<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-295/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CC0295</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:334">EU:C:2022:334</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Rantos – Kawża C‑295/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">Allianz Benelux</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Rantos</HT></P><P>ippreżentati fit‑28 ta’ April 2022<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C‑295/21</P><P>Allianz Benelux SA</P><P>vs</P><P>l-Istat Belġjan, SPF Finances</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari ppreżentata mill-Qorti tal-Appell ta’ Brussell (il-Belġju))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 90/435/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Sistema fiskali komuni applikabbli għall-kumpanniji omm u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4</KEYWORD><KEYWORD>Projbizzjoni ta’ tassazzjoni ta’ profitti riċevuti</KEYWORD><KEYWORD>Trasferiment ta’ bilanċi pożittivi ta’ dħul intaxxat b’mod definittiv lejn snin finanzjarji sussegwenti</KEYWORD><KEYWORD>Akkwist tal-kumpannija li rċeviet il-profitti minn kumpannija oħra</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita t-trasferiment ta’ dawn il-bilanċi pożittivi lill-kumpannija li qed takkwista</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Permezz ta’ din it-talba għal deċiżjoni preliminari, il-Qorti tal‑Appell ta’ Brussell (il-Belġju) titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi dwar il-konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 90/435/KEE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Kunsill tat‑23 ta’ Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 147).</P></NOTE>, moqri flimkien mad-Direttiva 78/855/KEE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>It-Tielet direttiva tal-Kunsill tad‑9 ta’ Ottubru 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(ġ) tat‑Trattat dwar l-għaqda ta’ kumpanniji b’responsabbiltà pubblika limitata (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 42)</P></NOTE>, kif ukoll mad‑Direttiva 82/891/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Is-Sitt direttiva tal-Kunsill tas‑17 ta’ Diċembru 1982 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(ġ) tat‑Trattat dwar id-diviżjoni ta’ kumpanniji b’responsabbilta pubblika limitata (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 50).</P></NOTE> tal-prattika Belġjana li tillimita l-ammont ta’ bilanċi pożittivi ta’ dħul intaxxat b’mod definittiv (iktar ’il quddiem id‑<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>DID<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) ittrasferit mill-kumpannija li qed tiġi akkwistata lejn il‑kumpannija li qed takkwista waqt l-għaqda tal-kumpanniji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-qafas ta’ kawża bejn il-kumpannija tal‑assigurazzjoni Allianz Benelux SA, stabbilita fil-Belġju, kontra s‑service public fédéral des Finances (id-Dipartiment Pubbliku Federali tal‑Finanzi) (il-Belġju) sabiex jiġi stabbilit ir-riżultat taxxabbli ta’ din il‑kumpannija fir-rigward tat-taxxa fuq il-kumpanniji għas-snin finanzjarji relatati mas-snin mill‑2004 sal‑2007.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet diversi drabi dwar is-sistema Belġjana tat-tassazzjoni fuq id-dħul tal-kumpanniji u, b’mod partikolari, fuq is-sistema tad-DID, li tippermetti li l-profitti kkonċernati jitnaqqsu mill-bażi taxxabli ta’ kumpannija, meta ċerti kundizzjonijiet speċifiċi ħafna<?PAGE NO="2"?> jiġu ssodisfatti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara, prinċiparjament, is-sentenza tat‑12 ta’ Frar 2009, Cobelfret (C‑138/07, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Cobelfret<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></NAME.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:82">EU:C:2009:82</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>,), id-digriet tal‑4 ta’ Ġunju 2009, KBC Bank u Beleggen, Risicokapitaal, Beheer (C‑439/07 u C‑499/07, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>digriet KBC<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:339">EU:C:2009:339</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>,) kif ukoll is-sentenza tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Brussels Securities (C‑389/18, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Brussels Securities<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></NAME.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1132">EU:C:2019:1132</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>,).</P></NOTE>. Anki jekk din it-talba għal deċiżjoni preliminari tista’ titqies bħala tkomplija tal-kawżi preċedentament imressqa quddiem il‑Qorti tal-Ġustizzja, li kienu jikkonċernaw it-trasferiment tal-bilanċi pożittivi ta’ DID bejn kumpanniji li jappartjenu lill-istess grupp, madankollu, hija kkaratterizzata minn kuntest fattwali differenti, peress li tirrigwarda t-trasferiment tal-bilanċi pożittivi ta’ DID, verament bejn kumpanniji tal-istess grupp, iżda li ġejjin minn kumpanniji preċedentament indipendenti. Għalhekk tqum il-kwistjoni dwar jekk il‑prinċipji identifikati mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jistgħux jiġu trasposti fil‑kuntest ta’ kawża li essenzjalment għandha l-għan li tistabbilixxi l‑konformità mad-dritt tal-Unjoni tar-restrizzjoni tat‑trasferiment ta’ tnaqqis ta’ natura fiskali waqt it-trasferiment tiegħu fil-kuntest ta’ għaqda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet esposti f’dawn il-konklużjonijiet, inqis li r‑risposta għad-domanda magħmula għandha tkun fin-negattiv.