02008R0340 — MT — 15.07.2018 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 340/2008 tas-16 ta’ April 2008 dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (ĠU L 107 17.4.2008, p. 6) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 254/2013 tal-20 ta’ Marzu 2013 |
L 79 |
7 |
21.3.2013 |
|
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 211/2014 tas-27 ta’ Frar 2014 |
L 67 |
1 |
7.3.2014 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/864 tal-4 ta' Ġunju 2015 |
L 139 |
1 |
5.6.2015 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/895 tat-22 ta' Ġunju 2018 |
L 160 |
1 |
25.6.2018 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 340/2008
tas-16 ta’ April 2008
dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
SUĠĠETT U DEFINIZZJONIIET
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-ammonti u r-regoli għall-pagament ta’ ħlasijiet u spejjeż imposti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, minn issa ‘l quddiem l-“Aġenzija”, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
(1) “SME” tfisser intrapriża mikro, żgħira jew ta’ daqs medju fi ħdan it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE;
(2) “intrapriża ta’ daqs medju” tfisser intrapriża ta’ daqs medju fi ħdan it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 3003/361/KE;
(3) “intrapriża żgħira” tfisser intrapriża żgħira fi ħdan it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE;
(4) “intrapriża mikro” tfisser intrapriża mikro fi ħdan it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.
KAPITOLU II
ĦLASIJIET U SPEJJEŻ
Artikolu 3
Ħlasijiet għar-reġistrazzjoniiet mressqa skond l-Artikoli 6, 7 jew 11 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
1. L-Aġenzija għandha timponi ħlas, kif previst fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, għal kull reġistrazzjoni ta’ sustanza skond l-Artikoli 6, 7 jew 11 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
Madankollu, l-ebda ħlas ma għandu jiġi impost għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza fi kwantità bejn 1 u 10 tunnellati fejn it-tressiq tar-reġistrazzjoni jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, kif stipulat fl-Artikolu 74(2) ta’ dan ir-Regolament.
2. Fejn il-preżentazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza fil-medda bejn 1 u 10 tunnellati ma fihiex l-informazzjoni kollha meħtieġa fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-Aġenżija għandha timponi ħlas, kif stipulat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
L-Aġenzija għandha timponi ħlas għal kull reġistrazzjoni ta’ sustanza fi kwantità ta’ 10 tunnellati jew iżjed, kif stipulat fl-Anness I.
3. Fil-każ ta’ preżentazzjoni konġunta l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas fuq kull reġistrant, kif stipulat fl-Anness I.
Madankollu, jekk reġistrant iressaq b’mod separat parti mill-informazzjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 10(a)(iv), (vi), (vii) u (ix) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-Aġenzija għandha timponi ħlas għal preżentazzjoni individwali fuq dak ir-reġistrant, kif stipulat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
4. Fejn ir-reġistrant huwa SME, l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas, kif stipulat fit-Tabella 2 ta’ l-Anness I.
5. Il-ħlasijiet dovuti skond il-paragrafi 1 sa 4 għandhom jitħallsu fi żmien 14-il jum tal-kalendarju mid-data li fiha l-fattura hija nnotifikata lir-reġistrant mill-Aġenzija.
Madankollu, il-fatturi marbuta ma’ reġistrazzjoni ta’ sustanza rreġistrata minn qabel li hija imressqa quddiem l-Aġenzija matul ix-xahrejn li jiġu qabel ir-reġistrazzjoni ta’ l-iskadenza rilevanti ta’ l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandhom jitħallsu fi żmien 30 jum mid-data li fiha l-fattura hija nnotifikata lir-reġistrant mill-Aġenzija.
6. Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma tiskadi l-iskadenza stipulata fil-paragrafu 5, l-Aġenzija għandha tistipula skadenza oħra għall-pagament. Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma tiskadi t-tieni skadenza, ir-reġistrazzjoni mhijiex ser tintlaqa’.
7. Meta r-reġistrazzjoni tiġi rifjutata għax ir-reġistrant ma jkunx ta l-informazzjoni nieqsa jew ma jkunx ħallas il-miżata qabel l-iskadenzi, il-miżati mħallsa għal din ir-reġistrazzjoni qabel ġiet rifjutata, ma għandhomx jingħataw lura u lanqas jiġu kreditati lir-reġistrant mod ieħor.
Artikolu 4
Ħlasijiet għar-reġistrazzjoniiet imressqa skond l-Artikolu 17(2), l-Artikolu 18(2) jew (3) jew l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
1. L-Aġenzija għandha timponi ħlas, kif previst fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, għal kull reġistrazzjoni ta’ intermedju iżolat fuq il-post jew trasportat skond l-Artikolu 17(2), l-Artikolu 18(2) jew (3), jew L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
Madankollu, l-ebda ħlas ma għandu jiġi impost għar-reġistrazzjoni ta’ intermedju iżolat fuq il-post jew trasportat fi kwantità bejn 1 u 10 tunnellati fejn it-tressiq tar-reġistrazzjoni jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 kif stipulat fl-Artikolu 74(2) ta’ dan ir-Regolament.
Il-ħlasijiet skond dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għar-reġistrazzjonijiet ta’ intermedjarji iżolati fuq il-post jew trasportati mressqa skond l-Artikolu 17(2), l-Artikolu 18(2) jew (3), jew l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Fil-każ tar-reġistrazzjonijiet ta’ sustanzi intermedjarji li jeħtieġu l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, għandhom japplikaw il-ħlasijiet stipulati fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.
2. Fejn il-preżentazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ intermedju iżolat fuq il-post jew trasportat fil-medda bejn 1 u 10 tunnellati ma fihiex l-informazzjoni kollha meħtieġa fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-Aġenżija għandha timponi ħlas, kif stipulat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
L-Aġenzija għandha timponi ħlas għal kull reġistrazzjoni ta’ intermedju iżolat fuq il-post jew trasportat fi kwantità ta’ 10 tunnellati jew iżjed, kif stipulat fl-Anness I.
3. Fil-każ ta’ preżentazzjoni konġunta l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas fuq kull reġistrant, kif stipulat fl-Anness II.
Madankollu, jekk reġistrant iressaq b’mod separat parti mill-informazzjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 17(2)(ċ) u (d), jew fl-Artikolu 18(2)(ċ) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-Aġenzija għandha timponi ħlas għal preżentazzjoni individwali fuq dak ir-reġistrant, kif stipulat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
4. Fejn ir-reġistrant huwa SME, l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas, kif stipulat fit-Tabella 2 ta’ l-Anness II.
5. Il-ħlasijiet dovuti skond il-paragrafi 1 sa 4 għandhom jitħallsu fi żmien 14-il jum tal-kalendarju mid-data li fiha l-fattura hija nnotifikata lir-reġistrant mill-Aġenzija.
Madankollu, il-fatturi marbuta ma’ reġistrazzjoni ta’ sustanza rreġistrata minn qabel li hija mressqa quddiem l-Aġenzija matul ix-xahrejn li jiġu qabel ir-reġistrazzjoni ta’ l-iskadenza rilevanti ta’ l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandhom jitħallsu fi żmien 30 jum mid-data li fiha l-fattura hija nnotifikata lir-reġistrant mill-Aġenzija.
6. Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma tiskadi l-iskadenza stipulata fil-paragrafu 5, l-Aġenzija għandha tistipula skadenza oħra għall-pagament. Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma tiskadi t-tieni skadenza, ir-reġistrazzjoni mhijiex ser tintlaqa’.
7. Meta r-reġistrazzjoni tiġi rifjutata għax ir-reġistrant ma jkunx ta l-informazzjoni nieqsa jew għax ma jkunx ħallas il-miżata qabel l-iskadenzi, il-miżati mħallsa għal din ir-reġistrazzjoni qabel ġiet rifjutata, ma għandhomx jingħataw lura u lanqas jiġu kreditati lir-reġistrant mod ieħor.
Artikolu 5
Ħlasijiet għall-aġġornament ta’ reġistrazzjoni skond l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
1. L-Aġenzija għandha timponi ħlas, kif previst fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, għall-aġġornamenti ta’ reġistrazzjoni skond l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
Madankollu, l-Aġenzija ma għandhiex timponi ħlas għall-aġġornamenti ta’ reġistrazzjoni li ġejjin:
(a) bidla minn medda ogħla ta’ tunnellaġġ għal waħda aktar baxxa;
(b) bidla minn medda aktar baxxa għal waħda ogħla ta’ tunnellaġġ jekk ir-reġistrant ikun diġà wettaq il-ħlas qabel għal dik il-medda ogħla ta’ tunnellaġġ.
(ċ) bidla fl-istatus tar-reġistrant jew fl-identità tiegħu, sakemm din ma tinvolvix bidla fil-personalità ġuridika;
(d) bidla fil-kompożizzjoni tas-sustanza;
(e) informazzjoni dwar użu ġdid inkluż l-użu li dwaru ngħata parir kontra;
(f) informazzjoni dwar riskji ġodda tas-sustanza;
(ġ) bidla fil-klassifikazzjoni u l-ittikkettar tas-sustanza;
(h) bidla fir-rapport dwar is-sigurtà tal-kimiċi;
(i) bidla fil-gwida dwar l-użu sigur;
(j) notifika li għandu jiġi żviluppat test elenkat fl-Anness IX jew X tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;
(k) talba għall-aċċess għal informazzjoni li qabel kienet kunfidenzjali.
2. L-Aġenzija se timponi ħlas għall-aġġornament tal-medda tat-tunnellaġġ, kif stipulat fit-Tabelli 1 u 2 ta’ l-Anness III.
Għal aġġornamenti oħra, l-Aġenzija għandha timponi ħlas kif stipulat fit-Tabelli 3 u 4 ta’ l-Anness III.
Għal tibdil fl-aċċess mogħti għal informazzjoni fir-reġistrazzjoni, l-Aġenzija għandha titlob miżata għal kull oġġett li jkun sarlu aġġornament, kif inhu stabbilit fit-Tabelli 3 u 4 tal-Anness III.
Fil-każ ta' aġġornament ta’ sommarji ta' studju jew sommarji ta' studju sod, l-Aġenzija għandha titlob miżata għal kull sommarju ta' studju jew għal kull sommarju ta' studju sod li jkun sarlu aġġornament.
3. Fil-każ ta’ aġġornament ta’ preżentazzjoni konġunta l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas fuq kull reġistrant li jressaq l-aġġornament, kif stipulat fl-Anness III.
Madankollu, jekk parti mill-informazzjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 10(a)(iv), (vi), (vii) u (ix), l-Artikolu 17(2)(ċ) u (d), jew fl-Artikolu 18(2)(ċ) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 titressaq b’mod separat, l-Aġenzija għandha timponi ħlas għal preżentazzjoni individwali, kif stipulat fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
4. Fejn ir-reġistrant huwa SME, l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas, kif stipulat fl-Anness III.
Madankollu, fil-każijiet ta’ aġġornamenti li jinvolvu bidla fl-identità tar-reġistrant, it-tnaqqis ta’ l-SME ser tapplika biss jekk l-entità l-ġdida hija SME.
5. Il-ħlasijiet dovuti skond il-paragrafi 1 sa 4 għandhom jitħallsu fi żmien 14-il jum tal-kalendarju mid-data li fiha l-fattura hija nnotifikata lir-reġistrant mill-Aġenzija.
6. Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma’ tiskadi l-iskadenza stipulata fil-paragrafu 5, l-Aġenzija għandha tistipula skadenza oħra għall-pagament.
Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma tiskadi it-tieni skadenza, fil-każ ta’ l-aġġornamenti tal-medda ta’ tunnellaġġ imressqa skond l-Artikoli 22(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-aġġornament mhuwiex ser jintlaqa’.
Meta l-ħlas ma jkunx sar qabel tiskadi t-tieni skadenza, fil-każ ta' aġġornamenti oħra, l-Aġenzija għandha tirrifjuta aġġornament. Meta l-applikant jitlob dan, l-Aġenzija għandha testendi t-tieni skadenza diment li t-talba għal estensjoni tkun tressqet qabel tiskadi t-tieni skadenza. Meta l-ħlas ma jkunx sar qabel tiskadi l-iskadenza estiża, l-Aġenzija għandha tirrifjuta aġġornament.
7. Meta l-aġġornament jiġi rifjutat għax ir-reġistrant ma jkunx ta l-informazzjoni nieqsa jew għax ma jkunx ħallas il-miżata qabel l-iskadenzi, il-miżati mħallsa għal dan l-aġġornament qabel ġie rifjutat, ma għandhomx jingħataw lura u lanqas jiġu kreditati lir-reġistrant mod ieħor.
Artikolu 6
Ħlasijiet għal talbiet skond l-Artikolu 10(a)(xi) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
1. L-Aġenzija għandha timponi ħlas, kif previst fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, għal kwalunkwe talba skond l-Artikolu 10(a)(xi) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
2. L-Aġenzija għandha timponi ħlas għal kull oġġett li għalih issir talba, kif stipulat fl-Anness IV.
Fil-każ ta’ talba li għandha x’taqsam ma’ taqsiriet ta’ studju jew ma’ taqsiriet ta’ studju robusti, l-Aġenzija għandha timponi ħlas għal kull taqsira ta’ studju jew taqsira ta’ studju robusta li għaliha ssir talba.
3. Fil-każ ta' talba li tirreferi għal sottomissjoni konġunta, l-Aġenzija għandha titlob miżata mraħħsa, kif inhu stabbilit fl-Anness IV. Fil-każ ta' talba mingħand reġistrant prinċipali, l-Aġenzija għandha titlob miżata mraħħsa lir-reġistrant prinċipali biss, kif inhu stabbilit fl-Anness IV.
4. Fejn it-talba ssir minn SME, l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas, kif stipulat fit-Tabella 2 ta’ l-Anness IV.
