Brussell, 16.8.2024

COM(2024) 379 final

ANNESSI

ta'

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fl-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV)











ANNESS

L-Istati Membri tal-Unjoni li huma Membri tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV) li jaġixxu b’mod konġunt f’isem l-Unjoni, u soġġett għal kull rieżami futur abbażi ta’ żviluppi ġodda, għandhom jappoġġaw l-abbozzi tar-riżoluzzjonijiet li ġejjin fl-istadju 7 tul l-Assemblea Ġenerali tal-OIV skedata għat-18 ta’ Ottubru 2024:

–OENO-MICRO 23-740: Aġġornament tal-monografiji fir-rigward ta’ prodotti u sottoprodotti ta’ ħmira mhux Saccharomyces;

–OENO-SPECIF 23-723: Aġġornament tal-monografija u tal-kodiċi dwar il-proteina li toriġina mill-pjanti (irtirar tal-qamħ);

–OENO-TECHNO 15-581B: Trattament bl-aċidu fumariku fl-inbid għall-aċidifikazzjoni;

–OENO-TECHNO 20-672B: Trattament b’silika mesoporuża (FMS) funzjonalizzata għall-istabbilizzazzjoni tal-proteini tal-inbejjed.