<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTB.0500401701.case.xml"><NO.CASE>C-376/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CC0376</NO.CELEX><NO.SEQ>0024.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-4019</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-4027</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET MAZÁK — KAWŻA C-376/09</LEFT><RIGHT>IL-KUMMISSJONI vs MALTA</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Ján Mazák</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20101028">28 ta’ Ottubru 2010</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>B’dan ir-rikors<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Fir-rigward tal-fażi prekontenzjuża tal-proċedura, huwa suffiċjenti li jiġi kkonstatat li, fil-każ ineżami, din ipproċediet b’mod konformi mal-Artikolu 226 KE. Ebda argument li jikkontesta l-legalità ta’ din il-fażi tal-proċedura ma tqajjem quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</P></NOTE>, ippreżentat skont l-Artikolu 226 KE (li sar l-Artikolu 258 TFUE), il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej qiegħda titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li billi ma ddikommissjonatx sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u estingwituri tan-nar li jkun fihom il-halon għal użi mhux kritiċi fuq bastimenti u billi ma rkupratx dan il-halon, ir-Repubblika ta’ Malta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 4(4)(v) u 16 tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20000629">29 ta’ Ġunju 2000</DATE>, dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 190.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Billi bbażat ruħha fuq interpretazzjoni differenti tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Nru 2037/2000, u b’mod partikolari tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>użi kritiċi ta’ l-halon sabiex jintgħamlu inerti l-ispazji okkupati u/jew meta jiġri l-ħruġ tal-likwidi jew tal-gassijiet fjammabbli fil-bastimenti eżistenti tat-tagħbija<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> li tinsab fl-Anness VII ta’ dan ir-regolament, ir-Repubblika ta’ Malta waslet għall-konklużjoni li r-rikors tal-Kummissjoni ma huwiex fondat u għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 2037/2000 jifforma parti minn serje ta’ regolamenti suċċessivi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ir-Regolament Nru 2037/2000 ġie ppreċedut mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3322/88, tal-<DATE ISO="19881014">14 ta’ Ottubru 1988</DATE>, dwar ċerti kloroflorokarbonji u halons li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="297" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1988">ĠU L 297, p. 1</REF.DOC.OJ>), mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 594/91, tal-<DATE ISO="19910304">4 ta’ Marzu 1991</DATE>, dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="067" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1991">ĠU L 67, p. 1</REF.DOC.OJ>) kif ukoll mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3093/94, tal-<DATE ISO="19941215">15 ta’ Diċembru 1994</DATE>, dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="333" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1994">ĠU L 333, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> li permezz tagħhom il-Komunità implementat l-obbligi tagħha taħt il-Kovenzjoni ta’ Vjenna għall-ħarsien tas-saff tal-ożonu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="297" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="1988">ĠU 1988, L 297, p. 10</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> kif ukoll taħt il-Protokoll ta’ Montreal dwar sustanzi li jdgħajfu s-saff tal-ożonu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="297" PAGE.FIRST="21" DATE.PUB="1988">ĠU 1988, L 297, p. 21</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, li tagħhom hija firmatarja<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Deċiżjoni tal-Kunsill tal-<DATE ISO="19881014">14 ta’ Ottubru 1988</DATE> dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna għall-ħarsien tas-saff tal-ożonu u l-Protokoll ta’ Montreal dwar sustanzi li jdgħajfu s-saff tal-ożonu (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="297" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="1988">ĠU L 297, p. 8</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Minkejja l-fatt li dan ir-regolament ma għadux iktar fis-seħħ minħabba li, b’effett mill-<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE>,<?PAGE NO="I-4020"?