5. Id-data li fiha l-ħlas impost għal talba jasal għand l-Aġenzija għandha titqies bħala d-data tal-wasla tat-talba.
Artikolu 7
Ħlasijiet u spejjeż għan-notifiki skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
1. L-Aġenzija għandha timponi ħlas, kif stipulat fit-Tabella 1 ta’ l-Anness V ta’dan ir-Regolament, għal kwalunkwe notifika għal eżenzjoni mill-obbligu ġenerali ta’ reġistrazzjoni għar-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn il-prodott u l-proċess, minn issa ‘l quddiem imsejħa “PPORD”, skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
Fejn in-notifika ssir minn SME, l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas, kif stipulat fit-Tabella 1 ta’ l-Anness V.
2. L-Aġenzija għandha timponi spiża, kif previst fit-Tabella 2 ta’ l-Anness V ta’ dan ir-Regolament, għal kull talba għal estensjoni ta’ eżenzjoni mill-obbligu ġenerali ta’ reġistrazzjoni għal PPORD skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
Fejn it-talba ssir minn SME, l-Aġenzija għandha timponi spiża mnaqqsa, kif stipulat fit-Tabella 2 ta’ l-Anness V.
3. Ħlasijiet dovuti skond il-paragrafu 1 għandhom jitħallsu fi żmien 7 ijiem tal-kalendarju mid-data li fiha l-fattura tiġi nnotifikata mill-Aġenzija lill-manifattur, lill-importatur jew lill-produttur ta’ l-oġġetti li qed jagħmel in-notifika.
Spejjeż dovuti skond il-paragrafu 2 għandhom jitħallsu fi żmien 30 jum tal-kalendarju mid-data li fiha l-fattura tiġi nnotifikata mill-Aġenzija lill-manifattur, lill-importatur jew lill-produttur ta’ l-oġġetti li qed jitlob estensjoni.
4. Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma’ tiskadi l-iskadenza stipulata fil-paragrafu 3, l-Aġenzija għandha tistipula skadenza oħra għall-pagament.
Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma tiskadi t-tieni skadenza, in-notifika jew it-talba għal estensjoni mhijiex ser tintlaqa’.
5. Meta tkun ġiet rifjutata notifika jew talba għal estensjoni għax il-manifattur, l-importatur, jew il-produttur tal-oġġetti ma jkunx ta l-informazzjoni nieqsa jew għax ma jkunx ħallas il-miżati jew l-imposti qabel l-iskadenzi, il-miżati u l-imposti mħallsa għal din in-notifika jew it-talba għal estensjoni qabel ġiet rifjutata, ma għandhomx jingħataw lura u lanqas jiġu kreditati mod ieħor lill-persuna li qed tagħmel in-notifika jew it-talba.
Artikolu 8
Ħlasijiet għall-applikazzjonijiet skond l-Artikolu 62 tar- Regolament (KE) Nru 1907/2006
1. L-Aġenzija għandha timponi ħlas, kif previst fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, għal kwalunkwe applikazzjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ sustanza skond l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
2. L-Aġenzija għandha timponi ħlas bażi għal kull applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' sustanza, kif stipulat fl-Anness VI. Il-ħlas ta' bażi għandu jkopri l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' sustanza waħda u għal użu wieħed.
L-Aġenzija għandha timponi ħlas addizzjonali, kif stabbilit fl-Anness VI ta' dan ir-Regolament, għal kull użu addizzjonali u għal kull sustanza addizzjonali li tissodisfa d-definizzjoni ta' grupp ta' sustanzi kif iddefinit fil-punt 1.5 tal-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li tkun koperta bl-applikazzjoni. L-ebda ħlas addizzjonali ma għandu jiġi impost fejn ikun hemm aktar minn applikant wieħed li jagħmel parti mill-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni.
Fil-każ li l-applikanti li jkunu parti minn applikazzjoni konġunta għall-awtorizzazzjoni jkunu ta' daqsijiet differenti, il-ħlas li għandu jiġi impost huwa dak li jkun japplika għal dak il-wieħed minn fost l-applikanti li jrid iħallas l-iktar għal dik l-applikazzjoni.
Meta tiġi ppreżentata applikazzjoni konġunta għall-awtorizzazzjoni, l-applikanti għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex il-ħlas jinqasam bejn l-applikanti b'mod ġust, trasparenti u mhux diskriminatorju, b'mod partikolari fir-rigward ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs).
L-Aġenzija għandha toħroġ fattura waħda li tkopri l-ħlas ta' bażi u kull ħlasijiet addizzjonali applikabbli.
3. Fejn applikazzjoni titressaq biss minn intrapriża ta’ daqs medju jew minn żewġ SMEs jew aktar, li minnhom l-akbar intrapriża hija intrapriża ta’ daqs medju, l-Aġenzija għandha timponi ħlas ta’ bażi mnaqqas u ħlasijiet addizzjonali mnaqqsa, kif stipulat fit-Tabella 2 ta’ l-Anness VI.
Fejn applikazzjoni titressaq biss minn intrapriża żgħira waħda jew aktar, li minnhom l-akbar intrapriża hija intrapriża żgħira, l-Aġenzija għandha timponi ħlas bażi mnaqqas u ħlasijiet addizzjonali mnaqqsa, kif stipulat fit-Tabella 3 ta’ l-Anness VI.
Fejn l-applikazzjoni titressaq biss minn mikrointrapriża waħda jew aktar, l-Aġenzija għandha timponi ħlas bażi mnaqqas u ħlasijiet addizzjonali mnaqqsa, kif stipulat fit-Tabella 4 ta’ l-Anness VI.
4. Id-data li fiha l-ħlas impost għall-applikazzjoni ta’ awtorizzazzjoni tasal għand l-Aġenzija għandha titqies bħala d-data tal-wasla ta’ l-applikazzjoni.
Artikolu 9
Spejjeż għar-reviżjonijiet ta’ awtorizzazzjonijiet skond l-Artikolu 61 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
1. L-Aġenzija għandha timponi spiża, kif previst fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, għal kwalunkwe preżentazzjoni ta’ rapport ta’ reviżjoni skond l-Artikolu 61 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
2. L-Aġenzija għandha timponi spiża bażi għall-preżentazzjoni ta' kull rapport ta' rieżami, kif stipulat fl-Anness VII. L-ispiża ta' bażi għandha tkopri l-preżentazzjoni ta' rapport ta' rieżami ta' sustanza waħda u ta' użu wieħed.
L-Aġenzija għandha timponi spiża addizzjonali, kif stabbilit fl-Anness VII ta' dan ir-Regolament, għal kull użu u għal kull sustanza addizzjonali li tissodisfa d-definizzjoni ta' grupp ta' sustanzi kif iddefinit fil-punt 1.5 tal-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li tkun koperta mir-rapport ta' rieżami. L-ebda spiża addizzjonali ma għandha tkun imposta jekk ikun hemm iktar minn parti waħda għar-rapport ta' rieżami.
