European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3879

18.6.2024

Avviż għall-attenzjoni tal-persuna li għaliha japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/740, kif implimentata mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1731, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/735, kif implimentat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1725 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel

(C/2024/3879)

L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tal-persuna li tidher fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/740 (1), kif implimentata mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1731 (2), u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/735 (3), kif implimentat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1725 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta' persuni deżinjati fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddeċieda li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/740 u fir-Regolament (UE) 2015/735 għandhom ikomplu japplikaw għal dik il-persuna. Ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-persuna kkonċernata huma mniżżla fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2015/735, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 6 tar-Regolament).

Il-persuna kkonċernata tista' tippreżenta talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ġustifikattiva, biex id-deċiżjoni li hi tiġi inkluża fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid fl-indirizz segwenti qabel il-21 ta' Diċembru 2024:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi 175

1048 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Kwalunkwe osservazzjoni li tasal ser jittieħed kont tagħha għall-fini tar-rieżami perjodiku mill-Kunsill, skont l-Artikolu 12(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/740 u l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2015/735, tal-lista ta' persuni deżinjati.

L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 117, 8.5.2015, p. 52.

(2)   ĠU L, 2024/1731, 18.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1731/oj.

(3)   ĠU L 117, 8.5.2015, p. 13.

(4)   ĠU L, 2024/1725, 18.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1725/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3879/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)