> dan tħassar u ġie ssostitwit bir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE>, dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="286" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU L 286, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, huwa jibqa’ r-regolament applikabbli għaż-żmien rilevanti għall-finijiet ta’ din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 2037/2000, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Kontroll tat-tqegħid fuq is-suq u l-użu ta’ sostanzi kontrollati<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu, għall-projbizzjoni ġenerali tat-tqegħid fis-suq u tal-użu ta’ ċertu numru ta’ sustanzi rregolati, li jinkludu l-halon.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(4) u (5) tar-Regolament Nru 2037/2000 jipprevedi eċċezzjonijiet għal din il-projbizzjoni. Fir-rigward tas-sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u l-estingwituri li jkun fihom il-halon, li huma rilevanti għall-każ ineżami, l-imsemmi Artikolu 4(4)(v) jipprevedi eċċezzjoni limitata fiż-żmien. Din id-dispożizzjoni hija redatta kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Ħlief għall-użu mniżżla fl-Anness [VII], sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u estingwituri tan-nar li jkun fihom aloni [il-halon], għandhom ikunu dikommissjonati qabel il-<DATE ISO="20031231">31 ta’ Diċembru 2003</DATE>, u l-aloni għandhom ikunu rkuprati skond l-Artikolu 16.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Anness VII tar-Regolament Nru 2037/2000, dwar l-użi kritiċi tal-alon, li jidderoga mill-prinċipju ta’ limitazzjoni fiż-żmien ta’ eċċezzjonijiet għall-projbizzjoni ġenerali tat-tqegħid fis-suq u tal-użu ta’ aloni fil-każ ta’ sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u estingwituri tan-nar, huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-użu tal-halon 1301:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>sabiex jintgħamlu inerti l-ispazji okkupati u/jew meta jiġri l-ħruġ tal-likwidi jew tal-gassijiet fjammabbli fil-militar u fiż-żejt, fis-settur tal-gass u petrokimiku, u fil-bastimenti eżistenti tat-tagħbija,</P></ITEM></LIST><P>[…]</P><P>L-użu ta’ halon 2402 fiċ-Ċipru, fir-Repubblika Ċeka, fl-Estonja, fl-Ungerija, fil-Latvja, fil-Lituwanja, f’Malta, fil-Polonja, fl-Islovakkja u fl-Islovenja biss:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="I-4021"?><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>fl-għamil inert ta’ spazji okkupati fejn jista’ jinħareġ likwidu li jaqbad u/jew xi gass fis-setturi militari u taż-żejt, tal-gass u petrokemikali, u f’vapuri ta’ tagħbija eżistenti,</P></ITEM></LIST><P>[…].<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 2037/2000 huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Sostanzi kontrollati li jkunu jinstabu fi:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u estingwituri tan-nar</P></ITEM></LIST><P>għandhom ikunu rkuprati għal distruzzjoni b’teknoloġiji approvati mill-Partijiet jew b’xi teknoloġija ta’ distruzzjoni oħra aċċettabbli ambjentalment, jew għal riċiklaġġ jew reklamazzjoni matul it-tiswija u l-manteniment ta’ tagħmir jew qabel il-ħatt jew it-tneħħija tat-tagħmir.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="236" PAGE.FIRST="33" DATE.PUB="2003">ĠU 2003, L 236, p. 33</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>[m]id-data ta’ l-adeżjoni, id-disposizzjonjiet tat-Trattati oriġinali u l-atti adottati mill-istituzzjonijiet u l-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-adeżjoni għandhom jorbtu l-Istati Membri l-ġodda u għandhom japplikaw f’dawk l-Istati Membri bil-kondizzjonijiet kif imniżżla f’dawk it-Trattati u f’dan l-Att<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Ladarba l-Att ta’ Adeżjoni ppreveda biss miżura ta’ tranżizzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament Nru 2037/2000 għar-Repubblika ta’ Malta, l-obbligi imposti fuqha skont dan ir-regolament, li fosthom hemm ukoll l-obbligu ta’ dikommissjoni tas-sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u l-estingwituri li jkun fihom il-halon u li tirkupra l-halon, daħlu fis-seħħ b’effett mill-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Minkejja li dan ma huwiex, fil-każ ineżami, l-ewwel rikors tal-Kummissjoni<?PAGE NO="I-4022"?