Fil-każ li l-entitajiet li jkunu parti mill-preżentazzjoni ta' rapport ta' rieżami konġunt ikunu ta' daqsijiet differenti, għal dik l-applikazzjoni għandha tiġi imposta l-ogħla spiża li tapplika għal kwalunkwe wieħed minn dawk l-applikanti
Meta jiġi ppreżentat rapport ta' rieżami konġunt, id-detenturi tal-applikazzjoni għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex il-ħlas jinqasam bejn l-applikanti b'mod ġust, trasparenti u mhux diskriminatorju, b'mod partikolari fir-rigward ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs).
L-Aġenzija għandha toħroġ fattura waħda li tkopri l-ispiża bażi u kull spiża addizzjonali applikabbli oħra.
3. Fejn applikazzjoni titressaq biss minn intrapriża ta’ daqs medju jew minn żewġ SMEs jew aktar, li minnhom l-akbar intrapriża hija intrapriża ta’ daqs medju, l-Aġenzija għandha timponi spiża ta’ bażi mnaqqsa u spejjeż addizzjonali mnaqqsa, kif stipulat fit-Tabella 2 ta’ l-Anness VII.
Fejn applikazzjoni titressaq biss minn intrapriża żgħira jew minn SME waħda jew aktar, li minnhom l-akbar intrapriża hija intrapriża żgħira, l-Aġenzija għandha timponi spiża ta’ bażi mnaqqsa u spejjeż addizzjonali mnaqqsa, kif stipulat fit-Tabella 3 ta’ l-Anness VII.
Fejn applikazzjoni titressaq biss minn mikrointrapriża waħda jew aktar, l-Aġenzija għandha timponi spiża ta’ bażi mnaqqsa u spejjeż addizzjonali mnaqqsa, kif stipulat fit-Tabella 4 ta’ l-Anness VII.
4. Id-data li fiha l-ispiża imposta fuq il-preżentazzjoni tar-rapport ta’ reviżjoni jasal għand l-Aġenzija għandha titqies bħala d-data tal-wasla tal-preżentazzjoni.
Artikolu 10
Ħlasijiet għal appelli kontra deċiżjoni ta’ l-Aġenzija skond l-Artikolu 92 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
1. L-Aġenzija għandha timponi ħlas, kif stipulat fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament, għal kwalunkwe preżentazzjoni ta’ appell kontra deċiżjoni ta’ l-Aġenżija skond l-Artikolu 92 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
2. Fejn l-appell jitressaq minn SME, l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas, kif stipulat fit-Tabella 2 ta’ l-Anness VIII.
3. Jekk l-appell jitqies bħala mhux ammissibbli mill-Bord ta’ l-Appell, il-ħlas ma jingħatax lura.
4. L-Aġenzija għandha trodd lura l-ħlas impost skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jekk id-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija jirrettifika deċiżjoni skond l-Artikolu 93(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, jew jekk l-appell jiġi deċiż favur l-appellant.
5. Appell mhuwiex se jitqies li wasal għand il-Bord ta’ l-Appell sakemm il-ħlas rilevanti ma jkunx wasal għand l-Aġenzija.
Artikolu 11
Spejjeż oħra
1. tista’ tiġi imposta spiża għal servizzi amministrattivi u tekniċi pprovduti mill-Aġenzija fuq talba ta’ parti li mhumiex koperti minn ħlas ieħor jew minn spiża oħra skond dan ir-Regolament. Il-livell ta’ l-ispiża għandu jqis il-piż tax-xogħol involut.
Madankollu, ma għandhomx jiġu imposti spejjeż għall-għajnuna pprovduta mill-Helpdesk tagħha u għall-appoġġ lill-Istati Membri kif stipulat fil-punti (h) u (i) ta’ l-Artikolu 77(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
Id-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija jista’ jiddeċiedi li ma jimponix spiża fuq organizzazzjonijiet internazzjonali jew fuq pajjiżi li jitolbu għajnuna mill-Aġenzija.
2. L-ispejjeż għal servizzi amministrattivi għandhom jitħallsu fi żmien 30 jum tal-kalendarju mid-data li fiha l-fattura tiġi nnotifikata mill-Aġenzija.
3. Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma’ tiskadi d-data ta’ l-għeluq stipulata fil-paragrafu 2, l-Aġenzija għandha tistipula skadenza oħra għall-pagament.
Fejn ma jsirx pagament qabel ma tiskadi t-tieni skadenza, l-Aġenzija għandha tiċħad it-talba.
4. Fin-nuqqas ta’ ftehim kuntrattwali għall-kuntrarju, l-ispejjeż għal servizzi tekniċi għandhom isiru qabel ma jiġi pprovdut is-servizz.
5. Għandha titfassal klassifikazzjoni tas-servizzi u l-ispejjeż mill-Bord tat-Tmexxija ta’ l-Aġenzija u din għandha tiġi adottata wara opinjoni favorevoli mill-Kummissjoni.
Artikolu 12
Rappreżentanti biss
Fil-każ ta’ rappreżentant waħdieni kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-evalwazzjoni ta’ jekk it-tnaqqis għall-SMEs japplikax jew le għandu jiġi ddeterminat permezz tar-referenza għall-għadd ta’ persuni, il-fatturat, u l-informazzjoni rigward il-balance sheet, tal-manifattur li mhuwiex fil-Komunità, tal-formulatur ta’ preparazzjoni jew tal-produttur ta’ oġġett li huwa rrapreżentat minn dak ir-rappreżentant waħdieni f’konnessjoni mat-tranżazzjoni kkonċernata, inkluża l-informazzjoni rilevanti minn kumpaniji marbuta u msieħba tal-manifattur wieħed li mhuwiex fil-Komunità, tal-formulatur ta’ preparazzjoni jew tal-produttur ta’ oġġett skond ir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.
Artikolu 13
Tnaqqis u Tneħħija ta’ l-Obbligu ta’ Ħlas
1. Persuna fiżika jew ġuridika li tiddikjara li hija intitolata għal ħlas imnaqqas jew għal spiża mnaqqsa skond l-Artikoli 3 sa 10 għandha tgħarraf lill-Aġenzija b’dan fiż-żmien li fih titressaq ir-reġistrazzjoni, it-talba, in-notifika, l-applikazzjoni, ir-rapport ta’ reviżjoni jew l-appell li twassal għall-pagament tal-ħlas.
2. Persuna fiżika jew ġuridika li tiddikjara li hija intitolata għat-tneħħija ta’ l-obbligu tal-ħlas skond l-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandha tgħarraf lill-Aġenzija f’dan fiż-żmien li fih issir il-preżentazzjoni tar-reġistrazzjoni.
3. L-Aġenzija tista’ titlob, f’kull ħin, evidenza li l-kundizzjonijiet għat-tnaqqis ta’ ħlasijiet jew spejjeż jew għat-tneħħija ta’ l-obbligu ta’ ħlasijiet japplikaw.
Meta l-evidenza li trid titressaq lill-Aġenzija ma tkunx f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, din għandha jkollha magħha traduzzjoni ċċertifikata f'xi waħda mil-lingwi uffiċjali.
