31985D0204



Official Journal L 087 , 27/03/1985 P. 0008 - 0035
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0185
Spanish special edition: Chapter 02 Volume 13 P. 0104
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0185
Portuguese special edition Chapter 02 Volume 13 P. 0104


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-7 ta' Marzu 1985

li taċċetta għan-nom tal-Komunità, tlett Annessi għall-konvenzjoni internazzjonali dwar is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri doganali

(85/204/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Filwaqt li, skond id-Deċiżjoni 75/199/KEE [1], il-Komunità hija parti għall-konvenzjoni internazzjonali dwar is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri doganali;

Filwaqt li, l-Annessi mal-konvenzjoni msemmija li jikkonċernaw id-dħul għall-użu fid-dar, l-esportazzjoni diretta u l-ħlas lura tad-dazji u t-taxxi ta' l-importazzjoni jistgħu kunu aċċettati mill-Komunità;

Filwaqt li huwa approprjat, madanakollu, li din l-aċċettazzjoni tkun akkumpanjata minn ċerti riżervi sabiex tieħu kont tal-ħtiġijiet speċjali ta' l-Unjoni Doganali u ta' l-istat preżenti ta' l-armonizzazzjoni fl-arja tal-leġislazzjoni doganali,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Annessi li ġejjin għall-konvenzjoni internazzjonali dwar is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri doganali huma hawnhekk aċċettati għan-nom tal-Komunità, soġġetti għar-riżervi indikati:

- L-Anness B.1 li jikkonċerna l-clearance għall-użu fid-dar (l-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni), b'riżerva ġenerali u riżervi li għandhom x'jaqsmu ma’ l-Istandard 28 u l-Prattiċi Rakkomandati 19 u 52,

- L-Anness C.1 li jikkonċerna l-esportazzjoni diretta (l-Anness II ma’ din id-Deċiżjoni), b'riżerva ġenerali u riżervi fejn għandhom x'jaqsmu l-Istandard 21 u l-Prattika Rakkomandata 10,

- L--Anness F.6 li jikkonċerna l-ħlas lura tad-dazji u t-taxxi ta' l-importazzjoni (l-Anness III ma’ din id-Deċiżjoni), b'riżerva ġenerali u riżerva fejn għandu x'jaqsam l-Istandard 7.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar il-persuna ntitolata li tinnotifika lis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill tal-Koperazzjoni Doganali bl-aċċettazzjoni, għan-nom tal-Komunità, ta' l-Annessi msemmija fl-Artikolu 1, flimkien mar-riżervi indikati f'dak l-Artikolu.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Marzu 1985.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Biondi

[1] ĠU L 100, tal-21.4.1975, pġ. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

ANNESS B.1

L-ANNESS LI JIKKONĊERNA L-APPROVAZZJONI GĦALL-UŻU FID-DAR

L-Introduzzjoni

Merkanzija li hija impurtata direttament għall-użu jew għall-konsum fi ħdan it-territorju doganali għandha tiġi ddikkjarata għall-użu fid-dar.

Tista’ tiġi ddikkjarata għall-użu fid-dar jew direttament ma’ l-importazzjoni jew wara proċedura oħra doganali bħall-warehousing, l-ammissjoni temporanja jew it-transitù doganali.

L-obbligazzjonijiet ewlenija li għandhom jitwettqu mid-dikjarant biex jottjeni l-clearance tal-merkanzija għall-użu fid-dar huma l-alloġġ tad-dikjarazzjoni tal-merkanzija bid-dokumenti ta' appoġġ (il-liċenzja ta' l-importazzjoni, iċ-ċertifikati ta' l-oriġini, eċċ.) u l-ħlas ta' xi dazji fuq l-importazzjoni u taxxi li għandhom jitħallsu. Taħt ċerti kondizzjonijiet il-ħlas tad-dazji ta' l-importazzjoni u t-taxxi jista’ jiġi diferit. Fejn xieraq, is-sigurtà tista’ tkun meħtieġa mid-dwana biex tiggarantixxi l-ħlas tad-dazji u t-taxxi ta' l-importazzjoni.

Il-miżuri meħuda mid-dwana f'konnessjoni ma’ l-approvazzjoni huma: l-eżami tad-dikjarazzjoni tal-merkanzija u dokumenti magħha, l-eżami tal-merkanzija, l-istima u l-ġbir tad-dazji ta' l-importazzjoni u t-taxxi u t-tħollija tal-merkanzija. Jiddependi fuq il-prattika nazzjonali amministrattiva, dawn l-operazzjonijiet jistgħu jitwettqu f'ordni differenti minn dik murija fuq. Id-dwana tista’ wkoll tkun responsabbli biex tottjeni d-data meħtieġa għall-istatistiċi tal-kummerċ u għall-infurzar tad-disposizzjonijiet statutorji jew regulatorji oħrajn li għandhom x'jaqsmu mal-kontroll tal-merkanzija impurtata. Awtoritajiet kompetenti oħrajn jistgħu wkoll iwettqu ċerti kontrolli (veterinarji, tas-saħħa, pitopatoloġiċi eċċ.) fuq merkanzija dikjarata għall-użu fid-dar.

Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Anness japplikaw għall-varji formalitajiet u miżuri (formalitajiet doganali) involuti fl-approvazzjoni tal-merkanzija għall-użu fid-dar, ikun xi jkun il-mod ta' l-importazzjoni tagħhom.

L-Anness ma japplikax għall-approvazzjoni għall-użu fid-dar ta' merkanzija importata bil-posta jew f'bagalji tal-vjaġġaturi.

Id-Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan l-Anness:

(a) il-kliem "approvazzjoni għall-użu fid-dar" ifissru l-proċedura doganali li tipprovdi li merkanzija importata tista’ tibqa’ fit-territorju doganali b'mod permanenti. Din il-proċedura timplika l-ħlas ta' kull dazji u taxxi ta' l-importazzjoni li għandhom jitħallsu u t-twettiq tal-formalitajiet doganali neċessarji kollha;

(b) il-kelma "dazji u taxxi ta' l-importazzjoni" tfisser dazji doganali u d-dazji, it-taxxi, il-miżati l-oħrajn kollha jew ħlasijiet oħrajn li huma miġbura fuq jew f’konnessjoni ma’ l-importazzjoni tal-merkanzija, imma li ma jinkludux il-miżati u l-ħlasijiet li huma limitati fl-ammont għall-prezz, bejn wieħed u ieħor, tas-servizzi mogħtija;

(ċ) il-kelma "dikjarazzjoni tal-merkanzija" tfisser stqarrija magħmula fil-forma preskritta mid-dwana, li permezz tagħha l-persuni interessati jindikaw il-proċedura doganali li għandha tiġi applikata għall-merkanzija u jfornu d-dettalji li d-dwana teħtieġ li jiġu dikjarati għall-applikazzjoni ta' dik il-proċedura;

(d) il-kelma "dikjarant" tfisser il-persuna li tiffirma dikjarazzjoni tal-merkanzija jew li f'isimha hi ffirmata;

(e) il-kelma "l-eżami tad-dikjarazzjoni tal-merkanzija" tfisser l-azzjoni meħuda mid-dwana biex jissodisfaw rwieħhom li d-dikjarazzjoni tal-merkanzija saret kif suppost, li d-dokumenti ta' l-appoġġ meħtieġa huma annessi u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imqiegħda dwar l-awtentiċità u l-validità tagħhom.

(f) il-kliem "l-eżami tal-merkanzija" jfissru l-ispezzjoni fiżika tal-merkanzija mid-dwana biex jissodisfaw rwieħhom li x-xorta, l-oriġini, il-kondizzjoni, il-kwantità u l-valur tal-merkanzija huma skond id-dettalji mogħtija fid-dikjarazzjoni tal-merkanzija;

(g) il-kliem "l-istima tad-dazji u t-taxxi ta' l-importazzjoni" jfissru d-determinazzjoni ta' l-ammont tad-dazji u t-taxxi ta' l-importazzjoni li għandu jitħallas;

(h) il-kelma "tħollija" tfisser l-azzjoni mid-dwana biex jippermettu li l-merkanzija taħt clearance titqiegħed għad-disposizzjoni tal-persuni kkonċernati;

(i) il-kelma "sigurtà" tfisser dak li jassigura għas-sodisfazzjon doganali li tiġi mitmuma obbligazzjoni lejn id-dwana. Is-sigurtà hija deskritta bħala "ġenerali" meta tassigura li l-obbligazzjonijiet li jitqajmu mid-diversi operazzjonijiet jiġu mitmuma;

(j) il-kelma "persuna" tfisser persuni kemm fiżiċi u ġuridiċi, sakemm il-kuntest ma jirrikjedix mod ieħor.

Il-Prinċipji

1. Standard

L-approvazzjoni għall-użu fid-dar ikun iggvernat mid-disposizzjonijiet ta' dan l-Anness.

2. Standard

Il-leġislazzjoni nazzjonali għandha tispeċifika l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti u l-formalitajiet doganali li għandhom jiġu mwettqa għall-approvazzjoni tal-merkanzija għall-użu fid-dar.

Noti

1. Il-Leġislazzjoni nazzjonali tista’ tinkludi projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fejn għandha x'taqsam l-importazzjoni ta' ċerti kategoriji ta' merkanzija.

2. L-obbligazzjonijiet li għandhom jiġu mwettqa biex isir il-clearance tal-merkanzija għall-użu fid-dar jinkludu l-alloġġ tad-dikjarazzjoni tal-merkanzija, il-produzzjoni ta' dokumenti ta' appoġġ u l-ħlas ta' kull dazji ta' l-importazzjoni u taxxi li għandhom jitħallsu.

Uffiċċji doganali kompetenti

3. Standard

L-awtoritajiet doganali għandhom jaħtru l-uffiċċji doganali li fihom il-merkanzija tista’ tiġi approvata għall-użu fid-dar. Fid-deċiżjoni dwar il-kompetenza ta' dawn l-uffiċċji u s-sigħat tax-xogħol tagħhom, il-fatturi li għandu jittieħed kont tagħhom għandhom jinkludu l-ħtiġiet partikolari tas-sengħa u l-industrija.

Noti

1. L-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li l-merkanzija tiġi approvata għall-użu fid-dar f'uffiċċji doganali fuq l-art.

2. Il-kompetenza ta' ċerti uffiċċji doganali tista’ tiġi ristretta f'termini tal-mod ta' trasport użat jew tal-kategoriji speċifikati ta' merkanzija jew tal-merkanzija kkunsinnata lil reġjun speċifiku (eż. iż-żona tal-fruntiera jew żona industrijali).

3. L-awtoritajiet doganali jistgħu jeħtieġu li ċerti kategoriji ta' merkanzija (eż., id-djamanti, antikitajiet, xogħlijiet ta' l-arti) jiġu approvati għall-użu fid-dar fl-uffiċċji doganali maħtura għal dak l-iskop.

4. Il-Prattika rakkomandata

Meta uffiċċji doganali korrispondenti jinstabu fuq fruntiera komuni, l-awtoritajiet doganali taż-żewġ pajjiżi kkonċernati għandhom, sa fejn hu possibbli, jikkorrelataw is-sigħat tax-xogħol u l-kompetenza ta' dawk l-uffiċċji.