> bbażat fuq ir-Regolament Nru 2037/2000<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>B’kollox il-Kummissjoni ppreżentat seba’ rikorsi bbażati fuq ir-Regolament Nru 2037/2000. Hija rtirat tnejn minnhom (digrieti tal-President tal-qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20060808">8 ta’ Awwissu 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, C-425/05 kif ukoll tal-<DATE ISO="20080804">4 ta’ Awwissu 2008</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ċipru, C-490/07), filwaqt li fil-ħamsa l-oħra ngħatat sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (sentenzi tas-<DATE ISO="20041026">26 ta’ Ottubru 2004</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, C-406/03; tas-<DATE ISO="20050707">7 ta’ Lulju 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-214/04; tal-<DATE ISO="20050714">14 ta’ Lulju 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-79/05; tal-<DATE ISO="20061214">14 ta’ Diċembru 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, C-390/05, u tat-<DATE ISO="20080403">3 ta’ April 2008</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, C-522/06).</P></NOTE>, din hija l-ewwel darba li n-nuqqas allegat jikkonsisti fi ksur tal-projbizzjoni ġenerali tat-tqegħid fis-suq u tal-użu tal-halon prevista fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 2037/2000 u, b’mod iktar preċiż, tal-obbligu ta’ dikommissjoni, fil-każ tar-Repubblika ta’ Malta qabel l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, tas-sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u tal-estingwituri tan-nar li jkun fihom il-halon u li l-halon jiġi rkuprat skont l-Artikolu 4(4)(v) tar-Regolament Nru 2037/2000.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Kif diġà indikajt fil-kuntest tal-preżentazzjoni tar-Regolament Nru 2037/2000, l-Artikolu 4(4)(v) tiegħu jipprevedi, favur sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u estingwituri tan-nar li jkun fihom il-halon, eċċezzjoni limitata fiż-żmien għall-projbizzjoni ġenerali tat-tqegħid fis-suq u tal-użu tal-halon. Madankollu, din l-eċċezzjoni stess tipprevedi li l-limitazzjoni fiż-żmien tagħha ma tapplikax għall-każijiet tal-użi tal-halon elenkati fl-Anness VII tar-Regolament Nru 2037/2000. Dan ifisser li l-użu ta’ sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u ta’ estingwituri tan-nar li jkun fihom il-halon huwa awtorizzat anki wara d-data ta’ waqfien, jiġifieri, fil-każ tar-Repubblika ta’ Malta, l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, kemm-il darba l-użu ta’ halon jista’ jiġi kkunsidrat bħala użu kritiku fis-sens tal-Anness VII tar-Regolament Nru 2037/2000.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza paċifika, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, huwa l-kompitu tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-eżistenza tan-nuqqas allegat u li tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja l-provi neċessarji sabiex din tivverifika l-eżistenza ta’ dan in-nuqqas, mingħajr ma tista’ l-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq kwalunkwe preżunzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="20100610">10 ta’ Ġunju 2010</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (C-37/09, il-punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Minn dan jirriżulta illi sabiex, fil-każ ineżami, ir-rikors tal-Kummissjoni jkun jista’ jirnexxi, huwa l-kompitu tagħha li turi, fl-ewwel lok, li l-bastimenti li jtajru bandiera Maltija kienu, wara l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, mgħammra b’sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u estingwituri tan-nar li kellhom fihom il-halon u, fit-tieni lok, li dan ma kienx każ ta’ użu kritiku tal-halon fis-sens tal-Anness VII tar-Regolament Nru 2037/2000 u, b’mod iktar partikolari, fis-sens tat-tielet inċiż tad-dispożizzjonijiet dwar il-halon 1301 u tat-tielet inċiż tad-dispożizzjonijiet dwar il-halon 2402 li hemm fl-imsemmi Anness VII tar-Regolament Nru 2037/2000, użu intiż għall-inertizzazzjoni tal-ispazji okkupati fejn likwidu fjammabbli u/jew gass jista’ joħroġ fil-bastimenti tat-tagħbija eżistenti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4023"?