<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑511/13 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0511</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:553">EU:C:2015:553</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20150908">8.9.2015</DATE> – KAWŻA C‑511/13 P</P><P>PHILIPS LIGHTING POLAND U PHILIPS LIGHTING vs IL-KUNSILL</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20150908">8 ta’ Settembru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Dumping</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 384/96</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 4(1), 5(4) u 9(1)</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1205/2007</KEYWORD><KEYWORD>Importazzjoni ta’ lampi fluworexxenti kompatti elettroniċi u integrati (CFL-i) li joriġinaw miċ-Ċina, mill-Vjetnam, mill-Pakistan u mill-Filippini</KEYWORD><KEYWORD>Ħsara kkawżata lil industrija Komunitarja</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjon kbir tal-produzzjoni Komunitarja totali ta’ prodotti simili</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑511/13 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fit-<DATE ISO="20130923">23 ta’ Settembru 2013</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Philips Lighting Poland S.A</HT>., stabbilita f’Piła (il-Polonja),</P><P><HT TYPE="BOLD">Philips Lighting BV</HT>, stabbilita f’Eindhoven (il-Pajjiżi l-Baxxi),</P><P>irrappreżentati minn L. Catrain González, avukat, u E. Wright, barrister,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn S. Boelaert, bħala aġent, assistita minn S. Gubel, avukat, u B. O’Connor, solicitor,</P><PARTY.STATUS>konvenut fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Hangzhou Duralamp Electronics Co. Ltd</HT>, stabbilita f’Hangzhou (iċ-Ċina),</P><P><HT TYPE="BOLD">GE Hungary Ipari és Kereskedelmi Zrt. (GE Hungary Zrt</HT>.), stabbilita f’Budapest (l-Ungerija),</P><P><HT TYPE="BOLD">Osram GmbH</HT>, stabbilita f’München (il-Ġermanja), irrappreżentata minn R. Bierwagen u C. Hipp, avukati,</P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn L. Armati u J.‑F. Brakeland, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn V. Skouris, President, K. Lenaerts, Viċi President, M. Ilešič, L. Bay Larsen, T. von Danwitz u K. Jürimäe, Presidenti ta’ Awla, A. Rosas, E. Juhász (Relatur), C. Toader, M. Safjan, D. Šváby, M. Berger, A. Prechal, E. Jarašiūnas u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20150210">10 ta’ Frar 2015</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20150326">26 ta’ Marzu 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħhom, Philips Lighting Poland S.A. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Philips Poland<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u Philips Lighting BV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Philips Il-Pajjiżi l-Baxxi<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) jitolbu l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tal-<DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>, Philips Lighting Poland u Philips Lighting vs Il-Kunsill (T‑469/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:370">EU:T:2013:370</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tagħhom intiż għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1205/2007, tal-<DATE ISO="20071015">15 ta’ Ottubru 2007</DATE>, li jimponi dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ lampi florexxenti kompatti elettroniċi u integrati (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 u li jestendi għall-importazzjonijiet tal-istess prodott mibgħuta mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u r-Repubblika tal-Filippini (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="272" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2007">ĠU L 272, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Regolament ikkontestat<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Ftehim antidumping tal-1994</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE, tat-<DATE ISO="19941222">22 ta’ Diċembru 1994</DATE>, dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil‑kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21, p. 80), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea approva l-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), iffirmat f’Marakesh fil-<DATE ISO="19940415">15 ta’ April 1994</DATE>, kif ukoll il-ftehimiet li jinsabu fl-Annessi 1, 2 u 3 ta’ dan il-ftehim, fejn fosthom insibu l-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21, p. 90, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>GATT tal-1994<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) kif ukoll il-Ftehim dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (GATT) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21, p. 189, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Ftehim antidumping tal-1994<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ dan l-aħħar ftehim jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Miżura kontra d-damping [antidumping] ser tiġi applikata biss taħt iċ-ċirkostanzi pprovduti fl-Artikolu VI tal-GATT 1994 u skond l-investigazzjoni mibdija u kondotta skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim. Id-disposizzjonijiet li ġejjin jirregolaw l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu VI tal-GATT 1994 sakemm jittieħdu passi taħt il-leġislazzjoni jew r-regolamenti kontra d-damping.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 4.1 tal-imsemmi ftehim jipprovdi b’mod partikolari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Għall-għan ta’ dan il-Ftehim, il-frażi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>industrija domestika<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> għandha tkun interpretata li tirreferi għal produtturi domestiċi tal-prodotti simili f’sens sħiħ jew għal dawk minnhom li l-ħruġ kollettiv tal-prodotti tagħhom, jikkostitwixxi proporzjon kbir tal-produzzjoni domestika kollha ta’ dawn il-prodotti; [...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-istess ftehim jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.051"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>5.1</NO.PARAG><ALINEA>Ħlief għal dak li hu pprovdut fil-paragrafu 6, investigazzjoni biex tistabbilixxi l-eżistenza, grad u effett ta’ kwalunkwe damping illegali għandha tinbeda permezz ta’ applikazzjoni bil-miktub minn jew da parti ta’ l-industrija domestika.