Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikoli 5(1) u 16(1) tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza [ta’ riċezzjoni] fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija (ĠU L 332, p. 81) – Nuqqas milli jistabbilixxi u/jew jimplementa pjanijiet għar-riċezzjoni u għat-trattament tal-iskart għall-portijiet kollha li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-“Comunidades Autónomas”

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi naqas milli jiżviluppa, jimplementa jew japprova, għall-portijiet Spanjoli kollha, pjanijiet għar-riċezzjoni u għat-trattament tal-iskart, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 5(1) u 16(1) tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza [ta’ riċezzjoni] fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija.

2) Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.