><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-eżistenza ta’ bastimenti li jtajru bandiera Maltija li huma mgħammra b’sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u estingwituri tan-nar li għandhom fihom il-halon, ir-Repubblika ta’ Malta u l-Kummissjoni jaqblu fuq il-fatt li, fiż-żmien tal-iskadenza tat-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata indirizzata lir-Repubblika ta’ Malta, ċerti bastimenti li jtajru bandiera Maltija kienu mgħammra b’sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u estingwituri tan-nar li kellhom fihom il-halon.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Madankollu, il-partijiet ma jaqblux fuq il-kwistjoni dwar jekk l-użu tal-halon fuq dawn il-bastimenti jistax jiġi kkunsidrat bħala użu mhux kritiku, li jimplika li l-użu tas-sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u tal-estingwituri tan-nar fuq il-bastimenti ma huwiex konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 2037/2000, jew jekk dan huwiex pjuttost użu kritiku tal-halon għall-inertizzazzjoni tal-ispazji okkupati fejn likwidu fjammabbli u/jew gass jista’ joħroġ fis-sens tal-Anness VII tar-Regolament Nru 2037/2000, li jimplika li l-użu tas-sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u tal-estingwituri tan-nar fuq il-bastimenti huwa konformi mal-imsemmi regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-bastimenti tat-tagħbija eżistenti, il-Kummissjoni tqis li, sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 2037/2000, hemm biss żewġ sitwazzjonijiet li jistgħu jiġu kklassifikati bħala użi kritiċi tal-halon <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>sabiex jintgħamlu inerti l-ispazji okkupati u/jew meta jiġri l-ħruġ tal-likwidi jew tal-gassijiet fjammabbli<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jiġifieri, fl-ewwel lok, l-inertizzazzjoni tar-reċipjenti taż-żejt u, fit-tieni lok, l-inertizzazzjoni tal-makkinarju marbut mal-ippumpjar awtomatiku ta’ dqiq fl-istiva tal-bastiment jew ’il barra minnha. Skont il-Kummissjoni, f’sitwazzjonijiet bħal dawn, l-inertizzazzjoni hija neċessarja sabiex jiġu evitati splużjonijiet abbord ta’ bastimenti li jġorru ż-żejt mhux raffinat jew prodotti ta’ żejt raffinat jew abbord ta’ bastimenti li jġorru d-dqiq, minħabba l-akkumulazzjoni tat-trab tad-dqiq.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Ir-Repubblika ta’ Malta aċċettat li dan ma huwiex il-każ fil-każ ta’ ċerti bastimenti li jtajru bandiera Maltija mgħammra b’sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u estingwituri tan-nar li għandhom fihom il-halon. Madankollu, hija ssostni li, fil-każ tal-bastimenti inkwistjoni, dan jinvolvi użu tal-halon <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>sabiex jintgħamlu inerti l-ispazji okkupati u/jew meta jiġri l-ħruġ tal-likwidi jew tal-gassijiet fjammabbli<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>. F’dan ir-rigward hija qatt ma qablet mal-interpretazzjoni tal-formulazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>użi kritiċi ta’ l-halon sabiex jintgħamlu inerti l-ispazji okkupati u/jew meta jiġri l-ħruġ tal-likwidi jew tal-gassijiet fjammabbli<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> mogħtija mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Skont ir-Repubblika ta’ Malta, l-interpretazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni tikkostitwixxi restrizzjoni arbitrarja u inġustifikabbli tal-kamp ta’ applikazzjoni tat-tielet inċiż dwar il-halon 1301 u t-tielet inċiż dwar il-halon 2402 tal-Anness VII tar-Regolament Nru 2037/2000. Fil-fehma<?PAGE NO="I-4024"?> tagħha, l-użu tal-halon 1301 u l-halon 2402 fil-kompartimenti tal-magni li għandhom fihom muturi li jaħdmu bil-kombustjoni, ta’ bojlers taż-żejt u ta’ makkinarju u ġeneraturi li jaħdmu biż-żejt, fil-kmamar tal-pompi tat-tagħbija u fil-kompartimenti l-oħra simili fuq il-bastimenti mibnija qabel l-<DATE ISO="19941001">1 ta’ Ottubru 1994</DATE> għandu jiġi kkunsidrat ukoll bħala użu kritiku fis-sens tad-dispożizzjonijiet iċċitati fl-Anness VII tar-Regolament Nru 2037/2000. Ir-Repubblika ta’ Malta ssostni li fil-każ tal-bastimenti kollha li jtajru bandiera Maltija li huma mgħammra b’sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u b’estingwituri tan-nar li għandhom fihom il-halon, dawn jinvolvu l-użu tal-halon li huwa konformi ma’ din l-interpretazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni tirreferi għall-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>sabiex jintgħamlu inerti<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> li tinsab fil-formulazzjoni inkwistjoni tat-tielet inċiż dwar il-halon 1301 u [għall-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>fl-għamil inert<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> fil-każ] tat-tielet inċiż dwar il-halon 2402 tal-Anness VII tar-Regolament Nru 2037/2000.