26.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 53/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 159/2009

tal-25 ta' Frar 2009

li japprova emendi minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Chabichou du Poitou (DPO))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari t-tieni sentenza tal-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u fid-dawl tal-Artikolu 17(2) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta' Franza għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Chabichou du Poitou”, irreġistrata bir-Regolament tal-Kummissjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

(2)

It-talba għandha l-għan li temenda l-ispeċifikazzjoni billi tippreċiża l-kundizzjonijiet tal-użu ta’ trattamenti u additivi għall-ħalib u fil-produzzjoni tal-“Chabichou du Poitou”. Dawn il-prattiki jiżguraw iż-żamma tal-karatteristiċi essenzjali tad-denominazzjoni.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda kkonċernata u kkonkludiet li hija ġustifikata. Billi din hija emenda minuri skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni tista' tapprovaha mingħajr rikors għall-proċedura stipulata fl-Artikoli 5, 6 u 7 tal-istess Regolament,

(4)

F’konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 (3), u skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, jeħtieġ li jkun ippubblikat sommarju tal-ispeċifikazzjoni.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Chabichou du Poitou” hija b'dan emendata skont l-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Is-sommarju konsolidat bl-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni jinsab fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. (Dan il-Ġurnal ma jeżistix bil-lingwa Maltija).

(2)   ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)   ĠU L 369, 23.12.2006, p. 1. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 322M, 2.12.2008, p. 364.


ANNESS I

B′dan huma approvati l-emendi li ġejjin għall-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Chabichou du Poitou”:

“ Metodu ta' produzzjoni ”

Il-punt 5 tal-ispeċifikazzjoni rigward id-deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni huwa kkompletat bid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

“(…) L-operazzjoni tat-tibqit tal-ħalib għandha ssir esklussivament bit-tames.

Il-konċentrazzjoni tal-ħalib bl-eliminazzjoni parzjali tal-parti ilmija qabel il-koagolazzjoni hija pprojbita.

Minbarra l-materja prima tal-ħalib, l-uniċi ingredjenti jew prodotti sekondarji jew addittivi awtorizzati fil-ħalib u waqt il-produzzjoni huma t-tames, il-kulturi innoffensivi tal-batterji, il-ħmira, il-moffa, il-klorur tal-kalċju u l-melħ.

(…) Hija pprojbita l-konservazzjoni f’temperatura negattiva tal-materja prima tal-ħalib, tal-prodotti fil-proċess tal-produzzjoni, tal-baqta jew tal-ġobon frisk (fromage frais).

(…) Hija pprojbita l-konservazzjoni f’atmosfera mmodifikata tal-ġobniet friski jew tal-ġobniet li għaddejjin mill-maturazzjoni.”


ANNESS II

SOMMARJU

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini għal prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

“CHABICHOU DU POITOU”

Nru tal-KE: FR-PDO-0117-0115/29.03.2006

DPO (X) IĠP ( )

Dan is-sommarju jippreżenta l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'finijiet ta’ informazzjoni biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-istat membru

Isem

:

Institut national de l’origine et de la qualité (INAO)

Indirizz

:

51 rue d’Anjou – 75008 Paris — FRANCE

Tel.

:

+33 153898000

Feks

:

+33 153898060

Posta elettronika

:

info@inao.gouv.fr

2.   Grupp

Isem

:

Syndicat de défense du Chabichou du Poitou

Indirizz

:

Agropole — Route de Chauvigny — BP 50002 — 86550 Mignaloux Beauvoir — FRANCE

Tel.

:

+33 549447480

Feks

:

+33 549467905

Posta elettronika

:

filieres-lait@poitou-charentes.chambagri.fr

Kompożizzjoni

:

produtturi/proċessuri (X) Oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott

Klassi 1.3

Ġobnijiet

4.   Speċifikazzjoni

(sommarju tal-kundizzojnijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem

“Chabichou du Poitou”

4.2.   Deskrizzjoni

Ġobon mill-ħalib tal-mogħoż, b’konsistenza ratba u mhux ippressat, b’qoxra rqiqa u bl-intern tal-ġobna kulur abjad, b’forma, imsejħa “ bonde ”, ta’ kon żgħir bla ponta ta’ madwar 6 cm għoli, b’piż medju ta’ 120 gramma, u b’45 % kontenut ta’ xaħam.

4.3.   Żona ġeografika

Id-Dipartiment tal-Vienne

Il-Kantoni Châtellerault, Charroux, Civray, Couhé, Gençay, Lencloître, Lusignan, Mirebeau, Moncontour, Neuville, Poitiers, Saint-Georges-lès-Baillargeaux, Saint-Julien-l'Ars, La Villedieu-du-Clain, Vivonne, Vouillé: il-muniċipalitajiet kollha.

Il-muniċipalitajiet Arçay, Availles-en-Châtellerault, Beaumont, Berthegon, Bonneuil-Matours, Bouresse, Cenon, Chalais, Chauvigny, Chouppes, Coussay, Curzay-sur-Dive, Dercé, Glenouzé, Guesnes, Lhommaizé, Loudun, Maulay, Mauprévoir, Messemé, Monthoiron, Monts-sur-Guesnes, Moussac, Mouterre-Silly, Prinçay, Queaux, Ranton, La Roche-Rigault, Saint-Laon, Saint-Laurent-de-Jourdes, Saint-Martin-l'Ars, Saires, Sammarçolles, Sérigny, Ternay, Verrières, Verrue, Le Vigeant, Vouneuil-sur-Vienne.

