalkemm il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tiffissa terminu ta’ preskrizzjoni ta’ 5 snin li jibda jiddekorri mis-sena li matulha jinħoloq id-dritt li titressaq tali talba, mill-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li FGSZ ressqet talba għall-finijiet tal-irkupru tal-VAT fid‑<DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, jiġifieri sitt ijiem wara l-konstatazzjoni mill-istralċjarju tal-kumpannija debitriċi tan-natura irrekuperabbli tad-dejn inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, meta ressqet it-talba tagħha f’tali terminu, għandu jiġi kkonstatat li l-persuna taxxabbli wriet diliġenza u li ma tistax tiċċaħħad mid-dritt tagħha għal tnaqqis tal-ammont taxxabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jitfakkar ukoll li, minn naħa, l-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-VAT jissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex jipproduċi effett dirett u, min-naħa l-oħra, il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni jimplika li kull qorti nazzjonali adita fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni tagħha għandha, bħala korp ta’ Stat Membru, l-obbligu li ma tapplikax kull dispożizzjoni nazzjonali li tmur kontra dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jkollha effett dirett fil-kawża li jkollha quddiemha. Għalhekk, meta persuna taxxabbli bħal FGSZ ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, li ma humiex konformi ma’ din id-dispożizzjoni, din il-persuna taxxabbli tista’ tinvoka l-imsemmija dispożizzjoni quddiem il-qrati nazzjonali kontra l-Istat Membru inkwistjoni sabiex tikseb it-tnaqqis tal-ammont taxxabbli tagħha (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201015">15 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>E. (VAT – Tnaqqis tal-ammont taxxabbli)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑335/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:829">EU:C:2020:829</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 90 tad-Direttiva tal-VAT, moqri flimkien mal-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ effettività, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta Stat Membru jistabbilixxi terminu ta’ preskrizzjoni li fi tmiemu l-persuna taxxabbli, li jkollha dejn li jkun sar definittivament irrekuperabbli, ma tkunx tista’ tinvoka iktar id-dritt tagħha li tikseb tnaqqis tal-bażi taxxabbli, dan it-terminu għandu jibda jiddekorri mhux mid-data tal-eżekuzzjoni tal-obbligu ta’ ħlas inizjalment prevista, iżda minn dik li fiha d-dejn ikun sar definittivament irrekuperabbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tordna:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 90 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqri flimkien mal-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ effettività, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta Stat Membru jistabbilixxi terminu ta’ preskrizzjoni li fi tmiemu l-persuna taxxabbli, li jkollha dejn li jkun sar definittivament irrekuperabbli, ma tkunx tista’ tinvoka iktar id-dritt tagħha li tikseb tnaqqis tal-bażi taxxabbli, dan it-terminu għandu jibda jiddekorri mhux mid-data tal-eżekuzzjoni tal-obbligu ta’ ħlas inizjalment prevista, iżda minn dik li fiha d-dejn ikun sar definittivament irrekuperabbli.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>