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Billi bbażat ruħha fuq definizzjoni tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>inertizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> li skont din id-definizzjoni dan it-terminu jikkorrispondi għal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>liberazzjoni antiċipata tal-halon minħabba riskju ta’ nirien jew ta’ splużjoni fi spazju okkupat potenzjalment fjammabli u perikoluż, b’konċentrazzjoni tali li l-atmosfera tal-lok ma tkunx għadha tista’ ssostni kombustjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, il-Kummissjoni ssostni li l-użu tal-halon 1301 u tal-halon 2402 fil-bastimenti tat-tagħbija jista’ biss jiġi kkunsidrat bħala użu kritiku fil-każ li dawn it-tipi ta’ halon jintużaw f’sistema ta’ protezzjoni kontra n-nar maħsuba sabiex tirrendi inerti spazji okkupati fejn likwidu fjammabbli u/jew gass jista’ joħroġ, jiġifieri jekk dawn jintużaw f’sistema maħsuba sabiex tillibera l-halon qabel ma jkun hemm kombustjoni jew splużjoni f’atmosfera barra minn hekk fjammabbli jew esplożiva, jew sabiex dawn jiġu evitati. Kull sistema maħsuba sabiex tillibera l-halon wara li jkun inbeda nar hija sistema ta’ estinzjoni, u mhux sistema ta’ inertizzazzjoni, u għalhekk ma taqax taħt il-kunċett ta’ użi kritiċi ta’ halon fil-bastimenti tat-tagħbija.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li, anki jekk, fir-risposta tagħha, ir-Repubblika ta’ Malta ddikjarat li l-użu tal-halon f’bastimenti li jtajru bandiera Maltija jipprevedi speċifikament l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>inertizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> ta’ spazji okkupati, fit-tweġiba għall-opinjoni motivata, ir-Repubblika ta’ Malta ddikjarat li l-halon kien jintuża bħala mezz ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>estinzjoni ta’ nar<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fuq dan il-punt, ir-Repubblika ta’ Malta twieġeb li d-distinzjoni bejn inertizzazzjoni u estinzjoni użata mill-Kummissjoni hija artifiċjali u ambigwa, ladarba l-proċess ta’ estinzjoni huwa essenzjalment inkluż fil-proċess ta’ inertizzazzjoni, b’mod partikolari<?PAGE NO="I-4025"?> meta jintuża l-istess element. Fil-fatt, l-inertizzazzjoni hija r-riżultat inevitabbli u normali tal-estinzjoni meta jintuża l-halon.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Minn dan kollu premess jirriżulta li l-kwistjoni kruċjali hija dik dwar jekk il-Kummissjoni stabbilixxietx b’mod suffiċjenti skont il-liġi li l-użu kritiku tal-halon għall-inertizzazzjoni ta’ spazji okkupati fejn likwidu fjammabbli u/jew gass jista’ joħroġ fil-bastimenti tat-tagħbija eżistenti fis-sens tat-tielet inċiż dwar il-halon 1301 u t-tielet inċiż dwar il-halon 2402 tal-Anness VII tar-Regolament Nru 2037/2000 jikkonċerna biss l-inertizzazzjoni ta’ bastimenti li jġorru ż-żejt u l-inertizzazzjoni tal-makkinarju marbut mal-ippumpjar awtomatiku ta’ dqiq fl-istiva ta’ bastiment jew ’il barra minnha, u li, b’mod kuntrarju għall-użu ta’ sistema ta’ inertizzazzjoni, l-użu ta’ sistema ta’ estinzjoni ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija dispożizzjonijiet. Jekk dan huwa l-każ, dan jimplika li r-Repubblika ta’ Malta naqset tassew milli twettaq obbligu kif allegat fil-konfront tagħha, ladarba hija stess taċċetta li, fost il-bastimenti li jtajru bandiera Maltija mgħammra b’sistemi ta’ protezzjoni kontra nar u b’estingwituri tan-nar li għandhom fihom il-halon, hemm bastimenti li ma humiex bastimenti li jġorru ż-żejt u li ma jużawx il-halon għall-inertizzazzjoni tal-makkinarju marbut mal-ippumpjar awtomatiku ta’ dqiq fl-istiva ta’ bastiment jew ’il barra minnha.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li, sa minn meta r-Regolament Nru 2037/2000 daħal fis-seħħ, l-approċċ tal-Kummissjoni fir-rigward tas-sens tal-formulazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>użi kritiċi ta’ l-halon sabiex jintgħamlu inerti l-ispazji okkupati u/jew meta jiġri l-ħruġ tal-likwidi jew tal-gassijiet fjammabbli fil-bastimenti eżistenti tat-tagħbija<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> ma nbidilx. Madankollu, dan ma jfissirx li l-pożizzjoni tal-Kummissjoni hija korretta.