Id-dikjarant

(a) Persuni intitolati li jaġixxu bħala dikjarant

5. Standard

Il-Leġislazzjoni nazzjonali għandha tispeċifika l-kondizzjonijiet li taħthom persuna hi ntitolata taġixxi bħala dikjarant.

Nota

Id-dikjarant m’hemmx għalfejn ikun is-sid tal-merkanzija; jista’ jkun, per eżempju, dak li jwassalha, l-aġent, dak li jikkunsinnaha jew aġent approvat mid-dwana.

6. Prattika rakkomandata

Kull persuna li jkollha d-dritt li tiddisponi mill-merkanzija għandha tkun intitolata taġixxi bħala dikjarant.

Nota

L-awtoritajiet doganali jistgħu jeħtieġu li d-dikjarant jistabbilixxi d-dritt tiegħu li jiddisponi mill-merkanzija.

(b) Ir-Resposabbiltajiet tad-dikjarant

7. Standard

Id-dikjarant għandu jinżamm responsabbli lill-awtoritajiet doganali għall-eżattezza tad-dettalji mogħtija fid-dikjarazzjoni tal-merkanzija u fil-ħlas tad-dazji ta' l-importazzjoni u t-taxxi.

(ċ) Id-drittijiet tad-dikjarant

8. L-Istandard

Qabel ma jippreżenta d-dikjarazzjoni tal-merkanzija d-dikjarant għandu jkun awtorizzat, taħt il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu stabbiliti mill-awtoritajiet doganali:

(a) li jispezzjona l-merkanzija u

(b) li jfassal kampjuni.

9. Prattika rakkomandata

L-awtoritajiet doganali m'għandhomx jitolbu dikjarazzjoni tal-merkanzija separata għall-użu fid-dar fejn għandhom x'jaqsmu kampjuni mħollija li jittieħdu taħt is-superviżjoni doganali, sakemm dawn il-kampjuni huma inklużi fid-dikjarazzjoni tal-merkanzija għall-użu fid-dar li tikkonċerna l-kunsinna rilevanti u din id-dikjarazzjoni hija ppreżentata fil-limitu ta' żmien preskritt.

10. Prattika rakkomandata

F'każijiet ta' diffikultà speċjali, u jekk hekk ikun mitlub mid-dikjarant, l-awtoritajiet doganali għandhom jipprovdu kull informazzjoni neċessarja disponibbli għalihom biex jassistuh fil-kompletazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-merkanzija għall-użu fid-dar.

Id-dikjarazzjoni tal-merkanzija għall-użu fid-dar

(a) Il-formola tad-dikjarazzjoni tal-merkanzija u l-kontenut

11. Standard

Il-formoli għad-dikjarazzjoni tal-merkanzija għall-użu fid-dar għandhom jikkonformaw mal-mudell uffiċjali stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu li d-dikjarazzjoni tal-merkanzija tipprovdi biss dawk id-dettalji li huma meqjusa neċessarja għall-istima u l-ġbir tad-dazji ta' l-importazzjoni u t-taxxi, għall-kompilazzjoni ta' l-istatistiċi u għall-applikazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti l-oħrajn li għall-infurzar tagħhom d-dwana hija responsabbli.

Noti

1. L-awtoritajiet kompetenti ġeneralment jeħtieġu:

(a) dettalji li għandhom x'jaqsmu mal-persuni:

- l-isem u l-indirizz tad-dikjarant,

- l-isem u l-indirizz ta' l-importatur,

- l-isem u l-indirizz tal-kunsinnatur;

(b) id-dettalji li għandhom x'jaqsmu mat-trapsort:

- il-mod tat-trasport,

- l-identifikazzjoni tal-mezz tat-trasport;

(ċ) dettalji li għandhom x'jaqsmu mal-merkanzija:

- il-pajjiż fejn ikkunsinnat u l-pajjiż ta' l-oriġini,

- id-deskrizzjoni tal-pakketti (in-numru, ix-xorta, il-marki u n-numri, il-piż),

- id-deskrizzjoni tariffarja tal-merkanzija;

(d) dettalji għall-istima tad-dazji ta' l-importazzjoni u t-taxxi (għal kull deskrizzjoni ta' merkanzija):

- l-intestatura tariffarja,

- ir-rati tad-dazji ta' l-importazzjoni u t-taxxi,

- il-piż gross, il-piż nett jew kwantità oħra,

- il-valur tad-dazju;

(e) dettalji oħrajn:

- in-numru tal-punt statistiku applikabbli għal kull deskrizzjoni tal-merkanzija,

- l-ispazju fejn il-merkanzija kienet ikkunsinnata jew ir-riferenza għad-disposizzjonijiet legali applikabbli (fejn it-trattament preferenzali hu mitlub),

- ir-riferenza għal dokumenti sottomessi biex jappoġġaw id-dikjarazzjoni tal-merkanzija;

(f) il-post, id-data u l-firma tad-dikjarant.

2. Meta l-Partijiet Kontraenti jkunu qegħdin jikkunsidraw ir-reviżjoni tal-formoli preżenti jew il-preparazzjoni ta' formoli ġodda għad-dikjarazzjonijiet tal-merkanzija għall-użu fid-dar, jistgħu jużaw il-kjavi tal-presentazzjoni fl-Appendiċi I ma’ dan l-Anness, b'qies għan-Noti fl-Appendiċi II.

12. Prattika rakkomandata

Meta, għal raġunijiet meqjusa validi mill-awtoritajiet doganali, dikjarant ma jkollux l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jagħmel id-dikjarazzjoni tal-merkanzija għall-użu fid-dar, għandu jkun imħolli jippreżenta dikjarazzjoni proviżjonali jew inkompleta sakemm ikollha d-dettalji meqjusa neċessarji mid-dwana u sakemm hu jieħu fuqu li jimlieha fi żmien perjodu speċifikat.

Jekk l-awtoritajiet doganali jaċċettaw dikjarazzjoni proviżjonali jew inkompleta, it-trattament tariffarju li għandu jingħata lill-merkanzija m’għandux ikun differenti minn dak li kien ikun mogħti li kieku dikjarazzjoni kompleta u korretta kienet preżentata ma’ l-ewwel opportinità.

Nota

Meta r-rilaxx jingħata qabel ma d-dettalji kollha neċessarja jkunu ġew forniti, id-dikjarant jista’ jkun meħtieġ iforni sigurtà għall-ħlas ta' kull somom li li jista’ jkollhom jitħallsu.

(b) In-Numru ta' kopji li għandhom jiġu sottomessi.

13. Prattika rakkomandata

L-awtoritajiet doganali għandhom inaqqsu, sa fejn hu possibbli, in-numru ta' kopji tad-dikjarazzjoni tal-merkanzija għall-użu fid-dar meħtieġa li jiġu sottomessi mid-dikjarant.

14. Prattika rakkomandata

Meta huma meħtieġa diversi kopji tad-dikjarazzjoni tal-merkanzija għall-użu fid-dar, għandu jiġi magħmul possibbli għad-dikjarant li jimlihom kollha f'daqqa.

(ċ) Id-Dokumenti li għandhom jiġu sottomessi biex jappoġġaw id-dikjarazzjoni tal-merkanzija

15. Standard

Biex jappoġġjaw id-dikjarazzjoni tal-merkanzija l-awtoritajiet doganali għandhom jitolbu biss dawk id-dokumenti li huma jikkunisdraw neċessarji biex jippermettu l-kontroll ta' l-operazzjoni u jassiguraw li l-ħtiġiet kollha li għandhom x’jaqsmu ma’ l-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet rilevanti jew regolamenti oħrajn ikunu ġew imwettqa.

Nota

L-awtoritajiet doganali ħafna drabi jeħtieġu l-produzzjoni tad-dokumenti li ġejjin biex jappoġġaw id-dikjarazzjoni tal-merkanzija għall-użu fid-dar: il-liċenzja ta' l-importazzjoni, evidenza dokumentarja ta' l-oriġini, iċ-ċertifikat tas-saħħa jew pitopatoloġiku, il-fattura kummerċjali, id-dokumenti tat-trasport.

16. Prattika rakkomandata

Meta ċerti dokumenti ta' appoġġ ma jistgħux ikunu alloġġati mad-dikjarazzjoni tal-merkanzija u d-dikjarant jagħti raġunijiet meqjusa validi mill-awtoritajiet doganali, ta' l-aħħar għandhom jawtorizzawh jipproduċi dawk id-dokumenti fi żmien perjodu speċifiku.

Nota

Meta t-tħollija tingħata qabel ma d-dokumenti nieqsa huma prodotti d-dikjarant jista’ jkun meħtieġ iforni sigurtà għall-ħlas ta' kull somom li jista’ jkollhom jitħallsu.

17. Prattika rakkomandata

Meta d-dokumenti prodotti biex jappoġġaw dikjarazzjoni tal-merkanzija jsiru f'lingwa li mhijiex lingwa tal-pajjiż ta' l-importazzjoni, l-awtoritajiet doganali m'għandhomx jitolbu, bħala fatt, traduzzjoni tad-dettalji mogħtija f'dawk id-dokumenti.

(d) Emenda tad-dikjarazzjoni tal-merkanzija

18. Standard

L-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu lid-dikjarant li jemenda dikjarazzjoni tal-merkanzija diġà preżentata bil-kondizzjoni li meta t-talba tiegħu tkun milqugħha ma jkunu bdew la l-eżami tad-dikjarazzjoni u lanqas l-eżami tal-merkanzija.

19. Prattika rakkomandata

Talba biex tiġi emendata dikjarazzjoni tal-merkanzija, sottomessa mid-dikjarant wara li jkun beda jew l-eżami tad-dikjarazzjoni jew l-eżami tal-merkanzija, għandha tiġi aċċettata mill-awtoritajiet doganali jekk ir-raġunijiet mogħtija mid-dikjarant huma meqjusa validi.

Nota

Emenda tad-dikjarazzjoni tal-merkanzija għall-użu fid-dar ma żżommx l-awtoritajiet doganali milli jieħdu kull azzjoni meħtieġa jekk tiġi skoperta offiża matul l-eżami tad-dikjarazzjoni jew l-eżami tal-merkanzija.

(e) L-irtirar tad-dikjarazzjoni tal-merkanzija

20. Prattika rakkomandata

Id-dikjarant għandu jkun awtorizzat jirtira dikjarazzjoni tal-merkanzija għall-użu fid-dar u jitlob l-applikazzjoni ta' proċedura oħra doganali, sakemm it-talba tiegħu ssir lill-awtoritajiet doganali qabel ma l-merkanzija tiġi rilaxxata u r-raġunijiet tiegħu jkunu meqjusa validi.

Nota

L-Irtirar tad-dikjarazzjoni tal-merkanzija għall-użu fid-dar ma jżommx lill-awtoritajiet doganali milli jieħdu xi azzjoni neċessarja jekk tiġi skoprta offiża matul l-eżami tad-dikjarazzjoni jew l-eżami tal-merkanzija.

Il-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-merkanzija

(a) L-Għażla ta' l-uffiċċju tal-clearance

21. Standard

Id-dikjarazzjoni tal-merkanzija għall-użu fid-dar għandha tiġi preżentata fl-uffiċċju doganali kompetenti fejn il-merkanzija hi ppreżentata.