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id‑Direttiva 90/435</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Għandu jiġi irrilevat li l-qorti tar-rinviju ma tindikax il-verżjoni tad‑Direttiva 90/435 applikabbli f’dan il-każ. Peress li s-snin finanzjarji kkontestati kienu jirreferu għas-snin mill‑2004 sal‑2007, kemm il‑verżjoni oriġinali kif ukoll il-verżjoni ta’ din id-direttiva emendata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Direttiva tal-Kunsill 2003/123/KE, tat‑22 ta’ Diċembru 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 2, p. 3)</P></NOTE> huma applikabbli. Madankollu, l-emendi magħmula għall-Artikolu 4 tad-Direttiva 90/435 mid-Direttiva 2003/123 ma għandhomx effett f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skont it-tielet premessa tad-Direttiva 90/435:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>[B]illi d-dispożizzjonijiet eżistenti tat-taxxa li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn il-kumpanniji ġenituri u s-sussidjarji tagħhom fl-Istati Membri differenti ivarjaw b’mod apprezzabbli minn Stat Membru għall-ieħor u huma ġeneralment inqas vantaġġużi minn dawk li japplikaw għall‑kumpanniji ġenituri u s-sussidjari fl-istess Stat Membru; billi l‑kooperazzjoni bejn il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti tiġi b’hekk żvantaġġata meta mqabbla mal-kooperazzjoni bejn il-kumpanniji fl‑istess Stat Membru; billi huwa meħtieġ li jiġi eliminat dan l-iżvantaġġ bid-dħul ta’ sistema komuni sabiex tiffaċilita r-raggruppament tal‑kumpanniji<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva kien għalhekk redatt bil-mod segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Kull wieħed mill-Istati Membri għandu japplika din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għat-tqassim tal-qligħ irċevut mill-kumpanji ta’ dan l-Istat li jkun ġej mill-kumpanniji sussidjarji fl-Istati Membri l-oħra,</P></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><P>għat-tqassim tal-qligħ mill-kumpanniji ta’ dan l-Istat lill-kumpanniji fl-Istati Membri l-oħra li tagħhom il-kumpanniji ta’ l-Istat ta’ l-ewwel ikunu sussidjarji,</P></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta kumpannija parent jew l-istabbiliment permanenti tagħha jirċievu l-profitti mqassna bis-saħħa ta’ l-assoċjazzjoni tal-kumpannija parent mas-sussidjarja tagħha, l-Istat tal-kumpannija parent u l-Istat ta’ l‑istabbiliment permanenti tagħha għandhom, għajr meta s-sussidjarja tiġi llikwidata, jew:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>iżommu lura milli jintaxxaw dawn il-profitti, jew,</P></ITEM><ITEM><P>jintaxxaw dawn il-profitti filwaqt li jawtorizzaw lill-kumpannija parent u lill-istabbiliment permanenti li jnaqqsu mill-ammont mistħoqq tat-taxxa dak il-frazzjon tat-taxxa fuq il-korporazzjonijiet li jkollu x’jaqsam ma’ dawn il-profitti u mħallas mis-sussidjarja u minn kull sussidjara fi skala iktar baxxa, bla ħsara għall-kondizzjoni illi f’kull skaluna kumpannija u s-sussidjara ta’ l-iskaluna iktar baxxa tagħha jissodisfaw il-ħtiġiet ipprovvduti fl-Artikolu 2 u 3, sal-limitu ta’ l-ammont tat-taxxa mitħoqqa korripsondenti.</P></ITEM><ITEM><P>[…]</P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Madankollu, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jżomm il‑għażla li jipprovdi illi kull impost li jkollu x’jaqsam ma’ l-ishma u kull telf li jirriżulta mit-tqassim tal-qligħ tal-kumpannija sussidjarja jistgħu ma jitnaqqsux mill-profitti taxxabbli tal-kumpannija ġenitur. Meta l‑ispejjeż tal-ġestjoni li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-ishma f’dan il-każ jiġu ffissati bħala rata waħda uniformi, l-ammont iffissat ma jistax jaqbeż il 5 % tal-profitti mqassma mill-kumpannija sussidjarja.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 90/435 tħassret mid-Direttiva 2011/96/UE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Direttiva tal-Kunsill tat‑30 ta’ Novembru 2011 dwar is-sistema komuni tat‑tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="345" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 345, p. 8</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, li daħlet fis-seħħ fit‑18 ta’ Jannar 2012. Madankollu, fid-dawl tad-data tal-fatti tal‑kawża prinċipali, id-Direttiva 90/435 hija applikabbli għalihom <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 78/855</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 78/855 jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="019.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għaqda għandu jkollha l-konsegwenzi li ġejjin <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> u fl-istess ħin:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>it-trasferiment, kemm bejn il-kumpannija li qed tiġi akkwistata u l‑kumpannija li qed takkwista u fejn għandhom x’jaqsmu terzi persuni, lill-kumpannija li qed takkwista ta’ l-attiv u l-passiv kollu tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Belġjan</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 202 tal-code des impôts sur les revenus de 1992 (il‑Kodiċi dwar it-Taxxi fuq id-Dħul tal‑1992), fil-verżjoni tiegħu fis‑seħħ fil-mument tal-fatti tal-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il‑<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>KTD 1992<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), jistipula, f’dak li jirrigwarda s-sistema tad-DID:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="202.