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="005.054"><NO.PARAG>5.4</NO.PARAG><ALINEA>L-investigazzjoni ma tinbediex skond il-paragrafu 1 sakemm l-awtoritajiet ma’ jkunux stabbilew, fuq bażi ta’ l-eżaminazzjoni tal-grad ta’ appoġġ għal, jew kontra, l-applikazzjoni espressa [...] mill-produtturi domestiċi tal-prodotti simili, li l-applikazzjoni saret minn jew da parti ta’ l-industrija domestika.[...] L-applikazzjoni titqies li tkun saret minn jew da parti ta’ l-industrija domestika jekk tkun appoġġjata minn dawk il-produtturi domestiċi li għandhom ħruġ kollettiv li jikkostitwixxi iktar minn 50 fil-mija tal-produzzjoni totali tal-prodott simili prodott minn dik il-porzjoni ta’ l-industrija domestika li tesprimi appoġġ għal jew kontra l-applikazzjoni. Madankollu, l-ebda investigazzjoni ma tinbeda jekk produtturi domestiċi espressament jappoġġaw l-akkont ta’ l-applikazzjoni għal inqas minn 25 fil-mija tal-produzzjoni totali tal-prodott simili kif prodott mill-industrija domestika.</ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 384/96</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-fatti inkwistjoni hija kkostitwita mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-<DATE ISO="19951222">22 ta’ Diċembru 1995</DATE>, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005, tal-<DATE ISO="20051221">21 ta’ Diċembru 2005</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="175M" PAGE.FIRST="287" DATE.PUB="2005">ĠU L 175M, p. 287</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>ir-Regolament bażiku<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>). Ir-Regolament bażiku ġie mħassar u ssostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE>, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="343" PAGE.FIRST="51" DATE.PUB="2009">ĠU L 343, p. 51</REF.DOC.OJ>). Dan l-aħħar regolament ma japplikax, fil-każ ineżami, <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-premessi 1 sa 3 u 5 tar-Regolament bażiku jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>(1)</NO.P><TXT>Billi, bir-Regolament (KE) Nru 2423/88 [tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19880711">11 ta’ Lulju 1988</DATE>, dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping jew issussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="209" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1988">ĠU L 209, p. 1</REF.DOC.OJ>)], il-Kunsill adotta regoli komuni dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping jew issussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea;</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Billi dawk ir-regoli kienu ġew adottati skond l-obbligi internazzjonali eżistenti, b’mod partikolari dawk li joħorġu mill-Artikolu VI tal-Patt ta’ Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ [tat-<DATE ISO="19471030">30 ta’ Ottubru 1947</DATE>] (minn hawn ’l quddiem imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>GATT<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), mill-Patt ta’ Ftehim dwar l-Implimentazzjoni ta’ l-Artikolu VI tal-GATT [dwar it-Tariffi u l-Kummerċ, approvat, f’isem il-Komunità, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 80/271/KE, tal-<DATE ISO="19791210">10 ta’ Diċembru 1979</DATE> ,dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim Multilaterali li jirriżultaw min-negozjati kummerċjali mill-1973-1979<?PAGE NO="4"?> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="071" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1980">ĠU 1980, L 71, p. 1</REF.DOC.OJ>)], (il-Kodiċi ta’ Kontra x-Xiri taħt il-prezz [antidumping] ta’ l-1979) u mill-Patt ta’ Ftehim fuq l-Interpretazzjoni u l-Applikazzjoni ta’ l-Artikoli VI, XVI u XXIII tal-GATT [dwar it-Tariffi u l-Kummerċ, approvat, f’isem il-Komunità, permezz tal-istess deċiżjoni] (il-Kodiċi dwar Sussidji u Dazji Kompensatorji);</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Billi n-negozjati dwar il-kummerċ multilaterali konklużi fl-1994 waslu għal Patti ta’ Ftehim ġodda dwar l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu VI tal-GATT u huwa għalhekk xieraq li jiġu emendati r-regoli tal-Komunità fid-dawl ta’ dawn il-Patti ta’ Ftehim ġodda; [...]</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Billi l-patt ta’ ftehim ġdid dwar ix-xiri taħt il-prezz, jiġifieri, il-[Ftehim antidumping tal-1994] fih regoli ġodda u fid-dettall, li għandhom x’jaqsmu b’mod partikolari mal-kalkolazzjoni tax-xiri taħt il-prezz, il-proċeduri għall-bidu u t-tkomplija ta’ investigazzjoni, li jinkludu l-istabbiliment u t-trattament tal-fatti, l-imposizzjoni ta’ miżuri proviżjonali, l-imposizzjoni u l-ġbir ta’ dazji kontra x-xiri taħt il-prezz, it-tul u l-ħarsien mill-ġdid tal-miżuri kontra x-xiri taħt il-prezz u t-tagħrif pubbliku ta’ l-informazzjoni li jkollu x’jaqsam ma l-investigazzjonijiet kontra x-xiri taħt il-prezz; billi, fid-dawl ta’ l-estent tattibdiliet u sabiex tiġi żgurata applikazzjoni xierqa u trasparenti tar-regoli ġodda, il-lingwa tal-ftehim ġdid għandha tinġieb fil-leġislazzjoni tal-Komunità sa fejn ikun possibbli<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Tistabbilixxi l-ħsara<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprovdi, fl-ewwel paragrafu tiegħu, li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>[s]kond dan ir-Regolament, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>ħsara<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> għandu, sakemm mhux speċifikat b’mod ieħor, jittieħed li jfisser ħsara materjali lill-industrija tal-Komunità, theddida ta’ ħsara materjali lill-industrija tal-Komunità jew dewmien materjali ta’ l-istabbiliment ta’ industrija bħal din u għandu jiġi interpretat skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Id-definizzjoni ta’ industrija Komunitarja<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jipprovdi, fl-ewwel paragrafu tiegħu, li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>[g]ħall-iskopijiet [tal-istess] Regolament, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>ndustrija Komunitarja<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> għandu jkun interpetat bħala li jirreferi għall-produtturi Komunitarji kollha tal-prodotti simili jew għal dawk minnhom li l-output kollettiv [produzzjonijiet kollettivi] tal-prodotti jikkostitwixxi proporzjon kbir, kif definit fl-Artikolu 5(4), tal-produzzjoni Komunitarja totali ta’ dawk il-prodotti<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Il-bidu tal-proċeduri<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ħlief kif provdut fil-paragrafu 6, investigazzjoni biex jiġu determinati l-eżistenza, il-grad u l-effett ta’ kwalunkwe dumping allegat għandha tinbeda fuq ilment miktub minn kwalunkwe persuna naturali jew legali, jew kwalunkwe assoċjazzjoni li m’għandiex personalità legali, f’azzjoni għan-nom ta’ l-industrija Komunitarja..