Nota

Jekk ġiet mogħtija awtorità preżenti għat-tħollija ta' merkanzija qabel il-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni tal-merkanzija, l-awtoritajiet doganali jistgħu jitolbu li d-dikjarazzjoni tal-merkanzija tiġi preżentata f'uffiċċju doganali speċifikat.

(b) Il-Ħin permess għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni

22. Standard

Meta leġislazzjoni nazzjonali tqiegħed limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-merkanzija għall-użu fid-dar f'uffiċċju doganali kompetenti, il-ħin permess għandu jħalli lid-dikjarant jiġbor id-dettalji meħtieġa biex issir id-dikjarazzjoni u biex jakkwista d-dokumenti ta' appoġġ meħtieġa.

Noti

1. Il-Leġislazzjoni nazzjonali tista’ tipprovdi li l-limiti ta' żmien għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-merkanzija jibdew, ngħidu aħna, minn meta l-merkanzija tinħatt, minn meta hi ppreżentata fl-uffiċċju doganali jew minn meta tiġi rilaxxata.

2. Meta d-dikjarazzjoni tal-merkanzija ma tkunx ġiet preżentata ma’ l-iskadenza tal-limitu ta' żmien, l-awtoritajiet doganali jistgħu jieħdu dik l-azzjoni meqjusa neċessarja, b'mod partikolari biex jipproteġu l-interessi tad-Dħul.

23. Prattika rakkomandata

Fuq it-talba tad-dikjarant, u għal raġunijiet meqjusa validi mill-awtoritajiet doganali, ta' l-aħħar għandhom jestendu limitu ta' żmien preskritt għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-merkanzija.

24. Prattika rakkomandata

Id-dikjarant għandu jkun awtorizzat jippreżenta dikjarazzjoni tal-merkanzija għall-użu fid-dar f'uffiċċju doganali kompetenti qabel ma l-merkanzija tasal l-uffiċċju.

Nota

L-Awtorità tista’ wkoll tingħata għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni qabel ma’ l-merkanzija tasal fit-territorju doganali.

(ċ) Il-preżentazzjoni perjodika tad-dikjarazzjonijiet

25. Prattika rakkomandata

Meta l-merkanzija hija importata frekwentement mill-istess persuna, l-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu li dikjarazzjoni tal-merkanzija waħda tkopri l-importazzjonijiet kollha minn dik il-persuna f'perjodu speċifiku.

Noti

1. L-awtoritajiet doganali jistgħu jagħmlu l-faċilità soġġetta għall-kondizzjoni li l-importatur iżomm rekords kummerċjali kif suppost (eż., permezz ta' kompjuters) u li jittieħdu l-miżuri neċessarji tal-kontroll.

2. Jekk l-awtoritajiet doganali jagħtu din il-faċilità, jistgħu jitolbu li d-dikjarant jipproduċi, ma’ kull importazzjoni, dokument kummerċjali jew uffiċjali (fattura kummerċjali, waybill, nota ta' kunsinna, eċċ.) li jagħti d-dettalji ewlenija tal-kunsinna kkonċernata.

(d) Il-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-merkanzija barra s-sigħat tax-xogħol ta' l-uffiċċju doganali

26. Standard

Id-dikjarazzjoni tal-merkanzija għandha tkun preżentata matul is-sigħat tax-xogħol ta' l-ufiċċju doganali kompetenti.

27. Prattika rakkomandata

Fuq it-talba tad-dikjarant, u għal raġunijiet meqjusa validi mill-awtoritajiet doganali, ta' l-aħħar għandhom, sa fejn hu possibbli, jippermettu li d-dikjarazzjoni tal-merkanzija tiġi ppreżentata barra s-sigħat tax-xogħol ta' l-uffiċċju doganali kompetenti; kull spejjeż li dan jirrikjedi li jistgħu jintalbu mid-dikjarant.

L-Aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-merkanzija

28. Standard

Dikjarazzjoni tal-merkanzija għandha titqies aċċettata meta l-uffiċċju doganali fejn kienet ppreżentata jkun aċċerta li jkollha d-dettalji kollha neċessarja u tkun akkumpanajata mid-dokumenti kollha meħtieġa.

29. Standard

Meta l-awtoritajiet doganali ma jistgħux jaċċettaw dikjarazzjoni tal-merkanzija għall-użu fid-dar ippreżentata f'uffiċċju doganali, għandhom jistqarru r-raġunijiet lid-dikjarant.

Nota

Dikjarazzjoni tal-merkanzija tista’ tiġi rifjutata, per eżempju, meta l-uffiċċju doganali ma jkollux il-kompetenza neċessarja jew meta l-jonju tal-prodott immedjat tad-dokumenti nieqsin hu meqjus essenzali.

L-eżami tad-dikjarazzjoni tal-merkanzija

30. Standard

L-eżami tad-dikjarazzjoni tal-merkanzija għandu jsir kemm jista’ jkun wara li d-dikjarazzjoni tkun ġiet aċċettata.

31. Standard

Għall-iskop ta' l-eżami tad-dikjarazzjoni tal-merkanzija l-awtoritajiet doganali għandhom biss jieħdu l-azzjoni li jqisu essenzali biex tassigura konformità għal-liġijiet u r-regolamenti li għall-infurzar tagħhom d-dwana huma responsabbli.

Nota

Bħala regola ġenerali, id-dwana:

- jissodisfaw rwieħhom li l-intestatura tariffarja murija tikkorrispondi għad-deskrizzjoni tal-merkanzija u li r-rati tad-dazji fuq l-importazzjoni u t-taxxi indikati huma dawk fis-seħħ,

- jeżaminaw li d-dettalji fid-dikjarazzjoni tal-merkanzija jaqblu ma’ dawk fid-dokumenti prodotti, b'mod partikolari fejn għandha x'taqsam l-identifikazzjoni tal-pakketti u l-kwantità u l-valur tal-merkanzija dikjarata,

- jeżaminaw l-awtentiċità u l-validità tad-dokumenti prodotti f'appoġġ tad-dikjarazzjoni.

L-Eżami tal-merkanzija

(a) Ħin meħtieġ għall-eżami tal-merkanzija

32. Standard

Fejn l-awtoritajiet doganali jiddeċiedu li l-merkanzija ddikjarata għall-użu fid-dar għandha tiġi eżaminata l-eżami għandu jsir kemm jista’ jkun wara li d-dikjarazzjoni tal-merkanzija tkun ġiet aċċettata.

33. Prattika rakkomandata

Għandha tingħata prijorità lill-eżami ta' annimali ħajjin, merkanzija li tmur u kunsinni oħrajn urġenti.

34. Prattika rakkomandata

Jekk il-merkanzija għandha tiġi wkoll spezzjonata minn awtoritajiet kompetenti oħrajn (għall-iskop ta' l-applikazzjoni ta' kontrolli veterinarji, tas-saħħa, pitopatoloġiċi, eċċ.) id-dwana għandha, fejn prattiku, twettaq l-eżami tagħhom fl-istess ħin.

Nota

L-awtoritajiet doganali jistgħu jitolbu li l-merkanzija tiġi eżaminata minn awtoritajiet kompetenti oħrajn tkun dikjarata fl-uffiċċji doganali maħtura għal dak l-iskop.

(b) L-Eżami tal-merkanzija barra s-sigħat tax-xogħol fl-uffiċċju doganali

35. Standard

Fuq it-talba tad-dikjarant, u għal raġunijiet meqjusa validi mill-awtoritajiet doganali, ta' l-aħħar għandhom, sa fejn hu possibbli, jippermettu li merkanzija dikjarata għall-użu fid-dar tiġi eżaminata barra s-sigħat tax-xogħol ta' l-uffiċċju doganali; l-ispejjeż involuti minn dan l-eżami jistgħu jintalbu mid-dikjarant.

Nota

L-eżami barra s-sigħat tax-xogħol ta' l-uffiċċju doganali jista’ jiġi rranġat għal, eż. affarijiet li jmorru, annimali ħajjin u kunsinni oħrajn urġenti.

(ċ) Eżamijiet ta' merkanzija f’post xort’ oħra mill-uffiċċju doganali

36. Standard

Fuq it-talba tad-dikjarant, u għal raġunijet meqjusa validi mill-awtoritajiet doganali, ta' l-aħħar għandhom, sa fejn hu possibbli, jippermettu li merkanzija dikjarata għall-użu fid-dar tkun eżaminata f’post xort’ oħra mill-uffiċċju doganali fejn id-dikjarazzjoni tal-merkanzija kienet ippreżentata; l-ispejjeż involuti minn dan l-eżami jistgħu jiġu mħallsa mid-dikjarant.

Noti

1. Il-Merkanzija tista’ tiġi eżaminata skond iċ-ċirkostanzi, fil-post tal-persuna kkonċernata, f'postijiet b'tagħmir xieraq, fi kull post fiż-żona ta' sorveljanza doganali jew f'uffiċċju doganali ta' xort’ oħra minn dak fejn id-dikjarazzjoni tal-merkanzija kienet ippreżentata.

2. F'każijiet fejn jistgħu jsiru arranġamenti għal eżami f'post ta' xort oħra mill-uffiċċju doganali fejn id-dikjarazzjoni tal-merkanzija kienet preżentata jinkludu:

- merkanzija li ma tistax tiġi eżaminata sakemm tinħatt fid-destinazzjoni (per eżempju: qamħ, żejt jew minerali importati bil-vapur jew bil-barkun; kunsinni bl-ingrossa ta' partijiet f'containers; għamara u affarijiet tad-dar importati fuq trasferiment ta' residenza),

- merkanzija li ma tistax tiġi eżaminata mingħajr tagħmir xieraq (bħal kamra mdallma jew kamra tal-kesħa),

- merkanzija li ma tistax b'mod utli tkun meħtieġa tiġi prodotta f'uffiċċju doganali (per eżempju, prodotti akkwistati mix-xogħol ta' artijiet fuq fruntieri jew barrieri ħdejn il-fruntiera, importati bl-iqsar rotta).

(d) Il-Preżenza tad-dikjarant fl-eżami tal-merkanzija

37. Standard

Id-dikjarant għandu jkollu d-dritt jattendi jew ikun rappreżentat fl-eżami tal-merkanzija. Jekk l-awtoritajiet doganali jqisuh utli, jistgħu jeħtiġuh ikun preżenti jew ikun rappreżentat fl-eżami tal-merkanzija sabiex jista’ jagħti lid-dwana xi assistenza neċessarja biex ikun iffaċilitat l-eżami.

Noti

1. Id-dikjarant jista’ jkun meħtieġ jiġbor il-pakketti, jiftagħhom, jirranġahom skond id-deskrizzjoni u jqabbilhom.

2. Jekk il-merkanzija dikjarata għall-użu fid-dar hija perikoluża, delikata jew fraġili, id-dikjarant jista’ jkun meħtieġ jipprovdi esperti biex jassistu lid-dwana.

3. Id-dikjarant jista’ wkoll ikun meħtieġ iforni lid-dwana bl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-merkanzija mportata.

(e) Il-kobor ta' l-eżami tal-merkanzija

38. Standard

Meta jeżaminaw il-merkanzija, l-awtoritajiet doganali jistgħu biss jieħdu dik l-azzjoni li jqisu neċessarja biex jassiguraw konformità mal-liġijiet u r-regolamenti li għall-infurzar tagħhom id-dwana huma responsabbli.