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Insostenn tal-interpretazzjoni tagħha tal-formulazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>użi kritiċi ta’ l-halon sabiex jintgħamlu inerti l-ispazji okkupati u/jew meta jiġri l-ħruġ tal-likwidi jew tal-gassijiet fjammabbli fil-bastimenti eżistenti tat-tagħbija<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, il-Kummissjoni tinvoka l-prattika segwita fis-settur tal-bastimenti tat-tagħbija li normalment il-halon ma jiġix installat fuq il-bastimenti tat-tagħbija għall-finijiet ta’ inertizzazzjoni, ħlief f’żewġ każijiet partikolari, li huma l-użu ta’ halon għall-inertizzazzjoni ta’ bastimenti li jġorru ż-żejt u l-użu ta’ halon għall-inertizzazzjoni tal-makkinarju marbut mal-ippumpjar awtomatiku ta’ dqiq fl-istiva ta’ bastiment jew ’il barra minnha.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni ma ressqet ebda prova, bħal pereżempju informazzjoni skont statistika jew minn esperti, li tista’ turi li din hija fil-fatt is-sitwazzjoni fis-settur tal-bastimenti tat-tagħbija. Hija sempliċement tinvoka biss il-prattika segwita fis-settur tal-bastimenti tat-tagħbija, mingħajr, madankollu, ma tispjega<?PAGE NO="I-4026"?> b’liema mod hija eżaminat tali prattika u f’liema Stati Membri<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>F’dan ir-rigward, għandha tingħata ċerta rilevanza lill-argument tar-Repubblika ta’ Malta li, anki jekk stess il-Kummissjoni hija effettivament f’pożizzjoni li turi bi provi empiriċi li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>parti l-kbira<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> tal-bastimenti tat-tagħbija jużaw biss il-halon f’dawn iż-żewġ każijiet imsemmija, minn dan ma jirriżultax, madankollu, li l-espressjoni inkwistjoni li tinsab fl-Anness VII tipprevedi biss dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet imsemmija.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Sabiex tippronunzja ruħha fuq il-fondatezza, fl-ewwel lok, tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-halon ma huwiex użat, fuq il-bastimenti tat-tagħbija eżistenti, għall-inertizzazzjoni ta’ spazji okkupati fejn likwidu fjammabbli u/jew gass jista’ joħroġ, ħlief fil-każ tal-bastimenti li jġorru ż-żejt u l-bastimenti tat-tagħbija mgħammra b’makkinarju marbut mal-ippumpjar awtomatiku ta’ dqiq fl-istiva tal-basitment jew ’il barra minnha u, fit-tieni lok, tal-esklużjoni ta’ sistemi ta’ estinzjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-tielet inċiż dwar il-halon 1301 u tat-tielet inċiż dwar il-halon 2402 tal-Anness VII tar-Regolament Nru 2037/2000, il-Qorti tal-Ġustizzja teħtieġ informazzjoni teknika li ma għandhiex għad-dispożizzjoni tagħha<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>F’dan ir-rigward, inżid ngħid li anki jekk l-imħallef ikkonċernat għandu għarfien tal-informazzjoni teknika neċessarja, li ma jistax jiġi eskluż, dan ma jistax jagħmel użu minn din l-informazzjoni sabiex jippronunzja ruħu f’kawża, ladarba r-rwol tiegħu huwa dak li jiġġudika l-kawżi billi juża l-għarfien ġuridiku tiegħu u mhux l-għarfien tekniku li jista’ jkollu fil-qasam tas-suġġett ta’ kawża.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Nikkunsidra li, fin-nuqqas ta’ provi tekniċi pprovduti mill-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex tieħu pożizzjoni fuq id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni, u dan iktar u iktar inkwantu d-difiża tal-Istat Membru kkonċernat hija bbażata fuq argumenti ta’ natura iktar teknika milli ġuridika.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-kontenut tal-fajl ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma jippermettix li ssir evalwazzjoni dwar jekk ir-rikors tal-Kummissjoni huwiex fondat.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Dan ifisser li, fil-każ ineżami, il-Kummissjoni ma ssodisfatx l-obbligi tagħha fir-rigward tal-provi u għalhekk ma rnexxiliex tistabbilixxi n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu allegat fil-konfront tar-Repubblika ta’ Malta.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-premess, nikkunsidra li r-rikors tal-Kummissjoni għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4027"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Ir-rikors huwa miċħud.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni Ewropeja hija kkundannata għall-ispejjeż.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>