</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Ilment taħt paragrafu 1 għandu jinkludi evidenza ta’ bejgħ taħt il-prezz, ħsara u rabta każwali bejn l-importazzjonijiet allegatament li huma l-oġġett ta’ dumping u l-ħsara allegata. [...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kummissjoni għandha, sakemm ikun possibbli, teżamina l-preċiżjoni ta’ l-evidenza mogħtija fl-ilment biex tiddetermina jekk hemmx biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ investigazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Investigazzjoni ma għandhiex tinbeda skond il-paragrafu 1 sakemm ma tkunx ġiet stabbilita, fuq il-bażi ta’ eżaminazzjoni dwar il-livell ta’ appoġġ għal, jew oppożizzjoni għall-ilment espress mill-produtturi Komunitarji ta’ l-istess prodott, li l-ilment sar minn jew għan-nom ta’ l-industrija Komunitarja. L-ilment għandu jiġi kkunsidrat li jkun ġie magħmul minn jew għan-nom ta’ l-industrija<?PAGE NO="5"?> Komunitarja jekk ikun appoġġjat minn dawk il-produtturi Komunitarji li produzzjoni kollettiva tagħhom tikkostitwixxi iktar minn 50 % tal-produzzjoni totali ta’ l-istess prodott, prodott minn dak il-porzjon ta’ l-industrija Komunitarja li jappoġġja jew jopponi lill-ilment. Madanakollu, ebda investigazzjoni ma għandha tinbeda meta produtturi Komunitarji li espressament jappoġġaw l-ilment jammontaw għal inqas minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-prodott simili prodott mill-industrija Komunitarja.</ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tal-imsemmi regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom proċedura ta’ investigazzjoni kienet ingħalqet, bl-istabbiliment jew mingħajr l-istabbiliment tal-miżura antidumping. Huwa jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn l-ilment jiġi rtirat, il-proċediment jista’ jiġi mitmum sakemm terminazzjoni bħal din ma tkunx kontra l-interess Komunitarju.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn, wara konsultazzjoni, ma jkunx hemm bżonn ta’ miżuri ta’ protezzjoni u ma jkun hemm ebda oġġezzjoni mqajjma fi ħdan il-Kumitat Konsultattiv, l-investigazzjoni jew il-proċeduri għandhom jiġu mitmuma. Fil-każijiet l-oħra kollha, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill, rapport dwar ir-riżultati tal-konsultazzjoni, flimkien ma’ proposta li l-proċeduri jiġu mitmuma. Il-proċediment għandu jiġi meqjus mitmum jekk, fi żmien xahar, il-Kunsill, f’azzjoni fuq maġġoranza kkwalifikata, ma jkunx iddeċieda mod ieħor.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="009.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-fatti kif stabbiliti fl-aħħar juru li hemm id-dumping u l-ħsara kkawżata minnu, u l-interess Komunitarju jitlob li jkun hemm intervent skond l-Artikolu 21, dazju definittiv kontra d-dumping għandu jiġi impost mill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta sottomessa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv. Il-proposta għandha tiġi adottata mill-Kunsill, sakemm ma jiddeċidix b’maġġoranza sempliċi li ma jaċċettax il-proposta, fi żmien xhar wara li tkun ġiet sottomessa mill-Kummissjoni. [...]</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont it-termini tal-Artikolu 11(2) u (5) tar-Regolament bażiku:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>2.</NO.PARAG><ALINEA>Miżura definittiva kontra l-bejgħ taħt il-prezz għandha tiskadi ħames snin wara l-impożizzjoni tagħha jew ħames snin mid-data tal-konklużjoni ta’ l-iktar reviżjoni riċenti li kopriet kemm il-bejgħ taħt il-prezz u l-ħsara, sakemm ma jiġix stabbilit f’reviżjoni li d-data ta’ skadenza kienet x’aktarx twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tal-bejgħ taħt il-prezz u l-ħsara. Reviżjoni ta’ skadenza bħal din għandha tinbeda fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, jew fuq talba magħmula minn, jew għan-nom ta’, produtturi Komunitarji, u l-miżura għandha tibqa’ infurzata fl-istennija tar-riżultat ta’ reviżjoni bħal din.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="011.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Id-disposizzjonijiet rilevanti ta’ dan id-Regolament fejn għandhom x’jaqsmu l-proċeduri u l-kondotta ta’ l-investigazzjonijiet, bl-esklużjoni ta’ dawk li għandhom x’jaqsmu mal-limiti ta’ żmien, għandhom japplikaw għal kwalunkwe reviżjoni imwettqa skond il-paragrafi 2, 3 u 4 [ta’ dan l-artikolu] [...]</ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolamenti (KE) Nru 1470/2001 u (KE) Nru 866/2005</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-bidu ta’ investigazzjoni miftuħa wara l-preżentazzjoni, fl-<DATE ISO="20000404">4 ta’ April 2000</DATE>, ta’ lment mill-European Lighting Companies Federation, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1470/2001, tas-<DATE ISO="20010716">16 ta’ Lulju 2001</DATE>, li timponi dazju definittiv dwar l-anti-dumping u li tiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ bozoz elettroniċi florexxenti, kumpatti u integrali (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 38, p. 43).</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Wara l-ftuħ ta’ investigazzjoni dwar allegat evażjoni ta’ dawn id-dazji, il-Kunsill adotta, barra minn hekk, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2005, tas-<DATE ISO="20050606">6 ta’ Ġunju 2005</DATE>, dwar l-estensjoni ta’ miżuri antidumping definittivi stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1470/2001 fuq l-importazzjoni tal-istess prodott mibgħut mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, mir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u mir-Repubblika tal-Filippini (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="145" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2005">ĠU L 145, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1470/2001, sussegwentement, ġie emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1322/2006, tal-<DATE ISO="20060901">1 ta’ Settembru 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="076M" PAGE.FIRST="288" DATE.PUB="2006">ĠU L 76M, p. 288</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza tal-miżuri stabbiliti permezz tar-Regolament Nru 1470/2001 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="254" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, C 254, p. 2</REF.DOC.OJ>), il-Community Federation of Lighting Industry of Compact Flourescent Lamps Integrated, li aġixxiet f’isem Osram GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Osram<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>), ressqet talba għal eżami mill-ġdid quddiem il-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20060612">12 ta’ Ġunju 2006</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-erba’ produtturi Komunitarji ta’ lampi fluworexxenti kompatti elettroniċi u integrati (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>CFL-i<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>), jiġifieri GE Hungary Ipari és Kereskedelmi Zrt. (GE Hungary Zrt.) (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>GE Hungary<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>), Osram, Philips Poland u SLI Sylvania Lighting International (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Sylvania<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Filwaqt li GE Hungary u Osram indikaw li kienu jaqblu mal-ftuħ ta’ proċedura ta’ eżami mill-ġdid, Philips Poland u Philips Pajjiżi l-Baxxi wrew l-oppożizzjoni tagħhom għal tali proċedura. Sylvania ma weġbitx għall-kwestjonarju.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ddeċidiet li kien hemm biżżejjed provi sabiex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ proċedura ta’ eżami mill-ġdid. Konsegwentement hija fetħet tali proċedura u bdiet investigazzjoni dwar il-perijodu bejn l-<DATE ISO="20050701">1 ta’ Lulju 2005</DATE> u t-<DATE ISO="20060630">30 ta’ Ġunju 2006</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20061126">26 ta’ Novembru 2006</DATE>, GE Hungary indikat lill-Kummissjoni li minn issa ’l quddiem hija ma kinitx għadha taqbel maż-żamma tal-miżuri antidumping inkwistjoni, filwaqt li fid-<DATE ISO="20061219">19 ta’ Diċembru 2006</DATE>, Sylvania informataha li hija kienet tqis li ma kienx fl-interess tal-Komunità li jinżammu l-miżuri antidumping.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20070710">10 ta’ Lulju 2007</DATE>, il-Kummissjoni pproduċiet dokument informattiv li permezz tiegħu hija wriet l-intenzjoni tagħha li tipproponi l-għeluq tal-proċedura tal-eżami mill-ġdid. F’dan id-dokument, il-Kummissjoni, b’mod partikolari, spjegat li, għalkemm fil-mument tal-ftuħ ta’ din il-proċedura, it-talba għal eżami mill-ġdid kienet sostnuta minn proporzjon kbir tal-produzzjoni Komunitarja, il-produzzjoni kumulattiva ta’ produtturi li kienu jopponu din it-talba kienet tirrappreżenta minn issa ’l quddiem ftit iktar minn 50 % tal-produzzjoni Komunitarja totali. Konsegwentement, hija kkonkludiet li l-miżuri antidumping kellhom jitħassru u l-proċedura tingħalaq.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-24 u fil-<DATE ISO="20070725">25 ta’ Lulju 2007</DATE>, Philips Poland u Community Federation of Lighting Industry of Compact Fluorescent Lamps Integrated ippreżentaw osservazzjonijiet dwar l-imsemmi dokument.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ dokument informattiv ġdid tal-<DATE ISO="20070831">31 ta’ Awwissu 2007</DATE>, il-Kummissjoni indikat li hija kienet fl-aħħar nett waslet għall-konklużjoni li, fl-interess tal-Komunità, il-perijodu ta’ applikazzjoni ta’ miżuri antidumping inkwistjoni kellu jiġi estiż b’sena.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20071015">15 ta’ Ottubru 2007</DATE>, il-Kunsill adotta r-Regolament ikkontestat.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20071221">21 ta’ Diċembru 2007</DATE>, ir-rikorrenti talbu l-annullament ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħhom, huma qajmu tliet motivi, fejn l-ewwel tnejn kienu bbażati fuq il-ksur tal-Artikoli 3(1), 9(1) u (4) u 11(2) tar-Regolament bażiku.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Huma sostnew, b’mod partikolari, minn naħa, li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ma setgħux ikomplu l-proċedura antidumping f’ipoteżi ta’ tnaqqis tal-livell ta’ sostenn tal-ilment u, min-naħa l-oħra, li l-Kunsill ma setax jibbaża ruħu unikament fuq id-data mogħtija minn Osram sabiex jevalwa l-ħsara kkawżata lill-industrija Komunitarja peress li l-produzzjoni ta’ Osram, li kienet tirrappreżenta biss madwar 48 % tal-produzzjoni Komunitarja totali, ma setgħetx titqies li tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>proporzjon kbir<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Sabiex tiċħad iż-żewġ motivi bbażati fuq il-ksur tal-Artikoli 3(1), 9(1) u (4) u 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Qorti Ġenerali, fl-ewwel lok, eżaminat il-kwistjoni dwar jekk l-istituzzjonijiet tal-Unjoni setgħux ikomplu l-proċedura ta’ eżami mill-ġdid, minkejja l-fatt li, fir-rigward tas-sostenn mogħti mill-produtturi tas-CFL-i għall-ilment inkwistjoni, il-livell ta’ 50 % msemmi fl-Artikolu 5(4) tal-imsemmi regolament bażiku ma ntlaħaqx iktar.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Qabel kollox, hija bdiet billi fakkret, fil-punti 75 sa 78 tas-sentenza appellata, li t-talba għall-ftuħ tal-proċedura ta’ eżami mill-ġdid kienet inizjalment ġiet sostnuta minn GE Hungary u minn Osram, li flimkien kienu jirrappreżentaw iktar minn 50 % tal-produzzjoni Komunitarja totali ta’ CFL-i, filwaqt li Philips Poland kienet esprimiet l-oppożizzjoni tagħha għal dan il-ftuħ u Sylvania ma ħaditx pożizzjoni. Din is-sitwazzjoni madankollu nbidlet ftit xhur wara l-ftuħ tal-proċedura ta’ eżami mill-ġdid inkwistjoni meta, matul l-investigazzjoni mibdija mill-Kummissjoni, GE Hungary u Sylvania informaw lil din tal-aħħar li minn issa ’l quddiem kienu jopponu ż-żamma tal-miżuri antidumping inkwistjoni. Din l-oppożizzjoni kellha bħala konsegwenza li l-parti mill-produzzjoni kollettiva tal-produtturi Komunitarji li kienet issostni t-talba għal eżami mill-ġdid, filwaqt li tibqa’ ħafna superjuri għal-livell ta’ 25 % msemmi fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku, kienet niżlet bi ftit taħt il-livell ta’ 50 % imsemmi f’din id-dispożizzjoni. Fil-fatt, l-uniku produttur Komunitarju li kompla jsostni din it-talba, jiġifieri Osram, kien jirrappreżenta 48 % tal-produzzjoni Komunitarja totali, filwaqt li t-tliet produtturi l-oħra li kienu qed jopponu din it-talba kienu jirrappreżentaw, flimkien, it-52 % li kien jifdal.