Id-Dipartiment ta’ Deux-Sèvres

Il-Kantoni Airvault, Celles-sur-Belle, Chef-Boutonne, Lezay, Mazières-en-Gâtine, Melle, Ménigoute, La Mothe-Saint-Héray, Saint-Loup-Lamairé, Saint-Maixent-l'Ecole-2, Saint-Maixent-l'Ecole-Ville, Sauzé-Vaussais, Thénezay, Thouars-1, Thouars-Ville: il-muniċipalitajiet kollha.

Il-muniċipalitajiet Augé, Asnières-en-Poitou, Azay-le-Brûlé, Brieuil-sur-Chizé, Brioux-sur-Boutonne, Brûlain, La Crèche, Chérigné, Ensigné, Geay, Glénay, Juillé, Luché-sur-Brioux, Lusseray, Luzay, Paizay-le-Chapt, Périgné, Pierrefitte, Prahecq, Saint-Martin-de-Bernegoue, Sainte-Gemme, Saint-Varent, Saivres, Secondigné-sur-Belle, Séligné, Vernoux-sur-Boutonne, Villefollet, Villiers-sur-Chizé, Vouillé.

Id-Département tax-Charente

Il-muniċipalitajiet Adjots, Benest, Bernac, Bioussac, Le Bouchage, Brettes, Champagne-Mouton, La Chèvrerie, Condac, Courcôme, Empuré, La Faye, La Forêt-de-Tessé, Londigny, Longré, La Magdeleine, Montjean, Nanteuil-en-Vallée, Paizay-Naudoin-Embourie, Raix, Ruffec, Saint-Gourson, Saint-Martin-du-Clocher, Souvigné, Taizé-Aizié, Theil-Rabier, Vieux-Ruffec, Villefagnan, Villiers-le-Roux.

4.4.   Prova tal-oriġini

Kull produttur tal-ħalib, lok tal-iproċessar u kull lok tal-maturazzjoni jeħtiġilhom jimlew “dikjarazzjoni ta' kapaċità” rreġistrata mis-servizzi tal-I.N.A.O. u li tippermetti lil dan tal-aħħar li jidentifika l-operaturi kollha. Dawn għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-I.N.A.O. r-reġistri kif ukoll kull dokument meħtieġ għall-kontroll tal-oriġini, tal-kwalità u tal-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni tal-ħalib u tal-ġobon.

Fil-qafas tal-kontroll li jsir fuq il-karatteristiċi tal-prodott b’denominazzjoni tal-oriġini, eżami analitiku u organolettiku għandu l-għan li jassigura l-kwalità u t-tipiċità tal-prodotti ppreżentati għal dan l-eżami.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni

Il-produzzjoni tal-ħalib, il-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-ġobniet iridu jsiru fiż-żona ġeografika.

Ħalib tal-mogħoż sħiħ, miżjud bi ftit tames, b’koagulazzjoni lattika; il-baqta friska, imqattra jew le, titqiegħed f’forma mtaqqba fis-sura ta’ kon b la ponta; taqtir bejn 18-il siegħa u 20 siegħa, bil-wiċċ immellaħ; tnixxif bejn 24 u 48 siegħa; maturazzjoni għal tal-anqas għaxart ijiem f’temperatura ta’ 10 sa 12 °C u ndewwa bejn 80 u 90 %.

4.6.   Rabta

L-isem “chebli” ta’ oriġini Għarbija li jfisser mogħża, kienu jagħmluh is-saraċeni li baqgħu fl-inħawi wara t-telfa tas-sena 732, imma mwarrba fuq għolja ħdejn il-belt ta’ Poitiers; bl-isem “Chabichou”, jissemma fl-1782 fil-“Guide du voyageur à Poitiers” ta’ Charles de Cherge; wieħed mis-simboli taż-żona ta’ Poitiers, imfaħħar f’sunett ta’ Emile Bergerat fl-1910 u f’kanzunetta tal-1914; l-applikazzjoni għad-denominazzjoni saret fl-1989 u r-rikonoximent bħala denominazzjoni tal-oriġini ingħata l-1990.

Marbuta mas-sit ġeoloġiku msejjaħ tas-Seuil du Poitou, il-produzzjoni żviluppat fuq terren omoġenju minħabba l-ġeoloġija kalkari tiegħu, it-tradizzjoni tat-trobbija tal-mogħoż, u l-preżenza fih tal-produtturi u l-proċessaturi tax-Chabichou du Poitou.

4.7.   Struttura tal-kontroll

Isem

:

Institut national de l’origine et de la qualité (INAO)

Indirizz

:

51 rue d'Anjou — 75008 Paris — FRANCE

Tel.

:

+33 153898000

Feks

:

+33 153898060

Posta elettronika

:

info@inao.gouv.fr

L-Institut National de l’Origine et de la Qualité huwa entità pubblika ta' natura amministrattiva, b'personalità ċivili, u jaqa' taħt il-Ministeru tal-Agrikoltura.

Isem

:

Direction générale de la concurrence, de la consommation et de la répression des fraudes (DGCCRF)

Indirizz

:

59 boulevard Vincent-Auriol — 75703 Paris Cedex 13 — FRANCE

Tel.

:

+33 144871717

Feks

:

+ 33 144973037

Id-DGCCRF huwa servizz tal-Ministeru tal-Ekonomija, tal-Industrija u tal-Impjiegi.

4.8.   Tikkettar

Huwa obbligatorju li l-ġobniet iġibu l-indikazzjoni Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini u isem id-denominazzjoni.

L-indikazzjoni “Denominazzjoni tal-Oriġini” hija obbligatorja.

Hija prevista l-indikazzjoni “Produzzjoni fir-razzett” jew “Ġobna tar-razzett”.