Noti

1. L-eżami tal-merkanzija jista’ jkun jew sommarju jew iddettaljat. F'eżami sommarju d-dwana tista’ twettaq ftit, imma mhux neċessarjament kollha, mill-eżamijiet li ġejjin - il-kont tal-pakketti, in-notifikazzjoni tal-marki u n-numri tagħhom u l-aċċertazzjoni tad-deskrizzjoni tal-merkanzija. Eżami ddettaljat jinvolvi ispezzjoni ddettaljata tal-merkanzija biex tiddetermina eżatt kemm jista ’jkun il-kompożizzjoni, il-kwantità, l-intestatura tariffarja, il-valur u, fejn neċessarju, l-oriġini tagħhom.

2. Hu rikjest eżami ddettaljat tal-merkanzija, b'mod partikolari, meta l-awtoritajiet doganali mhumiex sodisfatti dwar l-eżattezza tad-dettalji forniti fid-dikjarazzjoni jew fid-dokumenti ta' appoġġ.

3. Merkanzija sottomessa għal dazji ta' l-importazzjoni u/jew taxxi għoljin tista’ tkun regolarment soġġetta għal eżami ddettaljat.

39. Prattika rakkomandata

L-awtoritajiet doganali għandhom fl-iktar każijiet possibbli jkunu kuntenti b'eżami sommarju tal-merkanzija dikjarata għall-użu fid-dar.

Nota

Eżami sommarju jista’ jiġi kkunsidrat suffiċjenti, per eżempju, meta l-merkanzija ta' l-istess deskrizzjoni hija importata frekwentement minn persuna magħrufa mid-dwana li hi ta' min joqgħod fuqha, meta l-eżattezza tad-dettalji mogħtija fid-dikjarazzjoni tista’ tiġi eżaminata kontra d-dokumenti ta' l-appoġġ jew kontra evidenza oħra, jew meta d-dazji u t-taxxi ta' l-importazzjoni involuti huma baxxi.

40. Prattika rakkomandata

Meta l-awtoritajiet doganali jwettqu eżami ddettaljat tal-merkanzija murija f'dikjarazzjoni li għandha x’ taqsam ma’ kunsinna li tikkonsisti f’ħafna pakketti u koperta b'lista ta' l-ippakkjar jew dokument simili oħra, dan l-eżami għandu normalment jittieħed fuq bażi ta' inzertatura (random).

Nota

L-awtoritajiet doganali jistgħu jiddeċiedu, wara li jikkunsidraw l-istaff disponibbli, li kunsinni ta' merkanzija dikjarata għall-użu fid-dar ikunu soġġetti għal eżami ddettaljat b'teknika selettiva.

(f) It-Teħid ta' kampjuni mid-dwana

41. Standard

Għandhom jittieħdu kampjuni biss fejn ikun meqjus neċessarju mill-awtoritajiet doganali biex tiġi stabbilita d-deskrizzjoni u/jew il-valur ta' merkanzija dikjarata għall-użu fid-dar jew biex tiġi assigurata l-applikazzjoni ta' disposizzjonijiet oħrajn ta' leġislazzjoni nazzjonali. Dawk il-kampjuni meħuda għandhom ikunu kemm jista’ jkun żgħar.

Żbalji fid-dikjarazzjoni

42. Standard

Jekk l-awtoritajiet doganali jsibu li żbalji fid-dikjarazzjoni tal-merkanzija jew fl-istima tad-dazji u t-taxxi ta' l-importazzjoni jikkawżaw jew ikkawżaw il-ġbir ta' ammont ta' dazji u taxxi ta' l-importazzjoni ikbar minn dak li legalment kellu jitħallas għandhom iħallsu lura l-ammont mitlub żejjed, jew għandhom jinfurmaw lid-dikjarant sabiex ikun jista’ jemenda d-dikjarazzjoni jew jippreżenta talba għal ħlas lura jew għar-renunzja, skond il-każ.

43. Standard

Jekk l-awtoritajiet doganali jsibu li żbalji fid-dikjarazzjoni tal-merkanzija jinvolvu l-obbligu għal dazji u taxxi addizzjonali fuq l-importazzjoni, il-produzzjoni ta' dokumenti addizzjonali ta' appoġġ jew l-applikazzjoni ta' liġijiet jew regolamenti addizzjonali, u ma hemm ebda evidenza ta' intenzjoni illegali, għandhom jinfurmaw lid-dikjarant mingħajr dewmien. Meta huma sodisfatti li l-iżbalji kienu innoċenti u li ma kienx hemm negliġenza kbira fuq il-parti tad-dikjarant, għandhom iħalluh jemenda d-dikjarazzjoni tiegħu u jtemm il-formalitajiet addizzjonali neċessarji mingħajr ma jimponu penali.

44. Standard

Il-Leġislazzjoni nazzjonali għandha tipprovdi li fejn żbalji li jinstabu fid-dikjarazzjoni tal-merkanzija jew fl-istima tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni jinvolvu jew il-ġbir ta' dazji u taxxi addizzjonali ta' l-importazzjoni f'ammont meqjus negliġibbli, jew ir-rifużjoni ta' dan l-ammont, id-dwana m'għandhiex tiġbor jew tagħti lura dak l-ammont.

Stima tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni

(a) Fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati

45. Standard

Il-Leġislazzjoni nazzjonali għandha tispeċifika l-fatturi li fuqhom huma bbażati d-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni u l-kondizzjonijiet li taħthom dawn il-fatturi huma determinati.

Noti

1. Il-fatturi li fuqhom l-istima tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni huma bbażati huma ġeneralment dawn li ġejjin:

- il-klassifika tariffarja,

- il-valur jew il-kwantità, skond jekk id-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni applikabbli huma ad valorem jew speċifiċi,

- il-pajjiż ta' l-oriġini jew il-pajjiż fejn ikkunsinnati, meta l-obbligu jiddependi fuq dawn il-fatturi.

2. Ir-regoli għad-determinazzjoni tal-klassifika tariffarja, il-valur jew il-kwantità bid-dazju, u l-oriġini jistgħu jitqiegħdu f'noti ta' spjegazzjoni mfassla mill-awtoritajiet kompetenti.

(b) Ir-rati tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni applikabbli

46. Standard

Ir-rati tad-dazji u t-taxxi ta' l-importazzjoni li għandhom jitħallsu fuq merkanzija meħuda għall-użu fid-dar għandhom jitqiegħdu f'tariffi uffiċjali li għandhom jingħataw pubbliċità adegwata.

47. Standard

Il-leġislazzjoni nazzjonali għandha tispeċifika ż-żmien li għandu jittieħed in konsiderazzjoni għall-iskop tad-determinazzjoni tar-rati tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni li għandhom jitħallsu fuq merkanzija dikjarata għall-użu fid-dar.

Nota

Iż-żmien meħud f’konsiderazzjoni għad-determinazzjoni tar-rati li għandhom jitħallsu jista’ jkun, per eżempju, iż-żmien meta tasal il-merkanzija, iż-żmien meta d-dikjarazzjoni tal-merkanzija hi preżentata, iż-żmien meta d-dikjarazzjoni hi aċċettata mid-dwana, iż-żmien meta d-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni huma mħallsa, jew ż-żmien meta l-merkanzija hi rilaxxata.

Il-Ħlas tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni

(a) Il-Metodi ta' ħlas aċċettati

48. Standard

Il-leġislazzjoni nazzjonali għandha tispeċifika l-metodi li jistgħu jintużaw biex iħallsu d-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni li għandhom jitħallsu.

49. Prattika rakkomandata

L-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu l-ħlas f’xort’ oħra għajr flus kontanti.

Noti

1. Metodi awtorizzati ta' ħlas għajr flus kontanti jistgħu jinkludu ċekkijiet bankarji jew postali, pagamenti jew trasferimenti ta' flus.

2. Jekk ċekkijiet ta' bank barrani huma aċċettati jista’ jkun meħtieġ li l-bank ikollu uffiċċju fil-pajjiż ta' l-importazzjoni.

(b) Id-Data u l-post tal-ħlas

50. Standard

L-awtoritajiet doganali għandhom jiddeterminaw id-data meta l-ħlas ta' l-ammont tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni hu dovut u l-post fejn il-ħlas għandu jsir.

Noti

1. Id-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni huma normalment imħallsa fl-uffiċċju doganali fejn id-dikjarazzjoni tal-merkanzija kienet preżentata. Il-Ħlas jista’ wkoll isir permezz ta' aġenzija jew uffiċċju ieħor maħtura mill-awtoritajiet doganali.

2. Id-dazji u t-taxxi ta' l-importazzjoni huma ġeneralment meħtieġa li jitħallsu meta d-dikjarazzjoni tal-merkanzija hi preżentata jew aċċettata jew qabel ma l-merkanzija tiġi rilaxxata. F’ċerti ċirkostanzi, il-ħlas jista’ jiġi diferit.

(ċ) Il-Ħlas diferit tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni

51. Prattika rakkomandata

Persuni li regolarment jikklerjaw merkanzija għall-użu fid-dar għandhom ikunu awtorizzati jiddeferixxu l-ħlas tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni mingħajr ħlasijiet ta' interessi.

Noti

1. Persuna mogħtija l-benefiċċju ta' din il-faċilità tista’ tkun meħtieġa tforni sigurtà f'ammont determinat mill-awtoritajiet doganali.

2. Kull persuna li tixtieq tiddeferixxi l-ħlas tista’ tkun meħtieġa tissottometti applikazzjoni bil-miktub lid-dwana.

52. Prattika rakkomandata

Jekk hi meħtieġa s-sigurtà għall-ħlas diferit, persuni li regolarment jikklerjaw merkanzija għall-użu fid-dar f'uffiċċji doganali differenti fit-territorju doganali għandhom ikunu awtorizzati jipprovdu sigurtà ġenerali.

53. Prattika rakkomandata

L-ammont tas-sigurtà li għandu jkun provdut għall-ħlas diferit m'għandux jaqbeż l-ammont tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni li potenzalment għandu jitħallas fejn għandha x'taqsam il-merkanzija importata matul il-perjodu li għalih il-ħlas tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni hu diferit.

Nota

L-awtoritajiet doganali jistgħu jiddeterminaw l-ammont tas-sigurtà fuq il-bażi ta' l-ammont tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni mħallsa tul perjodu preċedenti ta' l-istess tul. Fil-każ ta' tibdiliet f’per eżempju, ir-rati applikabbli jew fil-volum ta' l-importazzjonijiet, l-ammont tas-sigurtà jista’ jiġi aġġustat kif xieraq.

54. Standard

Kull persuna meħtieġa tipprovdi sigurtà għal ħlas diferit għandha tkun imħollija tagħżel kull forma ta' sigurtà preskritta mil-leġislazzjoni nazzjonali li hija l-iktar konvenjenti għaliha.

55. Prattika rakkomandata

Il-perjodu li għalih il-ħlas tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni jista’ jiġi diferit għandu jkun mill-inqas 14-il jum wara d-data meta l-ħlas ta' l-ammont tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni li għandu jitħallas hu xort'oħra dovut.

Noti

1. Perjodi differenti jistgħu jiġu ffissati għal kull tip ta' taxxa.

2. L-awtoritajiet doganali jistgħu jiftiehmu li d-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni fejn għandhom x'jaqsmu l-importazzjonijiet matul perjodu għandhom jitħallsu f'data fissa.