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Mill-profitti tal-perijodu taxxabbli għandhom jitnaqqsu wkoll, sa fejn ikunu inklużi:</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>1°</NO.P><TXT>id-dividendi, bl-eċċezzjoni tad-dħul li jinkiseb fl-okkażjoni tat‑trasferiment lil kumpannija tal-azzjonijiet jew ishma tagħha stess jew waqt il-qsim totali jew parzjali tal-assi ta’ kumpannija;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 204tal-KTD 1992:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Id-dħul li jista’ jitnaqqas skont l-ewwel, it-tielet u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 202(1) huwa meqjus li jaqa’ taħt il-profitti tal-perijodu taxxabbli sa 95 % tal-ammont miġbur jew riċevut eventwalment miżjud bil-ħlas bil-quddiem ta’ taxxa fuq id-dħul fuq proprjetà mobbli reali jew fittizja […]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 205(2) tal-KTD 1992 huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>It-tnaqqis previst fl-Artikolu 202 huwa limitat għall-ammont tal-profitti tal-perijodu taxxabbli, li jibqa’ wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 199 […]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Artikolu 206(1) tal-KTD 1992, dwar it-tnaqqis tat-telf preċedenti, jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>It-telf professjonali preċedenti jitnaqqas suċċessivament mid-dħul professjonali ta’ kull wieħed mill-perijodi taxxabbli sussegwenti.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 206(2) tal-KTD 1992:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>F’każ ta’ għaqda li ssir skont l-Artikolu 211(1), it-telf professjonali li kumpannija li qed tiġi akkwistata tkun esperjenzat qabel din l-għaqda jibqgħu jistgħu jitnaqqsu fi ħdan il-kumpannija li qed takkwista b’mod proporzjonali mal-parti li tirrapreżenta l-assi netti fiskali qabel l-għaqda tal-elementi assorbiti tal-kumpannija msemmija fl-ewwel lok, fit-total, ukoll qabel l-għaqda, tal-assi netti fiskali tal-kumpannija li qed takkwista u tal-valur fiskali nett tal-elementi assorbiti […]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali, id‑domanda preliminari u l‑proċedura quddiem il‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Matul is-sena 1995, il-kumpannija tal-assigurazzjoni AGF L’Escaut SA akkwistat żewġ kumpanniji tal-assigurazzjoni Belġjani. Fl‑1999, kumpannija oħra tal-assigurazzjoni, Assubel-Vie SA, akkwistat lil AGF L’Escaut u ħames kumpanniji oħra tal-assigurazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Il-kumpanniji li ġew akkwistati minn AGF L’Escaut u minn Assubel-Vie, li issa ngħaqdu taħt l-isem tal-kumpannija Allianz Benelux, kellhom bilanċi pożittivi ta’ DID, li setgħu jiġu ttrasferiti għas-snin finanzjarji sussegwenti. Huma kienu rċevew għalhekk, qabel dawn l‑għaqdiet, dividendi fuq l-ishma tagħhom f’kumpanniji oħra, filwaqt li sofrew telf.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Allianz Benelux kienet ittrasferixxiet b’mod komplet dawn il‑bilanċi pożittivi ta’ DID matul is-snin finanzjarji tal-perijodu mis‑sena 2004 sas‑sena 2007. Dan it-trasferiment totali ġie miċħud mill‑amministrazzjoni fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Wara lment imressaq minn Allianz Benelux kontra din iċ-ċaħda, id-Direttur Reġjonali inkarigat mill-amministrazzjoni fiskali aċċetta, permezz ta’ deċiżjoni tad‑19 ta’ Diċembru 2012, it-trasferiment tal‑bilanċi pożittivi ta’ DID lill-kumpannija li qed takkwista, iżda biss skont il-prorata prevista fir-rigward tat-telf li jista’ jiġi kkumpensat minn din il-kumpannija fil-kuntest ta’ għaqda<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Fin-nuqqas ta’ bażi legali għat-trasferiment ta’ DID f’każ ta’ għaqda, dan it‑trasferiment limitat ta’ bilanċi pożittivi ta’ DID tal-kumpanniji li qed jiġu akkwistati ġie aċċettat skont il-prorata prevista fl-Artikolu 206(2) tal-KTD tal‑1992 dwar it-telf li jista’ jiġi kkumpensat.</P></NOTE>. Iċ-ċaħda parzjali tat‑trasferiment tal-bilanċi pożittivi ta’ DID b’hekk ġiet riflessa b’żieda tal-bażi taxxabbli tal-imsemmija kumpannija sa ammont totali ta’ madwar EUR 13.6 miljuni għas-snin taxxabbli relatati mas-snin mill‑2004 sal‑2007.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Allianz Benelux ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem it-tribunal de première instance francophone de Bruxelles (il‑Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Brussell bil-lingwa Franċiża (il-Belġju). Permezz ta’ sentenza tal‑20 ta’ Mejju 2016, din il-qorti ċaħdet it-talba għat-trasferiment totali tal-bilanċi pożittivi ta’ DID.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Allianz Benelux ippreżentat appell minn din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju. Din il-qorti sostniet li n-nuqqas ta’ trasferiment totali fi ħdan il-kumpannija li qed takkwista tad-DID li setgħu jiġu ttrasferiti li kellha l-kumpannija li qed tiġi akkwistata jwassal, fl-ewwel lok, sabiex jiġi intaxxat dan id-dħul, fit-tieni lok, għal ksur tal-Artikolu 4(1) tad‑Direttiva 90/435 u, fit-tielet lok, għall-ksur tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-cour d’appel de Bruxelles (il-Qorti tal‑Appell ta’ Brussell) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel id-domanda preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva [90/435], moqri jew le flimkien mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi [78/855] u [82/891] dwar id-dritt tal-kumpanniji, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-profitti mqassma koperti [mill-ewwel direttiva] jiġu inklużi fil-bażi taxxabbli tal-kumpannija benefiċjarja tad-dividendi qabel ma jitnaqqsu minnha sa 95 % mill‑ammont tagħhom u, jekk ikun il-każ, jiġu ttrasferiti ’l quddiem għas-snin taxxabbli sussegwenti, iżda li, fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni speċifika li tipprevedi li fil-każ ta’ operazzjoni ta’ riorganizzazzjoni tal-kumpanniji it-tnaqqis hekk ittrasferit fir-rigward tal-kumpannija li tittrasferixxi jiġu ttrasferiti kollha kemm huma lill-kumpannija benefiċjarja, għandha l-konsegwenza li l‑profitti koperti jkunu ntaxxati indirettament meta ssir l-imsemmija operazzjoni minħabba l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni li tillimita t-trasferiment tal-imsemmi tnaqqis b’mod proporzjonali għall-parti li tirrappreżenta l-assi netti fiskali qabel l-operazzjoni tal-elementi assorbiti mill-kumpannija li titrasferixxi fit-total, anki qabel l‑operazzjoni, tal-assi netti fiskali tal-kumpannija li tassorbi u tal‑valur fiskali nett tal-elementi assorbiti?