4. Fejn persuna fiżika jew ġuridika li tiddikjara li hija intitolata għal tnaqqis jew għal tneħħija ta’ l-obbligu ta’ ħlas ma tkunx tista’ turi li hija intitolata għal tali tnaqqis jew tneħħija ta’ l-obbligu, l-Aġenzija għandha timponi ħlas sħiħ jew spiża sħiħa kif ukoll spiża amministrattiva.
Fejn persuna fiżika jew ġuridika li ddikjarat li hija intitolata għal tnaqqis diġà wettqet pagament imnaqqas jew spiża mnaqqsa, iżda ma tistax turi li hija intitolata għal tnaqqis bħal dan, l-Aġenzija għandha timponi l-bilanċ tal-ħlas sħiħ jew ta’ l-ispiża sħiħa kif ukoll spiża amministrattiva.
Il-Paragrafi 2, 3 u 5 ta’ l-Artikolu 11 għandhom japplikaw mutatis mutandis.
KAPITOLU III
PAGAMENT TA’ REMUNERAZZJONI MILL-AĠENZIJA
Artikolu 14
Trasferimenti ta’ Fondi lill-Istati Membri
1. Proporzjon mill-ħlasijiet u l-ispejjeż miġbura skond dan ir-Regolament għandhom jiġu ttrasferiti lill-awtoritijiet kompetenti ta’ l-Istati Membri fil-każijiet li ġejjin:
(a) fejn l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tinnotifika lill-Aġenzija l-konklużjoni ta’ proċedura ta’ evalwazzjoni għal sustanza skond l-Artikolu 46(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;
(b) fejn l-awtorità kompetenti tkun ħatret membru tal-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskju li jaġixxi ta’ rapporteur fil-kuntest ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni, inkluż fil-kuntest ta’ reviżjoni;
(ċ) fejn l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru taħtar membru tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjo-Ekonomika li jaġixxi ta’ rapporteur fil-kuntest ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni, inkluż fil-kuntest ta’ reviżjoni;
(d) fejn l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tkun ħatret membru tal-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskju li jaġixxi bħala rapporteur fil-kuntest ta’ proċedura ta’ restrizzjoni;
(e) fejn l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tkun ħatret membru tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjo-Ekonomika li jaġixxi bħala rapporteur fil-kuntest ta’ proċedura ta’ restrizzjonijiet;
(f) fejn ikun xieraq, rigward ħidmiet oħra mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti wara talba mill-Aġenzija.
Meta l-Kumitati msemmija f’dan il-paragrafu jiddeċiedu li jaħtru ko-rapporteur, it-trasferiment għandu jinqasam bejn ir-rapporteur u l-ko-rapporteur.
2. L-ammonti għal kull wieħed mill-ħidmiet identifikati skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-proporzjon massimu tal-ħlasijiet u l-ispejjeż li għandhom jiġu trasferiti lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kif ukoll kwalunkwe arranġament meħtieġ għat-trasferiment, għandhom jiġu stipulati mill-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Aġenzija wara opinjoni favorevoli mill-Kummissjoni. Għall-iffissar ta’ l-ammonti li għandhom jiġu ttrasferiti, il-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Aġenzija għandu jikkonforma mal-prinċipji ta’ l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività kif definit fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. Dan għandu wkoll jiżgura li l-Aġenzija tissokta bid-disponibilità ta’ riżorsi finanzjarji biżżejjed biex twettaq il-ħidmiet tagħha kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, filwaqt li tikkunsidra l-approprjazzjonijiet baġitarji eżistenti tagħha u l-estimi pluri-annwali tad-dħul, inkluż sussidju Komunitarju u għandha tqis il-piż tax-xogħol ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri.
3. It-trasferimenti stipulati fil-paragrafu 1 għandhom isiru biss wara li r-rapport rilevanti jkun sar disponibbli għall-Aġenzija.
Madankollu, il-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Aġenzija jista’ jiddeċiedi li jawtorizza l-finanzjament minn qabel jew il-pagamenti temporanji skond l-Artikolu 81(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.
4. It-trasferimenti ta’ fondi msemmija fil-punti (b) sa (e) fil-paragrafu 1 huma maħsuba biex jikkumpensaw l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru għall-ħidma tar-rapporteur jew tal-ko-rapporteur u għal kull appoġġ xjentifiku u tekniku relatat u dan għandu jkun bla ħsara għall-obbligu ta’ l-Istati Membri biex ma jagħtux struzzjonijiet li mhumiex kompatibbli ma’ l-indipendenza ta’ l-Aġenzija.
Artikolu 15
Remunerazzjonijiet oħra
Fl-iffissar ta’ l-ammonti tal-pagamenti li jsiru biex jirremuneraw lill-esperti jew lill-membri tal-kumitati magħżula b’mod konġunt għall-ħidma mwettqa għall-Aġenzija skond l-Artikolu 87(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-Bord tat-Tmexxija ta’ l-Aġenzija għandu jqis l-ammont ta’ xogħol involut, u għandu jikkonforma mal-prinċipji ta’ l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività kif definiti fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. Dan għandu jiżgura wkoll li l-Aġenzija għandha biżżejjed riżorsi finanzjarji disponibbli biex twettaq il-ħidmiet tagħha kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, wara li tikkunsidra l-approprjazzjonijiet baġitarji eżistenti tagħha u l-estimi pluri-annwali tad-dħul, inkluż sussidju Komunitarju.
KAPITOLU IV
PAGAMENTI
Artikolu 16
Mod ta’ pagament
1. Il-ħlasijiet u l-ispejjeż għandhom isiru f’ewro.
2. Il-pagamenti għandhom isiru biss wara li l-Aġenzija tkun ħarġet fattura, bl-eċċezzjoni ta’ pagamenti dovuti skond l-Artikolu 10.
3. Il-pagamenti għandhom isiru permezz ta’ trasferiment lill-kont bankarju ta’ l-Aġenzija.
Artikolu 17
Identifikazzjoni tal-pagament
1. Kull pagament għandu jindika fil-qasam tar-referenza n-numru tal-fattura, bl-eċċezzjoni tal-pagamenti dovuti skond l-Artikolu 10.
Il-pagamenti dovuti skond l-Artikolu 10 għandhom jindikaw fil-qasam tar-referenza l-identità ta’ l-appellant(i) u, jekk disponibbli, in-numru tad-deċiżjoni li qed tiġi appellata.
2. Jekk l-għan tal-pagament ma jistax jiġi stabbilit, l-Aġenzija għandha tiffissa skadenza li matulu dak li jħallas għandu javża bil-miktub dwar l-għan tal-pagament. Jekk l-Aġenzija ma tirċevix notifika ta’ l-għan tal-pagament qabel ma tiskadi l-iskadenza, il-pagament jitqies bħala li ma jgħoddx u l-ammont ikkonċernat għandu jitħallas lura lil min ikun ħallas.
Artikolu 18
Data tal-pagament
1. Id-data li fiha l-ammont sħiħ tal-pagament jiġi ddepositat f’kont bankarju miżmum mill-Aġenzija għandha titqies bħala d-data li fiha sar il-pagament.
