|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3407 |
29.5.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11573 — MORGAN STANLEY / TELE COLUMBUS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/3407)
1.
Fl-14 ta’ Mejju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Morgan Stanley Infrastructure, Inc. (“MSI”, l-Istati Uniti), ikkontrollata minn Morgan Stanley Group (l-Istati Uniti), |
|
— |
Tele Columbus AG (“Tele Columbus”, il-Ġermanja), attwalment ikkontrollata b’mod konġunt minn MSI u United Internet AG (il-Ġermanja). |
MSI se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Tele Columbus.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
MSI tipprovdi servizzi finanzjarji, inklużi pariri dwar il-ġestjoni tal-assi u b’mod partikolari pariri dwar fondi li jinvestu f’assi infrastrutturali b’mod predominanti f’pajjiżi tal-OECD, |
|
— |
Tele Columbus hija fornitur tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni, b’mod partikolari bħala operatur indipendenti ta’ networks tal-kejbil tal-broadband fil-Ġermanja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11573 — MORGAN STANLEY / TELE COLUMBUS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Jekk jogħġbok uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3407/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)