(d) Xiehda tal-ħlas

56. Standard

Meta d-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni jkunu ġew imħallsa rċevuta li tikkostitwixxi xiehda tal-ħlas għandha tinħareġ lil min iħallas.

Nota

L-irċevuta tista’ tingħata fuq il-kopja tad-dikjarazzjoni tad-dikjarant.

(e) Perjodu ta' limitazzjoni għall-ġbir tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni

57. Standard

Il-leġislazzjonali nazzjonali għandha tispeċifika l-perjodu li fi żmienu l-awtoritajiet doganali jistgħu jieħdu azzjoni legali biex jiġbru dazji u taxxi fuq l-importazzjoni mhux imħallsa meta dovut.

(f) L-Interessi fuq l-arretrati

58. Standard

Il-leġislazzjoni nazzjonali għandha tiddetermina r-rata ta' interess li għandha titħallas fuq ammonti ta' dazji u taxxi ta' l-importazzjoni li ma tħallsux meta dovut u l-kondizzjonijiet ta' l-applikazzjoni ta' dan l-interess.

It-Tħollija tal-merkanzija

59. Standard

Merkanzija dikjarata għall-użu fid-dar għandha titħalla kif l-awtoritajiet doganali jkunu eżaminawha, jew iddeċidew li ma jeżaminawhiex, sakemm ma tinstab ebda offiża u kull dazji u taxxi li kellhom jitħallsu jkunu tħallsu jew azzjoni approprjata tkun ittieħdet biex tassigura l-ġabra tagħha.

60. Prattika rakkomandata

Jekk l-awtoritajiet doganali huma sodisfatti li d-dikjarant sussegwentement iwettaq il-formalitajiet kollha fejn għandu x'jaqsam il-clearance għall-użu fid-dar għandhom iħallu l-merkanzija, sakemm id-dikjarant jipproduċi dokument kummerċjali jew uffiċjali li jagħti d-dettalji ewlenija tal-kunsinna kkonċernata u li jkun aċċettabbli għad-dwana.

Noti

1. L-awtoritajiet doganali jistgħu jagħmluha kondizzjoni għat-tħollija li d-dokumenti li jappoġġaw meqjusa essenzali jkunu ġew prodotti u li l-kontrolli previsti fil-leġislazzjoni nazzjonali (il-kontrolli veterinarji, tas-saħħa, pitopatoloċi eċċ.,) ikunu ġew imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti.

2. Id-dikjarant jista’ jkun meħtieġ iforni sigurtà biex jassigura konformità għall-impriżi tiegħu lid-dwana.

61. Prattika rakkomandata

Meta l-merkanzija ma tistax tiġi eżaminata mill-ewwel, per eżempju meta l-esperti jkollhom jissejħu jew meta l-merkanzija għandha tiġi analizzata f'laboratorji speċjalizzati, u l-eżami hu possibbli fuq il-bażi ta' kampjuni jew dokumentazzjoni teknika dettaljata, l-awtoritajiet doganali m'għandhomx jistennew biex l-eżami jiġi kompletat qabel ma titħalla l-merkanzija.

Nota

L-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu rilaxx fuq kondizzjoni li s-sigurtà hi fornita biex jassiguraw li jinġabru dazji u taxxi addizzjonali li jista’ jkollhom jiġu mħallsa.

62. Prattika rakkomandata

Meta tiġi skoperta offiża matul l-eżami tad-dikjarazzjoni tal-merkanzija jew tad-dokumenti annessi jew matul l-eżami tal-merkanzija, l-awtoritajiet doganali m’għandhomx jistennew biex l-offiża tiġi regolarizzata qabel ma titħalla l-merkanzija, sakemm id-dikjarant iforni sigurtà biex jassigura l-ġabra tad-dazji u t-taxxi addizzjonali fuq l-importazzjoni u l-penali li għalihom għandu jirrispondi u l-merkanzija ma tkunx tista’ tiġi konfiskata.

Id-Distruzzjoni jew l-abbandun tal-merkanzija

63. Prattika rakkomandata

B'kondizzjoni li ebda offiża ma tkun ġiet skoperta matul l-eżami tad-dikjarazzjoni jew l-eżami tal-merkanzija, id-dikjarant jew il-persuna interessata m'għandhomx ikunu meħtieġa jħallsu d-dazji u t-taxxi jew għandhom ikunu intitolati għal ħlas lura tagħhom:

- meta fuq it-talba tagħhom il-merkanzija li ġiet dikjarata għall-użu fid-dar imma li ma tħallhietx hi abbandunata minħabba Dħul jew distrutta jew miġjuba kummerċjalment mingħajr valur skond il-kontroll doganali, kif jistgħu jiddeċiedu l-awtoritajiet doganali. Dan l-abbandun jew id-distruzzjoni m'għandu jinvolvi ebda spiża lid-Dħul,

- meta l-merkanzija li ġiet dikjarata għall-użu fid-dar hi distrutta jew irrevokabbilment mitlufa b'inċident jew forza maġġuri, sakemm din id-distruzzjoni jew telfa sseħħ qabel ma l-merkanzija hi rilaxxata u hi stabbilita kif dovut għas-sodisfazzjoni ta' l-awtoritajiet doganali.

Kull skart jew fdal li jibqa’ wara d-distruzzjoni għandu jħallas, jekk jiġi meħud għall-użu fid-dar, id-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni li jkunu applikabli għal dan l-iskart jew fdal impurtat f'dak l-Istat.

Nota

Meta tkun ġiet skoperta offiża, l-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu din il-faċilità soġġetta għall-ħlas tal-penali mqiegħda fil-leġislazzjoni nazzjonali.

64. Prattika rakkomandata

Meta l-awtoritajiet doganali jbigħu merkanzija li ma ġietx dikjarata fiż-żmien permess jew ma setgħetx tiġi mħollija għalkemm ebda offiża ma ġiet skoperta, il-qligħ li jsir mill-bejgħ, wara t-tnaqqis tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni u l-ħlasijiet u l-ispejjeż l-oħrajn kollha akkumulati, għandhom isiru lill-persuna(i) intitolata/i li j/tirċeviehom, meta dan hu possibbli, jew jinżammu għad-disposizzjoni tagħha/hom għal perjodu speċifikat.

Nota

Din il-proċedura tista’ tiġi segwita, b'mod partikolari, meta dikjarazzjoni tal-merkanzija tkun ġiet aċċettata imma d-dikjarant ma kienx jista’ jħallas id-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni u ma jkunx talab li l-merkanzija tkun mogħtija lil proċedura oħra doganali.

Informazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni għall-użu fid-dar.

65. Standard

L-awtoritajiet doganali għandhom jassiguraw li l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna l-approvazzjoni għall-proċedura ta' l-użu fid-dar tkun mill-ewwel disponibbli għal kull persuna interessata.

--------------------------------------------------

Appendiċi 1 ma l-Anness B.1

IL-KJAVI TAL-PRESENTAZZJONI

għad-dikjarazzjoni tal-merkanzija għall-użu fid-dar

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Appendiċi II ma l-Anness B.1

Noti

1. Id-daqs tal-kjavi tal-preżentazzjoni huwa ISO daqs A4 (210 × 297 mm, 8,27 × 11,69 pulzieri). Il-forma għandha tkun provduta b'marġini fuq ta' 10-mm u marġini għall-organizzazzjoni fuq ix-xellug ta' 20-mm. L-ispazju bejn il-linji għandu jkun ibbażat fuq multipli ta' 4,24 mm (1/6 pulzier) u bi spazju tal-wisa’ fuq multipli ta' 2,54 mm (1/10 pulzier). Il-preżentazzjoni għandha tkun konformi mal-kjavi tal-preżentazzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa (KEE), kif muri fl-Appendiċi I. Devjazzjonijiet minuri fid-daqs eżatt ta' kaxxi eċċ., huma permessibbli jekk meħtieġ għal raġunijiet partikolari fil-pajjiż tal-ħruġ, bħall-eżistenza ta' sistemi ta' kejl mhux metriċi, fatturi ta' sistemi nazzjonali allineati tad-dokumenti, eċċ.

2. Il-Pajjiżi jistgħu jiddeterminaw l-istandards li jikkonċernaw il-piż għal kull metru kwadru tal-karta, u l-użu ta' machine-turned background biex tiġi evitata l-falsifikazzjoni.

3. L-istandardizzazzjoni tinkludi biss kwistjonijiet dwar daqs u preżentazzjoni; kliem ta' gwida inklużi fil-kjavi tal-preżentazzjoni huma maħsuba biss biex jindikaw ix-xorta ta' l-informazzjoni li għandha tidher f'post partikolari. Għalhekk kull pajjiż jibqa’ ħieles li jissostitwixxi dan il-kliem fil-forma nazzjonali tiegħu b'dak il-kliem li hu jikkonsidra iktar xieraq sakemm dan il-kliem ma jaffettwax ix-xorta ta' l-informazzjoni kif indikat fil-kjavi tal-preżentazzjoni.

4. B'żieda ma dan sta għall-amministrazzjonijiet li jħallu barra mill-formoli tagħhom oġġetti fil-kjavi tal-preżentazzjoni li ma jeħtieġux. L-ispazji li għalhekk isiru vojta jistgħu jkunu użati għal skopijiet uffiċjali.

5. Oġġetti addizzjonali meħtieġa mill-amministrazzjonijiet li m'humiex previsti fil-kjavi tal-preżentazzjoni jistgħu jkunu allokati fl-"ispazju ħieles għar-rimi".

--------------------------------------------------

ANNESS II

ANNESS C. 1

L-ANNESS LI JIKKONĊERNA L-ESPORTAZZJONI DIRETTA

Introduzzjoni

L-esportazzjoni diretta tal-merkanzija ġeneralment tinvolvi formalitajiet relattivament sempliċi doganali. Waqt li normalment hi meħtieġa dikjarazzjoni tal-merkanzija, f'xi każijiet l-esportatur għandu biss jipproduċi lid-dwana document kummerċjali li jkollu fih l-informazzjoni meħtieġa dwar il-merkanzija li għandha tiġi esportata. Taħt ċerti kondizzjonijiet, l-esportatur jista’ jkun awtorizzat li jippreżenta dikjarazzjoni waħda tal-merkanzija jew return konsolidat li jkopri l-esportazzjonijiet kollha tiegħu f'perjodu partikolari.

Barra mill-ġabra ta' xi dazji u taxxi ta' l-esportazzjoni applikabbli, l-iskopijiet tal-kontroll doganali huma, b'mod partikolari, biex ikun assigurat l-infurzar tal-leġislazzjoni nazzjonali li tikkonċerna l-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni u biex jiġu eżaminati d-dettalji użati biex jiddeterminaw l-ammont ta' xi dazji u taxxi interni li minnhom jista’ jkun permess ħlas lura jew tkun mogħtija eżenzjoni. B'żieda ma’ dan, id-dwana huma normalment responsabbli għall-ġbir ta' l-informazzjoni meħtieġa għall-preparazzjoni ta' l-istatistiċi esterni tan-negozju.

Il-Merkanzija li għandha tiġi esportata tista’ wkoll tkun soġġetta għal ċerti kontrolli minn awtoritajiet kompetenti ta' xort’ oħra mid-dwana, per eżempju kontrolli veterinarji, pitopatoloġiċi u oħrajn tas-saħħa.