2. Il-pagament għandu jitqies li sar fil-ħin f’każ li titressaq biżżejjed evidenza dokumentarja biex turi li dak li ħallas ordna t-trasferiment lejn il-kont bankarju indikat fuq il-fattura qabel ma tiskadi l-iskadenza rilevanti.
Konferma ta’ l-ordni ta’ trasferiment maħruġa minn istituzzjoni finanzjarja għandha titqies bħala biżżejjed evidenza. Madankollu, fejn it-trasferiment jitlob l-użu tal-metodu ta’ pagament elettroniku bankarju SWIFT, il-konferma ta’ l-għoti ta’ l-ordni ta’ trasferiment għandha tieħu l-forma ta’ kopja tar-rapport ta’ l-iSWIFT, ittimbrata u ffirmata minn uffiċjal awtorizzat ta’ istituzzjoni finanzjarja.
Artikolu 19
Pagament Insuffiċjenti
1. Skadenza għall-pagament għandha titqies li kienet osservata biss jekk l-ammont kollu tal-ħlas jew ta’ l-ispiża jkun tħallas fiż-żmien dovut.
2. Meta fattura jkollha x’taqsam ma’ grupp ta’ tranżazzjonijiet, l-Aġenzija tista’ tattribwixxi kwalunkwe pagament inqas lil kwalunkwe waħda mit-tranżazzjonijiet rilevanti. Il-kriterji għall-attribuzzjoni ta’ pagamenti għandhom jiġu stipulati mill-Bord tat-Tmexxija ta’ l-Aġenzija.
Artikolu 20
Ħlas lura ta’ l-ammonti li tħallsu f’eċċess
1. L-arranġamenti għall-ħlas lura lil min ħallas l-ammonti f’eċċess ta’ ħlas jew ta’ spiża għandhom jiġu stipulati mid-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija u ppubblikati fuq il-websajt ta’ l-Aġenzija.
Madankollu, fejn ammont imħallas f’eċċess ma jaqbiżx l-EUR 100 u l-parti kkonċernata ma talbitx espressament għal ħlas lura, l-ammont imħallas f’eċċess ma jitħallasx lura.
2. Ma għandux ikun possibbli li jingħaddu kwalunkwe ammonti mħallsa f’eċċess għal pagamenti futuri lill-Aġenzija.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 21
Stima Provviżorja
Il-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Aġenzija għandu, meta jipproduċi stima tan-nefqa u d-dħul ġenerali għas-sena finanzjarja ta’ wara skond l-Artikolu 96(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, jinkludi stima provviżorja speċifika tad-dħul minn ħlasijiet u spejjeż li tkun separata mid-dħul minn kwalunkwe sussidju mill-Komunità.
Artikolu 22
Revizjoni
1. Il-ħlasijiet u l-ispejjeż imsemmijin f’dan ir-Regolament għandhom jiġu riveduti kull sena b’referenza għar-rata ta’ inflazzjoni kif stabbilita skond l-Indiċi Ewropew tal-Prezzijiet għall-Konsumatur kif ippubblikata mill-Eurostat skond ir-Regolament (KE) Nru 2494/95. L-ewwel revizjoni għandha titwettaq sa l-1 ta’ Ġunju 2009.
2. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi kontinwament dan ir-Regolament fid-dawl ta' informazzjoni sinifikanti li ssir disponibbli fir-rigward tal-preżunzjonijiet sottostanti għal dħul u nfiq antiċipati tal-Aġenzija. Sal-31 ta' Jannar 2015, il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament bil-ħsieb li temendah, jekk ikun xieraq, filwaqt li tqis b'mod partikolari l-ispejjeż tal-Aġenzija u l-ispejjeż relatati tas-servizzi li taw l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.
Artikolu 23
Dħul fis-Seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Ħlasijiet għar-reġistrazzjonijiet imressqa skont l-Artikoli 6, 7 jew 11 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
Tabella 1
Ħlasijiet standard
|
|
Preżentazzjoni individwali |
Preżentazzjoni konġunta |
|
Ħlas għas-sustanzi f'medda bejn 1 sa 10 tunnellati |
EUR 1 739 |
EUR 1 304 |
|
Ħlas għas-sustanzi f'medda bejn 10 sa 100 tunnellata |
EUR 4 674 |
EUR 3 506 |
|
Ħlas għas-sustanzi f'medda bejn 100 sa 1 000 tunnellata |
EUR 12 501 |
EUR 9 376 |
|
Ħlas għal sustanzi li jaqbżu l-1 000 tunnellata |
EUR 33 699 |
EUR 25 274 |
Tabella 2
Ħlasijiet imnaqqsa għall-SMEs
|
|
Intrapriża medja (Preżentazzjoni individwali) |
Intrapriża medja (Preżentazzjoni konġunta) |
Intrapriża żgħira (Preżentazzjoni individwali) |
Intrapriża żgħira (Preżentazzjoni konġunta) |
Mikrointrapriża (Preżentazzjoni individwali) |
Mikrointrapriża (Preżentazzjoni konġunta) |
|
Ħlas għas-sustanzi f'medda bejn 1 sa 10 tunnellati |
EUR 1 131 |
EUR 848 |
EUR 609 |
EUR 457 |
EUR 87 |
EUR 65 |
|
Ħlas għas-sustanzi f'medda bejn 10 sa 100 tunnellata |
EUR 3 038 |
EUR 2 279 |
EUR 1 636 |
EUR 1 227 |
EUR 234 |
EUR 175 |
|
Ħlas għas-sustanzi f'medda bejn 100 sa 1 000 tunnellata |
EUR 8 126 |
EUR 6 094 |
EUR 4 375 |
EUR 3 282 |
EUR 625 |
EUR 469 |
|
Ħlas għal sustanzi li jaqbżu l-1 000 tunnellata |
EUR 21 904 |
EUR 16 428 |
EUR 11 795 |
EUR 8 846 |
EUR 1 685 |
EUR 1 264 |
ANNESS II
Ħlasijiet għar-reġistrazzjonijiet imressqa skont l-Artikoli 17(2), 18(2) u(3) jew 19 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
Tabella 1
Ħlasijiet standard
|
|
Preżentazzjoni individwali |
Preżentazzjoni konġunta |
|
Ħlas |
EUR 1 739 |
EUR 1 304 |
Tabella 2
Ħlasijiet imnaqqsa għall-SMEs
|
|
Intrapriża medja (Preżentazzjoni individwali) |
Intrapriża medja (Preżentazzjoni konġunta) |
Intrapriża żgħira (Preżentazzjoni individwali) |
Intrapriża żgħira (Preżentazzjoni konġunta) |
Mikrointrapriża (Preżentazzjoni individwali) |
Mikrointrapriża (Preżentazzjoni konġunta) |
|
Ħlas |
EUR 1 131 |
EUR 848 |
EUR 609 |
EUR 457 |
EUR 87 |
EUR 65 |
ANNESS III
Ħlasijiet għall-aġġornament ta' reġistrazzjonijiet skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
Tabella 1