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub mill-Gvern Belġjan u mill-Kummissjoni Ewropea. Dawn il-partijiet u Allianz Benelux esprimew ruħhom ukoll, barra minn hekk, fis-seduta li saret fit‑3 ta’ Frar 2022.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ammissibbiltà tat‑talba għal deċiżjoni preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Qabel xejn nirrileva li, fid-domanda preliminari, il-qorti tar-rinviju tirreferi kemm għall-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435, kif ukoll għad‑Direttivi 78/855 u 82/891 mingħajr madankollu ma tindika xi dispożizzjonijiet konkreti tagħhom u lanqas ir-raġunijiet li għalihom hija tirreferi għal dawn id-direttivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, l-ewwel, id-Direttiva 82/891, għandu jiġi nnotat li din tirregola biss id-dritt tal-kumpanniji fil-kuntest ta’ diviżjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata u ma tistax, minħabba f’hekk, tiġi applikata f’din il-kawża, li tirrigwarda l-għaqda ta’ kumpanniji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fir-rigward, it-tieni, tad-Direttiva 78/855, din tirrigwarda biss l-aspetti tad-dritt privat relatat mal-għaqda tal-kumpanniji mingħajr ma tinkludi dispożizzjonijiet ta’ natura fiskali li huma applikabbli għall‑kawża prinċipali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>L-unika dispożizzjoni li tista’ tkun rilevanti għar-risposta għad-domanda preliminari hija l-Artikolu 19(1)(a) tad-Direttiva 78/855, li tiprrevedi li l-għaqda ġġib magħha t‑trasferiment universali, kemm bejn il-kumpannija li qed tiġi akkwistata u l‑kumpannija li qed takkwista u fejn għandhom x’jaqsmu terzi persuni, tal-attiv u l‑passiv kollu tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata lill-kumpannija li qed takkwista. F’dan ir-rigward, jekk hija possibbli li issir, fit-teorija, il-mistoqsija dwar jekk il‑bilanċi pożittivi ta’ DID inkwistjoni (jew vantaġġi oħra fiskali, bħat-telf li jista’ jiġi ttrasferit) għandhomx jiġu kkunsidrati bħala li jagħmlu parti mill-patrimonju attiv tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata, it-tweġiba għal din il-mistoqsija ma hija xejn ċara abbażi ta’ din id-direttiva, li ma tidhirx li tirregola l-effetti fiskali ta’ għaqda.</P></NOTE>. Barra minn hekk, din il-konstatazzjoni hija kkonfermata bil-fatt li l-aspetti fiskali ta’ tranżazzjonijiet ta’ għaqda fi ħdan l‑Unjoni kienu rregolati, fil-perijodu tal-fatti fil-kawża prinċipali, mid‑Direttiva 90/434/KEE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Direttiva tal-Kunsill tat‑23 ta’ Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti tal-attivi u l‑iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 142). Madankollu, għandu jiġi speċifikat, kif spjegat fil-punt 47 ta’ dawn il-konklużjonijiet, li d-Direttiva 90/434 ma jidhirx li fiha dispożizzjonijiet li huma applikabbli għall-kawża prinċipali.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda d-Direttiva 90/435, għandu jiġi spjegat li din għandha l-għan li telimina t-taxxa doppja tal-profitti mqassma minn kumpannija sussidjarja li tinsab fi Stat Membru lill-kumpannija omm tagħha stabbilita fi Stat Membru ieħor, sabiex tiffaċilita r-raggruppament tal-kumpanniji fil-livell tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara it-tielet premessa tad-Direttiva 90/435.</P></NOTE>. Għal dan il-għan, l-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva jipprevedi li, meta kumpannija omm residenti fi Stat Membru tirċievi profitti mqassma ta’ sussidjarja residenti fi Stat Membru ieħor, l-Istat tal-kumpannija omm għandu, jew iżomm lura milli jintaxxa dawn il-profitti (sistema tal-eżenzjoni), jew jawtorizza lill-kumpannija omm biex tnaqqas mill-ammont tat-taxxa l-frazzjon tat-taxxa tal‑kumpannija sussidjarja li jkollu x’jaqsam ma’ dawn il-profitti (sistema tal-imputazzjoni).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-applikabbiltà tad-Direttiva 90/435 għall-kawża prinċipali, għandhom isiru l-ispjegazzjonijiet segwenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Minn naħa waħda, kif issemma fil-punt 27 ta’ dawn il‑konklużjonijiet, id-Direttiva 90/435 hija intiża sabiex telimina t-taxxa doppja tal-profitti mqassma bejn kumpanniji li jappertjenu lill-istess grupp li jinsabu fi Stati Membri differenti. Għalhekk, l-ebda dispożizzjoni minn din id-direttiva<?PAGE NO="7"?> ma tistipula b’mod espress l‑applikazzjoni tagħha fil-qafas ta’ tranżazzjonijiet ta’ għaqda bejn kumpanniji (preċedentament indipendenti). Minkejja li, fost l-għanijiet koperti mill-imsemmija direttiva jinsab dak li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>tiffaċilita r‑raggruppament tal-kumpanniji fil-livell tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, xorta jibqa’ l-fatt li r-raggruppament li għalih tagħmel riferiment l-istess direttiva għandu jinftiehem bħala li huwa prinċiparjament ta’ natura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>interna<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> u li jikkonċerna biss kumpanniji li jappartjenu għall-istess grupp.