Dan l-Anness għandu x'jaqsam mad-diversi formalitajiet u miżuri (formalitajiet doganali) involuti fl-esportazzjoni diretta, irrispettivament mill-mod tat-trasport.

Skond id-definizzjoni ta' "esportazzjoni diretta", dan l-Anness m'għandux x'jaqsam mal-merkanzija esportata skond il-proċedura drawback jew skond proċedura ta' pproċessar jew bi ħlas lura ta' dazji u taxxi fuq l-importazzjoni. Lanqas ma jkopri merkanzija li tinġarr bil-posta jew f'bagalji tal-vjaġġaturi.

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan l-Anness:

(a) il-kelma "esportazzjoni diretta" tfisser il-proċedura doganali applikabbli għall-merkanzija li, f'ċirkolazzjoni ħielsa, tħalli t-territorju doganali u hi intenzjonata li tibqa’ barra b'mod permanenti, bl-esklużjoni ta' merkanzija esportata skond il-proċedura drawback jew skond proċedura ta' pproċessar jew bi ħlas lura tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni;

(b) il-kelma "merkanzija f’ ċirkolazzjoni ħielsa" tfisser merkanzija li tista’ tintrema mingħajr restrizzjoni doganali;

(ċ) il-kelma "territorju doganali" tfisser territorju fejn il-liġi doganali ta' Stat tapplika b'mod intier;

(d) il-kliem "id-dazji u t-taxxi fuq l-esportazzjoni" jfissru d-dazji doganali u d-dazji, it-taxxi, il-miżati l-oħrajn kollha jew ħlasijiet oħrajn li huma miġbura fuq jew in konnessjoni ma’ l-esportazzjoni tal-merkanzija imma li ma jinkludux miżati u ħlasijiet li huma limitati fl-ammont għall-ispiża bejn wieħed u ieħor tas-servizzi mogħtija;

(e) il-kliem "dikjarazzjoni tal-merkanzija" jfissru dikjarazzjoni magħmula fil-forma preskritta mid-dwana, li skondha l-persuni interessati jindikaw il-proċedura doganali li għandha tiġi applikata lill-merkanzija u jfornu d-dettalji li d-dwana teħtieġ li jkunu dikjarati għall-applikazzjoni ta' dik l-proċedura;

(f) il-kliem "l-eżami tal-merkanzija" jfissru l-ispezzjoni fiżika tal-merkanzija mid-dwana biex jissodisfaw rwieħhom li x-xorta, l-oriġini, il-kondizzjoni, il-kwantità u l-valur tal-merkanzija huma skond id-dettalji forniti fid-dikjarazzjoni tal-merkanzija;

(g) il-kelma "persuna" tfisser kemm persuni fiżiċi kif ġuridiċi, sakemm il-kuntest ma jirrikjedix mod ieħor.

Il-Prinċipji

1. Standard

L-esportazzjoni diretta għandha tkun iggvernata mid-disposizzjonijiet ta' dan l-Anness.

2. Standard

Il-Leġislazzjoni nazzjonali għandha tispeċifika l-kondizzjonijiet li għandhom jintemmu u l-formalitajiet doganali li għandhom isiru għall-esportazzjoni diretta.

Noti

1. Il-Leġislazzjoni nazzjonali tista’ tinkludi projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fejn għandha x'taqsam l-esportazzjoni ta' ċerti kategoriji ta' merkanzija.

2. L-obbligazzjonijiet li għandhom ikunu mitmuma f'konnessjoni ma’ l-esportazzjoni diretta jinkludu, b'mod partikolari, il-preżentazzjoni ta' dokument ta' kopertura u l-ħlas ta' kull dazji u taxxi fuq l-esportazzjoni li għandhom jitħallsu.

L-uffiċċji doganali kompetenti

3. Standard

L-awtoritajiet doganali għandhom jaħtru l-uffiċċji doganali fejn il-merkanzija tista’ tiġi cleared għall-esportazzjoni diretta. Fid-determinazzjoni tal-kompetenza ta' dawn l-uffiċċji u s-sigħat tax-xogħol tagħhom, il-fatturi li għandu jittieħed kont tagħhom għandhom jinkludu l-ħtiġiet partikolari tas-sengħa, ta' l-industrija u tat-trasport.

Noti

1. Il-kompetenza ta' ċerti uffiċċji doganali tista’ tkun ristretta għal esportazzjonijiet b'ċerti modi ta' trasport jew għal kategoriji speċifikati ta' merkanzija jew għal merkanzija li tiġi minn reġjun speċifikat (eż. iż-żona tal-fruntiera jew żona industrijali).

2. L-awtoritajiet doganali jistgħu jeħtieġu li l-esportazzjoni diretta ta' ċerti kategoriji ta' merkanzija soġġetta għal miżuri speċjali ta' kontroll (eż., id-djamanti, l-antikitajiet, ix-xogħlijiet ta' l-arti) jew għal kontrolli minn awtoritajiet kompetenti oħrajn tkun effettwata fl-uffiċċji doganali maħtura għal dak l-iskop.

4. Standard

L-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu li merkanzija għall-esportazzjoni diretta tiġi dikjarata fl-uffiċċji doganali fuq l-art.

Noti

1. Fejn ġustifikat miċ-ċirkostanzi, l-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw li jitwaqqaf lok doganali fuq il-post ta' impriża kummerċjali.

2. L-Eżami tal-merkanzija, meta neċessarju, normalment jitwettaq fl-uffiċċju doganali fuq l-art fejn il-merkanzija kienet dikjarata għall-esportazzjoni diretta.

3. L-awtoritajiet doganali jistgħu jeħtieġu li l-merkanzija dikjarata għall-esportazzjoni diretta f'uffiċċju doganali fuq l-art tintbgħat lill-uffiċċju ta' l-eżitu fi transitu doganali.

5. Standard

Meta uffiċċji doganali korrispondenti jinstabu fuq fruntiera komuni, l-awtoritajiet doganali tal-pajjiżi kkonċernati għandhom, sa fejn hu possibbli, jikkorrelataw is-sigħat tax-xogħol u l-kompetenza ta' dawk l-uffiċċji.

Il-Clearance tal-merkanzija barra s-sigħat tax-xogħol ta' l-uffiċċju doganali

6. Standard

Fuq it-talba tad-dikjarant, u għal raġunijiet meqjusa validi mill-awtoritajiet doganali, dawn għandhom, sa fejn l-organizzazzjoni amministrattiva tippermetti, iħallu li merkanzija dikjarata għall-esportazzjoni diretta tiġi klerjata barra s-sigħat tax-xogħol ta' l-uffiċċju doganali; l-ispejjeż involuti minn dan il-clearance jistgħu jintalbu mingħand id-dikjarant.

Id-dikjarant

7. Standard

Il-Leġislazzjoni nazzjonali għandha tispeċifika l-kondizzjonijiet li taħthom persuna hi ntitolata taġixxi bħala dikjarant, il-kobor tar-responsabbiltà tagħha u d-drittijiet tagħha.

Id-dokumentazzjoni li għandha tiġi sottomessa ma’ l-esportazzjoni diretta.

(a) Il-formola tad-dikjarazzjoni tal-merkanzija u l-kontenut

8. Standard

Il-formoli għad-dikjarazzjoni tal-merkanzija għall-esportazzjoni diretta għandhom jikkonformaw mal-mudell uffiċjali mqiegħed mill-awtoritajiet kompetenti.

L-awtoritajiet doganali għandhom jeħtieġu biss dawk id-dettalji li huma meqjusa neċessarji għall-istima u l-ġbir ta' kull dazji u taxxi fuq l-esportazzjoni, kull ħlas lura, jew eżenzjoni minn, dazji u taxxi interni, il-kompilazzjoni ta' statistiċi u l-applikazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti l-oħrajn li għall-infurzar tagħhom id-dwana hija responsabbli.

Nota

L-awtoritajiet doganali ġeneralment jeħtieġu:

(a) dettalji li għandhom x’jaqsmu ma’ persuni:

- l-isem u l-indirizz tad-dikjarant,

- l-isem u l-indirizz ta' l-esportatur,

- l-isem u l-indirizz ta' min jiriċevi l-kunsinna;

(b) dettalji li għandhom x'jaqsmu mat-trapsort:

- il-mod tat-trasport,

- l-identifikazzjoni tal-mezz tat-trasport;

(ċ) dettalji li għandhom x'jaqsmu mal-merkanzija:

- il-pajjiż tad-destinazzjoni,

- id-deskrizzjoni tal-pakketti (il-marki u n-numri, in-numru u x-xorta),

- id-deskrizzjoni tal-merkanzija,

- il-piż gross,

- il-piż nett jew kwantità oħra,

- il-valur;

(d) dettalji għall-istima ta' kull dazji u taxxi li għandhom jitħallsu:

- l-intestatura tariffarja,

- ir-rati tad-dazji u t-taxxi fuq l-esportazzjoni,

- l-ammont tad-dazji u t-taxxi fuq l-esportazzjoni;

(e) dettalji oħrajn:

- in-numru tal-punt statistiku applikabbli għal kull deskrizzjoni tal-merkanzija,

- riferenza għal dokumenti sottomessi (per eżempju, il-liċenzja ta' l-esportazzjoni, ċertifikat tas-saħħa jew xort’ oħra);

(f) il-post, id-data u l-firma tad-dikjarant.

9. Prattika rakkomandata

Meta l-awtoritajiet doganali jkunu qegħdin jikkunsidraw ir-reviżjoni tal-formoli preżenti jew il-preparazzjoni ta' formoli ġodda għad-dikjarazzjonijiet tal-merkanzija għall-esportazzjoni diretta, għandhom jużaw sa fejn hu possibbli l-kjavi tal-preżentazzjoni fl-Appendiċi I skond in-Noti fl-Appendiċi II.

(b) L-Aċċettazzjoni ta' dokument kummerċjali minflok formola uffiċjali

10. Prattika rakkomandata

L-awtoritajiet doganali għandhom, sa fejn hu possibbli, jipprovdu li, minflok jużaw il-formola uffiċjali, id-dikjarazzjoni tal-merkanzija tista’ ssir billi jiġi jiddaħħal dokument kummerċjali (per eżempju, il-fattura) li jkollu d-dettalji neċessarji li għandhom x'jaqsmu mal-merkanzija li għandha tiġi esportata.

Noti

1. L-awtoritajiet doganali huma s-soltu sodisfatti b'dokument kummerċjali meta l-merkanzija li għandha tiġi esportata ma taqax taħt dazji u taxxi ta' l-esportazzjoni u ma tikkawżax il-ħlas lura ta' jew l-eżenzjoni minn dazji u taxxi interni u d-dikjarazzjoni tal-merkanzija mhijiex użata għall-kompilazzjoni ta' l-istatistiċi.

2. Ġiet adottata fi ħdan il-Kummissjoni Ekonomika Ewropea (KEE) rakkomandazzjoni fuq fattura ta' kjavi ta' preżentazzjoni alineata għall-kummerċ internazzjonali. Din il-kjavi ta' preżentazzjoni hi riprodotta fl-Appendiċi III.

3. L-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw dokumenti kummerċjali prodotti minn tekniċi awtomatiċi ta' l-ipproċessar tad-data.