Ħlasijiet standard għall-aġġornament tal-medda ta' tunnellaġġ
|
|
Preżentazzjoni individwali |
Preżentazzjoni konġunta |
|
F'medda bejn 1-10 tunnellati sa medda bejn 10-100 tunnellata |
EUR 2 935 |
EUR 2 201 |
|
F'medda bejn 1-10 tunnellati sa medda bejn 100-1 000 tunnellata |
EUR 10 762 |
EUR 8 071 |
|
F'medda bejn 1-10 tunnellati sa medda 'l fuq minn 1 000 tunnellata |
EUR 31 960 |
EUR 23 970 |
|
F'medda bejn 10-100 tunnellati sa medda bejn 100-1 000 tunnellata |
EUR 7 827 |
EUR 5 870 |
|
F'medda bejn 10-100 tunnellata sa medda 'l fuq minn 1 000 tunnellata |
EUR 29 025 |
EUR 21 768 |
|
F'medda bejn 100-1 000 tunnellata sa medda 'l fuq minn 1 000 tunnellata |
EUR 21 198 |
EUR 15 898 |
Tabella 2
Ħlasijiet imnaqqsa għall-SMEs għall-aġġornament tal-medda ta' tunnellaġġ
|
|
Intrapriża medja (Preżentazzjoni individwali) |
Intrapriża medja (Preżentazzjoni konġunta) |
Intrapriża żgħira (Preżentazzjoni individwali) |
Intrapriża żgħira (Preżentazzjoni konġunta) |
Mikrointrapriża (Preżentazzjoni individwali) |
Mikrointrapriża (Preżentazzjoni konġunta) |
|
F'medda bejn 1-10 tunnellati sa medda bejn 10-100 tunnellata |
EUR 1 908 |
EUR 1 431 |
EUR 1 027 |
EUR 770 |
EUR 147 |
EUR 110 |
|
F'medda bejn 1-10 tunnellati sa medda bejn 100-1 000 tunnellata |
EUR 6 995 |
EUR 5 246 |
EUR 3 767 |
EUR 2 825 |
EUR 538 |
EUR 404 |
|
F'medda bejn 1-10 tunnellati sa medda 'l fuq minn 1 000 tunnellata |
EUR 20 774 |
EUR 15 580 |
EUR 11 186 |
EUR 8 389 |
EUR 1 598 |
EUR 1 198 |
|
F'medda bejn 10-100 tunnellata sa medda bejn 100-1 000 tunnellata |
EUR 5 087 |
EUR 3 816 |
EUR 2 739 |
EUR 2 055 |
EUR 391 |
EUR 294 |
|
F'medda bejn 10-100 tunnellata sa medda 'l fuq minn 1 000 tunnellata |
EUR 18 866 |
EUR 14 150 |
EUR 10 159 |
EUR 7 619 |
EUR 1 451 |
EUR 1 088 |
|
F'medda bejn 100-1 000 tunnellata sa medda 'l fuq minn 1 000 tunnellata |
EUR 13 779 |
EUR 10 334 |
EUR 7 419 |
EUR 5 564 |
EUR 1 060 |
EUR 795 |
Tabella 3
Ħlasijiet għal aġġornamenti oħra
|
Tip ta' aġġornament |
|||
|
Bidla fl-identità tar-reġistrant li tinvolvi bidla fil-personalità ġuridika |
EUR 1 631 |
||
|
Tip ta' aġġornament |
Preżentazzjoni individwali |
Preżentazzjoni konġunta |
|
|
Bidla fl-aċċess mogħti għall-informazzjoni fil-preżentazzjoni: |
Grad ta' purità u/jew l-identità tal-impuritajiet jew tal-addittivi |
EUR 4 892 |
EUR 3 669 |
|
Kwantità ta' tunnellaġġ rilevanti |
EUR 1 631 |
EUR 1 223 |
|
|
Sommarju ta' studju jew sommarju robust tal-istudju |
EUR 4 892 |
EUR 3 669 |
|
|
Informazzjoni fl-iskeda ta' dejta ta' sigurtà |
EUR 3 261 |
EUR 2 446 |
|
|
L-isem kummerċjali tas-sustanza |
EUR 1 631 |
EUR 1 223 |
|
|
Isem IUPAC għas-sustanzi mhux ta' introduzzjoni gradwali msemmija fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 |
EUR 1 631 |
EUR 1 223 |
|
|
Isem IUPAC għas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 119(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 użati bħala intermedji, f'riċerka u żvilupp xjentifiku jew f'riċerka u żvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi |
EUR 1 631 |
EUR 1 223 |
|
Tabella 4
Ħlasijiet imnaqqsa għall-SMEs għal aġġornamenti oħra
|
Tip ta' aġġornament |
Intrapriża medja |
Intrapriża żgħira |
Mikrointrapriża |
||||
|
Bidla fl-identità tar-reġistrant li tinvolvi bidla fil-personalità ġuridika |
EUR 1 060 |
EUR 571 |
EUR 82 |
||||
|
Tip ta' aġġornament |
Intrapriża medja (Preżentazzjoni individwali) |
Intrapriża medja (Preżentazzjoni konġunta) |
Intrapriża żgħira (Preżentazzjoni individwali) |
Intrapriża żgħira (Preżentazzjoni konġunta) |
Mikrointrapriża (Preżentazzjoni individwali) |
Mikrointrapriża (Preżentazzjoni konġunta) |
|
|
Bidla fl-aċċess mogħti għall-informazzjoni fil-preżentazzjoni: |
Grad ta' purità u/jew l-identità tal-impuritajiet jew tal-addittivi |
EUR 3 180 |
EUR 2 385 |
EUR 1 712 |
EUR 1 284 |
EUR 245 |
EUR 183 |
|
Kwantità ta' tunnellaġġ rilevanti |
EUR 1 060 |
EUR 795 |
EUR 571 |
EUR 428 |
EUR 82 |
EUR 61 |
|
|
Sommarju ta' studju jew sommarju robust tal-istudju |
EUR 3 180 |
EUR 2 385 |
EUR 1 712 |
EUR 1 284 |
EUR 245 |
EUR 183 |
|
|
Informazzjoni fl-iskeda ta' dejta ta' sigurtà |
EUR 2 120 |
EUR 1 590 |
EUR 1 141 |
EUR 856 |
EUR 163 |
EUR 122 |
|
|
L-isem kummerċjali tas-sustanza |
EUR 1 060 |
EUR 795 |
EUR 571 |
EUR 428 |
EUR 82 |
EUR 61 |
|
|
Isem IUPAC għas-sustanzi mhux ta' introduzzjoni gradwali msemmija fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 |
EUR 1 060 |
EUR 795 |
EUR 571 |
EUR 428 |
EUR 82 |
EUR 61 |
|
|
Isem IUPAC għas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 119(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 użati bħala intermedji, f'riċerka u żvilupp xjentifiku jew f'riċerka u żvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi |
EUR 1 060 |
EUR 795 |
EUR 571 |
EUR 428 |
EUR 82 |
EUR 61 |
|
ANNESS IV
Ħlasijiet għat-talbiet skont il-punt (xi) tal-Artikolu 10(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
Tabella 1
Ħlasijiet standard
|
Oġġett li jeħtieġ il-kunfidenzjalità |
Preżentazzjoni individwali |
Preżentazzjoni konġunta |
|
Grad ta' purità u/jew l-identità tal-impuritajiet jew tal-addittivi |
EUR 4 892 |
EUR 3 669 |
|
Kwantita ta' tunnellaġġ rilevanti |
EUR 1 631 |
EUR 1 223 |
|
