|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1362 |
21.2.2025 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-12 ta’ Frar 2025
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew
(BĊE/2025/6)
(C/2025/1362)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni preżenti tal-BĊE, Baker Tilly GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft, ser jintemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2024. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2025. |
|
(3) |
Il-BĊE għażel lil Forvis Mazars GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft Steuerberatungsgesellschaft bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2025 sa 2029, bl-għażla li l-mandat jiġi estiż sa sentejn finanzjarji addizzjonali (jiġifieri sal-2030 jew sal-2031), |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rakkomandat li Forvis Mazars GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft Steuerberatungsgesellschaft għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-BĊE għas-snin finanzjarji 2025 sa 2029, bl-għażla li l-mandat jiġi estiż sa sentejn finanzjarji addizzjonali (jiġifieri sal-2030 jew sal-2031).
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-12 ta’ Frar 2025
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1362/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)