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 1 tad-Direttiva 90/435 ikopri t‑tqassim tal-profitti riċevuti minn kumpanniji ta’ Stat Membru u li ġejjin mis-sussidjarji tagħhom li l-uffiċċju prinċipali tagħhom jinsab fi Stati Membri oħra. Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal‑Ġustizzja jirriżulta li, bħala regola, l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva ma jirregolax is-sitwazzjoni li fiha l-uffiċċju prinċipali tal-kumpannija li tiddistribwixxi d-dividendi jinsab fl-istess Stat Membru ta’ dak tal-kumpannija li tirċevihom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Digriet KBC (punt 57).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-fatt li mit-talba għal deċiżjoni preliminari ma jirriżultax minn fejn ġejjin id-dividendi riċevuti mill-kumpanniji li qed jiġu akkwistati, ma jidhirx li huwa possibbli li jiġi stabbilit jekk tranżazzjonijiet bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali humiex rregolati mid-Direttiva 90/435 u, b’mod partikolari, jekk jikkostitwixxux sitwazzjoni purament interna li tirrigwarda biss kumpanniji Belġjani.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Madankollu, ninnota li skont ġurisprudenza stabbilita, id-domandi preliminari relatati mal-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza tad‑19 ta’ Diċembru 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Junqueras Vies</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑502/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1115">EU:C:2019:1115</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrikonoxxiet l-eżistenza ta’ riferiment mid-dritt nazzjonali Belġjan, f’dak li jirrigwarda s-sistema DID, għad-Direttiva 90/435, u, għalhekk, l‑ammissibbiltà tat-talbiet għal domandi preliminari bis-saħħa ta’ dan ir‑riferiment, billi ddeċidiet li l-portata tar-riferiment użat mid-dritt nazzjonali għad-dritt tal-Unjoni hija kwistjoni esklużivament irregolata mid-dritt nazzjonali, li timplika b’hekk, bħala regola, il-fakultà li tirreferi għal dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni għal sitwazzjonijiet interni li ma humiex koperti, <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT>, mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li għaliha jsir ir-riferiment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza tat‑18 ta’ Ottubru 2012, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Punch Graphix Prepress Belgium</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑371/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:647">EU:C:2012:647</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u d-digriet KBC (punti 58 u 59).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l‑amministrazzjoni fiskali Belġjana espliċitament ibbażat id-deċiżjoni tagħha fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-DID.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, inqis li d-domanda preliminari hija ammissibbli, iżda li għandha tiġi evalwata biss fid-dawl tad-Direttiva 90/435.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il‑mertu</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L‑aġġustament tas‑sistema Belġjana tad‑DID skont il‑ġurisprudenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Qabel xejn nenfasizza li l-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-okkażjoni teżamina diversi drabi l-kompatibbiltà tas-sistema Belġjana tad-DID mad-Direttiva 90/435.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>B’hekk, fis-sentenza Cobelfret, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li s-sistema Belġjana ta’ tnaqqis tad-DID applikabbli fil-perijodu tal-fatti ma kinitx kompatibbli mal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435 sa fejn l‑għoti totali tiegħu kien jiddependi fuq kundizzjoni li ma kinitx prevista minn din id-direttiva, jiġifieri li s-sena fiskali li matulha d-dividendi huma riċevuti għandha tingħalaq b’riżultat pożittiv jew null. Skont il‑Qorti tal-Ġustizzja, meta din il-kundizzjoni ma kinitx issodisfatta, kienet tirriżulta tassazzjoni indiretta tad-dividendi riċevuti matul is-snin taxxabbli sussegwenti minħabba t-tnaqqis tat-trasferiment tat-telf li jimplika inklużjoni minn qabel fil-bażi taxxabbli tad-dividendi riċevuti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza Cobelfret (punti 33 sa 41).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li, fil-każ fejn il-profitt taxxabbli tas-sena fiskali inkwistjoni ma huwiex biżżejjed sabiex jiżgura t-tnaqqis totali tad-DID, il-bilanċi pożittivi li ma jistgħux jitnaqqsu immedjatament għandhom jiġu ttrasferiti għas-snin finanzjarji sussegwenti mingħajr limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Għandu jiġi spjegat ukoll li, f’din is-sentenza, il-Qorti tal‑Ġustizzja rrikonoxxiet li l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435 għandu effett dirett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Wara d-digriet KBC li kkonferma s-sentenza Cobelfret, is-sistema Belġjana tad-DID ġiet emendata billi ġie introdott it-trasferiment mingħajr limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> ta’ tnaqqis tad-DID għas-snin taxxabbli sussegwenti li ma setax isir immedjatament minħabba li ma kienx hemm profitti biżżejjed.