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Qorti Ġenerali rrilevat, fil-punt 84 tas-sentenza appellata, li hija kienet diġà ddeċidiet, fis-sentenza tagħha Interpipe Niko Tube u Interpipe NTRP vs Il‑Kunsill (T‑249/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:62">EU:T:2009:62</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-Artikolu 5(4) tal-imsemmi regolament ma kien jinkludi l-ebda obbligu fuq il-Kummissjoni sabiex ittemm proċedura antidumping pendenti meta l-livell ta’ sostenn għall-ilment kien niżel taħt il-livell minimu ta’ 25 % tal-produzzjoni Komunitarja, u li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>din id-dispożizzjoni [kienet] tirrigwarda biss il-livell ta’ sostenn għall-ilment meħtieġ sabiex il-Kummissjoni tkun f’pożizzjoni li tibda proċedura<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>. Il-Qorti Ġenerali, fil-punt 85 tas-sentenza appellata, tippreċiża li s-sentenza Interpipe Niko Tube u Interpipe NTRP vs Il‑Kunsill (T‑249/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:62">EU:T:2009:62</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) kienet tikkonċerna l-Artikolu 9(1) tal-istess regolament, minkejja li din is-sentenza kienet ingħatat f’kawża fejn l-ilment ma kienx ġie rtirat, iżda allegatament naqas il-livell ta’ sostenn għalih matul il-proċedura. Fl-istess punt, il-Qorti Ġenerali indikat li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>[d]in is-soluzzjoni hija perfettament loġika għaliex, jekk, skont l-imsemmija dispożizzjoni, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata tagħlaq il-proċedura fil-każ li jiġi rtirat l-ilment, dan għandu jgħodd <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> fil-każ ta’ sempliċi tnaqqis fil-livell ta’ sostenn għalih.<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Filwaqt li kkonstatat, fil-punt 86 tas-sentenza appellata, li l Artikoli 5(4) u 9(1) tar-Regolament bażiku kienu applikabbli għall-proċeduri ta’ eżami mill-ġdid skont l-Artikolu 11(5) ta’ dan ir regolament, il-Qorti Ġenerali ddeduċiet minn dan li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni kellhom id-dritt li jkomplu l-proċedura ta’ eżami mill-ġdid minkejja l-fatt li kien possibbli li l-livell ta’ 50 %, imsemmi fl-Artikolu 5(4) ta’ dan ir Regolament, ma kienx iktar milħuq.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, fil-punt 88 tas-sentenza appellata, li l-Kunsill, bl-interpretazzjoni li kien għamel tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, ma ta lilu nnifsu l-ebda kompetenza ġdida, peress li huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>[kien] iddeċieda li jżomm il-miżuri antidumping inkwistjoni għal perijodu addizzjonali ta’ sena biss wara li stabbilixxa, hekk kif kellu jagħmel, li kien għad hemm dumping, li l-iskadenza ta’ dawn il-miżuri kellha mnejn tiffavorixxi t-tkomplija ta’ dan id-dumping u tal-ħsara, u li tali żamma kienet fl-interess tal-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet minn dan li f’dak il-każ ma seta’ jiġi kkonstatat ebda ksur tal-Artikolu 9(1) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali eżaminat il-kwistjoni tad-definizzjoni tal-industrija Komunitarja għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ħsara.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Qabelxejn, il-Qorti Ġenerali fakkret, fil-punt 91 tas-sentenza appellata li, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, miżura antidumping tista’ tinżamm għal perijodu ta’ iktar mill-ħames snin imsemmi f’din id-dispożizzjoni biss jekk l-iskadenza tagħha tiffavorixxi t-tkomplija jew ir-rikorrenza tad-dumping u tal-ħsara, bil-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>ħsara<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, skont l-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament, mifhuma bħala ħsara importanti kkawżata lil industrija Komunitarja, theddida ta’ ħsara importanti lil industrija Komunitarja jew dewmien kunsiderevoli fil-ħolqien ta’ industrija Komunitarja.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Sussegwentement, fil-punt 92 tas-sentenza appellata hija esponiet li l-Artikolu 4(1) tal-imsemmi regolament jiddefinixxi l-industrija Komunitarja bħala jew il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>produtturi Komunitarji kollha tal-prodotti simili<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> jew bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>dawk minnhom li l-output kollettiv [produzzjonijiet kollettivi] tal-prodotti jikkostitwixxi proporzjon kbir, kif definit fl-Artikolu 5(4) [tal-istess regolament] tal-produzzjoni Komunitarja totali ta’ dawk il-prodotti [simili]<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, u li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa f’dak li jirrigwarda l-għażla bejn dawn iż-żewġ alternattivi .</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-punt 94 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-eżempji msemmija, b’mod espliċitu u impliċitu, fl-Artikolu 9(1) tar Regolament bażiku jippreżupponu, min-natura tagħhom, li l-livell ta’ 50 % previst fl-Artikolu 5(4) ta’ dan ir-regolament ma għadux jintlaħaq, u minn dan hija ddeduċiet li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>r-riferiment, fl-[Artikolu 4(1) tal-imsemmi regolament] għall‑Artikolu 5(4) [tal-istess] regolament b’mod ġenerali f’dak li jirrigwarda l-espressjoni <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>proporzjon kbir tal-produzzjoni Komunitarja totali<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="2019" ID="QE0036"/> jista’ jinftiehem biss li jirreferi għal limitu [livell] minimu ta’ 25 %, u mhux għal dak ta’ [il-livell ta’] 50 %<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. Skont il-Qorti Ġenerali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>[d]in għandha tkun is-soluzzjoni, iktar u iktar, minħabba li r-rekwiżit li l-industrija Komunitarja għandha tikkostitwixxi proporzjon maġġuri tal-produzzjoni Komunitarja totali, huwa intiż sabiex jiggarantixxi li l-produzzjonijiet kollettivi tal-produtturi inklużi f’din l-industrija jkunu suffiċjentement rappreżentattivi. Din il-kwalità msemmija l-aħħar tiddependi iktar fuq il-parti tal-produzzjoni ta’ dawn il-produtturi fil-produzzjoni Komunitarja totali milli fuq il-pożizzjoni li l-produtturi, li ma humiex inklużi fl-industrija Komunitarja skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku, adottaw fir-rigward tal-ilment jew tat-talba għal eżami mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn dan il-Qorti Ġenerali kkonkludiet, fil-punt 96 tas-sentenza appellata, li l-Kunsill ma wettaq ebda żball ta’ liġi meta ddeċieda li jinkludi biss lil Osram fid-definizzjoni tal-industrija Komunitarja għall-finijiet tal-kalkolu tal-ħsara.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>L-appellanti jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tannulla s-sentenza appellata u tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti kemm quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll fil-kuntest ta’ dan l-appell.