11. Prattika rakkomandata

L-awtoritajiet doganali għandhom, fi ftehim ma’ l-awtoritajiet l-oħrajn kompetenti fil-kwistjonijiet tal-kummerċ estern, jassiguraw li d-dokumenti kollha meħtieġa in konnessjoni ma’ l-esportazzjoni diretta jistgħu jkunu nklużi f'serje standard ta' dokumenti tal-kummerċ estern.

Nota

Bl-użu ta' serje standard ta' dokumenti tal-kummerċ estern alineati fuq il-kjavi tal-preżentazzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika Ewropea (jew kompatibbli magħha) l-informazzjoni komuni għal dawn id-dokumenti tista’ tiġi riprodotta bil-metodu one-run fuq formoli stampati minn qabel jew vojta.

(ċ) In-Numru ta' kopji li għandhom jiġu sottomessi.

12. Prattika rakkomandata

L-awtoritajiet doganali għandhom inaqqsu, sa fejn hu possibbli, in-numru ta' kopji tad-dikjarazzjoni tal-merkanzija jew tad-dokument kummerċjali meħtieġ li jkun ippreżentar mid-dikjarant.

(d) Id-Dokumenti li għandhom jiġu sottomessi biex jappoġġaw id-dikjarazzjoni tal-merkanzija jew id-dokument kummerċjali

13. Standard

Biex jappoġġaw id-dikjarazzjoni tal-merkanzija jew id-dokument kummerċjali li għandu jkun ippreżentar mid-dikjarant, l-awtoritajiet doganali għandhom jeħtieġu biss dawk id-dokumenti li huma jikkunsidraw neċessarji biex jippermettu l-kontroll ta' l-operazzjoni u jassiguraw konformità mal-ħtiġijiet kollha li għandhom x’jaqsmu ma’ l-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet rilevanti jew regolamenti oħrajn.

Nota

L-awtoritajiet doganali jistgħu jeħtieġu, fejn xieraq, produzzjoni ta' liċenzja ta' l-esportazzjoni u ċertifikat pitopatoloġiku jew ieħor tas-saħħa.

(e) Il-preżentazzjoni perjodika tad-dikjarazzjoni tal-merkanzija jew tad-dokumenti kummerċjali

14. Standard

Meta persuna frekwentement tesporta l-merkanzija, l-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu taħt dawk il-kondizzjonijiet li jistgħu jqiegħdu, dikjarazzjoni tal-merkanzija waħda, jew return konsolidat li jqiegħed id-dettalji neċessarji, biex ikopri l-esportazzjonijiet kollha minn dik il-persuna f'perjodu partikolari.

Noti

1. L-awtoritajiet doganali jistgħu jagħtu din il-faċilità soġġetta għall-kondizzjoni li l-esportatur iżomm rekords kummerċjali kif suppost u li jkunu jistgħu jittieħdu l-miżuri neċessarji tal-kontroll.

2. L-awtoritajiet doganali jistgħu jeħtieġu li d-dikjarant jipproduċi, ma’ kull esportazzjoni, kopja tad-dokument tat-trasport jew xi dokument ieħor ta' appoġġ.

3. L-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw returns konsolidati prodotti minn tekniċi awtomatiċi ta' l-ipproċessar tad-data.

L-Eżami tal-merkanzija

(a) L-estensjoni ta' l-eżami

15. Standard

L-awtoritajiet doganali għandhom jillimitaw l-eżami tal-merkanzija għal każijiet fejn iqisuh essenzali biex tiġi assigurata konformità mal-liġijiet u r-regolamenti li għall-infurzar tagħhom id-dwana huma responsabbli.

Nota

L-eżami tal-merkanzija mill-awtoritajiet doganali, meta jittieħed, huwa b'mod ġenerali limitat għall-kont tal-pakketti u l-verifika tad-deskrizzjoni tal-merkanzija u l-kwantitajiet esportati.

(b) L-Eżami tal-merkanzija f'post xort'oħra mill-uffiċċju doganali

16. Standard

Meta l-awtoritajiet doganali jeżaminaw il-merkanzija, għandhom, fuq it-talba tad-dikjarant, u għal raġunijiet meqjusa validi, jippermettu li jseħħ l-eżami, sa fejn hu possibbli, f'post xort’ oħra mill-uffiċċju doganali; l-ispejjeż involuti f'dan l-eżami jistgħu jiġu mitluba mingħand id-dikjarant.

Nota

Il-merkanzija tista’ tiġi eżaminata fuq il-post tal-persuna konċernata, f’ħin meta l-container jew il-mezz tat-trasport hu mgħobbi.

(ċ) It-Teħid ta' kampjuni mid-dwana

17. Standard

Meta għandhom jittieħdu kampjuni biex tiġi assigurata l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni nazzjonali, kwalunkwe kampjuni meħuda għandhom ikunu żgħar kemm jista’ jkun.

L-Istima u l-ħlas tad-dazji u t-taxxi fuq l-esportazzjoni li għandhom jitħallsu.

18. Standard

Il-Leġislazzjoni nazzjonali għandha tispeċifika r-regoli li għandhom jiġu segwiti, il-formalitajiet li għandhom jintemmu u l-faċilitajiet mogħtija in konnessjoni ma’ l-istima u l-ħlas tad-dazji u t-taxxi fuq l-esportazzjoni li għandhom jitħallsu ma’ l-esportazzjoni diretta.

L-Esportazzjoni tal-merkanzija

(a) Il-Permess għall-esportazzjoni

19. Standard

L-esportazzjoni tal-merkanzija għandha tkun permessa hekk kif il-kontrolli neċessarji mid-dwana u l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn ikunu ġew kompletati, sakemm:

- ma tkun instabet ebda offiża,

- il-liċenzja ta' l-esportazzjoni jew kull dokumenti oħrajn meħtieġa jkunu ġew prodotti, u

- id-dazji u t-taxxi fuq l-esportazzjoni li għandhom jitħallsu jkunu ġew imħallsa jew azzjoni xierqa tkun ittieħdet biex tassigura li jinġabru.

Noti

1. Merkanzija li mhijiex esportata immedjatament wara li l-esportazzjoni tkun ġiet permessa tista’ titqiegħed taħt il-kontroll doganali sakemm hija infatti esportata.

2. Il-Pajjiżi jistgħu jispeċifikaw ir-rotot doganali, jiġifieri, it-toroq, il-linji tal-ferrovija, il-kanali u kull rotot oħrajn (pipe lines eċċ.) li għandhom jintużaw għall-esportazzjoni tal-merkanzija.

20. Prattika rakkomandata

L-esportazzjoni tal-merkanzija m'għandhiex tiġi ttardjata fuq il-bażi li d-dikjarazzjoni tal-merkanzija mhijiex kompluta jew irregolaritajiet minuri jkunu nstabu fid-dokumentazzjoni, sakemm l-interessi tad-Dħul, il-kontrolli essenzali jew il-projibizzjoniet jew restrizzjoniet fuq l-esportazzjoni fis-seħħ mhumiex efettwati.

(b) Ix-Xiehda tal-wasla fid-destinazzjoni

21. Standard

L-awtoritajiet doganali m'għandhomx jeħtieġu xiehda tal-wasla tal-merkanzija barra bħala fatt.

Noti

1. In ġenerali, din ix-xiehda hi meħtieġa biss fejn għandha x'taqsam merkanzija li għaliha xiehda ta' l-esportazzjoni mhijiex disponibbli xort’ oħra u li tikkwalifika għall-ħlas lura jew għall-eżenzjoni minn somma konsiderevoli ta' dazji u taxxi interni, u hemm raġuni li wieħed jibża’ minn abbuż, jew fejn għandha x'taqsam ċertu merkanzija li hi soġġetta għall-kontrolli speċjali (per eżempju, l-armi u l-munizzjon).

2. Meta hi meħtieġa din ix-xiehda, tista’ tikkonsisti f'dikjarazzjoni fornita minn min jirċievi l-kunsinna u ċċertifikata mill-awtoritajiet doganali fil-pajjiż tad-destinazzjoni.

(ċ) Il-Ħlas lura jew l-eżenzjoni mid-dazji u t-taxxi interni

22. Standard

Il-leġislazzjoni nazzjonali għandha tispeċifika regoli li għandhom jiġu segwiti u l-formalitajiet li għandhom isiru fejn għandu x'jaqsam kull ħlas lura jew eżenzjoni mid-dazji u t-taxxi interni.

23. Prattika rakkomandata

Merkanzija li, ma’ l-esportazzjoni diretta, tikkwalifika għall-ħlas lura jew għall-eżenzjoni mid-dazji u t-taxxi interni għandha tibbenefika minn dan il-ħlas lura jew l-eżenzjoni kemm jista’ jkun malajr wara l-esportazzjoni.

Informazzjoni li tikkonċerna l-esportazzjoni diretta

24. Standard

L-awtoritajiet doganali għandhom jassiguraw li l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna l-esportazzjoni diretta tkun mill-ewwel disponibbli għal kull persuna interessata.

--------------------------------------------------

Appendiċi I ma’ l-Anness C.1

IL-KJAVI TAL-PRESENTAZZJONI

Għad-dikjarazzjoni tal-merkanzija għall-esportazzjoni diretta

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Appendiċi II ma' l-Anness C.1

Noti

1. Id-daqs tal-kjavi tal-preżentazzjoni huwa ISO daqs A4 (210 × 297 mm, 8,27 × 11,69 pulzieri). Il-forma għandha tkun provduta b'marġini fuq ta' 10-mm u marġini għall-organizzazzjoni fuq ix-xellug ta' 20-mm. L-ispazju bejn il-linji għandu jkun ibbażat fuq multipli ta' 4,24 mm (1/6 pulzier) u bi spazju tal-wisa’ fuq multipli ta' 2,54 mm (1/10 pulzier). Il-preżentazzjoni għandha tkun konformi mal-kjavi tal-preżentazzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika Ewropea (KEE), kif muri fl-Appendiċi I. Devjazzjonijiet minuri fid-daqs eżatt ta' kaxxi eċċ., huma permessibbli jekk meħtieġ għal raġunijiet partikolari fil-pajjiż tal-ħruġ, bħall-eżistenza ta' sistemi ta' kejl mhux metriċi, fatturi ta' sistemi nazzjonali allineati tad-dokumenti, eċċ.

2. Il-Pajjiżi jistgħu jiddeterminaw l-istandards li jikkonċernaw il-piż għal kull m2 tal-karta, u l-użu ta' machine-turned background biex tkun skansata l-falsifikazzjoni.

3. L-istandardizzazzjoni tinkludi biss kwistjonijiet dwar daqs u preżentazzjoni; kliem ta' gwida inklużi fil-kjavi tal-preżentazzjoni huma maħsuba biss biex jindikaw ix-xorta ta' informazzjoni li għandha tidher f'post partikolari. Għalhekk kull pajjiż jibqa’ ħieles li jissostitwixxi dan il-kliem fil-forma nazzjonali tiegħu b'dak il-kliem li hu jikkunsidra aktar xieraq sakemm dan il-kliem ma jaffettwax ix-xorta ta' l-informazzjoni kif indikat fil-kjavi tal-preżentazzjoni.

4. B’żieda ma’ dan sta għall-amministrazzjonijiet li jħallu barra mill-formoli tagħhom oġġetti fil-kjavi tal-preżentazzjoni li ma jeħtieġux. L-ispazji li għalhekk isiru vojta jistgħu jkunu użati għal skopijiet uffiċjali.