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Is-sistema Belġjana tad-DID għal darb’oħra kienet is-suġġett ta’ eżami mill-Qorti tal-Ġustizzja, ftit snin wara, fil-qafas tas-sentenza Brussels Securities fejn il-metodu ta’ trasferiment tat-tnaqqis tad-DID u – b’mod iktar preċiż – l-ordni ta’ imputazzjoni tat-tnaqqis għat‑tassazzjoni tal-kumpanniji prevista mid-dritt Belġjan dak iż-żmien. F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-imputazzjoni prijoritarja tat-trasferiment tat-tnaqqis tad-DID setgħet ittellef il‑benefiċċju ta’ tipi oħra ta’ trasferimenti ta’ tnaqqis li, min-naħa tagħhom, kienu limitati <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenza Brussels Securities (punt 49).</P></NOTE>. B’hekk, peress li l-piż fiskali tal-kumpannija omm jista’ jiġi affettwat, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li hija kienet indirettament iġġorr taxxa fuq id-dividendi riċevuti mis‑sussidjarja tagħha bi ksur tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenza Brussels Securities (punt 53).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il‑limitazzjoni tat‑trasferiment tal‑bilanċi pożittivi ta’ DID fil‑qafas ta’ għaqda tikkostitwixxi taxxa indiretta?</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Infakkar li, f’din il-kawża, l-amministrazzjoni fiskali applikat, b’analoġija għat-trasferiment tal-bilanċi pożittivi ta’ DID tal-kumpanniji li qed jiġu akkwistati lejn il-kumpannija li qed takkwista l‑Artikolu 206(2) tas-KTD 1992 li jirrigwarda t-trasferiment lejn il‑kumpannija li qed takkwista, ta’ telf li l-kumpannija li qed tiġi akkwistata sofriet qabel l-għaqda. Għalhekk għandu jiġi stabbilit jekk dan it-tnaqqis ta’ bilanċi pożittivi ta’ DID jikkostitwixxix taxxa diretta jew indiretta ta’ dividendi eżentati skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) tad‑Direttiva 90/435<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>F’dan ir-rigward, nosserva li l-applikazzjoni b’analoġija ta’ dispożizzjoni tad-dritt fiskali għal sitwazzjoni li ma tidhirx, bħala regola, koperta <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> minn din id-dispożizzjoni tqajjem mistoqsijiet mill-perspettiva taċ-ċertezza legali, li tirrikjedi b’mod partikolari li d-dispożizzjonijiet fiskali jkunu interpretati b’mod restrittiv.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Bħall-Kummissjoni u l-Gvern Belġjan, jiena tal-opinjoni li r‑risposta għad-domanda preliminari għandha tkun fin-negattiv.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, nirrileva li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dak li jirrigwarda l-kompatibbiltà tas-sistema Belġjana tad-DID mal‑ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435 – u deskritta fil‑punti 36 sa 40 ta’ dawn il-konklużjonijiet – ingħatat f’kuntest fattwali u ġuridiku differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>B’hekk, fil-kawżi ċċitati iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat il-kompatibbiltà tas-sistema Belġjana tad-DID applikabbli fil‑perijodu tal-fatti mad-dritt tal-Unjoni f’qafas fattwali li jaqa’ kompletament fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, fis-sens li f’dawn il-kawżi kien hemm ħlasijiet bejn kumpannija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>sussidjarja<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> u kumpannija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>omm<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fi ħdan l-istess grupp. Issa din il-kawża tirrigwarda eżempju fejn il-bilanċi pożittivi ta’ DID ma humiex direttament ittrasferiti mill‑kumpannija sussidjarja lill-kumpannija omm, iżda fejn il‑kumpannija li qed tiġi akkwistata titrasferixxi bilanċi pożittivi ta’ DID, li hija għandha minħabba s-sehem tagħha (preċedenti) f’kumpanniji oħra, lill-kumpannija (omm) li akkwistatha fi stadju ulterjuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Għalhekk tqum il-kwistjoni dwar jekk din il-ġurisprudenza tistax tiġi trasposta f’dan il-każ, li jirrigwarda mhux it-trasferiment ta’ bilanċ pożittiv ta’ DID bejn kumpanniji li jappartjenu lill-istess grupp, iżda <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>trasferiment<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> ta’ bilanċi pożittivi ta’ DID ta’ kumpannija preċedentament indipendenti lejn kumpannija oħra wara għaqda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li, minn naħa, l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435 ma jistipulax il-possibbiltà li jiġi aċċettat trasferiment inkundizzjonat ta’ bilanċi pożittivi ta’ DID tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata lejn il‑kumpannija li qed takkwista, u, min-naħa l-oħra, il-ġurisprudenza tal‑Qorti tal-Ġustizzja – u b’mod partikolari s-sentenza Cobelfret – ma għandhiex tiġi interpretata f’dan is-sens, kif issostni b’mod żbaljat Allianz Benelux<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara l-punti 27, 29 u 36 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Għalhekk inqis li ma hemm l-ebda element li jista’ jwassalna sabiex jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 4(1) tad‑Direttiva 90/435 lanqas dak tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ċċitata iktar ’il fuq f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi nnotat, li l-ebda dispożizzjoni oħra tad‑dritt tal-Unjoni ma tidher tistabbilixxi d-dritt għal trasferiment inkundizzjonat ta’ bilanċi pożittivi ta’ DID tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata lejn il-kumpannija li qed takkwista, rikjest minn Allianz Benelux. F’dan ir-rigward, nosserva li d-Direttiva 90/434, li tirrigwarda fuq kollox l-aspetti fiskali ta’ tranżazzjonijiet ta’ għaqda, lanqas ma tinkludi dispożizzjonijiet li jippermettu t-trasferiment ta’ telf jew ta’ bilanċi pożittivi ta’ DID (jew ta’ benefiċċji fiskali oħra) fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet ta’ għaqda. Barra minn hekk, l-interpretazzjoni ta’ din id‑direttiva mill-Qorti tal-Ġustizzja f’xi kawżi li għandhom karatteristiċi komuni mal-kawża prinċipali u li jirrigwardaw it-trasferiment ta’ telf (u ta’ benefiċċji fiskali oħra) fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet ta’ għaqda ma taċċettax l-interpretazzjoni sostnuta minn Allianz Benelux<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara l-punt 60 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jiġi eżaminat jekk is-sistema tad-DID inkwistjoni fil-kuntest ta’ din il-kawża twassalx għal taxxa diretta jew indiretta inkompatibbli mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) tad‑Direttiva 90/435.