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-Kunsill jitlob li l-appell jiġi miċħud u li l-appellanti jiġu kkundannati għall-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja, prinċipalment, sabiex tiċħad l-appell. Sussidjarjament, hija titlob li tittieħed deċiżjoni dwar ir-rikors fl-ewwel istanza u li dan jiġi miċħud bħala inammissibbli jew infondat. Fi kwalunkwe każ, hija titlob li l-appellanti jiġu kkundannati għall-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Osram titlob li l-appell jiġi miċħud u li l-appellanti jiġu kkundannati għall-ispejjeż.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw żewġ aggravji, ibbażati, minn naħa, fuq il-ksur tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, rigward l-għeluq tal-proċedura f’każ ta’ rtirar ta’ lment u, min-naħa l-oħra, fuq l-applikazzjoni magħquda tal-Artikoli 4(1) u 5(4) ta’ dan ir-regolament, rigward id-definizzjoni tal-kunċett tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>industrija Komunitarja<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju tagħhom, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, billi qieset li, jekk din id-dispożizzjoni kienet tippermetti lill-Kummissjoni sabiex tkompli bl-investigazzjoni minkejja l-irtirar tal-ilment inizjali, l-istess kellu japplika <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> fl-ipoteżi ta’ tnaqqis tas-sostenn tal-produtturi Komunitarji għal dan l-ilment.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, l-appellanti jsostnu li bi żball, sabiex issostni din l-interpretazzjoni estensiva, il-Qorti Ġenerali rreferiet, fil-punt 84 tas-sentenza appellata, għas-sentenza tagħha Interpipe Niko Tube u Interpipe NTRP vs Il‑Kunsill (T‑249/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:62">EU:T:2009:62</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fir-rigward tad-differenzi fattwali eżistenti bejn il-kawża li tat lok għal din l-aħħar sentenza u din il-kawża. Huma jżidu li l-formulazzjoni tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku tindika b’mod ċar li l-applikazzjoni tiegħu hija limitata biss għall-każijiet ta’ rtirar ta’ lment, fatt li barra minn hekk kien ikkonfermat mill-prassi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-Kunsill, sostnut minn Osram u mill-Kummissjoni, isostni li, skont ir-Regolament bażiku, b’differenza mill-fażi proċedurali rigward il-ftuħ tal-investigazzjoni, l-investigazzjoni stess ma hija suġġetta għal ebda dispożizzjoni speċifika li tobbliga lill-Kummissjoni sabiex tagħlaqha f’każ ta’ tnaqqis ta’ sostenn ta’ lment. Huwa jindika li din id-differenza hija spjegata min-neċessità li tiġi kkaratterizzata l-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tal-lanjanti fl-istadju tal-ftuħ tal-proċedura, neċessità li ma tibqax teżisti matul l-investigazzjoni, peress li din għandha bħala għan li tiġbor l-elementi utli li jippermettu li jiġi kkonstatat jekk teżistix jew le ħsara kkawżata mid-dumping lill-industrija Komunitarja.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Skont il-Kunsill, il-motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali ma tmurx kontra l-imsemmi regolament u jirriżulta, barra minn hekk, diġà mill-ġurisprudenza preċedenti tal-Qorti Ġenerali, kemm mis-sentenza Interpipe Niko Tube u Interpipe NTRP vs Il‑Kunsill (T‑249/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:62">EU:T:2009:62</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) kif ukoll mis-sentenza Gem-Year u Jinn-Well Auto-Parts (Zhejiang) vs Il‑Kunsill (T‑172/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:532">EU:T:2012:532</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li minnhom jirriżulta li r-rekwiżiti relatati mal-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> stabbiliti fl-Artikolu 5(4) tal-istess regolament iridu jiġu ssodisfatti biss fil-mument tal-ftuħ ta’ investigazzjoni u mhux waqtha.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Il-Kunsill iżid li, jekk jiġi ppruvat li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, li għandhom marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ sabiex jiddeċiedu jekk hemmx lok li tingħalaq proċedura wara l-irtirar ta’ lment, kienu, fil-prassi preċedenti tagħhom, ħafna mid-drabi għalqu l-investigazzjonijiet li kienu fis-seħħ wara tali rtirar, ma huwiex possibbli li minn dan il-fatt jiġi konkluż li dawn l-istituzzjonijiet kellhom jagħlqu l-investigazzjoni li kienet wasslet għar-regolament ikkontestat minħabba li s-sostenn tal-industrija Komunitarja għal din l-investigazzjoni kien naqas.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat, preliminarjament, li l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku jirregola b’mod preċiż il-kundizzjonijiet li fihom ilment <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>[...] minn kwalunkwe persuna naturali jew legali, jew kwalunkwe assoċjazzjoni li m’għandiex personalità legali, f’azzjoni għan-nom ta’ l-industrija Komunitarja<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> jagħti lok għall-ftuħ ta’ investigazzjoni antidumping. Għal dan il-għan, l-Artikolu 5(4) jipprovdi li dan l-ilment, sabiex jiġi kkunsidrat bħala li ġie ppreżentat mill-industrija Komunitarja, għandu b’mod kumulattiv jissodisfa żewġ kundizzjonijiet relatati mal-importanza tas-sostenn li għalih ikun suġġett. Minn naħa, dan is-sostenn għandu jingħata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>minn dawk il-produtturi Komunitarji li produzzjoni kollettiva tagħhom tikkostitwixxi iktar minn 50 % tal-produzzjoni [Komunitarja] totali tal-[prodott simili mill-parti] ta’ l-industrija Komunitarja li jappoġġja jew jopponi lill-ilment<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>. Min-naħa l-oħra, l-imsemmi sostenn għandu jingħata mill-produtturi Komunitarji li jirrappreżentaw tal-inqas 25 % tal-produzzjoni totali tal-prodott simili prodott mill-industrija Komunitarja.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Ladarba nfetħet l-investigazzjoni, għandu jiġi osservat li l-Artikolu 9(1) tal-imsemmi regolament jipprovdi espressament il-possibbiltà għall-Kummissjoni sabiex tagħlaq l-imsemmija investigazzjoni f’każ ta’ rtirar tal-ilment, u dan <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>sakemm terminazzjoni bħal din ma tkunx kontra l-interess Komunitarju<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>L-istess regolament ma jipprevedi ebda dispożizzjoni dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni, matul l-investigazzjoni, f’każ ta’ tnaqqis tas-sostenn miġjub mill-produtturi għall-ilment jew għat-talba għal eżami mill-ġdid.