25.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/868

tat-18 ta’ Ġunju 2020

li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1140 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1140 (2), il-Kummissjoni kklassifikat żewġ prodotti fin-Nomenklatura Magħquda stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (3), wieħed fil-forma ta’ kumpressa li tisħon waħedha biex ittaffi l-uġigħ u l-ieħor fil-forma ta’ ċinturin li jisħon waħdu biex itaffi l-uġigħ, taħt il-kodiċi tan-NM 3824 90 96 bħala prodotti jew preparati kimiċi oħra.

(2)

Fis-sentenza tal-Kawża C-182/19 (4), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1140 mhuwiex validu.

(3)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li jekk att jiġi ddikjarat invalidu mill-Qorti tal-Ġustizzja, dan jitneħħa formalment mill-ordni ġuridiku tal-Unjoni.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1140 jitħassar.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali.

(6)

Peress li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1140 ma jistax jiġi applikat wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Marzu 2020, biex jiġu żgurati ċ-ċertezza u ċ-ċarezza tad-dritt, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

 

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1140 jitħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Philip KERMODE

Aġent Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)   ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1140 tat-8 ta’ Lulju 2016 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 189, 14.7.2016, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana. (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(4)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża tal-26 ta’ Marzu 2020, Pfizer Consumer Healthcare Ltd, C-182/19, ECLI:EU:C:2020:243.