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Infakkar li l-Istat Belġjan għażel is-sistema tal-eżenzjoni stipulata fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva sabiex din il-miżura tiġi trasposta fid-dritt nazzjonali tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>B’hekk, skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt Belġjan li jittrasponu d-Direttiva 90/435, kumpannija omm tista’ tnaqqas mir-riżultat tagħha 95 % tad-dividendi riċevuti mis-sussidjarji tagħha bis-saħħa tad-DID. Is‑sistema tad-DID tistipula li, fl-ewwel lok, id-dividendi mqassma mis‑sussidjarja huma inklużi fil-bażi taxxabbli tal-kumpannija omm. Fit‑tieni lok, dawn id-dividendi huma mnaqqsa minn din il-bażi taxxabbli sa fejn, għall-perijodu ta’ tassazzjoni kkonċernat, jibqgħu profitti taxxabbli wara t-tnaqqis tal-profitti l-oħra eżentati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, il-kumpanniji li qed jiġu akkwistati kellhom, waqt il-perijodu tal-għaqda permezz ta’ akkwist, bilanċi pożittivi ta’ DID u telf. Fir-rigward tat-telf, il-leġiżlazzjoni Belġjana applikabbli kienet tistipula li ammont ta’ telf ittrasferit u li jista’ jitnaqqas fi ħdan il‑kumpannija li qed takkwista huwa limitat għall-<HT TYPE="ITALIC">prorata</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Peress li, fil-perijodu tal-fatti, ma kien hemm l-ebda dispożizzjoni tad-dritt Belġjan li tistipula t-trasferiment ta’ bilanċi pożittivi ta’ DID mill-kumpanniji li qed jiġu akkwistati lejn il-kumpannija li qed takkwista, l-amministrazzjoni fiskali applikat b’analoġija l-istess regola ta’ <HT TYPE="ITALIC">prorata</HT> għall-bilanċi pożittivi ta’ DID.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi stabbilit jekk dan it-tnaqqis ta’ bilanċi pożittivi ta’ DID jikkostitwixxix taxxa diretta jew indiretta ta’ dividendi eżentati skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta b’mod ċar li s‑sistema tad-DID ma twassalx għal taxxa diretta fi ħdan il-kumpannija li qed takkwista fid-dawl tat-tnaqqis (kważi-) komplet li minnu tibbenefika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda t-taxxa indiretta, għandu jiġi stabbilit jekk l‑obbligu ta’ nuqqas ta’ tassazzjoni previst fl-ewwel inċiż tal‑Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435 għandux portata tali li din id‑dispożizzjoni tipprekludi effetti fiskali fuq il-bażi ta’ tassazzjoni tal‑kumpannija li tibbenefika mid-dividendi li tirriżulta minn limitazzjoni tat-trasferiment tal-bilanċi pożittivi tad-DID waqt għaqda permezz ta’ akkwist.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, nirrileva li, fis-sentenza Brussels Securities, sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ taxxa indiretta, il-Qorti tal-Ġustizzja pparagunat s-sitwazzjoni inkwistjoni f’din il-kawża, fil-kuntest ta’ liema l-kumpannija omm, waqt it-tnaqqis fiskali, kellha tosserva l-ordni prijoritarju ta’ tnaqqis tal-bilanċi pożittivi meta mqabbel ma’ tnaqqis ieħor fiskali mas-sitwazzjoni li kienet tapplika kieku l-Istat Belġjan kellu japplika sistema ta’ eżenzjoni li tikkonsisti fis-sempliċi tneħħija tad-dividendi mill-bażi taxxabbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>B’dan ir-raġunament, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li f’ċerti sitwazzjonijiet, il‑leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni kienet tippermetti li l-kumpannija omm tiġi intaxxata iktar milli kieku d-dividendi riċevuti fil-qafas tas-sistema fiskali kumpannija omm-kumpannija sussidjarja kienu esklużi mill-bażi taxxabbli tagħha.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Inqis, bħall-Kummissjoni u bħall-Gvern Belġjan, li r-raġunament segwit mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża ċċitata iktar ’il fuq jista’ japplika wkoll f’din il-kawża. Minn dan jirriżulta li taxxa indiretta tista’ ssir biss f’sitwazzjoni fejn il-kumpannija li tibbenefika tinsab fi stat inqas favorevoli minħabba l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali milli kieku d-dividendi riċevuti mill-kumpannija omm kienu sempliċement imneħħija mill-kalkolu tal-bażi taxxabbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Minn dan il-paragun jirriżulta li s-sitwazzjoni fejn ir-restrizzjoni għall-<HT TYPE="ITALIC">prorata</HT> tapplika kemm għat-trasferiment tal-bilanċi pożittivi tad‑DID kif ukoll għat-trasferiment tat-telf f’każ ta’ għaqda ma tidhirx li twassal għal taxxa ikbar ħlief fil-każ fejn id-dividendi kienu esklużi mill‑bażi taxxabbli tal-kumpannija li tibbenefika minnhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>F’dan ir-rigward, ninnota li din il-konstatazzjoni hija kkonfermata wkoll bl-eżempji biċ-ċifri li jqabblu dawn iż-żewġ każijiet li jinsabu fl-osservazzjonijiet bil-miktub tal-Gvern Belġjan u tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, din il-konstatazzjoni ma kinitx ikkontestata minn Allianz Benelux waqt is-seduta.