5. Oġġetti addizzjonali meħtieġa mill-amministrazzjonijiet li m'humiex previsti fil-kjavi tal-preżentazzjoni jistgħu jkunu allokati fl-"ispazju ħieles għar-rimi".

--------------------------------------------------

Appendiċi III ma' l-Anness C.1

IL-KJAVI TAL-PREŻENTAZZJONI

Għall-fattura

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS III

ANNESS F.6

L-ANNESS LI JIKKONĊERNA L-ĦLAS LURA TAD-DAZJI U T-TAXXI FUQ L-IMPORTAZZJONI

L-Introduzzjoni

Matul il-clearance tal-merkanzija dikjarata għall-użu fid-dar, jew wara r-rilaxx tagħha, jista’ jkun skopert jew mill-importatur innifsu jew mill-awtoritajiet doganali, li l-bażi li fuqha l-ħlasijiet doganali kienu kkalkulati kienet skorretta minħabba żball inter alia fuq il-parti ta' l-awtoritajiet doganali, id-dikjarant jew xi persuna oħra kkonċernata (eż., il-kunsinnatur jew ix-shipper), u li għal din ir-raġuni id-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni li tħallsu jew li għandhom jitħallsu huma aktar minn dawk li infatti kellhom jitħallsu. Jista’ wkoll iseħħ li l-merkanzija hija bil-ħsara, distrutta jew irrevokabbilment mitlufa bi żball jew forza maġġuri, b'mod partikolari qabel ir-rilaxx għall-użu fid-dar; f'dan il-każ ukoll, għal raġunijiet ta' ekwità, id-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni li diġà kellhom jitħallsu jistgħu jintraddu lura kollha jew in parti.

Għandu jkun possibbli għall-persuna kkonċernata, wara l-verifika tal-fatti, li tieħu ħlas lura tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni mħallsa żejda, jew, jekk il-ħlas ikun għadu ma sarx, ir-rinunzja tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni li huma żejda fl-ammont li fil-fatt jintalab.

Huwa importanti, partikolarment fejn il-ħlas żejjed kien ikkawżat minn żbalji fuq il-parti ta' l-awtoritajiet doganali jew kien ikkawżat minn ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll ta' l-importatur jew persuna oħra kkonċernata, li l-ħlas lura jsir mingħajr dewmien żejjed u b'formalitajiet minimi. F’xi każijiet, madanakollu, jista’ jkun meqjus neċessarju li l-ħlas lura jsir soġġett għal ċerti kondizzjonijiet jew għal salvagwardji speċjali kontra l-frodi jew l-abbuż.

Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Anness ma japplikawx għall-ħlasijiet lura magħmula skond il-proċedura drawback jew għar-refużjoni tad-depożiti meħuda bħala sigurtà għall-ħlas tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni.

Id-Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan l-Anness:

(a) il-kliem "il-ħlas lura tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni" jfisser ir-refużjoni, kollha jew in parti, tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni mħallsa fuq merkanzija dikjarata għall-użu fid-dar u r-remissjoni, kollha jew in parti, ta' dawn id-dazji u t-taxxi meta l-ħlas ma jkunx sar;

(b) il-kliem "dazji u taxxi fuq l-importazzjoni" ifissru dazji doganali u d-dazji, it-taxxi, l-miżati l-oħrajn kollha jew ħlasijiet oħrajn li huma miġbura fuq jew f’konnessjoni ma’ l-importazzjoni tal-merkanzija, imma li ma jinkludux il-miżati u l-ħlasijiet li huma limitati fl-ammont għall-prezz bejn wieħed u ieħor tas-servizzi mogħtija;

(ċ) il-kelma "rilaxx" tfisser azzjoni li permezz tagħha d-dwana tippermetti li l-merkanzija taħt clearance titqiegħed għad-disposizzjoni tal-persuni kkonċernati;

(d) il-kelma "persuna" tfisser persuni kemm fiżiċi kif ukoll ġuridiċi, sakemm il-kuntest ma jirrikjedix mod ieħor.

Il-prinċipju

1. Standard

Il-ħlas lura tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni għandu jkun iggvernat mid-disposizzjonijiet ta' dan l-Anness.

L-Iskop

2. Standard

Il-leġislazzjoni nazzjonali għandha tippreskrivi l-każi u l-kondizzjonijiet fejn, meta l-ammont tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni mħallsa jew stmati li għandhom jitħallsu jaqbeż l-ammont legalment dovut, il-ħlas lura tad-dazji u t-taxxi għandu jingħata.

Nota

Il-Ħlas lura ma jingħatax fuq dazji u taxxi fuq l-importazzjoni li kienu, jew ser ikunu, mħallsa lura taħt disposizzjonijiet oħrajn.

Każijiet fejn il-ħlas lura tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni għandu jingħata.

Żbalji fl-istima

3. Standard

Il-Ħlas lura tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni għandu jingħata fejn hu stabbilit li kienu mitluba ż-żejjed bħala riżultat ta' żball fl-istima tagħhom.

Merkanzija li għandha valur inqas milli ddikjarat

4. Standard

Il-Ħlas lura tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni għandu jingħata fejn jinstab li d-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni ġew stmati fuq il-bażi ta' valur li hu ogħla mill-valur li fuqu għandu jitħallas id-dazju, sakemm il-fatti huma stabbiliti għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet doganali.

Klassifika tariffarja inkorretta

5. Standard

Il-Ħlas lura tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni għandu jingħata jekk huma mitluba ż-żejjed bħala riżultat ta' klassifika tariffarja skorretta tal-merkanzija dikjarata sakemm il-fatti huma stabbiliti għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet doganali.

Merkanzija bil-ħsara distrutta jew mitlufa

6. Standard

Il-Ħlas lura tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni għandu jingħata fejn għandha x'taqsam merkanzija bil-ħsara, distrutta jew irrevokabbilment mitlufa bi żball jew kawża ta' forza maġġuri qabel it-tħollija għall-użu fid-dar, sakemm il-fatti huma stabbiliti kif dovut għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet doganali.

7. Standard

Meta merkanzija li ngħatat eżenzjoni kompleta jew parzjali mid-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni minħabba użu speċifiku hi bil-ħsara, distrutta jew irrevokabbilment mitlufa bi żball jew kawża ta' forza maġġuri wara t-tħollija tagħha għall-użu fid-dar, għandha tingħata rinunzja ta' dak l-ammont tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni li minnu ngħatat l-eżenzjoni sakemm din il-ħsara, id-distruzzjoni jew it-telfa hi stabbilita kif dovut għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet doganali.

Nota

Li jibqa’ mill-merkanzija koperta mill-istandards 6 u 7 jistgħu ikunu:

(a) Klerjati għall-użu fid-dar fl-istat eżistenti tagħhom bħallikieku kienu importati f'dak l-istat; jew

(b) esportati mill-ġdid; jew

(ċ) abbandunati ħielsa minn kull spejjeż lid-Dħul; jew

(d) magħmula kummerċjalment mingħajr valur taħt il-kontroll doganali, mingħajr spiża lid-Dħul;

kif jistgħu jeħtieġu l-awtoritajiet doganali.

Merkanzija li mhijiex skond l-ispeċifikazzjonijiet miftiehma.

8. Standard

Il-Ħlas lura tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni għandu jingħata fejn għandha x'taqsam merkanzija importata li tinstab li kienet difettuża jew inkella mhux skond l-ispeċifikazzjonijiet miftiehma fil-ħin ta' l-importazzjoni, li ma nħadmitx, ma ġietx imsewwija jew użata fil-pajjiż ta' l-importazzjoni, u li hi esportata mill-ġdid fi żmien raġjonevoli jew lill-fornitur barrani jew lill-persuna oħra maħtura mill-fornitur. L-użu tal-merkanzija m'għandux madanakollu jwaqqaf il-ħlas lura jekk dan l-użu kien indispensabbli biex jiskopri d-difetti jew ċirkostanzi oħrajn li kkawżaw l-esportazzjoni mill-ġdid tal-merkanzija. Bħala alternattiva għall-esportazzjoni mill-ġdid il-merkanzija tista’ tiġi abbandunata minħabba d-Dħul jew distrutta jew magħmula kummerċjalment mingħajr valur taħt il-kontroll doganali, kif jistgħu jiddeċiedu l-awtoritajiet doganali. Dan l-abbandun jew id-distruzzjoni m'għandu jinvolvi ebda spiża lid-Dħul.

Nota

Il-Ħlas lura tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni fuq merkanzija tax-xorta msemmija fl-ewwel sentenza ta' dan l-istandard jista’ wkoll ikun ikkunsidrat skond id-disposizzjonijiet ta' l-istandards 4 u 5 jekk din il-merkanzija mhijiex esportata mill-ġdid.

In-Nuqqasijiet

9. Standard

Il-Ħlas lura tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni għandu jingħata fejn għandha x'taqsam merkanzija dikjarata li tkun f'kunsinna fejn hu stabbilit għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet doganali li dik il-merkanzija ma kinitx infatti importata fit-territorju doganali.

Merkanzija mqiegħda taħt proċedura oħra doganali

10. Prattika rakkomandata

Meta hu mogħti permess mill-awtoritajiet doganali għal merkanzija oriġinarjament dikjarata għall-użu fid-dar biex tiġi mqiegħda taħt proċedura oħra doganali għandu jsir il-ħlas lura ta' kull dazji u taxxi fuq l-importazzjoni mitluba żejda.

Il-Proċedura tal-ħlas lura

11. Standard

Il-proċedura mqiegħda għat-talba tal-ħlas lura tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni għandha tkun sempliċi kemm jista’ jkun.

Nota

Il-proċedura tal-ħlas lura tista’ tinbeda jew fuq it-talba tal-persuna kkonċernata jew fuq l-inizjattiva doganali.

12. Standard

Għandhom isiru deċiżjonijiet fuq talbiet għall-ħlas lura, u jkunu notifikati bil-miktub lill-persuni kkonċernati mingħajr dewmien żejjed, u l-ħlas lura ta' ammonti mħallsa żejda għandu jsir kemm jista’ jkun malajr wara l-verifika tat-talbiet.

13. Standard

Fejn hu stabbilit mid-dwana l-ħlas żejjed huwa riżultat ta' żball fuq il-parti ta' l-awtoritajiet doganali nfushom fl-istima tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni, il-ħlas lura għandu jingħata bħala kwistjoni ta' prijorità.

Il-Limitu taż-żmien

14. Prattika rakkomandata

Fejn huma ffissati limiti taż-żmien li lil hinn minnhom talbiet għall-ħlas lura tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni ma jkunux aċċettati, dawn il-limiti għandhom ikunu ta' tul suffiċjenti biex jieħdu kont taċ-ċirkostanzi li jvarjaw li jappartjenu għal kull tip ta' każ fejn il-ħlas lura tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni jista’ jingħata.

Informazzjoni li tikkonċerna l-ħlas lura

15. Standard

L-awtoritajiet doganali għandhom jassiguraw li l-informazzjoni neċessarja kollha li tikkonċerna d-disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ħlas lura tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni tkun mill-ewwel disponibbli għal kull persuna interessata.

--------------------------------------------------