Sommarju ta' studju jew sommarju robust tal-istudju |
EUR 4 892 |
EUR 3 669 |
|
Informazzjoni fl-iskeda ta' dejta ta' sigurtà |
EUR 3 261 |
EUR 2 446 |
|
L-isem kummerċjali tas-sustanza |
EUR 1 631 |
EUR 1 223 |
|
Isem IUPAC għas-sustanzi mhux ta' introduzzjoni gradwali msemmija fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 |
EUR 1 631 |
EUR 1 223 |
|
Isem IUPAC għas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 119(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 użati bħala intermedji, f'riċerka u żvilupp xjentifiku jew f'riċerka u żvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi |
EUR 1 631 |
EUR 1 223 |
Tabella 2
Ħlasijiet imnaqqsa għall-SMEs
|
Oġġett li jeħtieġ il-kunfidenzjalità |
Intrapriża medja (Preżentazzjoni individwali) |
Intrapriża medja (Preżentazzjoni konġunta) |
Intrapriża żgħira (Preżentazzjoni individwali) |
Intrapriża żgħira (Preżentazzjoni konġunta) |
Mikrointrapriża (Preżentazzjoni individwali) |
Mikrointrapriża (Preżentazzjoni konġunta) |
|
Grad ta' purità u/jew l-identità tal-impuritajiet jew tal-addittivi |
EUR 3 180 |
EUR 2 385 |
EUR 1 712 |
EUR 1 284 |
EUR 245 |
EUR 183 |
|
Kwantità ta' tunnellaġġ rilevanti |
EUR 1 060 |
EUR 795 |
EUR 571 |
EUR 428 |
EUR 82 |
EUR 61 |
|
Sommarju ta' studju jew sommarju robust tal-istudju |
EUR 3 180 |
EUR 2 385 |
EUR 1 712 |
EUR 1 284 |
EUR 245 |
EUR 183 |
|
Informazzjoni fl-iskeda ta' dejta ta' sigurtà |
EUR 2 120 |
EUR 1 590 |
EUR 1 141 |
EUR 856 |
EUR 163 |
EUR 122 |
|
L-isem kummerċjali tas-sustanza |
EUR 1 060 |
EUR 795 |
EUR 571 |
EUR 428 |
EUR 82 |
EUR 61 |
|
Isem IUPAC għas-sustanzi mhux ta' introduzzjoni gradwali msemmija fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 |
EUR 1 060 |
EUR 795 |
EUR 571 |
EUR 428 |
EUR 82 |
EUR 61 |
|
Isem IUPAC għas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 119(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 użati bħala intermedji, f'riċerka u żvilupp xjentifiku jew f'riċerka u żvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi |
EUR 1 060 |
EUR 795 |
EUR 571 |
EUR 428 |
EUR 82 |
EUR 61 |
ANNESS V
Ħlasijiet u spejjeż għan-notifiki PPORD skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
Tabella 1
Ħlasijiet għan-notifiki PPORD
|
Ħlas standard |
EUR 544 |
|
Ħlas imnaqqas għal intrapriża medja |
EUR 353 |
|
Ħlas imnaqqas għal intrapriża żgħira |
EUR 190 |
|
Ħlas imnaqqsa għal mikrointrapriża |
EUR 27 |
Tabella 2
Spejjeż għall-estensjoni ta' eżenzjoni PPORD
|
Spiża standard |
EUR 1 087 |
|
Spiża mnaqqsa għal intrapriża medja |
EUR 707 |
|
Spiża mnaqqsa għal intrapriża żgħira |
EUR 380 |
|
Spiża mnaqqsa għal mikrointrapriża |
EUR 54 |
ANNESS VI
Ħlasijiet għal applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
Tabella 1
Ħlasijiet standard
|
Ħlas bażi |
EUR 54 100 |
|
Ħlas addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 10 820 |
|
Ħlas addizzjonali għal kull użu |
EUR 48 690 |
Tabella 2
Ħlasijiet imnaqqsa għall-intrapriżi medji
|
Ħlas bażi |
EUR 40 575 |
|
Ħlas addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 8 115 |
|
Ħlas addizzjonali għal kull użu |
EUR 36 518 |
Tabella 3
Ħlasijiet imnaqqsa għall-intrapriżi żgħar
|
Ħlas bażi |
EUR 24 345 |
|
Ħlas addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 4 869 |
|
Ħlas addizzjonali għal kull użu |
EUR 21 911 |
Tabella 4
Ħlasijiet imnaqqsa għall-mikrointrapriżi
|
Ħlas bażi |
EUR 5 410 |
|
Ħlas addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 1 082 |
|
Ħlas addizzjonali għal kull użu |
EUR 4 869 |
ANNESS VII
Spejjeż għar-rieżami ta' awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 61 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
Tabella 1
Spejjeż standard
|
Spiża bażi |
EUR 54 100 |
|
Spiża addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 10 820 |
|
Spiża addizzjonali għal kull użu |
EUR 48 690 |
Tabella 2
Spejjeż imnaqqsa għall-mikrointrapriżi
|
Spiża bażi |
EUR 40 575 |
|
Spiża addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 8 115 |
|
Spiża addizzjonali għal kull użu |
EUR 36 518 |
Tabella 3
Spejjeż imnaqqsa għall-mikrointrapriżi
|
Spiża bażi |
EUR 24 345 |
|
Spiża addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 4 869 |
|
Spiża addizzjonali għal kull użu |
EUR 21 911 |
Tabella 4
Spejjeż imnaqqsa għall-mikrointrapriżi
|
Spiża bażi |
EUR 5 410 |
|
Spiża addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 1 082 |
|
Spiża addizzjonali għal kull użu |
EUR 4 869 |
ANNESS VIII
Ħlasijiet għal appelli skont l-Artikolu 92 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
Tabella 1
Ħlasijiet standard
|
Appell kontra d-deċizjoni meħuda skont: |
Ħlas |
|
L-Artikolu 9 jew 20 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 |
EUR 2 392 |
|
L-Artikolu 27 jew 30 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 |
EUR 4 783 |
|
L-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 |
EUR 7 175 |
Tabella 2
Ħlasijiet imnaqqsa għall-SMEs
|
Appell kontra d-deċiżjoni meħuda skont: |
Ħlas |
|
L-Artikolu 9 jew 20 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 |
EUR 1 794 |
|
L-Artikolu 27 jew 30 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 |
EUR 3 587 |
|
L-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 |
EUR 5 381 |