</P></NOTE>. In‑newtralita fiskali fiż-żewġ sitwazzjonijiet jidher li hija osservata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, kif tenfasizza l-Kummissjoni, jekk il-bilanċi pożittivi ta’ DID huma ttrasferiti kompletament lill-kumpannija li qed takkwista minkejja li restrizzjoni għall-<HT TYPE="ITALIC">prorata</HT> bħal dik prevista mil‑leġiżlazzjoni nazzjonali tapplika għat-trasferiment ta’ telf, din il-kumpannija ssib ruħha f’sitwazzjoni iktar favorevoli milli kieku l-Istat Belġjan kien ippreveda eżenzjoni sempliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, nindika li la l-qorti tar-rinivju, u lanqas Allianz Benelux ma setgħu jġibu eżempju li juri taxxa indiretta ta’ dividendi eżentati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Fir-raba’ u fl-aħħar lok, jiena tal-opinjoni li, anki jekk il-kwistjoni tal-ġustifikazzjoni tal-miżura Belġjana inkwistjoni ma tqumx f’din il‑kawża, ir-restrizzjoni introdotta mid-dritt Belġjan f’dak li jirrigwarda l-portata u l-estensjoni tal-possibbiltà li jiġu dedotti l-ammonti korrispondenti tad-DID (fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet ta’ għaqda) tidher, mal-ewwel daqqa ta’ għajn, li tista’ tkun iġġustifikata fid-dawl tal-għan leġittimu tal-ġlieda kontra l-abbużi u l-frodi fiskali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>B’hekk, jekk it-trasferiment mingħajr limiti ta’ telf u ta’ bilanċi pożittivi ta’ DID kien awtorizzat fil-kuntest ta’ għaqda, dan seta’ jippermetti lill-kumpanniji sabiex jipproċedu għax-xiri mill-ġdid (potenzjalment fittizji) ta’ kumpanniji oħra li għandhom tali telf jew bilanċi pożittivi ta’ DID sempliċament sabiex jiksbu benefiċċju fiskali jew sabiex jevadu t-taxxa. Jidhirli li l-fatt li jintuża kriterju oġġettiv, ċar u prevedibbli bħal dan (li jiġi limitat għal <HT TYPE="ITALIC">prorata</HT>) fil-konfront tal-attiv nett fiskali ta’ elementi akkwistati tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata u tat-total, anki qabel l-għaqda, tal-attiv net fiskali tal-kumpannija li qed takkwista u tal-valur fiskali nett tal-elementi akkwistati jippermetti preċiżament li jiġu evitati tali prattiki abbużivi. Madankollu, inħoss li għandi nispjega li la mid-deċiżjoni tar-rinviju u lanqas mill-osservazzjonijiet tal-partijiet ma jirriżulta li din il-kawża hija eżempju ta’ dan.</P></NOTE> sakemm, ovvjament, il-miżura nazzjonali tkun neċessarja u tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li miżura li teskludi, fil-kuntest ta’ għaqda, il-possibbiltà lill-kumpannija omm stabbilita fi Stat Membru li tnaqqas mid-dħul taxxabbli tagħha t-telf tal-kumpannija sussidjarja li ġiet akkwistata, stabbilita fi Stat Membru ieħor, tista’ tiġi ġġustifikata min-neċessità li jinżamm it‑tqassim tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri u li jiġu impediti r-riskji ta’ użu doppju tat-telf u ta’ evażjoni fiskali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑21 ta’ Frar 2013, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>A</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑123/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:84">EU:C:2013:84</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)). Nosserva li l-problematika tat-tqassim tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri ma tqumx f’din il-kawża, peress li jidher li huma l-awtoritajiet fiskali Belġjani biss li għandhom kompetenza.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li l-kwistjoni tal‑ġustifikazzjoni tqum biss jekk ikun ġie kkonstatat ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435, li ma huwiex il-każ f’dan il-każ. Barra minn hekk, din il-kwistjoni la tqajmet mill-qorti tar-rinviju u lanqas mill-partijiet fil-kawża. Għalhekk inqis li ma hemmx lok li dan il‑punt jiġi eżaminat iktar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li r‑risposta għad-domanda preliminari tkun li l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/435 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tistipula li d-dividendi riċevuti minn kumpannija huma inklużi fil-bażi taxxabbli tagħha qabel ma jitnaqqsu minnha sa 95 % mill‑ammont tagħhom u li tippermetti, jekk ikun il-każ, li dan it-tnaqqis jiġi ttrasferit għas-snin taxxabbli sussegwenti, iżda li, madankollu, f’każ ta’ akkwist ta’ din il-kumpannija fil-kuntest ta’ għaqda, tillimita t-trasferiment ta’ dan it-tnaqqis lill-kumpannija li qed takkwista b’mod proporzjonali għall-parti li tirrapreżenta l-assi netti fiskali tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata fit-total tal-assi netti fiskali tal-kumpannija li qed takkwista u tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrispondi għad-domanda preliminari magħmula mill-Qorti tal-Appell ta’ Brussell (il-Belġju) bil-mod segwenti:</TXT><P>L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat‑23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi li d-dividendi riċevuti minn kumpannija huma inklużi fil-bażi taxxabbli tagħha qabel ma jitnaqqsu minnha sa 95 % mill‑ammont tagħhom u li tippermetti, jekk ikun il-każ, li dan it-tnaqqis jiġi ttrasferit għas-snin taxxabbli sussegwenti, iżda li, madankollu, f’każ ta’ akkwist ta’ din il-kumpannija fil-kuntest ta’ għaqda, tillimita t-trasferiment ta’ dan it-tnaqqis lill-kumpannija li qed takkwista b’mod proporzjonali għall-parti li tirrapreżenta l-assi netti fiskali tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata fit-total tal-assi netti fiskali tal-kumpannija li qed takkwista u tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>