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Madankollu, peress li f’ipoteżi ta’ rtirar tal-ilment jew ta’ talba għal eżami mill-ġdid, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni kkonċernati jistgħu, skont l-Artikoli 9(1) u 11(5) tar-Regolament bażiku, ikomplu l-investigazzjoni, dan għandu jgħodd <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> bl-istess mod, kif ikkonstatat il-Qorti Ġenerali fil-punt 85 tas-sentenza appellata, f’każ ta’ sempliċi tnaqqis fil-livell ta’ sostenn għalih.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkunsidrat li tnaqqis tas-sostenn miġjub mill-produtturi Komunitarji għal ilment jew għal talba ta’ eżami mill-ġdid ma huwiex ta’ natura li jwassal neċessarjament għall-għeluq tal-investigazzjoni, u dan anki jekk tali tnaqqis jimplika li dan is-sostenn jikkorrispondi ma’ livell ta’ produzzjoni inferjuri għal wieħed miż-żewġ livelli previsti fl-Artikolu 5(4) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Interpretazzjoni bħal din għandha tingħata iktar u iktar minħabba l-fatt li, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 118 tal-konklużjonijiet tiegħu, matul l-investigazzjoni, il-pożizzjonijiet tar-rappreżentanti tal-industrija Komunitarja jistgħu jvarjaw f’direzzjonijiet opposti. Tali varjazzjonijiet ma jistgħux jipprekludu t-tmexxija tajba tal-investigazzjoni inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-Qorti Ġenerali ma wettqet l-ebda’ żball ta’ liġi, fil-punti 85 u 86 tas-sentenza appellata, meta interpretat l-Artikolu 9(1) tal-imsemmi regolament billi qieset li kien jirriżulta <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> minn din id-dispożizzjoni li l‑istituzzjonijiet tal-Unjoni kellhom id-dritt li jkomplu bil-proċedura ta’ eżami mill-ġdid minkejja l-fatt li kien possibbli li l-livell ta’ 50 % imsemmi fl-Artikolu 5(4) tal-istess regolament ma kienx iktar milħuq.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-ewwel aggravju tal-appell għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni aggravju, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku, moqri flimkien mal-Artikolu 5(4) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-appellanti jsostnu li, sabiex jiġi ddefinit il-kunċett tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>industrija Komunitarja<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> skont l-Artikolu 4(1) tal-imsemmi regolament u, għalhekk, sabiex tittieħed deċiżjoni dwar l-eżistenza jew le ta’ ħsara mġarrba minn din l-industrija, il-Qorti Ġenerali ma applikatx korrettament wieħed mill-kriterji kumulattivi dwar is-sostenn mogħti lil ilment, previsti fl-Artikolu 5(4) tal-istess regolament, f’dan il-każ il-kriterju skont liema l-ilment għandu jiġi sostnut mill-produtturi Komunitarji li l-produzzjoni kollettiva tagħhom tikkostitwixxi iktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-prodott simili mill-parti tal-industrija Komunitarja li ssostni jew topponi l-ilment ikkunsidrat. L-appellanti jikkonkludu li permezz ta’ dan l-approċċ il-Qorti Ġenerali injorat dispożizzjoni tar-Regolament bażiku li l-interpretazzjoni tagħha ma għandhiex tkun inċerta u għalhekk ippreġudikat il-prinċipju ta’ ċertezza legali.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Il-Kunsill, Osram u l-Kummissjoni jsostnu li l-appellanti jagħmlu konfużjoni bejn żewġ kunċetti differenti. L-ewwel wieħed huwa dak tal-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT>, li għandu jiġi vverifikat meta jiġi ppreżentat ilment u qabel kull ftuħ ta’ investigazzjoni. Din il-verifika għandha bħala għan li tiżgura li dan l-ilment huwa sostnut minn parti suffiċjentement rappreżentattiva tal-industrija tal-Unjoni u konsegwentement tirrigwarda l-osservanza kumulattiva taż-żewġ livelli minimi ta’ produzzjoni previsti fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. It-tieni kunċett, jiġifieri dak tal-ħsara kkawżata lill-industrija Komunitarja, għandu jiġi evalwat matul l-investigazzjoni indipendentement mill-ilment inizjali, fatt li jimplika li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni waħdu l-livell minimu ta’ 25 % tal-produzzjoni totali ta’ prodott simili prodott mill-industrija Komunitarja sabiex jiġi stabbilit jekk proporzjon kbir tal-industrija Komunitarja huwiex milqut jew le mill-prattika tad-dumping. Il-Kunsill, Osram u l-Kummissjoni jikkonkludu minn dan li bħala konsegwenza l-Qorti Ġenerali ma wettqet l-ebda żball ta’ liġi meta qieset, fil-punti 93 u 94 tas-sentenza appellata, li kien xieraq li l-kunċett tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>industrija Komunitarja<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> jiġi evalwat b’mod differenti qabel il-ftuħ ta’ investigazzjoni u matul investigazzjoni, sabiex jiġi konkluż li r-riferiment fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir‑regolament għall-Artikolu 5(4) tiegħu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>jista’ jinftiehem biss li jirreferi għal limitu [livell] minimu ta’ 25 % u mhux għal dak ta’ [livell ta’]50 %<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-testi ta’ dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati, sa fejn possibbli, fid-dawl tad-dritt internazzjonali, b’mod partikolari meta tali testi huma intiżi preċiżament sabiex jimplementaw ftehim internazzjonali konkluż mill-Unjoni (ara s-sentenza SCF, C‑135/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:140">EU:C:2012:140</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 51 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Mill-premessi 1 sa 3 u 5 tar-Regolament bażiku jirriżulta li l-kunċett tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>industrija Komunitarja<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> għandu jiġi interpretat konformement mal-ftehim antidumping tal-1994.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>industrija Komunitarja<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> bħala li jirreferi jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>għall-produtturi Komunitarji kollha tal-prodotti simili<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>għal dawk minnhom [minn dawn il-produtturi] li l-output kollettiv [produzzjonijiet kollettivi] tal-prodotti jikkostitwixxi proporzjon kbir, kif definit fl-Artikolu 5(4), tal-produzzjoni Komunitarja totali ta’ dawk il-prodotti<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Il-ftehim antidumping tal-1994 jirreferi, essenzjalment, għall-istess alternattiva sabiex jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>industrija domestika<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>. Għal dak li jirrigwarda t-tieni parti ta’ din l-alternattiva, kemm fil-ftehim antidumping tal-1994 kif ukoll fir-Regolament bażiku, l-element deċiżiv huwa l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>proporzjon kbir<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> tal-produzzjoni totali tal-produzzjoni domestika jew tal-produzzjoni Komunitarja.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ din il-parti, li l-interpretazzjoni tagħha hija l-uniku suġġett tat-tieni aggravju, għandu jiġi enfasizzat li, bid-differenza mill-Artikolu 4.1 tal-ftehim antidumping tal-1994, l-Artikolu 4(1) tal-imsemmi regolament, rigward id-definizzjoni tal-industrija Komunitarja, jispeċifika l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>proporzjon kbir<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> tal-produzzjoni Komunitarja kollha ta’ prodotti simili permezz ta’ riferiment għall-Artikolu 5(4) tal-istess regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Dan ir-riferiment jikkostitwixxi element addizzjonali meta mqabbel mad-definizzjoni li tidher fl-Artikolu 4.1 tal-ftehim antidumping tal-1994.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li l-livell ta’ 50 % u l-livell ta’ 25 % li jissemmew fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku jirreferu għall-gruppi differenti ta’ produtturi Komunitarji.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Issa, għandu qabel kollox jiġi kkonstatat li l-livell ta’ 50 % jirrigwarda unikament il-piż relattiv tal-produtturi Komunitarji li jsostnu l-ilment fil-grupp kompost minn produtturi Komunitarji li jsostnu jew li jopponu l-ilment.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-livell ta’ 25 % jirreferi għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>produzzjoni totali tal-prodott simili prodott mill-industrija Komunitarja<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> u jirrigwarda l-perċentwali rrappreżentata mill-produtturi Komunitarji li jsostnu l-ilment f’din il-produzzjoni totali. Huwa biss għalhekk dan il-livell ta’ 25 % li huwa rilevanti sabiex jiġi stabbilit il-punt jekk l-imsemmija produtturi jirrappreżentawx <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>proporzjon kbir<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> tal-produzzjoni totali tal-prodott simili prodott mill-industrija Komunitarja fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li l-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 4.1 tal-ftehim antidumping tal-1994, jinftiehmu biss bħala li jirreferu għal-livell minimu ta’ 25 %. Permezz tar-riferiment għall-imsemmi livell, l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku b’dan il-mod jillimita ruħu sabiex jispeċifika li produzzjoni magħquda tal-produtturi Komunitarji li jsostnu l-ilment li ma tilħaqx 25 % tal-produzzjoni Komunitarja totali tal-prodott simili ma tistax, fi kwalunkwe każ, titqies bħala li tirrappreżenta suffiċjentement il-produzzjoni Komunitarja.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Fil-każ fejn il-produzzjoni magħquda tal-imsemmija produtturi Komunitarji taqbeż l-imsemmi livell, id-dazji antidumping jistgħu jiġi imposti jew miżmuma fil-każ fejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni kkonċernati jirnexxilhom jistabbilixxu, billi jieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti kollha tal-kawża, li l-ħsara li tirriżulta mill-importazzjonijiet ta’ prodott li huwa s-suġġett ta’ dumping għandha effett fuq proporzjon kbir tal-produzzjoni Komunitarja totali ta’ prodotti simili.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Fir-regolament inkwistjoni, il-Kunsill ibbaża ruħu fuq id-data ta’ produttur wieħed, jiġifieri Osram, li jirrappreżenta madwar 48 % tal-produzzjoni Komunitarja totali ta’ prodott simili għall-finijiet li tiġi evalwata l-ħsara kkawżata lill-industrija Komunitarja.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li parti mill-produzzjoni Komunitarja qrib ħafna ta’ 50 % tal-produzzjoni totali tal-prodott simili prodott mill-industrija Komunitarja, bħal parti ta’ 48 %, tista’ titqies bħala li tikkostitwixxi manifestament proporzjon kbir minnha. L-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku jirreferi, fil-fatt, għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>proporzjon kbir<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> tal-produzzjoni Komunitarja u mhux għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>maġġoranza tal-produzzjoni Komunitarja<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Minn dawn l-elementi kollha jirriżulta li l-Qorti Ġenerali ma wettqet l-ebda żball ta’ liġi meta qieset, minn naħa, fil-punt 94 tas-sentenza appellata, li r-riferiment magħmul fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku għall-Artikolu 5(4) tiegħu seta’ biss jinftiehem bħala li jirreferi għal-livell ta’ 25 % u mhux għal dak ta’ 50 % u meta kkonstatat, min-naħa l-oħra, fil-punt 96 tal-imsemmija sentenza, li l-Kunsill seta’ qies ġustament li l-produzzjoni ta’ Osram, li kienet tirrappreżenta madwar 48 % tal-produzzjoni Komunitarja totali, kienet tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>ċertament proporzjon maġġuri tal-produzzjoni Komunitarja<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Għalhekk, lanqas it-tieni aggravju ma jista’ jintlaqa’.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, hemm lok li l-appell jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, li huwa applikabbli għall-proċedura ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) ta’ dawn ir-regoli, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Peress li l-Kunsill u Osram talbu għall-kundanna ta’ Philips Poland u ta’ Philips Il-Pajjiżi l-Baxxi għall-ispejjeż u dawn tal-aħħar tilfu, hemm lok li jiġu kkundannati għall-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 140(1) tar-Regoli tal-Proċedura, li huwa applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 184(1) ta’ dawn ir-regoli, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni li intervjenew fit-tilwima għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess. Konsegwentement, il-Kummissjoni, intervenjenti fl-ewwel istanza, għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Philips Lighting Poland S.A. u Philips Lighting BV għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess u huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u ta’ Osram GmbH.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>